This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XG0117(01)
Notice for the attention of certain persons and entities subject to the restrictive measures provided for in Council Decision 2014/145/CFSP and Council Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
ĠU C 15, 17.1.2017, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/2 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
(2017/C 15/02)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (nru 3), is-Sur Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK (nru 17), is-Sur Leonid Eduardovich SLUTSKI (nru 18), is-Sur Aleksandr Viktorovich GALKIN (nru 21), is-Sur Sergei Evgenevich NARYSHKIN (nru 25), is-Sur Alexander Mihailovich NOSATOV (nru 27), is-Sur Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV (nru 35), is-Sur Sergei Ivanovich MENYAILO (nru 37), is-Sur German PROKOPIV (nru 43), is-Sur Igor Vsevolodovich GIRKIN (nru 48), is-Sur Vyacheslav Viktorovich VOLODIN (nru 49), is-Sur Vladimir Anatolievich SHAMANOV (nru 50), is-Sur Vladimir Nikolaevich PLIGIN (nru 51), is-Sur Petr Grigorievich JAROSH (nru 52), is-Sur Igor Nikolaevich BEZLER (nru 55), is-Sur Oleg TSARIOV (nru 57), is-Sur Roman Viktorovich LYAGIN (nru 58), is-Sur Aleksandr Sergeevich MALYKHIN (nru 59), is-Sinjura Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA (nru 60), is-Sur Aleksandr Yurevich BORODAI (nru 62), is-Sur Alexander KHRYAKOV (nru 65), is-Sur Marat Faatovich BASHIROV (nru 66), is-Sur Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN (nru 68), is-Sur Mikhail Efimovich FRADKOV (nru 73), is-Sur Boris Vyacheslavovich GRYZLOV (nru 77), is-Sur Mikhail Vladimirovich DEGTYAREV (nru 79), is-Sur Valery Vladimirovich KAUROV (nru 85), is-Sur Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK (nru 86), is-Sinjura Oksana TCHIGRINA (nru 89), is-Sur Boris Alekseevich LITVINOV (nru 90), is-Sur Andrey Yurevich PINCHUK (nru 100), is-Sur Mikhail Sergeyevich SHEREMET (nru 105), is-Sur Leonid Ivanovich KALASHNIKOV (nru 110), is-Sur Vladimir Stepanovich NIKITIN (nru 111), is-Sur Oleg Vladimirovich LEBEDEV (nru 112), is-Sur Nikolai Vladimirovich LEVICHEV (nru 115), is-Sur Alexander Mikhailovich BABAKOV (119), is-Sur Oleg Konstantinovich AKIMOV (nru 121), is-Sinjura Larisa Leonidovna AIRAPETYAN (nru 122), is-Sur Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO (nru 123), is-Sur Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV (nru 126), is-Sur Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (nru 130), is-Sur Mikhail Sergeevich TOLSTYKH (nru 136), is-Sur Eduard Aleksandrovich BASURIN (nru 137), is-Sur Alexandr Vasilievich SHUBIN (nru 138), is-Sur Sergey Anatolievich LITVIN (nru 139), is-Sinjura Ekaterina FILIPPOVA (nru 141), is-Sur Aleksandr Yurievich TIMOFEEV (nru 142), is-Sur Arkady Viktorovich BAKHIN (nru 148), is-Sur Iosif (Joseph) Davydovich KOBZON (nru 150), u l-Milizzja tal-Poplu ta’ Donbass (entità elenkata taħt in-nru 10), il-Battaljun Vostok (entità elenkata taħt in-nru 11), il-Battaljun Sparta (entità elenkata taħt in-nru 30), il-Battaljun Somalu (entità elenkata taħt in-nru 31), il-Brigata Prizrak (entità elenkata taħt in-nru 33), il-Battaljun Kalmius (entità elenkata taħt in-nru 35), il-Battaljun tal-mewt (entità elenkata taħt in-nru 36), li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.
Il-Kunsill qed jikkunsidra jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsubin għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-23 ta’ Jannar 2017, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jkunu riċevuti. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sas-7 ta’ Frar 2017.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.