EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8780

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8780 — PPF Group/Škoda Transportation/VUKV/JK/Satacoto/Škoda Investment/Bammer Trade) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 96, 14.3.2018, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/36


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8780 — PPF Group/Škoda Transportation/VUKV/JK/Satacoto/Škoda Investment/Bammer Trade)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/12)

1.

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PPF Group N.V. (“PPF”) (in-Netherlands),

Škoda Transportation a.s. (“Škoda Transportation”) (ir-Repubblika Ċeka),

VUKV a.s. (“VUKV”) (ir-Repubblika Ċeka),

Jokiaura Kakkonen (“JK”) (il-Finlandja),

Satacoto Ltd (“Satacoto”) (Ċipru),

Škoda Investment a.s. (“Škoda Investment”) (ir-Repubblika Ċeka),

Bammer Trade a.s. (“Bammer Trade”) (ir-Repubblika Ċeka).

Il-PPF takkwista, fis-sena tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Škoda Transportation, VUKV, JK, Satacoto, Škoda Investment u Bammer Trade kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

PPF hija grupp multinazzjonali tal-finanzi u l-investiment li jiffoka fuq is-servizzi finanzjarji, il-finanzi tal-konsumatur, it-telekomunikazzjonijiet, il-bijoteknoloġiji, servizzi bl-imnut, il-proprjetà immobbli u l-agrikoltura,

Škoda Transportation hija kumpanija tat-trasport Ċeka involuta fil-produzzjoni, l-iżvilupp, l-assemblaġġ, ir-rikostruzzjoni u t-tiswija ta’ vetturi ferrovjarji u tal-metro, trammijiet, trolleybuses, u karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku u servizzi relatati,

VUKV hija involuta fl-iżvilupp, ir-riċerka u l-ittestjar tal-vetturi ferrovjarji, il-partijiet tagħhom u servizzi relatati,

JK hija involuta fil-kiri tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni,

Satacoto hija kumpanija azzjonarja li hija attiva, permezz tas-sussidjarja tagħha, fil-produzzjoni ta’ muturi u ġeneraturi elettriċi, u l-kiri ta’ proprjetà immobbli,

Škoda Investment hija involuta fil-kiri ta’ proprjetà u l-ħruġ ta’ liċenzji għal marka kummerċjali ŠKODA u hija attiva, permezz tas-sussidjarji tagħha, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija tal-PV, l-IT u t-teknoloġija tat-telekomunikazzjonijiet,

Bammer Trade hija involuta fix-xogħol ta’ tiswija ta’ vetturi tat-trasport pubbliku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8780 — PPF Group/Škoda Transportation/VUKV/JK/Satacoto/Škoda Investment/Bammer Trade

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top