Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016SC0163

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI GWIDA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI/APPLIKAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2005/29/KE DWAR PRATTIĊI KUMMERĊJALI ŻLEALI Li jakkumpanja d-dokument KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI APPROĊĊ KOMPRESIV GĦALL-ISTIMOLU TA' KUMMERĊ ELETTRONIKU TRANSFRUNTIER GĦAĊ-ĊITTADINI U N-NEGOZJI TAL-EWROPA

SWD/2016/0163 final

Brussell, 25.5.2016

SWD(2016) 163 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

GWIDA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI/APPLIKAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2005/29/KE DWAR PRATTIĊI KUMMERĊJALI ŻLEALI

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

APPROĊĊ KOMPRESIV GĦALL-ISTIMOLU TA' KUMMERĊ ELETTRONIKU TRANSFRUNTIER GĦAĊ-ĊITTADINI U N-NEGOZJI TAL-EWROPA

{COM(2016) 320 final}


Werrej

INTRODUZZJONI    

1.    Kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD    

1.1    Il-prattiċi kummerċjali li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD    

1.1.1    Il-prattiċi ta' wara l-bejgħ, inklużi attivitajiet ta' ġbir tad-dejn    

1.1.2    Operaturi tas-suq li jixtru prodotti mingħand il-konsumaturi    

1.2    Il-prattiċi kummerċjali li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD    

1.2.1    Il-prattiċi kummerċjali li ma jaffettwawx l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur    

1.2.2    Il-prattiċi kummerċjali li huma marbutin ma' tranżazzjoni minn negozju għal negozju jew li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri biss    

1.3    Armonizzazzjoni sħiħa    

1.3.1    Promozzjonijiet ta' skontijiet u roħs fil-prezzijiet    

1.3.2    Eċċezzjonijiet għal armonizzazzjoni sħiħa    

1.4    Ir-relazzjoni bejn id-Direttiva u liġi oħra tal-UE    

1.4.1    Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE    

1.4.2    L-impatt fuq l-infurzar    

1.4.3    Informazzjoni stabbilita minn liġi oħra tal-UE bħala informazzjoni "materjali"    

1.4.4    Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.    

1.4.5    Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar Klawżoli Kuntrattwali Inġusti    

1.4.6    Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar ir-Reklamar Qarrieqi u Komparattiv    

1.4.7    Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar is-Servizzi    

1.4.8    Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku    

1.4.9    Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva    

1.4.10    Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika    

1.4.11    Ir-relazzjoni mal-Artikoli 101-102 TFUE (regoli dwar il-kompetizzjoni)    

1.4.12    Ir-relazzjoni mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE    

1.4.13    Ir-relazzjoni mal-Artikoli 34-36 TFUE    

1.5    Ir-relazzjoni bejn il-UCPD u l-awtoregolamentazzjoni    

1.6    Applikazzjoni tal-UCPD għal operaturi tas-suq stabbiliti f'pajjiżi terzi    

2.    Kunċetti Ġenerali    

2.1    Il-kunċett ta' operatur tas-suq    

2.2    Il-kunċett ta' prattika kummerċjali    

2.3    Il-kunċett ta' "deċiżjoni tranżazzjonali"    

2.4    Sabiex "jgħawġu b'mod materjali l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi"    

2.5    "Konsumatur medju"    

2.6    Konsumaturi vulnerabbli    

2.6.1    Il-kriterji ta' vulnerabbiltà fl-Artikolu 5(3)    

2.6.2    Ir-rekwiżit ta' "prevedibbiltà"    

2.7    Stedina għax-xiri — il-kunċett    

3.    Dispożizzjonijiet tal-UCPD    

3.1    Il-funzjonijiet tal-UCPD – Flowchart tad-Direttiva    

3.2    Il-klawżola ġenerali — ir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali    

3.3    Azzjonijiet qarrieqa    

3.3.1    Informazzjoni qarrieqa ġenerali    

3.3.2    Kummerċjalizzazzjoni li toħloq konfużjoni    

3.3.3    In-nonkonformità mal-kodiċijiet ta' kondotta    

3.4    Ommissjonijiet qarrieqa    

3.4.1    Informazzjoni materjali    

3.4.2    Kummerċjalizzazzjoni moħbija/nuqqas ta' identifikazzjoni tal-intenzjoni kummerċjali    

3.4.3    Informazzjoni materjali pprovduta b'manjiera mhux ċara    

3.4.4    Il-kuntest fattwali u l-limiti tal-mezz tal-komunikazzjoni użat    

3.4.5    Informazzjoni materjali fl-istediniet għax-xiri — Artikolu 7(4)    

3.4.6    Provi b'xejn u nassa għall-abbonament    

3.4.7    Il-forniment ta' ċerta informazzjoni b'lingwa oħra    

3.4.8    Obsolexxenza ppjanata    

3.5    Prattiċi kummerċjali aggressivi    

4.    Il-lista s-sewda ta' prattiċi kummerċjali (Anness I)    

4.1    Prodotti li ma jistgħux jinbiegħu legalment — prattika kummerċjali pprojbita Nru 9    

4.2    Skemi piramida — prattika kummerċjali pprojbita Nru 14    

4.3    Prodotti li jfejqu mard, disfunzjonijiet u malformazzjonijiet — prattika kummerċjali pprojbita Nru 17    

4.4    L-użu tal-kelma "b'xejn" — prattika kummerċjali pprojbita Nru 20    

4.5    Kummerċjalizzazzjoni persistenti b'għodda mbiegħda — prattika kummerċjali pprojbita Nru 26    

4.6    Appelli diretti lit-tfal — prattika kummerċjali pprojbita Nru 28    

4.7    Premji — prattika kummerċjali pprojbita Nru 31    

5.    Applikazzjoni tal-UCPD għal setturi speċifiċi    

5.1    Asserzjonijiet ambjentali    

5.1.1    Ir-relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar l-asserzjonijiet ambjentali    

5.1.2    Prinċipji ewlenin: L-Artikoli 6, 7 u 12 tal-UCPD applikati għal asserzjonijiet ambjentali    

5.1.3    L-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-UCPD għal asserzjonijiet ambjentali    

5.1.4    L-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tal-UCPD għal asserzjonijiet ambjentali    

5.1.5    L-applikazzjoni tal-Artikolu 12 tal-UCPD għal asserzjonijiet ambjentali    

5.1.6    Applikazzjoni tal-Anness I għall-asserzjonijiet ambjentali    

5.1.7    It-tqabbil tal-asserzjonijiet ambjentali    

5.2    Is-settur onlajn    

5.2.1    Pjattaformi onlajn    

5.2.2    L-applikabbiltà tal-UCPD għal pjattaformi onlajn    

5.2.3    Pjattaformi tal-kummerċ elettroniku (swieq)    

5.2.4    App stores    

5.2.5    L-ekonomija kollaborattiva    

5.2.6    Magni tat-tiftix    

5.2.7    Għodod ta' tqabbil    

5.2.8    Għodod għall-qsim tal-esperjenzi tal-utenti    

5.2.9    Midja soċjali    

5.2.10    Pjattaformi tax-xiri kollettiv    

5.2.11    Ipprezzar dinamiku    

5.2.12    Diskriminazzjoni fil-prezz    

5.2.13    Ipprezzar personalizzat    

5.2.14    L-użu ta’ tekniki ta’ ġeolokalizzazzjoni    

5.3    Is-settur tal-ivvjaġġar u t-trasport    

5.3.1    Kwistjonijiet trażversali    

5.3.2    Pakkett tal-Ivvjaġġar    

5.3.3    Il-kuntratti tat-timeshare    

5.3.4    Kwistjonijiet b’rilevanza partikolari għat-trasport bl-ajru    

5.3.5    Kwistjonijiet speċifiċi għall-kiri ta’ karozzi    

5.4    Is-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli    

5.4.1    Kwistjonijiet trażversali    

5.4.2    Kwistjonijiet speċifiċi għall-proprjetà immobbli    

5.4.3    Kwistjonijiet speċifiċi għas-servizzi finanzjarji    

Anness I: Ġurisprudenza mill-QtĠ-UE dwar il-UCPD (skont is-sena)    

Please note that this Guidance has originally been drafted in English. In case of any linguistic doubts, please consult the English version, which is available at:  http://ec.europa.eu/justice/consumer-marketing/files/ucp_guidance_en.pdf  



INTRODUZZJONI

L-iskop ta' dan id-dokument ta' gwida huwa li jiffaċilita l-applikazzjoni xierqa tad- Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern ("il-UCPD").Huwa jipprovdi gwida dwar il-kunċetti u d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-UCPD u eżempji prattiċi meħudin mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa "[I]l-Qorti") u minn qrati u amministrazzjonijiet nazzjonali dwar kif għandha tiġi implimentata. Ikompli jibni fuq u jieħu post il-verżjoni tal-2009 tal-Gwida 1 . 

Il-UCPD tikkostitwixxi l-parti globali tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola l-prattiċi kummerċjali inġusti fi tranżazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur. Tapplika għall-prattiċi kummerċjali kollha li jseħħu qabel (jiġifieri matul ir-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni), matul u wara li tkun seħħet tranżazzjoni min-negozju għall-konsumatur.

Il-Komunikazzjoni tal-2013 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali 2 u r-Rapport li jakkumpanjaha 3 wrew li hemm bżonn li jissaħħaħ l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-UCPD. Sabiex tiffaċilita l-attivitajiet ta' infurzar u tiżgura ċ-ċertezza legali, din il-Gwida tixħet dawl fuq kwistjonijiet li huma komuni għall-Istati Membri kollha. Dan jinkludi suġġetti bħal:

·ir-relazzjoni bejn il-UCPD u leġiżlazzjoni oħra tal-UE;

·il-ġurisprudenza dejjem ikbar tal-Qorti u l-qrati nazzjonali;

·kif il-UCPD tapplika għal mudelli kummerċjali ġodda u emerġenti, speċjalment fis-settur onlajn.

Din il-gwida hija marbuta mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Approċċ komprensiv għall-istimolu ta' kummerċ elettroniku transfruntier għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa" (COM(2016)320), b'mod partikolari t-taqsima 6 tagħha. Tħejjiet mis-servizzi tal-Kummissjoni u mhux bilfors tirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni Ewropea. Hija maħsuba sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali. Madankollu, minnha nfisha ma torbotx legalment. Kwalunkwe qari awtorevoli tal-liġi għandu jsir biss mid-Direttiva 2005/29/KE stess u atti jew prinċipji legali applikabbli oħrajn. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b'awtorità l-liġi tal-Unjoni.

Ħlief fil-każ tal-prattiċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva, il-valutazzjoni ta' jekk prattika kummerċjali hijiex inġusta skont il-UCPD trid issir biss fuq bażi ta' każ b'każ. L-Istati Membri għandhom is-setgħa li jagħmlu din il-valutazzjoni.

1.Kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD

 

Artikolu 3(1)

Din id-Direttiva trid tapplika għal prattiċi kummerċjali inġusti min-negozju għall-konsumatur kif stipulat fl-Artikolu 5, qabel, matul u wara tranżazzjoni kummerċjali b'rabta ma' prodott.

Id-Direttiva għandha bixra orizzontali u tħares l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Id-dispożizzjonijiet tagħha, imsejsin fuq il-prinċipji, jindirizzaw firxa wiesgħa ta' prattiċi u huma ġenerali biżżejjed sabiex ikopru l-prodotti, is-servizzi u l-metodi ta' bejgħ li qegħdin jiżviluppaw bla heda.

1.1Il-prattiċi kummerċjali li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD

 

Artikolu 2(d)

prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “prattiċi kummerċjali”) tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lill-konsumaturi.

Artikolu 2(c)

"prodott" tfisser kwalunkwe merkanzija jew servizz inkluża proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;

Din it-taqsima tiffoka l-iktar fuq eżempji ta' prattiċi kummerċjali li għalihom jista' jkun hemm bżonn li jiġi ċċarat li dawn tabilħaqq jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD. L-applikazzjoni tal-UCPD għal mudelli kummerċjali onlajn hija diskussa fil-Kapitolu 5.2.

1.1.1Il-prattiċi ta' wara l-bejgħ, inklużi attivitajiet ta' ġbir tad-dejn

Skont l-Artikolu 3(1), il-prattiċi kummerċjali ma jseħħux biss matul l-istadji tal-kummerċjalizzazzjoni u l-provvista, iżda anki wara li tkun saret it-tranżazzjoni. 

Il-Premessa 13 tal-UCPD tirreferi wkoll għal "prattiċi kummerċjali żleali li jirriżultaw barra minn xi relazzjoni kontrattwali bejn kummerċjant u konsumatur jew li jirriżultaw wara l-konklużjoni ta’ kuntratt u waqt l-eżekuzzjoni tiegħu".

Pereżempju:

· Operatur tas-suq li juża ostakoli mhux kontrattwali, onerużi jew sproporzjonati sabiex jipprevjeni lil konsumatur milli jibdel il-fornituri ta' servizzi: l-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Italja (AGCM) immultat lil kumpanija tat-telekomunikazzjoni talli dewmet u ma ħallietx lill-klijenti tagħha jaqilbu għal fornitur ieħor ta' servizz 4 . 

Ċerti awtoritajiet nazzjonali stipulaw li, indipendentement minn jekk operatur tas-suq assenjax pretensjoni lil parti terza, l-attivitajiet ta' ġbir tad-dejn għandhom jitqiesu bħala prattiċi kummerċjali ta' wara l-bejgħ, għaliex il-ġbir tad-dejn huwa marbut b'mod dirett mal-bejgħ jew il-provvista ta' prodotti. Ma hemm ebda raġuni oġġettiva sabiex issir distinzjoni għal dik il-valutazzjoni fuq il-bażi ta' jekk operatur tas-suq jesternalizzahiex permezz ta' aġenziji speċjalizzati jew le.

Dan huwa implikat ukoll fin-Nru 25 tal-Anness I li jqis il-prattika ta' "Fejn il-kummerċjant jagħmel żjarat personali fid-dar tal-konsumatur u jinjora t-talba tal-konsumatur sabiex jitlaq jew sabiex ma jirritornax ħlief f’ċirkostanzi u sal-punt ġustifikat, skont il-liġi nazzjonali, sabiex jinforza obbligazzjoni kontrattwali" bħala inġusta f'kull ċirkustanza.

Pereżempju:

·Qorti Slovakka ddikjarat li l-avviż lil klijent li mhuwiex jirrispetta l-obbligi finanzjarji tiegħu li ismu sejjer jiġi ppubblikat bħala individwu inadempjenti fil-mezzi tax-xandir lokali huwa prattika kummerċjali aggressiva 5 .

·L-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Italja (AGCM) ħadet passi kontra kollettur tad-dejn li kien juża logo, isem u dokumenti li kienu simili għal dawk li jużaw aġenziji uffiċjali Taljani. L-operatur tas-suq ta x'jifhmu b'mod qarrieqi lill-konsumaturi li kien qiegħed jinfurza ordnijiet tal-qorti uffiċjali sabiex iġiegħel lill-konsumaturi jħallsu d-djun tagħhom meta, fil-verità, it-tali setgħat huma riżervati għall-awtoritajiet pubbliċi 6 .

·L-awtorità Pollakka (UOKiK) qieset il-ġbir tad-dejn bħala prattika kummerċjali ta' wara l-bejgħ li taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD u mmultat lil aġenzija li tiġbor id-dejn talli qarrqet b'debituri konsumaturi dwar il-firxa u s-serjetà tal-konsegwenzi negattivi li kienu sejrin jiffaċċjaw jekk ma jifdux id-dejn li kellhom minnufih. L-aġenzija tal-ġbir tad-dejn naqset ukoll milli tgħarraf lill-konsumaturi dwar il-bażi kuntrattwali preċiża għad-dejn u eżerċitat pressjoni psikoloġika eċċessiva fuqhom 7 .

1.1.2Operaturi tas-suq li jixtru prodotti mingħand il-konsumaturi

Ċerti operaturi tas-suq jistgħu jixtru prodotti mingħand il-konsumaturi fl-attività professjonali tagħhom. Eżempji ta' dan jinkludu negozjanti tal-karozzi, negozjanti ta' antikitajiet u bejjiegħa bl-imnut ta' prodotti użati.

Skont id-definizzjoni pprovduta fil-UCPD, prattiċi kummerċjali huma biss dawk "konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi". Is-sitwazzjoni kuntrarja, li fiha l-operaturi tas-suq jixtru prodotti mingħand il-konsumaturi, ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD. Madankollu, hemm każijiet li fihom tista' tiġi stabbilita rabta bejn il-bejgħ ta' prodott minn konsumatur lil negozjant u l-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta' prodott (differenti) lill-konsumatur.

Pereżempju, ftehim ta' xiri bi tpartit huwa komuni fis-settur tal-vetturi bil-mutur. L-operatur tas-suq jixtri vettura użata mingħand il-konsumatur li, min-naħa tiegħu jixtri vettura mingħand l-operatur tas-suq. F'dawn il-każijiet, ix-xirja mill-operatur tas-suq tista' titqies li hija parti mir-rimunerazzjoni mogħtija mill-konsumatur għall-parti tat-tranżazzjoni min-negozju għall-konsumatur. Huwa ċar li l-ftehim ta' xiri bi tpartit jaqa’ taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD

Pereżempju:

· L-Office of Fair Trading tar-Renju Unit (issa: Competition and Markets Authority - CMA) investiga l-prattika ta' kumpaniji speċjalizzati fix-xiri ta' karozzi użati mingħand il-konsumaturi, u qies li din taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD. B'mod partikolari, l-awtorità tar-Renju Unit ħadet azzjoni kontra kumpanija li tixtri karozzi użati fuq il-bażi li l-evalwazzjonijiet onlajn tagħha jistgħu jkunu qarrieqa 8 .

Kultant, ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid tad-deheb jistgħu jaqgħu taħt il-UCPD. Pereżempju, operatur tas-suq li joffri lill-konsumaturi evalwazzjoni professjonali għad-deheb tagħhom qabel ma jixtrih jista' jitqies li qiegħed jipprovdi servizz lill-konsumaturi. Meta dan ikun il-każ, tapplika l-UCPD u, bħala konsegwenza, l-operatur tas-suq ma għandux jipprovdi informazzjoni qarrieqa dwar il-valur reali tad-deheb jew fuq il-prezz tas-servizz offrut (eż. l-ommissjoni ta' "tariffi amministrattivi").

Pereżempju:

·"Operatur tas-suq li huwa espert fuq oġġetti tal-fuħħar miċ-Ċina jgħid lil konsumatur li vażun Ming li trid tbigħlu huwa falz. Jekk dan ma jkunx minnu, id-dikjarazzjoni aktarx li tista' titqies bħala azzjoni qarrieqa".

1.2 Il-prattiċi kummerċjali li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD

1.2.1Il-prattiċi kummerċjali li ma jaffettwawx l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur

 

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

Il-UCPD ma tkoprix regoli nazzjonali maħsubin sabiex iħarsu interessi li mhumiex ta' xorta ekonomika. 

Għaldaqstant, il-UCPD ma taffettwax il-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli li jirregolaw il-prattiċi kummerċjali għal raġunijiet ta' saħħa, sikurezza jew ħarsien tal-ambjent. Lanqas regoli nazzjonali eżistenti dwar il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar, ibbażati fuq "gosti u deċenza", ma huma koperti mill-UCPD. Skont il-Premessa 7, "Din id-Direttiva [...] ma tindirizzax rekwiżiti legali konnessi ma’ gosti u deċenza li jvarjaw ħafna bejn Stati Membri [...] L-Istati Membri jkunu jistgħu għalhekk ikomplu jipprojbixxu prattiċi kummerċjali fit-territorju tagħhom, b’konformità mal-liġi Komunitarja, għal raġunijiet ta’ gosti u deċenza anki meta dawn il-prattiċi ma jillimitawx il-libertà tal-għażla tal-konsumatur. […].”

Għaldaqstant, fil-kuntest tal-prattiċi kummerċjali, il-UCPD ma tkoprix regoli nazzjonali dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem, il-prevenzjoni ta' diskriminazzjoni sesswali, razzjali u reliġjuża jew fuq il-wiri ta' nudità, vjolenza u imġiba antisoċjali.

Pereżempju:

·Il-Qorti ċċarat li l-UCPD ma kinitx tapplika għal dispożizzjoni nazzjonali li tipprevjeni lil operatur tas-suq milli jiftaħ il-ħanut tiegħu sebat ijiem fil-ġimgħa billi teħtieġ li l-operaturi tas-suq jagħżlu ġurnata fil-ġimgħa li fiha jridu jagħlqu, peress li din id-dispożizzjoni speċifika ma kellhiex objettivi marbutin mal-protezzjoni tal-konsumatur 9 .

Għall-kuntrarju, tabilħaqq, ir-regoli nazzjonali li għandhom l-għan li jħarsu l-interess ekonomiku tal-konsumaturi, flimkien ma' interessi oħrajn, jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Pereżempju:

·Regoli nazzjonali li jipprojbixxu l-bejgħ b'bonusijiet: il-Qorti ċċarat li l-UCPD tipprekludi projbizzjoni nazzjonali ġenerali fuq il-bejgħ b'bonusijiet li hija mfassla sabiex tikseb il-ħarsien tal-konsumatur u objettivi oħrajn (bħall-pluraliżmu tal-istampa) 10 .

·Regoli nazzjonali li jippermettu li l-iskontijiet għall-ikklirjar jitħabbru biss jekk ikunu awtorizzati mill-awtorità amministrattiva kompetenti tad-distrett: il-Qorti osservat li l-qorti ta' riferiment kienet aċċettat b'mod impliċitu li dispożizzjoni bħal din, li kienet is-suġġett tal-kawża, kellha l-għan li tħares il-konsumaturi u mhux biss li tħares lil kompetituri u lil operaturi oħrajn fis-suq. Għaldaqstant, il-UCPD kienet applikabbli 11 .

1.2.2Il-prattiċi kummerċjali li huma marbutin ma' tranżazzjoni minn negozju għalnegozju jew li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri biss

 

Il-premessa 6

Din id-Direttiva [...] la tkopri u lanqas tolqot il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li huma konnessi ma’ xi tranżazzjoni bejn kummerċjanti; b’kont sħiħ meħud tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jkunu jistgħu jirregolaw prattiċi bħal dawn, b’konformità mal-liġi Komunitarja, jekk jagħżlu li jagħmlu dan [...].

Il-prattiċi kummerċjali min-negozju għan-negozju ("B2B") ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD. F'parti minnhom huma rregolati mid-Direttiva dwar ir-Reklamar Qarrieqi u Komparattiv 12 . Skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-protezzjoni mogħtija mill-UCPD lil prattiċi kummerċjali B2B 13 .

Miżuri li jħarsu l-interessi tal-kompetituri b'mod esklussiv biss jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD. Fejn il-miżuri nazzjonali jirregolaw prattika bl-għan doppju li jħarsu ’l-konsumaturi u ’l-kompetituri, it-tali miżuri nazzjonali huma koperti mill-UCPD.

Rigward id-distinzjoni bejn l-interessi tal-konsumaturi u tal-kompetituri, il-Qorti qieset li:

"39[…] Huma biss esklużi mill-imsemmi kamp ta’ applikazzjoni, kif jirriżulta mill-premessa 6 tal-[UCPD], il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara “unikament” lill-interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li huma konnessi ma’ xi tranżazzjoni bejn kummerċjanti.

40[…] dan ma huwiex il-każ fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali [li] huma intiżi speċifikament għallprotezzjoni tal-konsumaturi u mhux biss tal-kompetituri u ta’ atturi oħra fissuq." 14

Huwa f'idejn l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jiddeċiedu dwar jekk dispożizzjoni nazzjonali hijiex maħsuba sabiex tħares l-interessi tal-konsumatur.

Il-Qorti osservat li:

"29Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju u mhux il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tistabbilixxi jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali […] għandhomx effettivament l-għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi sabiex jiġi vverifikat jekk tali dispożizzjonijiet jistgħux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-prattiċi kummerċjali żleali […]." 15

Il-Qorti sabet ukoll li l-UCPD tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ bit-telf biss safejn ikollha l-għan li tħares lill-konsumaturi 16 .

Rigward ir-regoli nazzjonali li jipprojbixxu t-tnaqqis fil-prezz matul il-perjodi ta' qabel il-bejgħ, il-Qorti ċċarat li projbizzjoni bħal din mhijiex kompatibbli mal-UCPD jekk ikollha l-għan li tħares l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi 17 . 

Madankollu, sabet ukoll li dispożizzjoni nazzjonali ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD "jekk ikollha l-għan uniku, kif argumentat il-qorti ta' riferiment, li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-kompetituri u ma jkollhiex l-għan li tħares lill-konsumaturi 18 . 

1.3Armonizzazzjoni sħiħa 

Il-UCPD hija bbażata fuq il-prinċipju ta' armonizzazzjoni sħiħa. Fil-livell tal-UE ġie stabbilit qafas regolatorju uniformi li jarmonizza r-regoli nazzjonali sabiex jitneħħew l-ostakoli għas-suq intern u tiżdied iċ-ċertezza legali għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji 19 .

Il-Qorti kompliet tiċċara dan. Iddikjarat li "dDirettiva twettaq armonizzazzjoni kompleta talimsemmija regoli fuq livell Komunitarju. Għaldaqstant, […] lIstati Membri ma jistgħux jadottaw miżuri iktar restrittivi minn dawk definiti midDirettiva, anki sabiex jiżguraw grad ogħla ta’ protezzjoni lillkonsumaturi" 20 . 

Konsegwentement, instab li d-Direttiva tipprekludi projbizzjoni ġenerali nazzjonali dwar l-offerti kombinati.

1.3.1Promozzjonijiet ta' skontijiet u roħs fil-prezzijiet

Il-UCPD tkopri prattiċi kummerċjali bħal offerti kombinati jew marbutin, skontijiet, roħs fil-prezzijiet, skontijiet promozzjonali, lotteriji kummerċjali, kompetizzjonijiet u kupuni.

Il-UCPD tinkludi diversi dispożizzjonijiet dwar prattiċi promozzjonali (eż. l-Artikolu 6(d) dwar l-eżistenza ta' vantaġġ speċifiku fil-prezzijiet, il-punt 5 tal-Anness I dwar ir-reklamar nassa, il-punt 7 dwar l-offerti speċjali, il-punti 19 u 31 dwar il-kompetizzjonijiet u l-promozzjoni ta' premji, u l-punt 20 dwar offerti b'xejn) 21 .

Il-Qorti ċċarat li r-regoli li jeħtieġu li roħs fi prezz jirreferi għal prezz ta' referenza u d-durata tal-promozzjoni mhumiex konformi mal-UCPD:

"61. Konsegwentement, tali leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod ġenerali prattiċi mhux imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29, mingħajr ma titwettaq analiżi individwali tan-natura “żleali” tagħhom fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikoli 5 sa 9 ta’ din id-direttiva, tmur kontra l-kontenut tal-Artikolu 4 tagħha u tmur kontra l-għan ta’ armonizzazzjoni kompleta segwit mill-imsemmija direttiva anki meta din il-leġiżlazzjoni tkun intiża li tiżgura livell ta’ protezzjoni iktar għoli tal-konsumaturi [...]"  22

Il-UCPD ma tesiġix b'mod espliċitu li l-operaturi tas-suq juru r-roħs fil-prezzijiet b'modi speċifiċi jew li jiddikjaraw għaliex qegħdin joffru l-prezzijiet imraħħsin. Jekk operatur tas-suq huwiex qiegħed jaġixxi b'mod li jmur kontra l-UCPD għandu jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ.

Qamu wkoll mistoqsijiet dwar il-promozzjonijiet tal-prezzijiet u l-karattru ta' armonizzazzjoni sħiħa tal-UCPD fid-dawl tad-Direttiva dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet 23 . 

L-iskop ta' dik id-Direttiva huwa li tesiġi lill-operaturi tas-suq jiddikjaraw il-prezz tal-bejgħ bl-imnut, il-prezz ta' unità u l-qies tal-prodotti sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prezzijiet b'faċilità.

Ingħad li, għall-politiki dwar il-prezzijiet marbutin ma' kampanji promozzjonali, l-objettivi tad-Direttiva jistgħu jinkisbu biss billi jiddaħħlu rekwiżiti iktar strinġenti fuq kif għandu jiġi indikat il-prezz minn dak li jirriżulta mill-UCPD.

Il-Qorti sabet li:

"59. […] l-għan tad-Direttiva 98/6 huwa l-protezzjoni tal-konsumaturi mhux fil-qasam tal-indikazzjoni tal-prezzijiet, b’mod ġenerali jew fir-rigward tar-realtà ekonomika tat-tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezz, iżda fil-qasam tal-indikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti b’riferiment għal diversi tipi ta’ unitajiet tal-kejl" 24 .

Il-Qorti kkonkludiet ukoll li ż-żamma ta' dispożizzjonijiet iktar strinġenti fuq ir-roħs fil-prezzijiet ma tistax tiġi ġġustifikata mid-Direttiva dwar l-Indikazzjoni tal-Prezzijiet.

1.3.2Eċċezzjonijiet għal armonizzazzjoni sħiħa

L-Artikolu 3(5) u (6) tal-UCPD stabbilixxa deroga temporanja minn armonizzazzjoni sħiħa għas-sitt snin li bdew mit-12 Ġunju 2007. Dan kien japplika għal dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw direttivi li fihom klawżoli dwar l-armonizzazzjoni minima 25 . Ir-Rapport tal-2013 tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-UCPD ikkonkluda li ma kien hemm ebda bżonn li din id-deroga tiġi estiża iktar 26 . Għaldaqstant, mit-12 ta' Ġunju 2013, l-Artikoli 3(5) u 3(6) tal-UCPD ma baqgħux japplikaw iktar.

Il-Premessa 14 tiċċara li l-armonizzazzjoni sħiħa ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jispeċifikaw fil-liġi nazzjonali l-karatteristiċi ewlenin ta' prodotti partikolari, li l-ommissjoni tagħhom tkun materjali meta ssir stedina għax-xiri. Tiċċara wkoll li l-UCPD hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE li jagħtu espressament lill-Istati Membri l-għażla bejn bosta alternattivi regolatorji għall-ħarsien tal-konsumaturi fil-qasam tal-prattiċi kummerċjali.

L-Artikolu 3(9) jipprevedi limitazzjoni fuq in-natura ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-UCPD billi jiddikjara li “[f]ir-rigward ta’ "servizzi finanzjarji […] u proprjetà immobbli, l-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva f’dak il-qasam li hija tapprossima”. Konsegwentement, f’dawn is-setturi, l-Istati Membri jistgħu jimponu regoli li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-UCPD, sakemm dawn ikunu konformi ma’ liġi oħra tal-UE. Il-Kapitolu 5.4 jindirizza b'mod speċifiku kif il-UCPD tapplika għas-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli.

1.4Ir-relazzjoni bejn id-Direttiva u liġi oħra tal-UE

 

Artikolu 3 (4)

Fil-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, dawn tal-aħħar għandhom jipprevalu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi.

Il-premessa 10

Hu meħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza tar-relazzjoni bejn din id-Direttiva u l-liġi Komunitarja eżistenti, b’mod partikolari fejn dispożizzjonijiet dettaljati dwar prattiċi kummerċjali żleali japplikaw għal setturi speċifiċi. [...] Għaldaqstant din id-Direttiva tapplika biss fejn m’hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ liġi Komunitarja li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, bħal rekwiżiti dwar tagħrif u regoli dwar kif it-tagħrif ikun ippreżentat lill-konsumatur. Tipprovdi wkoll ħarsien għall-konsumaturi fejn m’hemmx leġiżlazzjoni speċifika settorjali fil-livell Komunitarju u tipprojbixxi lill-kummerċjanti milli joħolqu impressjoni falza tal-prodotti. Dan huwa importanti b’mod partikolari għal prodotti kumplessi b’livelli għolja ta’ riskju għal konsumaturi, bħal ċerti prodotti ta’ servizzi finanzjarji. Din id-Direttiva konsegwentement tikkomplimenta l-acquis tal-Komunità, li huwa applikabbli għal prattiċi ta’ kummerċ li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni ġenerali tagħha, id-Direttiva tapplika għal ħafna prattiċi kummerċjali li huma rregolati wkoll minn leġiżlazzjoni ġenerali oħra jew speċifika għas-setturi tal-UE.

1.4.1Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE

L-Artikolu 3(4) u l-Premessa 10 huma karatteristiċi ewlenin tal-UCPD. Jiċċaraw li l-UCPD tikkomplimenta leġiżlazzjoni oħra tal-UE ("Regoli tal-Komunità") li jirregolaw aspetti speċifiċi ta' prattiċi kummerċjali inġusti. Konsegwentement, il-UCPD taħdem bħala "xibka ta' sikurezza" li tiżgura li jkun jista' jinżamm livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur kontra prattiċi kummerċjali inġusti fis-setturi kollha, inkluż billi tikkomplementa u tneħħi d-diskrepanzi f'liġijiet oħrajn tal-UE.

Meta l-liġi tal-UE speċifika għas-settur jew liġi oħra tal-UE u d-dispożizzjonijiet tagħha jidħlu f'sovrappożizzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-UCPD, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-lex specialis isiru prevalenti.

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva jiċċara li “[f]il-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, dawn tal-aħħar għandhom jipprevalu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi.”

L-Artikolu 3(4) moqri flimkien mal-Premessa 10 jimplika li d-dispożizzjoni tal-liġi tal-UE sejra tipprevali fuq il-UCPD jekk ikunu ssodisfati dawn it-tliet kundizzjonijiet kollha kemm huma:

Øgħandha status tal-liġi tal-UE,

Øtirregola aspett speċifiku tal-prattiċi kummerċjali, u

Øhemm kunflitt bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet jew il-kontenut tad-dispożizzjoni l-oħra tal-liġi tal-UE jidħol f'sovrappożizzjoni mal-kontenut tad-dispożizzjoni rilevanti tal-UCPD, pereżempju billi jirregola l-kondotta inkwistjoni f'iktar dettall u/jew billi jkun applikabbli għal settur speċifiku.

Pereżempju:

·L-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju 27 jipprojbixxi, fil-prinċipju, il-bejgħ abbinat li bih ftehim ta' kreditu għal ipoteka jinbiegħ ma' prodott finanzjarju ieħor u ma jkunx disponibbli b'mod separat. Minnu nnifsu, dan jidħol f'kunflitt mal-UCPD għaliex il-bejgħ abbinat ikun inġust u, b'hekk, ikun ipprojbit mill-UCPD biss wara li ssir valutazzjoni ta' każ b'każ. L-Artikolu 12 tagħha jipprevali fuq ir-regoli ġenerali tal-UCPD. B'hekk, il-bejgħ abbinat skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju huwa pprojbit bħala tali.

Meta jkunu ssodisfati t-tliet kundizzjonijiet kollha li huma stabbiliti hawn fuq, il-UCPD mhijiex sejra tapplika għal aspett speċifiku tal-prattika kummerċjali regolata, pereżempju, permezz ta' regola speċifika għas-settur. Il-UCPD xorta waħda għadha rilevanti sabiex jiġu vvalutati aspetti possibbli oħrajn tal-prattika kummerċjali li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur, bħal, pereżempju, imġiba aggressiva minn operatur tas-suq.

Pereżempju:

·Sabiex jaqleb għal fornitur ieħor tat-telekomunikazzjonijiet, konsumatur jintalab jimla formola mill-fornitur attwali tiegħu. Madankollu, il-formola mhijiex aċċessibbli onlajn u l-fornitur mhuwiex qiegħed iwieġeb għall-ittri elettroniċi/is-sejħiet bit-telefown tal-konsumatur. Din l-imġiba mhijiex ipprojbita mill-Artikolu 30 tad-Direttiva Servizz Universali 28 , li tistipula biss li, meta jaqilbu bejn il-fornituri, l-abbonati jistgħu jżommu n-numru tat-telefown tagħhom, u t-trasferiment tan-numri għandu jsir malajr u mingħajr ma jkun jiswa wisq flus. Madankollu, tista' tiġi vvalutata skont l-Artikoli 8 u 9(d) tal-UCPD, li jikkwalifikaw lil ostakoli mhux kuntrattwali sproporzjonati għall-bdil ta' fornituri bħala prattika kummerċjali aggressiva 29 .

Minn dan li ntqal hawn fuq, isegwi li, b'mod ġenerali, l-applikazzjoni tal-UCPD mhijiex per se eskluża sempliċement għaliex hemm leġiżlazzjoni oħra tal-UE fis-seħħ li tirregola aspetti speċifiċi ta' prattiċi kummerċjali inġusti.

Pereżempju:

·Fil-Kawżi Konġunti C-544/13 u C-545/13, il-Qorti osservat 30 :

"(…) il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fejn prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem […] jaqgħu fid-Direttiva 2001/83, prattiċi ta’ reklamar relatati ma’ dawn il-prodotti mediċinali […] jistgħux ukoll jaqgħu fid-Direttiva 2005/29.(…)

Kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, id-direttiva hija kkaratterizzata minn kamp ta’ applikazzjoni materjali partikolarment wiesa’, li jinkludi kull prattika kummerċjali li għandha rabta diretta mal-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta’ prodott lill-konsumaturi. (…)

"[ir-]risposta (…) [hija] li wkoll fl-ipoteżi li prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83, prattiċi ta’ reklamar relatati ma’ dawn il-prodotti mediċinali […] jistgħu wkoll jaqgħu fid-Direttiva 2005/29, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva." 

 

Għaldaqstant, il-UCPD normalment tkun tista' tiġi applikata flimkien ma' regoli tal-UE speċifiċi għas-settur b'mod komplementari; b'hekk, ir-rekwiżiti iktar speċifiċi stipulati f'regoli oħrajn tal-UE normalment iżidu mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-UCPD, tipikament billi jipprevjenu lill-operaturi tas-suq milli jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur b'mod qarrieqi jew aggressiv, sakemm dan l-aspett ma jkunx irregolat b'mod speċifiku mir-regoli speċifiċi għas-settur.

 

Pereżempju:

·Il-vetturi bil-mutur huma soġġetti għal rekwiżiti tal-UE armonizzati bis-sħiħ li jiddefinixxu l-limiti tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa u l-proċeduri għall-ittestjar tal-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa u CO2 kif ukoll il-konsum ta' fjuwil (ara r-Regolament 715/2007/KE). 31 Sabiex tgħin lill-konsumaturi jagħżlu vetturi b'konsum baxx ta' fjuwil, id-Direttiva 1999/94/KE teħtieġ b'mod speċifiku li dik l-informazzjoni dwar il-konsum uffiċjali ta' fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 tiġi pprovduta lix-xerrejja potenzjali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri offruti għall-bejgħ jew b'lokazzjoni fl-UE. 32 Nuqqas milli jagħmlu dan, flimkien ma' mġiba ta' kummerċjalizzazzjoni aggressiva, bħal bejgħ b'ħafna pressjoni, jesponi lill-operatur tas-suq rilevanti għar-riskju li jinstab ħati li jkun qiegħed jikser kemm id-Direttiva 1999/94/KE kif ukoll il-UCPD 33 .

1.4.2L-impatt fuq l-infurzar

 

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi li jikkumbattu l-prattiċi kummerċjali żleali sabiex tiġi infurzata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fl-interess tal-konsumaturi.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 11, sabiex jiżguraw l-infurzar xieraq tal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, l-Istati Membri jridu jaraw li ssir koordinazzjoni b'rieda tajba bejn l-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti differenti. F'dawk l-Istati Membri fejn hemm awtoritajiet differenti responsabbli għall-infurzar tal-UCPD u leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jaraw li s-sejbiet tal-investigazzjonijiet rispettivi tagħhom fuq l-istess operatur tas-suq u/jew prattika kummerċjali jkunu konsistenti.

1.4.3Informazzjoni stabbilita minn liġi oħra tal-UE bħala informazzjoni "materjali" 

 

Artikolu 7(5)

5. Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni li jinsabu f’lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala importanti.

"Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mil-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali" jinsabu f'għadd ta' siltiet ta' leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur. Pereżempju:

Øl-ambjent (eż. Id-Direttiva dwar it-Tikkettar Enerġetiku, 34 id-Direttiva dwar l-Ekodisinn, 35 id-Direttiva dwar l-Ekonomija fil-fjuwil 36 );

Øis-servizzi finanzjarji (eż. id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji, 37 id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament, 38 id-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, 39  id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju, 40 id-Direttiva dwar il-Kontijiet tal-Pagamenti, 41 ir-Regolament dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-PRIIPs 42 );

Øis-saħħa (eż. id-Direttiva 2001/83/KE 43 );

Øit-telekomunikazzjoni (eż. id-Direttiva Servizz Universali 44 );

Øit-trasport (eż. Ir-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru, 45 ir-Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri 46 )

Dawn ir-rekwiżiti ta' informazzjoni spiss sejrin ikunu iktar speċifiċi mir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-UCPD.

L-Artikolu 7(5) tal-UCPD jiċċara li t-tali rekwiżiti ta' informazzjoni "għandhom jitqiesu bħala importanti". Il-kunċett ta' "informazzjoni importanti" skont it-tifsira tal-UCPD huwa diskuss fit-Taqsima 3.4.1.

Pereżempju:

·L-Artikolu 23 tar-Regolament dwar is-Servizzi bl-Ajru jeħtieġ li l-operaturi tal-ajru, l-aġenti tagħhom u bejjiegħa oħrajn tal-biljetti, meta joffru biljetti tat-titjira, jagħtu tagħrif dwar kif ikun imqassam il-prezz finali skont il-komponenti (eż. tariffa tal-ajru, taxxi, tariffi tal-ajruport, u ħlasijiet u tariffi oħrajn, bħal dawk marbutin mas-sigurtà u l-fjuwil). Dawn jikkostitwixxu informazzjoni importanti skont it-tifsira tal-Artikolu 7(5) tal-UCPD.

 

Il-premessa 15 tistipula li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew iżidu informazzjoni marbuta mal-liġi dwar il-kuntratti fejn dan huwa permess minn klawżoli dwar l-armonizzazzjoni minima li jinsabu fl-istrumenti legali eżistenti tal-UE.

Pereżempju:

·L-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti prekuntrattwali addizzjonali għal bejgħ fil-post tan-negozju, li huma soġġetti għall-klawżola ta' armonizzazzjoni minima fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

1.4.4Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur 47 daħlet fis-seħħ fit-13 ta' Ġunju 2014. Tapplika għall-kuntratti kollha min-negozju għall-konsumatur inklużi kuntratti barra mill-post tan-negozju, fuq distanza u fil-post tan-negozju. Tarmonizza bis-sħiħ ukoll ir-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali għal kuntratti fuq distanza u barra mill-post tan-negozju, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri jadottaw jew iżommu r-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali għall-kuntratti fil-post tan-negozju (Artikolu 5(4)).

Din il-klawżola ta' armonizzazzjoni minima għandha konsegwenzi għall-prattiċi kummerċjali li jaqgħu taħt il-UCPD armonizzata bis-sħiħ.

Tabilħaqq, skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali li jmorru lil hinn mill-UCPD jekk dawn ir-rekwiżiti nazzjonali japplikaw biss għal bejgħ fil-post tan-negozju u jkunu marbutin biss ma' rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali, għall-kuntrarju tar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni.

Pereżempju:

·Rekwiżit nazzjonali għal operaturi tas-suq fi ħwienet tradizzjonali sabiex isemmu l-prezz ta' qabel ħdejn il-prezz promozzjonali fi promozzjonijiet tal-prezzijiet imur lil hinn mill-mandat tal-UCPD. Madankollu, skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, dan jista' jitqies bħala rekwiżit ta' informazzjoni permissibbli, peress li sempliċement japplika għal bejgħ fil-post tan-negozju u fl-istadju prekuntrattwali.



Iż-żewġ direttivi jikkomplementaw lil xulxin ukoll.

Pereżempju:

·Il-bejgħ mhux mitlub: Il-punt 21 tal-Anness I għall-UCPD jipprojbixxi l-prattika ta' inklużjoni fil-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni ta' fattura jew dokument simili li joħloq l-impressjoni qarrieqa li l-konsumatur diġà ordna l-prodott ikkummerċjalizzat. Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tikkomplimenta l-UCPD dwar il-konsegwenzi tat-tali prattika. L-Artikolu 27 tagħha jiċċara li, fil-każ ta' bejgħ mhux mitlub, il-"konsumatur għandu jkun eżentat mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe kunsiderazzjoni" u f'dawn il-każijiet "in-nuqqas ta’ reazzjoni mill-konsumatur (...) ma għandux jikkostitwixxi kunsens".

Għall-"istediniet għax-xiri", id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tipprovdi rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali iktar dettaljati mir-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Artikolu 7(4) tal-UCPD.

Stedina għax-xiri skont il-UCPD tirreferi għall-informazzjoni pprovduta kemm fl-istadju ta' kummerċjalizzazzjoni (reklamar) u qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt. F'dan l-aħħar każ, hemm sovrappożizzjoni bejn ir-rekwiżiti ta' informazzjoni skont l-Artikolu 7(4) tal-UCPD u r-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. Id-differenza bejn l-informazzjoni prekuntrattwali u stedina għax-xiri hija spjegata iktar fit-Taqsima 2.7.

Fid-dawl tal-karattru iktar eżawrjenti tar-rekwiżiti ta' informazzjoni fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, il-konformità, sa mill-istadju ta' stedina għax-xiri, mar-rekwiżiti stabbiliti mis-CRD għall-istadju prekuntrattwali normalment għandha tiżgura wkoll konformità mal-Artikolu 7(4) UCPD, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut tal-informazzjoni 48 . Il-UCPD xorta waħda sejra tkun applikabbli meta tiġi vvalutata kwalunkwe prattika kummerċjali qarrieqa jew aggressiva minn operatur tas-suq dwar il-forma u l-preżentazzjoni ta' din l-informazzjoni lill-konsumatur.

1.4.5Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar Klawżoli Kuntrattwali Inġusti

Id-Direttiva dwar Klawżoli Kuntrattwali Inġusti 49 tapplika għall-kuntratti kollha min-negozju għall-konsumatur u tikkonċerna l-klawżoli kuntrattwali li ma ġewx innegozjati b'mod individwali minn qabel (eż. klawżoli standard ifformulati bil-lest). Għall-kuntrarju tal-UCPD, il-ksur tad-Direttiva dwar Klawżoli Kuntrattwali Inġusti għandu konsegwenzi kuntrattwali: skont l-Artikolu 6(1) ta' dik id-direttiva, klawżoli inġusti użati f'kuntratt ma' konsumatur iridu "ma jkunux jorbtu lill-konsumatur".

Il-Qorti ċċarat ċerti elementi tar-relazzjoni bejn dawn id-Direttivi fil-kawża Pereničová u Perenič, 50 li kienet tikkonċerna ftehim ta' kreditu li fih ir-rata perċentwali annwali tal-miżata indikata kienet inqas mir-rata annwali.

Il-Qorti kkonkludiet li informazzjoni żbaljata bħal din ipprovduta fil-klawżoli kuntrattwali hija "qarrieqa" skont it-tifsira tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali jekk tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

Is-sejba li tali prattika kummerċjali hija inġusta hija fattur wieħed li jista' jiġi ċċitat meta tiġi vvalutata l-inġustizzja tal-klawżoli kuntrattwali skont id-Direttiva dwar Klawżoli Kuntrattwali Inġusti. Madankollu, sejba bħal din ma għandha ebda effett dirett fuq jekk kuntratt huwiex validu skont l-Artikolu 6(1) ta' dik id-Direttiva 51 . 

Fir-Renju Unit, f'OFT vs Ashbourne Management Services, instab li kien imur kontra l-UCPD li tiddaħħal klawżola inġusta f'kuntratt, u li kien inġust ukoll li jitfittex li din tiġi infurzata billi jintalbu s-somom pagabbli skont il-klawżola. 52

Huma biss ftit l-awtoritajiet ta' protezzjoni tal-konsumatur tal-Istati Membri li għandhom setgħat simili kontra prattiċi kummerċjali inġusti u klawżoli kuntrattwali inġusti, sabiex jipprojbixxu l-użu ta' klawżoli kuntrattwali standard mhux innegozjati li jqisu li huma inġusti bla ma jkollhom itellgħu lill-operatur tas-suq il-qorti 53 .

1.4.6Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar ir-Reklamar Qarrieqi u Komparattiv

Id-Direttiva dwar ir-Reklamar Qarrieqi u Komparattiv (MCAD) 54 tkopri r-relazzjonijiet min-negozju għan-negozji (B2B).

Madankollu, ir-regoli tagħha dwar ir-reklamar komparattiv għadhom jipprovdu test ġenerali, fuq il-bażi ta' kriterji armonizzati bis-sħiħ, għall-valutazzjoni ta' jekk ir-reklamar komparattiv huwiex legali anki fi tranżazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur (B2C) 55 . 

L-Artikolu 6(2)(a) tal-UCPD jikkwalifika bħala prattika qarrieqa li, flimkien ma’ reklamar komparattiv, toħloq konfużjoni ma' kwalunkwe prodott, trademark, isem kummerċjali jew marka distintiva oħra ta’ kompetitur. Fl-istess ħin, skont l-Artikolu 4(a) tal-MCAD, ir-reklamar komparattiv mhuwiex permess jekk ikun qarrieqi skont l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD.

B'hekk, dawn iż-żewġ Direttivi jagħmlu kontroreferenza għal xulxin.

Peress li huma rilevanti għal tranżazzjonijiet B2C kif ukoll B2B, il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-legalità tar-reklamar komparattiv stabbiliti mill-Artikolu 4 tal-MCAD huma kemxejn ġenerali u jinkludu wkoll xi aspetti ta' kompetizzjoni inġusta (eż. denigrazzjoni tat-trademarks). Għaldaqstant, l-MCAD se tipprovdi l-kundizzjonijiet għat-tali valutazzjoni skont il-UCPD għal tranżazzjonijiet B2C jew inkella se timponi rekwiżiti addizzjonali li huma rilevanti għall-operaturi tas-suq, primarjament il-kompetituri, fi tranżazzjonijiet B2B.

Għal dawk l-Istati Membri li estendew id-dispożizzjonijiet kollha (l-Awstrija u l-Iżvezja) jew parti minn dawn id-dispożizzjonijiet (id-Danimarka, Franza, l-Italja) li jinsabu fil-UCPD għal tranżazzjonijiet B2B, id-dispożizzjonijiet tal-UCPD kif trasposti fil-liġijiet nazzjonali fil-prattika se jieħdu post id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-MCAD fir-relazzjonijiet B2B. Ta' min jgħid li ċerti pajjiżi (il-Belġju) adottaw regoli speċifiċi għall-B2B ukoll.

1.4.7Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar is-Servizzi

Għall-kuntrarju tal-leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi, id-Direttiva dwar is-Servizzi 56 għandha kamp ta' applikazzjoni wiesa’. Tapplika għal servizzi b'mod ġenerali kif definiti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'ċerti eċċezzjonijiet. Għaldaqstant, ma tistax titqies bħala lex specialis għad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(4).

Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Artikolu 22 tad-Direttiva dwar is-Servizzi japplikaw minbarra l-informazzjoni meħtieġa għall-istediniet għax-xiri skont l-Artikolu 7(4) tal-UCPD.

1.4.8Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku

Id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku 57 tapplika għal servizzi ta' informazzjoni għas-soċjetà, li jistgħu jinkludu s-servizzi pprovduti mill-operaturi ta' siti web u pjattaformi onlajn fejn il-konsumaturi jistgħu jixtru prodott jew servizz.

L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku stabbilixxa rekwiżiti ta' informazzjoni ġenerali għall-fornituri ta' servizzi, filwaqt li l-Artikolu 6 jistabbilixxi l-informazzjoni li trid tiġi stabbilita fil-komunikazzjonijiet kummerċjali. Il-listi ta' affarijiet stabbiliti f'dawn iż-żewġ artikoli huma listi minimi.

B'mod partikolari, l-Artikolu 6 jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-operaturi tas-suq jidentifikaw biċ-ċar l-offerti promozzjonali, bħal skontijiet, primjums u rigali, fejn dan ikun permess fl-Istati Membri fejn huwa stabbilit il-fornitur ta' servizz, u l-kundizzjonijiet sabiex wieħed jikkwalifika għat-tali offerti promozzjonali.

Ir-relazzjoni bejn il-UCPD u d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku hija vvalutata iktar, b'mod partikolari, fit-taqsima 5.2.2 dwar "L-applikabbiltà tal-UCPD għall-pjattaformi onlajn".

1.4.9Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva 58 tapplika għal servizzi tal-midja awdjoviżiva lineari u mhux lineari (jiġifieri xandir tat-TV u servizzi tal-midja fuq talba), li jistgħu jinkludu komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li b'mod dirett jew indirett jippromwovu prodotti jew servizzi (eż. reklamar fuq it-televiżjoni, sponsorjar, telebejgħ jew inklużjoni ta' prodotti kummerċjali).

L-Artikolu 5 tad-Direttiva is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva jistabbilixxi rekwiżiti ta' informazzjoni ġenerali għall-fornituri ta' servizzi, filwaqt li l-Artikolu 9 jistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jirrispettaw il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi kollha. L-Artikoli 10 u 11, rispettivament, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jridu jirrispettaw l-isponsorjar u l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali f'servizzi tal-midja awdjoviżiva.

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva tipprovdi wkoll għal kriterji oħrajn iktar stretti li japplikaw biss għar-reklamar fuq it-televiżjoni u t-telebejgħ (Kapitolu VII dwar ir-reklamar fuq it-televiżjoni u t-telebejgħ).

Il-UCPD tapplika għal prattiċi kummerċjali inġusti li jseħħu fis-servizzi tal-midja awdjoviżiva, bħal prattiċi qarrieqa u aggressivi, sal-punt li ma jkunux koperti mid-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq.

1.4.10Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika

Il-protezzjoni ta' data personali hija dritt fundamentali skont l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

L-Artikolu 8(2) tal-Karta fih prinċipji importanti dwar il-protezzjoni tad-data (l-ipproċessar ġust, il-kunsens jew l-iskop leġittimu stipulat mil-liġi, id-dritt ta' aċċess u rettifika). L-Artikolu 8(3) tal-Karta jeħtieġ li l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tkun soġġetta għall-kontroll minn awtorità indipendenti 59 .

Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data 60 tirregola l-protezzjoni ta' data personali u l-moviment liberu tat-tali data. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data huma infurzati mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-qrati nazzjonali.

Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika 61 taħdem id f'id mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data rigward l-ipproċessar ta' data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u tiffaċilita l-moviment liberu ta' din id-data permezz tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. B'mod partikolari, id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika teħtieġ il-kunsens tal-utent meta jintużaw "cookies" jew forom oħrajn ta' aċċess u ħżin ta' informazzjoni fuq l-apparat ta' individwu (eż. tablet jew smartphone) 62 .

Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data tapplika għall-ipproċessar ta' "data personali".

Data personali tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”). Persuna identifikabbli hija waħda li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha. Persuna jew organizzazzjoni li tistabbilixxi l-iskopijiet għall-ipproċessar ta' data personali hija kontrollur tad-data (Artikolu 2(a)). Il-kontrollur tad-data jrid jirrispetta l-obbligi legali fir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

L-ipproċessar, li jinkludi l-ġbir u l-ħżin ta' data personali, irid ikun ġust u legali. Aspett minnhom ta' pproċessar ġust huwa li s-suġġett tad-data jingħata informazzjoni rilevanti, inkluża:

Øl-identità tal-kontrollur tad-data u tar-rappreżentant tiegħu, jekk tkun disponibbli;

Øl-objettivi ta' dak l-ipproċessar;

Økwalunkwe informazzjoni oħra bħal:

1. il-kategoriji ta' data personali li qiegħda tiġi pproċessata;

2. ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri;

3. l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess għal u d-dritt ta’ rettifika ta’ data dwaru;

4. jekk id-data personali hijiex sejra tiġi pprovduta lil partijiet terzi, u;

5. informazzjoni dwar jekk it-tweġibiet għall-mistoqsijiet humiex obbligatorji jew volontarji u l-konsegwenzi possibbli tan-nuqqas ta' tweġib, informazzjoni dwar l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess għal u dwar id-dritt ta' rettifika tad-data personali;

sakemm tkun meħtieġa aktar informazzjoni bħal din, għandhom jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-data, sabiex jiġi garantit l-ipproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-data 63 .

L-ipproċessar ġust u legali tad-data personali jeħtieġ li l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-data jiġu rrispettati u li tal-inqas waħda mis-sitt raġunijiet għall-ipproċessar leġittimu tkun tapplika għal kwalunkwe attività ta' pproċessar. Il-kunsens mill-individwu huwa wieħed minn dawn il-kriterji.

Kriterji oħrajn sejrin ikunu japplikaw meta jkunu meħtieġa, skont iċ-ċirkustanzi u l-iskopijiet tal-ipproċessar.

Il-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-data jeħtieġu li d-data personali:

Øtinġabar għal finijiet speċifiċi u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet;

Øtkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva għal dawk il-finijiet;

Øtkun preċiża u, jekk impreċiża, titħassar jew tiġi rettifikata;

Øma tinħażinx għal iktar milli hemm bżonn.

Strutturi kummerċjali mmexxijin mid-data qegħdin isiru dejjem iktar predominanti fid-dinja onlajn. B'mod partikolari, il-pjattaformi onlajn janalizzaw, jipproċessaw u jbigħu data marbuta mal-preferenzi tal-konsumatur u kontenut ieħor iġġenerat mill-utenti. Dan, flimkien mar-reklamar, spiss jikkostitwixxi s-sors ewlieni tad-dħul tagħhom.

Il-ġbir u l-ipproċessar ta' data personali f'dawn it-tipi ta' sitwazzjonijiet iridu jirrispettaw ir-rekwiżiti legali skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data msemmija hawn fuq. L-individwi jridu jkunu kapaċi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fir-rigward tat-tali pproċessar. Dawn jinkludu:

Øid-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom;

Øid-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar (eż. kummerċjalizzazzjoni diretta);

Øid-dritt li titħassar id-data personali tagħhom.

Pereżempju:

· Żviluppatur ta' app li jiddeċiedi fuq il-ġbir u l-ipproċessar ta' data personali huwa l-"kontrollur tad-data" skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data. Għaldaqstant, l-iżviluppatur tal-app irid jgħarraf lill-konsumaturi tal-inqas dwar x'tip ta' data personali qiegħda tiġi pproċessata, minn min u għaliex. Żviluppatur ta' app li jipproċessa data personali għal skopijiet oħrajn li huma inkompatibbli mal-finijiet notifikati lill-konsumatur ikun qiegħed jikser id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data. Żviluppatur ta' app irid jirrispetta wkoll l-obbligi tiegħu skont id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika u jara li jinkiseb il-kunsens minn qabel tal-konsumatur jekk ikunu qegħdin jintużaw "cookies" jew forom oħrajn ta' aċċess u ħżin ta' informazzjoni fuq l-apparat tal-individwu (eż. smartphone).

Mill-25 ta' Mejju 2018, id-Direttiva 95/46/KE se tiġi sostitwita mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data adottat fl-2016 64 . 

Ir-regoli l-ġodda jsaħħu d-drittijiet eżistenti u jagħtu s-setgħa lill-individwi b'iktar kontroll fuq id-data personali tagħhom.

B’mod partikolari, dawn jinkludu:

Ø it-twaqqif ta' liġi waħda pan-Ewropea għall-protezzjoni tad-data: is-suġġetti tad-data, l-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji jridu sempliċement jagħtu kas Regolament wieħed tal-UE, għall-kuntrarju ta' 28 liġi nazzjonali;

Øaċċess eħfef għad-data personali: l-individwi se jkollhom iktar informazzjoni, apparti r-rekwiżiti eżistenti, dwar kif id-data personali tagħhom qiegħda tiġi pproċessata, u din l-informazzjoni se jkollha titqiegħed għad-dispożizzjoni b'mod ċar u li jinftiehem;

Øid-dritt li jkunu jafu, pereżempju, meta d-data personali tagħhom kienet soġġetta għal hacking: pereżempju, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet iridu jinnotifikaw lill-awtorità superviżorja nazzjonali għall-protezzjoni tad-data dwar ksur serju tad-data personali mill-aktar fis possibbli sabiex l-utenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri adegwati.

Ksur mill-operatur tas-suq tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data jew tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika mhux bilfors se jfisser, minnu nnifsu, ksur tal-UCPD ukoll.

Madankollu, it-tali ksur tal-protezzjoni tad-data għandu jiġi kkunsidrat meta tiġi analizzata l-inġustizzja ġenerali tal-prattiċi kummerċjali skont il-UCPD, speċjalment fis-sitwazzjoni li fiha l-operatur tas-suq jipproċessa data tal-konsumatur bi ksur tar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data, jiġifieri għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta jew kwalunkwe skop kummerċjali ieħor bħat-tfassil ta' profili, ipprezzar personali jew applikazzjonijiet ta' ‘big data’.

Minn perspettiva tal-UCPD, l-ewwel kwistjoni li trid tiġi kkunsidrata tikkonċerna t-trasparenza tal-prattika kummerċjali.

Skont l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD, l-operaturi tas-suq ma għandhomx iqarrqu bil-konsumaturi fuq aspetti li aktarx li jkollhom impatt fuq id-deċiżjonijiet tranżazzjonali tagħhom. B'mod iktar speċifiku, l-Artikolu 7(2) u Nru 22 tal-Anness I jipprevjenu lill-operaturi tas-suq milli jaħbu l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali tagħhom.

Ir-rekwiżit ta' informazzjoni fuq il-protezzjoni tad-data tal-konsumaturi dwar l-ipproċessar tad-data personali, bla ma jkun limitat biss b'rabta mal-komunikazzjoni kummerċjali, jista' jitqies bħala materjali (Artikolu 7(5)).

Data personali, preferenzi tal-konsumatur u kontenut ieħor iġġenerat mill-utent, għandhom valur ekonomiku "de facto" u qegħdin jinbiegħu lil partijiet terzi.

Konsegwentement, skont l-Artikolu 7(2) u Nru 22 tal-Anness I UCPD, jekk l-operatur tas-suq ma jgħarrafx lill-konsumatur li d-data li huwa meħtieġ jipprovdi lill-operatur tas-suq sabiex jaċċessa s-servizz sejra tintuża għal skopijiet kummerċjali, dan jista' jitqies bħala ommissjoni qarrieqa ta' informazzjoni materjali.

Skont iċ-ċirkustanzi, dan jista' jitqies ukoll li huwa ksur tar-rekwiżiti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa lill-individwu kkonċernat rigward l-iskopijiet tal-ipproċessar tad-data personali.

1.4.11Ir-relazzjoni mal-Artikoli 101-102 TFUE (regoli dwar il-kompetizzjoni)

Ir-Regolament 1/2003 65 jipprovdi l-qafas legali għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 101 u 102 TFUE.

L-Artikolu 101(1) TFUE jipprojbixxi f'ċerti ċirkustanzi ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet meħudin minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiċi miftiehma, bħall-iffissar ta' prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ jew kundizzjonijiet ta' negozjar oħrajn, li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li jostakolaw, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni fl-UE. Il-karatteristika essenzjali tiegħu hija li kwalunkwe imġiba kollużiva minn żewġ impriżi jew iktar b'tir jew effett antikompetittiv hija pprojbita u awtomatikament nulla.

L-Artikolu 102 TFUE jipprojbixxi, f'ċerti ċirkustanzi, l-abbuż minn pożizzjoni dominanti minn impriża waħda jew iktar. Il-karatteristika essenzjali tiegħu hija li jipprojbixxi kondotta abbużiva anki minn impriża waħda li tkun dominanti. Abbuż bħal dan jista', pereżempju, jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet differenti għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħrajn fin-negozju, li b'hekk iqegħedhom fi żvantaġġ kompetittiv, jew l-impożizzjoni b'mod dirett jew indirett ta' prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ inġusti.

Għad li, f'ċerti kundizzjonijiet, dawn il-prattiċi huma pprojbiti mir-regoli dwar il-kompetizzjoni, mhumiex ikkunsidrati bħala inġusti b'mod awtomatiku mill-UCPD. Madankollu, il-ksur tar-regoli dwar il-kompetizzjoni għandu jitqies meta tiġi vvalutata l-inġustizzja skont il-UCPD. F'dawn is-sitwazzjonijiet, il-klawżola ġenerali tal-Artikolu 5(2) UCPD hija rilevanti.

1.4.12Ir-relazzjoni mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

Skont l-Artikolu 51(1) tagħha, il-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE tapplika għall-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni, u b'hekk anki meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-UCPD. Il-Karta fiha dispożizzjonijiet, fost l-oħrajn, dwar il-protezzjoni ta' data personali (Artikolu 8) 66 , id-drittijiet tat-tfal (Artikolu 24) 67 , il-protezzjoni tal-konsumatur (Artikolu 38) u d-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust (Artikolu 47).

Il-Qorti saħqet fuq l-importanza tal-Artikolu 47 tal-Karta dwar l-aċċess għall-ġustizzja b'rabta mar-rimedji disponibbli għall-konsumaturi b'konnessjoni mad-drittijiet tal-konsumatur mogħtijin mid-direttivi tal-UE. Il-prinċipju ta' effettività, kif issejjaħlu l-Qorti, ifisser li r-regoli nazzjonali tal-proċedura ma jistgħux jagħmluha diffiċli wisq jew impossibbli fil-prattika li l-konsumaturi jeżerċitaw id-drittijiet mogħtijin mil-liġi tal-UE 68 .

1.4.13Ir-relazzjoni mal-Artikoli 34-36 TFUE

Miżura nazzjonali f'qasam li kienet is-suġġett ta' armonizzazzjoni eżawrjenti fil-livell tal-UE trid tiġi vvalutata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' dik il-miżura armonizzanti u mhux dawk tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) 69 . B'hekk, meta miżura nazzjonali taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD (diskuss fit-Taqsimiet 1.1 u 1.2 iktar 'il fuq), din għandha tiġi vvalutata fl-isfond tal-UCPD u mhux fl-isfond tat-TFUE.

Miżuri nazzjonali li la jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD u lanqas taħt xi strument armonizzanti ieħor tal-liġi sekondarja tal-UE jridu jiġu vvalutati skont l-Artikoli 34-36 TFUE. Il-projbizzjoni ta' miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattiva kif stipulat fl-Artikolu 34 TFUE tkopri r-regoli tan-negozjar kollha mdaħħlin fis-seħħ mill-Istati Membri li huma kapaċi jxekklu, b'mod dirett jew indirett, b'mod attwali jew potenzjali, il-kummerċ intra-UE 70 . 

Il-kwistjoni ta' meta regola nazzjonali hija kapaċi xxekkel il-kummerċ intra-UE ġiet indirizzata b'mod estensiv mill-Qorti.

B'mod partikolari, fi Keck 71 il-Qorti ddikjarat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrestrinġu jew jipprojbixxu ċerti arranġamenti ta' bejgħ mhumiex tali li jxekklu b'mod dirett jew indirett, b'mod attwali jew potenzjali, il-kummerċ bejn l-Istati Membri, diment li, l-ewwel nett, dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-operaturi rilevanti kollha tas-suq fi ħdan it-territorju nazzjonali u, it-tieni nett, jaffettwaw bl-istess mod, bil-liġi u bil-fatti, il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti domestiċi u dawk minn Stati Membri oħrajn 72 . 

Il-Qorti tinkludi fil-lista ta' arranġamenti ta' bejgħ, miżuri marbutin mal-kundizzjonijiet u l-metodi ta' kummerċjalizzazzjoni, 73 miżuri li huma relatati mal-ħin tal-bejgħ tal-prodotti, 74 miżuri li huma relatati mal-post tal-bejgħ tal-prodotti jew restrizzjonijiet rigward min jista' jbigħ il-prodotti 75 u miżuri li jistgħu jkunu marbutin ma' kontrolli fuq il-prezzijiet 76 .

Uħud mill-eżempji ta' arranġamenti ta' bejgħ imsemmijin fil-ġurisprudenza tal-Qorti, b'mod partikolari dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kundizzjonijiet u l-metodi ta' kummerċjalizzazzjoni, jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD jekk jikkwalifikaw bħala prattiċi kummerċjali min-negozju għall-konsumatur intiżi sabiex iħarsu l-interess ekonomiku tal-konsumaturi.

Ħafna prattiċi kummerċjali li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD jew liġi sekondarja oħra tal-UE jidhru li jikkwalifikaw bħala arranġamenti ta' bejgħ skont Keck. Arranġamenti ta' bejgħ bħal dawn jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE jekk, bil-liġi jew bil-fatt, jintroduċu d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-oriġini tal-prodotti. Id-diskriminazzjoni bil-liġi sseħħ meta l-miżuri jkunu diskriminatorji b'mod ovvju, filwaqt li d-diskriminazzjoni bil-fatt hija iktar kumplessa. It-tali miżuri jkollhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ.

Jekk miżura jew prattika nazzjonali tikser l-Artikolu 34 tat-TFUE, fil-prinċipju tista' tkun iġġustifikata skont l-Artikolu 36 TFUE jew fuq il-bażi ta' wieħed mir-rekwiżiti ġenerali fl-interess pubbliku rikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali li juru li r-restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-merkanzija hija ġġustifikata fuq il-bażi ta' waħda minn dawn ir-raġunijiet 77 . Barra minn hekk, l-Istat Membru jrid juri li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija neċessarja sabiex jiġu protetti b'mod effettiv l-interessi pubbliċi invokati 78 .

Sabiex tkun permissibbli, it-tali dispożizzjonijiet iridu jkunu proporzjonati għall-objettiv fil-mira u l-objettiv ma jistax ikun jista' jinkiseb b'miżuri li huma inqas restrinġenti fuq il-kummerċ intra-UE 79 . 

Iktar riċenti l-Qorti ddikjarat li "għall-finijiet tal-eżami tal-proporzjonalità tar-restrizzjoni inkwistjoni, huwa importanti li jiġi vverifikat jekk il-mezzi implimentati f’dan ilkuntest imorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu intiż. Fi kliem ieħor, għandu jiġi evalwat jekk jeżistux miżuri alternattivi li jistgħu jilħqu wkoll dan il-għan, imma li għandhom effett inqas restrittiv fuq ilkummerċ intra-Komunitarju" 80 . 

Barra minn hekk, il-Qorti ddikjarat li "huwa importanti li jitfakkar f’dan il-kuntest li miżura restrittiva tista’ tiġi kkunsidrata bħala konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni biss jekk tirrispondi verament għall-ħsieb li tintlaħaq l-implimentazzjoni tal-għan intiż b’mod koerenti u sistematiku” 81 .

1.5Ir-relazzjoni bejn il-UCPD u l-awtoregolamentazzjoni

 

Artikolu 2(f)

“kodiċi ta’ kondotta” tfisser kwalunkwe ftehim jew sett ta’ regoli mhux imposti b’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li jiddefinixxu l-imġiba ta’ kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi fejn għandhom x’jaqsmu waħda jew iktar prattiċi kummerċjali partikolari jew setturi ta’ negozju;

Artikolu 10

Il-kodiċijiet ta' kondotta

Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta’ prattiċi kummerċjali żleali minn sidien ta’ kodiċijiet u l-persuni jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 milli jirrikorru għal tali korpi jekk il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi huma addizzjonali għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi msemmija f’dak l-Artikolu. Ir-rikors għal dawn il-korpi ta’ kontroll ma għandu qatt jitqies bħala ekwivalenti għal rinunzja ta’ xi mezz ta’ rikors ġudizzjarju jew amministrattiv kif previst fl-Artikolu 11.

Il-UCPD tagħraf l-importanza tal-mekkaniżmi ta' awtoregolamentazzjoni u tiċċara r-rwol li jista' jkollhom is-sidien tal-kodiċijiet u l-korpi awtoregolatorji fl-infurzar. L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lis-sidien tal-kodiċijiet sabiex jivverifikaw hemmx prattiċi kummerċjali inġusti, minbarra li jinfurzaw il-UCPD.

Meta r-regoli fil-kodiċijiet awtoregolatorji jkunu stretti u applikati b'mod rigoruż mis-sidien tal-kodiċijiet, tabilħaqq jistgħu jnaqqsu l-ħtieġa ta' azzjoni amministrattiva jew ta' infurzar ġuridiku. Barra minn hekk, meta l-istandards ikunu għoljin u l-operaturi tal-industrija jikkonformaw magħhom fil-parti l-kbira, it-tali regoli jistgħu jkunu punt ta' referenza siewi għall-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali meta jivvalutaw jekk prattika kummerċjali hijiex inġusta.

Il-UCPD fiha diversi dispożizzjonijiet li jipprevjenu lill-operaturi tas-suq milli jisfruttaw b'mod negattiv il-fiduċja li jkollhom il-konsumaturi fil-kodiċijiet awtoregolatorji. Dan huwa diskuss fit-Taqsima 3.3.3 dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kodiċijiet ta' kondotta.

Sabiex titjieb il-konformità mal-UCPD, fl-2012 il-Kummissjoni Ewropea nediet żewġ proċessi ta' djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati li jiġbru flimkien lil rappreżentanti tal-industrija, NGOs u awtoritajiet nazzjonali. Il-grupp ta' diversi partijiet ikkonċernati dwar asserzjonijiet ambjentali 82 u l-grupp ta' diversi partijiet ikkonċernati dwar għodod ta' paragun 83 ipprovdew input siewi li ġie diskuss iktar fit-taqsimiet 5.1 dwar l-Asserzjonijiet Ambjentali u 5.2.6 dwar l-Għodod ta' Tqabbil. Barra minn hekk, dawn il-gruppi fasslu:

Ø"Il-Kriterji ta' Konformità dwar l-Asserzjonijiet Ambjentali": il-pariri lil diversi partijiet ikkonċernati sabiex l-operaturi tas-suq ikunu megħjunin fl-applikazzjoni tal-UCPD fir-rigward tal-asserzjonijiet ambjentali,

Ølista ta' prinċipji ewlenin għall-għodod ta' tqabbil.

Dawn id-dokumenti, li ma jorbtux legalment minnhom infushom, huma disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/consumers/consumer_rights/unfair-trade/unfair-practices .

Il-partijiet ikkonċernati involuti f'dawn il-gruppi ta' diversi partijiet ikkonċernati ħadu impenn li jqassmu, jippromwovu u jimplimentaw il-kriterji/prinċipji u/jew jappoġġjaw l-implimentazzjoni tagħhom.

1.6Applikazzjoni tal-UCPD għal operaturi tas-suq stabbiliti f'pajjiżi terzi 

L-applikabilità tal-UCPD għal operaturi tas-suq mhux tal-UE hija rregolata mir-Regolament (KE) Nru 864/2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II). Dan ir-Regolament japplika "f'sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt tal-liġijiet, għal obbligazzjonijiet kuntrattwali f'materji ċivili u kummerċjali". Ruma II huwa applikabbli f'tilwim ċivili jew kummerċjali.

 

Artikolu 6(1) tar-Regolament Ruma II:

Il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att ta’ kompetizzjoni żleali għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn ir-relazzjonijiet ta’ kompetittività jew l-interessi kollettivi tal-konsumaturi ikunu, jew probabbilment jiġu, milquta.

Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Ruma II, eż. jekk reklamar qarrieqi jkun immirat lejn il-konsumaturi tal-UE u dan jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi tal-UE, il-UCPD sejjer ikun applikabbli.



2.Kunċetti Ġenerali

2.1Il-kunċett ta' operatur tas-suq

 

Artikolu 2(b)

"kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull min jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;

Din id-definizzjoni ma tkoprix biss lill-operaturi tas-suq li jaġixxu f'isimhom biss iżda anki lil persuni, inklużi konsumaturi, li jaġixxu "f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant.

Pereżempju:

·Qorti fil-Latvja ddikjarat li kumpanija li għamlet riklami fl-istampa f'isem u fl-interessi ta' kumpanija oħra, li kienet il-fornitur ta' servizz, tqieset li hija operatur tas-suq skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-UCPD 84 . 

·L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur li jaġixxu permezz tan-Netwerk Ewropew ta' Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi wettqu azzjoni konġunta ta' infurzar fuq il-logħob onlajn li joffru xirjiet mill-apps stess. Iċċaraw li, għad li r-responsabbiltà għall-kontenut ta' app tibqa' primarjament f'idejn l-iżviluppatur tal-app, ħanut tal-apps jista' jinżamm responsabbli wkoll sabiex jiżgura li l-logħob fuq il-pjattaforma tiegħu ma jkunx fih appelli diretti lit-tfal 85 .

B'hekk, skont l-Artikolu 2(b) flimkien mal-liġijiet nazzjonali rilevanti dwar ir-responsabbiltà u s-sanzjonijiet, operatur tas-suq jista' jinżamm responsabbli b'mod konġunt ma' operatur tas-suq ieħor għall-ksur tal-UCPD imwettaq minn dan tal-aħħar f'ismu.

Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom individwi li jidhru li huma konsumaturi li qegħdin ibigħu prodotti lil konsumaturi oħrajn fil-fatt jistgħu jkunu operaturi tas-suq huma stess jew inkella jkunu qegħdin jaġixxu f'isem operaturi tas-suq ("bejgħ "B2C moħbi").

Jekk bejjiegħ jikkwalifikax bħala "operatur tas-suq" jew konsumatur irid jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ. Jistgħu jkunu rilevanti kriterji differenti, bħal:

Øjekk il-bejjiegħ għandux skop li jagħmel profitt, inkluż il-fatt li jista' jkun li rċieva remunerazzjoni jew kumpens ieħor talli aġixxa f'isem operatur tas-suq partikolari;

Øin-numru, l-ammont u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;

Øil-fatturat mill-bejgħ tal-bejjiegħ;

Øjekk il-bejjiegħ jixtrix prodotti sabiex jerġa' jbigħhom.

Persuni li l-attività ewlenija tagħhom hija li jbigħu prodotti onlajn fuq bażi frekwenti ħafna, li jixtru prodotti sabiex jerġgħu jbigħuhom bi prezz ogħla, jistgħu pereżempju jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' operatur tas-suq.

Organizzazzjonijiet bi skopijiet ta' karità jew etiċi jistgħu jikkwalifikaw bħala operaturi tas-suq skont il-UCPD meta jidħlu f'attivitajiet kummerċjali (eż. il-bejgħ ta' prodotti li jissodisfaw ċerti standards etiċi) għall-konsumaturi. Kull meta jaġixxu bħala operaturi tas-suq, iridu jirrispettaw il-UCPD f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Pereżempju, informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodott jew l-aspetti etiċi tiegħu ma tistax tkun qarrieqa.

Il-fatt li organizzazzjoni hija strutturata bħala "mingħajr skop ta' qligħ" huwa immaterjali għall-valutazzjoni ta' jekk tikkwalifikax bħala operatur tas-suq jew le.

L-istess japplika għall-awtoritajiet pubbliċi, li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jikkwalifikaw ukoll bħala operatur tas-suq meta jwettqu attivitajiet kummerċjali.

Pereżempju:

·Muniċipalità li kienet qiegħda tikkumerċjalizza prezzijiet ta' biljetti mraħħsin għal wirja tal-arti li torganizza tista' taqa' taħt id-definizzjoni ta' operatur tas-suq fil-UCPD.

Fil-kawża BKK Mobil Oil, il-Qorti kkonfermat li korp pubbliku tal-liġi inkarigat b'kompitu ta' interess pubbliku bħall-ġestjoni ta' fond statutorju tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jista' jikkwalifika bħala "operatur tas-suq" peress li:

"l-leġiżlatur tal-Unjoni ta sens partikolarment wiesa’ lill-kunċett ta’ “kummerċjant”, li jirreferi għal “kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika” ladarba teżerċita attività bi qligħ u ma jeskludix mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu la l-entitajiet li jsegwu missjoni ta’ interess ġenerali u lanqas dawk li huma rregolati mid-dritt pubbliku" 86 .

Il-Qorti kkonkludiet ukoll li:

‘[...] L-affiljati ta’ BKK, li b’mod ċar għandhom jitqiesu bħala konsumaturi fis-sens tad-Direttiva dwar prattiċi kummerċjali żleali għandhom mnejn jiġu mqarrqa permezz ta’ informazzjoni qarrieqa li hija mxandra minn dan l-organu billi tipprekludihom milli jagħmlu għażla informata […] u billi twassalhom jieħdu deċiżjoni li ma kinux jieħdu fl-assenza ta’ tali informazzjoni, kif jipprovdi l-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva. F’dan il-kuntest, in-natura pubblika jew privata tal-organu inkwistjoni l-istess bħall-missjoni speċifika segwita minn dan tal-aħħar ma humiex rilevanti" 87 .

B'mod partikolari, skont l-Anness I tal-UCPD ("Il-lista s-sewda") Nru 22, il-prattika li ġejja hija pprojbita:

 

Nru 22 tal-Anness I

Fejn il-kummerċjant bil-qerq isostni jew joħloq l-impressjoni li huwa ma jkunx qiegħed jaġixxi għall-finijiet konnessi mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu, jew bil-qerq juri ruħu bħala konsumatur.

Pereżempju:

·Sit web ta' lukanda li fuqha hemm miktubin esperjenzi pożittivi minn taparsi klijenti li fil-fatt huma miktubin minn sid il-lukanda.

2.2Il-kunċett ta' prattika kummerċjali

 

Artikolu 2(d)

prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġiba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inklużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;

Il-Qorti ddikjarat li l-uniku kriterju fl-Artikolu 2(d) tal-UCPD huwa li l-prattika tal-operatur tas-suq trid tkun direttament marbuta mal-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta' prodott jew servizz lill-konsumatur 88 . 

Prattika kummerċjali tista' tkun "konnessa direttament" mal-promozzjoni ta' prodott pereżempju billi tipprovdi "informazzjoni marbuta mad-disponibbiltà ta' prodott bi prezz attraenti matul ċertu perjodu" 89 . Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza disponibbli bħalissa, diffiċli tiddefinixxi limitu għal meta prattika kummerċjali ma tibqax "konnessa direttament" mal-promozzjoni ta' prodott. Madankollu, bħala eżempju, meta operatur tas-suq ibigħ mappa tad-direzzjonijiet li ma jkun fiha ebda messaġġ promozzjonali, u mbagħad il-konsumatur juża dik il-mappa tad-direzzjonijiet sabiex isib fejn qiegħed ħanut partikolari, ma jkunx raġonevoli li l-bejgħ ta' dik il-mappa tad-direzzjonijiet jiġi kkwalifikat bħala prattika kummerċjali "konnessa direttament" mal-promozzjoni ta' prodott f'dak il-ħanut partikolari.

Il-Qorti ddikjarat li l-UCPD tkopri attivitajiet ta' professjonisti li jsegwu wara tranżazzjoni kummerċjali marbuta ma' xi prodott jew servizz u wara l-konklużjoni ta' kuntratt jew matul it-twettiq ta' dak il-kuntratt 90 . 

Fuq din il-bażi, il-Qorti kkonkludiet li:

"[…] l-fatt li l-aġir tal-kummerċjant ikkonċernat seħħ biss darba u affettwa biss konsumatur wieħed huwa nieqes minn kull rilevanza f’dan il-kuntest.

Fil-fatt, la d-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 2(c) u (d), 3(1) kif ukoll 6(1) tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali lanqas din tal-aħħar, ikkunsidrata fit-totalità tagħha, ma jinkludu xi indikazzjoni fis-sens li l-azzjoni jew l-ommissjoni tal-kummerċjant għandha tkun ta’ natura ripetittiva jew tikkonċerna iktar minn konsumatur wieħed."

"[…] l-komunikazzjoni, minn kummerċjant lil konsumatur, ta’ informazzjoni żbaljata, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha tiġi kklassifikata bħala “prattika kummerċjali qarrieqa”, fis-sens ta’ din id-direttiva, anki jekk din il-komunikazzjoni kkonċernat biss konsumatur wieħed." 91

2.3Il-kunċett ta' "deċiżjoni tranżazzjonali"

 

Artikolu 2(k)

"deċiżjoni tranżazzjonali" tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu jew ma jiħux xi azzjoni.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-UCPD (Artikoli 5 sa 9) ikopru prattiċi kummerċjali inġusti, qarrieqa u aggressivi li kapaċi jgħawġu l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi, u b'hekk jikkaġunaw jew aktarx li jikkaġunaw li dawn jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu.

Il-kliem użat fl-Artikolu 2(k) jissuġġerixxi li d-definizzjoni għandha tiġi interpretata b'mod ġenerali u li l-kunċett ta' deċiżjoni tranżazzjonali għandu jkopri firxa wiesgħa ta' deċiżjonijiet meħudin mill-konsumatur b'rabta ma' prodott.

Il-Qorti ddikjarat li "deċiżjoni tranżazzjonali" ma tkoprix biss id-deċiżjoni ta' jekk wieħed jixtrix prodott, iżda anki deċiżjonijiet konnessi direttament ma' dik id-deċiżjoni, b'mod partikolari d-deċiżjoni li wieħed jidħol fil-ħanut:

"Fil-fatt, sa fejn fil-kawża prinċipali, il-prattika kummerċjali tikkonċerna informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ prodott bi prezz vantaġġuż matul ċertu perjodu, għandu jiġi ddeterminat jekk atti preparatorji għax-xiri potenzjali ta’ prodott, bħalma hu ċ-ċaqliq tal-konsumatur lejn il-ħanut jew il-fatt li jidħol fih, jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu deċiżjonijiet kummerċjali, fis-sens tal-imsemmija direttiva.

[…] deċiżjoni kummerċjali hija "kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri". Dan il-kunċett jinkludi għalhekk mhux biss id-deċiżjoni li jiġi akkwistat jew le prodott, iżda wkoll dak li joħloq rabta diretta magħha, b’mod partikolari dik tad-dħul fil-ħanut.

[…] L-Artikolu 2(k) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt dan il-kunċett tad-deċiżjoni kummerċjali kull deċiżjoni li għandha rabta diretta ma’ dik ta’ xiri jew le ta’ prodott" 92 .

F'dak is-sens, il-kunċett ta' deċiżjoni tranżazzjonali tkopri wkoll id-deċiżjonijiet ta' qabel u wara x-xiri.

Hemm spettru wiesa' ta' deċiżjonijiet tranżazzjonali li jista' jieħu konsumatur b'rabta ma' prodott jew servizz apparti d-deċiżjoni dwar jekk jixtrix.

Dawn id-deċiżjonijiet tranżazzjonali jistgħu jirriżultaw f'azzjonijiet li ma għandhom ebda konsegwenza legali skont il-liġi nazzjonali dwar il-kuntratti u jistgħu jittieħdu fi kwalunkwe ħin bejn il-mument li fih il-konsumatur ikun espost għall-ewwel darba għall-kummerċjalizzazzjoni u t-tmiem tal-ħajja ta' prodott jew l-użu finali ta' servizz.

Ħafna deċiżjonijiet ta' qabel ix-xiri jistgħu jitqiesu bħala deċiżjonijiet tranżazzjonali.

Pereżempju:

·Deċiżjoni li wieħed imur f'ħanut minħabba offerta kummerċjali.

·Deċiżjoni ta' qbil sabiex wieħed jattendi preżentazzjoni tal-bejgħ li ssir mill-operatur tas-suq.

·Deċiżjoni li jfittex f'sit elettroniku minħabba offerta kummerċjali.



Ħafna deċiżjonijiet ta' wara x-xirja meħudin wara li jinxtara prodott jew isir abbonament għal servizz jistgħu jikkwalifikaw bħala deċiżjonijiet tranżazzjonali.

Pereżempju:

·Deċiżjoni li wieħed jirtira minn jew jittermina kuntratt ta' servizz.

·Deċiżjoni li wieħed jaqleb għal fornitur ta' servizz ieħor.

Għal prattiċi qarrieqa mwettqin minn partijiet terzi, l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jistabbilixxi f'liema kundizzjonijiet ċerti pjattaformi onlajn ma jkunux responsabbli għal tali informazzjoni illegali ta' partijiet terzi li tinħażen fuq il-pjattaforma, meta jaġixxu bħala intermedjarju li jipprovdi servizzi ta' "hosting" skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni.

Minn perspettiva tal-UCPD, dak li huwa deċiżiv huwa jekk l-intermedjarju onlajn rilevanti jikkwalifikax bħala operatur tas-suq u wettaqx prattika kummerċjali min-negozju għall-konsumatur direttament konnessa mal-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta' prodott lill-konsumaturi. Huwa biss jekk l-intermedjarju onlajn jikkwalifika bħala operatur tas-suq u jkun attiv fi prattiċi kummerċjali bħal dawn u jagħmel hekk b'mod li jkun ipprojbit skont il-UCPD li jinstab li qiegħed imur kontriha. F'din il-konnessjoni, l-intermedjarju ma jistax jinvoka l-eżenzjoni ta' responsabbiltà tal-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku fejn dawk il-prattiċi jikkonċernaw l-attivitajiet proprji tal-intermedjarju u mhux l-informazzjoni maħżuna, u lanqas fejn l-intermedjarju jkun jaf b'tali informazzjoni jew ikollu kontroll fuqha 93 .

Ħafna konsumaturi l-ewwel ifittxu l-prodotti billi jużaw magni tat-tiftix jew għodod ta' tqabbil jew billi jaqraw l-esperjenzi onlajn ta' utenti oħrajn u mbagħad imorru għas-siti elettroniċi tal-operaturi tas-suq li jipprovdu l-aqwa offerti sabiex jagħmlu x-xirja proprja.

 

Pereżempju:

·Nuqqas min-naħa ta' operatur tas-suq milli jipprovdi għodda ta' tqabbil onlajn sabiex jiżvela "paid placement" b'mod adegwat lill-konsumaturi jista' jkun prattika kummerċjali inġusta, indipendentement minn jekk il-prodotti mqabblin mill-konsumatur bl-għodda ta' tqabbil ikunux offruti b'mod dirett għall-bejgħ mill-fornitur tal-għodda ta' tqabbil jew mill-bejjiegħa terzi. F'dan il-każ, il-prattika kummerċjali mhux trasparenti mill-fornitur tal-għodda ta' tqabbil tista' twassal sabiex il-konsumatur jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'każ ieħor.

 

Barra minn hekk, prattika kummerċjali inġusta mmirata lejn konsumatur wieħed tista' twassal għal deċiżjoni tranżazzjonali minn konsumatur ieħor, li dan tal-aħħar ma kienx jieħu f'każ ieħor.

Pereżempju:

·Il-prattiċi kummerċjali minn operatur tas-suq li joffri l-esperjenzi onlajn ta' utenti oħrajn li fihom l-operatur tas-suq jaħbi l-esperjenzi negattivi jistgħu jkunu azzjoni qarrieqa jew ommissjoni għad li d-deċiżjoni tranżazzjonali rilevanti tkun marbuta ma' deċiżjoni minn konsumatur differenti minn dak li kien imġiegħel ineħħi jew ma jtellax esperjenza negattiva. F'din is-sitwazzjoni, il-ħolqien min-naħa tal-operatur tas-suq ta' impressjoni ġenerali falza jew qarrieqa dwar l-għamla tas-sit tal-esperjenzi tal-utenti, jew kif jopera, jista' jwassal sabiex il-konsumatur medju li jaqra l-esperjenzi onlajn jieħu deċiżjoni sabiex jikkuntattja lil operatur tas-suq elenkat (u mbagħad jidħol f'kuntratt miegħu) li ma kienx jieħu, li kieku kien jaf li l-esperjenzi negattivi nħbew.  

Prattiċi kummerċjali marbutin ma' magni tat-tiftix, għodod ta' tqabbil u esperjenzi tal-utenti huma diskussi iktar fil-Kapitolu 5.2 "Is-settur onlajn".

2.4Sabiex "jgħawġu b'mod materjali l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi"

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-UCPD (Artikoli 5 sa 9) ikopru prattiċi kummerċjali inġusti, qarrieqa u aggressivi li kapaċi jgħawġu l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi. Dawn id-dispożizzjonijiet jużaw kliem ftit differenti sabiex jesprimu dawn ir-rekwiżiti.

Skont l-Artikolu 5(2) UCPD, prattika kummerċjali hija inġusta jekk tkun kuntrarja għar-rekwiżiti ta' diliġenza professjonali u "toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali" l-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju. Madankollu, l-Artikoli 6, 7 u 8 jipprojbixxu prattika kummerċjali qarrieqa jew aggressiva jekk tikkawża jew aktarx li tikkawża li l-konsumatur medju "jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra".

Ir-rekwiżit li prattika kummerċjali trid tkun kapaċi tgħawweġ l-imġiba ekonomika tal-konsumatur sabiex tkun inġusta huwa mqiegħed fi kliem differenti fl-Artikolu 5(2) meta mqabbel mal-Artikoli 6, 7 u 8. Mal-ewwel daqqa t'għajn, din il-kontradizzjoni apparenti tista' toħloq problemi ta' interpretazzjoni. Madankollu, l-Artikolu 5(2) għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 2(e), li jgħid:

 

Artikolu 2(e)

"il-ħolqien ta’ distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika ta’ konsumaturi" tfisser l-użu ta’ prattika kummerċjali sabiex tiġi mfixkla b’mod apprezzabbli l-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni informata, jew imġiegħel jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.

Konsegwentement, fuq il-bażi tal-Artikolu 5(2), dak li jistabbilixxi jekk prattika kummerċjali toħloqx "distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali" fl-imġiba ekonomika tal-konsumatur huwa jekk il-prattika kummerċjali tikkaġunax jew aktarx li tikkaġuna sabiex il-konsumatur "jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra".

Din hija l-istess valutazzjoni li trid issir fuq il-bażi tal-Artikoli 6, 7 u 8. Minn dan isegwi li għad li l-kliem tal-Artikolu 5(2) huwa differenti mill-kliem tal-Artikoli msemmijin l-aħħar, ir-rekwiżit b'rabta mad-distorsjoni materjali fl-imġiba tal-konsumatur huwa l-istess.

Il-kunċett ġenerali ta' deċiżjoni tranżazzjonali żviluppat mill-Qorti (ara t-taqsima 2.3) jippermetti sabiex il-UCPD tapplika għal firxa ta' każijiet li fihom l-imġiba inġusta ta' operatur tas-suq ma jwassalx sabiex il-konsumatur jidħol fi tranżazzjoni jew kuntratt ta' servizz. 

Prattika kummerċjali tista' titqies li hija inġusta mhux biss jekk aktarx li tikkaġuna sabiex il-konsumatur medju jixtri jew ma jixtrix prodott, iżda anki jekk ma jkunx probabbli li twassal sabiex il-konsumatur, pereżempju:

Øjidħol f'ħanut;

Øiqatta' iktar ħin fuq l-internet fi proċess ta' prenotazzjoni;

Øjiddeċiedi li ma jaqlibx għal fornitur ta' servizz jew prodott ieħor.

Il-UCPD ma tillimitax dan it-test ta' distorsjoni materjali għall-valutazzjoni ta' jekk l-imġiba ekonomika tal-konsumatur (jiġifieri d-deċiżjoni tranżazzjonali tiegħu) fil-fatt ġietx soġġetta għal distorsjoni. Teħtieġ ukoll valutazzjoni ta' jekk prattika kummerċjali hijiex "probabbli" (jiġifieri kapaċi) li jkollha tali impatt fuq il-konsumatur medju. Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali ta' infurzar għandhom jinvestigaw il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ individwali (jiġifieri in concreto), iżda jivvalutaw ukoll il-"probabbiltà" tal-impatt ta' dik il-prattika fuq id-deċiżjoni tranżazzjonali tal-konsumatur medju (jiġifieri in abstracto).

Pereżempju:

·Tħabbira kummerċjali ddikjarat li mudell ġdid ta' karozza kien "l-iktar karozza sikura fid-dinja". Fit-teħid ta' deċiżjoni dwar jekk l-asserzjoni kellhiex effett fuq kwalunkwe konsumatur meta ġie biex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali fuq bażi soda, Qorti Żvediża 94 sabet li sabiex tiġi kkwalifikata bħala deċiżjoni tranżazzjonali, kien biżżejjed li l-kummerċjalizzazzjoni kellha probabbiltà li żżid l-interess fost il-konsumatur medju u twassal sabiex il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu azzjoni ulterjuri (eż. iżur ħanut jew sit elettroniku sabiex jikseb informazzjoni addizzjonali dwar il-prodott).

2.5"Konsumatur medju"

 

Il-premessa 18

Huwa xieraq li l-konsumaturi kollha jiġu protetti minn prattiċi kummerċjali żleali; il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu sabet li wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 84/450/KEE, meta tiddeċiedi każijiet dwar reklamar, ikun meħtieġ li teżamina l-effett fuq konsumatur ipotetiku tipiku. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, u sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni effettiva tal-protezzjonijiet kontenuti fiha, din id-Direttiva tieħu bħala punt ta’ riferiment il-konsumatur medju, li huwa infurmat raġonevolment tajjeb u raġonevolment attent u kawt, billi tieħu kont ta’ fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja iżda tinkludi dispożizzjonijiet li l-għan tagħhom huwa l-prevenzjoni tal-isfruttament tal-konsumaturi li l-karatteristiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għal prattiċi kummerċjali żleali. Fejn prattika kummerċjali hija mmirata speċifikament lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi, bħat-tfal, huwa mixtieq li l-impatt tal-prattika kummerċjali ikun eżaminat mill-perspettiva tal-membru medju ta’ dak il-grupp... L-eżami tal-konsumatur medju mhuwiex eżami statistiku. Il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali ser ikollhom jeżerċitaw il-fakoltà tagħhom ta' ġudizzju, wara li jikkunsidraw il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, biex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur medju f'każ partikolari.

Kif indikat fil-Premessa 18 u speċifikat iktar fl-Artikoli 5 sa 9, il-parametru referenzjarju tal-UCPD għall-valutazzjoni tal-impatt ta' prattika kummerċjali huwa l-kunċett tal-"konsumatur medju", kif ġie żviluppat qabel mill-Qorti: "…sabiex jiġi stabbilit jekk deskrizzjoni, trademark jew dikjarazzjoni promozzjonali partikolari hijiex qarrieqa, hemm bżonn li jitqiesu l-aspettattivi supposti ta' konsumatur medju li huwa raġonevolment informat sew u raġonevolment osservanti u ċirkospett." 95

Tabilħaqq, dan il-kunċett ġie żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja qabel il-UCPD. Imbagħad ġie kkodifikat mill-UCPD sabiex jagħti lill-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali kriterji komuni sabiex isaħħaħ iċ-ċertezza legali u jnaqqas il-possibbiltà ta' valutazzjonijiet diverġenti. Fil-ġurisprudenza tal-Qorti, il-konsumatur medju huwa persuna kritika, konxja u ċirkospetta biżżejjed fl-imġiba tagħha fis-suq.

Pereżempju:

·Il-"konsumatur ċirkospett b'mod raġonevoli" mhuwiex sejjer jemmen li d-daqs ta' marka promozzjonali fuq pakkett tikkorrispondi għaż-żieda promozzjonali fid-daqs ta' dak il-prodott. 96 Normalment, il-konsumatur medju mhuwiex sejjer jattribwixxi l-prodotti li jkollhom il-marka "ttestjat dermatoloġikament" ma' xi effett ta' fejqan li t-tali prodotti ma jkollhomx. 97  

Il-konsumatur medju skont il-UCPD qatt ma huwa xi ħadd li jeħtieġ biss livell baxx ta' protezzjoni għaliex dejjem huwa f'pożizzjoni li jikseb l-informazzjoni disponibbli u jaġixxi kif xieraq abbażi tagħha. Għall-kuntrarju, kif tisħaq il-Premessa 18, it-test huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' proporzjonalità. Il-UCPD adottat dan il-kunċett sabiex issib il-bilanċ bejn il-ħtieġa li tħares il-konsumaturi u l-promozzjoni tal-kummerċ liberu f'suq kompetittiv liberament.

Għaldaqstant, il-kunċett tal-konsumatur medju skont il-UCPD dejjem għandu jiġi interpretat filwaqt li jitfakkar l-Artikolu 114 tat-Trattat, li jipprovdi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Fl-istess ħin, il-UCPD huwa bbażat fuq l-idea li, pereżempju, miżura nazzjonali li tipprojbixxi asserzjonijiet li jistgħu jqarrqu biss konsumatur li jemmen kollox, bla esperjenza jew mgħaġġel (eż. "puffery" 98 ) tkun sproporzjonata u toħloq ostakolu mhux iġġustifikat għall-kummerċ. 99

Kif inhu stipulat b'mod espliċitu fil-Premessa 18, it-test tal-konsumatur medju mhuwiex test statistiku. Dan ifisser li l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu jekk prattika għandhiex probabbiltà li tqarraq bil-konsumatur medju li jeżerċita l-ġudizzju personali tiegħu billi jqisu l-aspettattivi ġenerali supposti tal-konsumaturi, bla ma jkollhom jikkummissjonaw rapport tal-esperti jew stħarriġ ta' riċerka fost il-konsumaturi 100 .

Pereżempju:

·Deċiżjoni mill-High Court of Justice tar-Renju Unit tiddikjara li t-terminu "konsumatur medju" huwa marbut ma' "konsumaturi li joqogħdu attenti b'mod raġonevoli għalihom infushom, u ma jkunux injoranti, traskurati jew għaġġelin wisq". Il-High Court kkonkludiet ukoll li wieħed ma jistax jassumi li l-konsumatur medju sejjer joqgħod jaqra l-patti u l-kundizzjonijiet miktubin żgħar fil-qiegħ ta' dokumenti promozzjonali. 101

·Fil-Ġermanja, Oberlandesgericht Karlsruhe sabet li n-nies b'vista batuta jistgħu jitqiesu konsumaturi medji wkoll u l-istampar ta' informazzjoni b'tipa żgħira ħafna jista' jitqies bħala prattika kummerċjali qarrieqa. 102  Ittieħdet deċiżjoni simili mill-ispettorat tan-Negozju tas-Slovakkja. 103

·Fl-Ungerija, il-Qorti Superjuri Metropolitana tal-Appell sabet li konsumatur li jaġixxi b'mod raġonevoli mhuwiex suspettuż u għandu tendenza li jafda li l-informazzjoni riċevuta hija valida u preċiża. Konsumatur li jaġixxi b'mod raġonevoli mhuwiex obbligat li jkompli jfittex għall-kontenut preċiż sħiħ tal-messaġġ li jasallu, sakemm min jibgħat il-messaġġ ma jiġbidlux l-attenzjoni b'mod enfatiku lejn tali obbligu fit-test tal-messaġġ, jew jiġbidlu l-attenzjoni lejn dan. 104

L-Artikolu 5(2)(b) tal-UCPD ikompli jirfina t-test dwar il-konsumatur medju meta jkunu kkonċernati l-interessi ta' gruppi speċifiċi ta' konsumaturi. Meta l-prattika tkun immirata lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi, l-impatt tagħha għandu jkun eżaminat mill-perspettiva tal-membru medju ta’ dak il-grupp rilevanti.

 

Artikolu 5(2)

2. Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:

(…)

(b) toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.

Pereżempju:

·F'każ li jikkonċerna reklamar qarrieqi ta' ħrieqi tat-tfal, li jimplika b'mod partikolari korrelazzjoni bejn allerġiji u l-ħrieqi tal-operatur tas-suq, il-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja identifikat il-konsumatur medju bħala ġenituri bi tfal żgħar, mingħajr ebda għarfien speċifiku dwar l-allerġiji. 105

Sejbiet mill-istudju tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumatur fi swieq ewlenin 106  

Studju riċenti dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumaturi ħares lejn il-kunċetti ta' konsumatur "medju" u "vulnerabbli", kif żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja, b'enfasi partikolari fuq il-UCPD. L-istudju ħares lejn kif dawn il-kunċetti legali nftiehmu fost l-Istati Membri u sab li, għad li ntużaw f'għadd ta' każijiet, jeżisti ċertu livell ta' diverġenza fl-interpretazzjoni.

Barra minn hekk, l-istudju investiga l-kunċett tal-konsumatur medju b'żewġ modi – b'rabta mal-indikaturi żviluppati mill-istudju sabiex tiġi konċettwalizzata l-vulnerabbiltà tal-konsumaturi u b'rabta mad-definizzjoni tal-konsumatur medju fil-UCPD, jiġifieri b'riferiment għall-konsumatur medju bħala "informat sew", "osservanti" u "ċirkospett" b'mod raġonevoli.

Dwar jekk il-konsumatur medju huwiex "informat sew", l-istudju sab li l-konsumatur medju, kif rappreżentat mir-rispons medjan tal-konsumaturi għal kull indikatur, iħossu kemxejn informat dwar il-prezzijiet, jiddikjara li jaqra komunikazzjonijiet mill-fornituri tal-internet, servizzi bankarji u l-enerġija (iżda jammetti li tahom biss daqqa t'għajn jew qrahom ta' fuq, fuq), u jistipula li ma joqgħodx biss fuq l-informazzjoni mir-reklami. Fir-rigward tal-kunċett li jkun "osservanti" u "ċirkospett", l-istudju sab li l-konsumatur medju jqis lilu nnifsu bħala kemxejn attent meta jinnegozja ma' nies u meta jieħu deċiżjonijiet, peress li mhuwiex lest li jieħu riskji u ma jaqbilx li r-reklami jirrapportaw fatti oġġettivi. Il-konsumatur medju kien kapaċi jidentifika b'mod korrett ukoll it-tifsira ta' kunċetti bħal Kwh, Metabytes/fis-sekonda u rata tal-imgħax u jwieġeb b'mod korrett mistoqsijiet li jkejlu l-ħiliet bażiċi tal-kompjuter 107 u l-kredulità 108 . Ħafna mill-indikaturi ta' hawn fuq jirriflettu l-medja awtorapportata – għall-kuntrarju ta' miżuri oġġettivi – tal-kunċetti ta' "informat sew", "osservanti" u "ċirkospett" u b'hekk għandhom jiġu interpretati bil-galbu, peress li aktarx li jkunu influwenzati – tal-inqas f'parti minnhom – minn preġudizzji marbutin mal-imġiba bħal kunfidenza eċċessiva tal-konsumatur 109 .

Dan huwa msejjes fuq il-fatt li, meta ġew ippreżentati lilu offerti kumplessi f'esperimenti dwar l-imġiba 110 , il-konsumatur medju ma rnexxilux fil-fatt jagħżel l-aqwa offerta fl-esperimenti li jirriflettu l-prattiċi ta' kummerċjalizzazzjoni attwali fis-settur tal-enerġija (ipprezzar kumpless), is-settur onlajn (raggruppar tal-offerti) u bejn setturi differenti (rati li jattiraw - rati inizjali inqas mir-rati tas-suq li jkunu fis-seħħ għal żmien qasir biss, li wara dan jiżdiedu b'mod gradwali). Barra minn hekk, il-konsumatur medju jirrapporta li qatt ma jqabbel offerti minn banek u fornituri tal-enerġija, u li jsib il-problemi meta jqabbel offerti mingħand dawn il-fornituri. Il-konsumatur medjan iħossu vulnerabbli wkoll sa ċertu punt minħabba karatteristiċi personali, bħal problemi tas-saħħa, l-età, jappartjeni għal grupp ta' minoranza, eċċ.

B'mod ġenerali, il-maġġoranza tal-indikaturi turi stampa konsistenti tal-konsumatur medju bejn it-28 Stat Membru tal-UE, iżda nstabu ċerti differenzi bejn il-pajjiżi 111 . Pereżempju, 69% tal-konsumaturi fil-Bulgarija sabuha diffiċli "ħafna" jew "kemxejn" diffiċli li jqabblu offerti tal-enerġija, filwaqt li 35% tal-konsumaturi fil-Ġermanja qalu l-istess. Fid-Danimarka, 63% tal-konsumaturi jsibuha diffiċli "ħafna" jew "kemxejn" diffiċli li jqabblu s-servizzi offruti mill-banek, filwaqt li dan huwa l-każ għal 33% tal-konsumaturi tar-Renju Unit. Dawn is-sejbiet jindikaw il-fatt li l-karatteristiċi tal-konsumatur medju jiddependu kemm mis-sitwazzjoni li jinsab fiha kif ukoll minn kif jitkejlu dawn il-karatteristiċi. Għaldaqstant, is-sejbiet ta' dan l-istudju jistgħu jgħinu fil-fehim tal-konsumatur medju, u jistgħu jinstabu sejbiet speċifiċi għall-pajjiżi fir-rapport finali.

Meta jfasslu l-messaġġi kummerċjali tagħhom, l-operaturi tas-suq, f'ċerti waqtiet u fid-dawl tal-għamla speċifika tal-prodotti kkonċernati, jista' jkollhom bżonn iqisu ċerti karatteristiċi soċjali, lingwistiċi u kulturali li huma tipiċi tal-konsumaturi medji li l-prodotti huma mmirati lejhom. B'hekk, f'ċerti każijiet, it-tali karatteristiċi soċjali, lingwistiċi u kulturali, li jistgħu jkunu partikolari wkoll għal Stat Membru partikolari, jistgħu jiġġustifikaw interpretazzjoni differenti tal-messaġġ ikkomunikat fil-prattika kummerċjali mill-awtorità ta' infurzar jew il-qorti kompetenti. F'kawża marbuta mar-reklamar qarrieqi ta' prodotti kożmetiċi, il-Qorti ddikjarat li:

"Sabiex jiġi applikat dak it-test għall-każ attwali, iridu jitqiesu bosta kunsiderazzjonijiet. B'mod partikolari, irid jiġi stabbilit jekk il-fatturi soċjali, kulturali jew lingwistiċi jistgħux jiġġustifikaw it-terminu "lifting", użat b'rabta ma' krema li tissoda, li jfisser xi ħaġa differenti għall-konsumatur [medju] Ġermaniż meta mqabbel mal-konsumaturi fi Stati Membri oħrajn, jew jekk l-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott humiex minnhom infushom biżżejjed sabiex jagħmluha kemxejn ċara li l-effetti tiegħu ma jdumux wisq, u b'hekk jinnewtralizzaw kwalunkwe konklużjoni li tmur kontra dak li jista' jinftiehem mill-kelma "lifting"." 112

Barra minn hekk, il-Qorti ddikjarat li:

"projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni minħabba l-għamla qarrieqa tat-trademark mhijiex, fil-prinċipju, prekluża mill-fatt li l-istess trademark ma titqiesx li hija qarrieqa fi Stati Membri oħrajn. […] huwa possibbli li minħabba d-differenzi lingwistiċi, kulturali u soċjali bejn l-Istati Membri, trademark li ma twassalx sabiex tqarraq b'konsumatur fi Stat Membru partikolari, tista' tagħmel dan fi Stat Membru ieħor."  113

Għaldaqstant, fuq il-bażi tat-test tal-konsumatur medju u minkejja l-karattru ta' armonizzazzjoni sħiħa tal-UCPD, jista' jiġi ġġustifikat b'mod teoriku li operatur tas-suq barrani jipprovdi informazzjoni addizzjonali fuq il-bażi ta' raġunijiet soċjali, kulturali jew lingwistiċi. Fi kliem ieħor, l-ommissjoni tat-tali informazzjoni tista' tqarraq bil-konsumaturi fil-pajjiż tad-destinazzjoni, għall-kuntrarju ta' dawk fil-pajjiż ta' oriġini.

2.6Konsumaturi vulnerabbli

 

Artikolu 5(3) — Il-Projbizzjoni ta’ Prattiċi Kummerċjali Żleali

3. Prattiċi kummerċjali li x’aktarx joħolqu distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika biss ta’ grupp identifikabbli b’mod ċar ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew għall-prodott li għalih din tirreferi minħabba l-mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità tagħhom b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi, għandhom jiġu eżaminati mill-perspettiva ta’ membru medju ta’ dak il-grupp. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta’ reklamar ta’ stqarrijiet esaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jittieħdu litteralment.

Il-premessa 19

Fejn ċerti karatteristiċi bħall-età, il-mard fiżiku jew mentali jew il-kredulità jagħmlu lill-konsumaturi partikolarment suxxettibbli għal xi prattika kummerċjali jew għall-prodott konness magħha u huwa probabbli li l-imġiba ekonomika biss ta’ dawn il-konsumaturi tista’ tiġi mgħawġa mill-prattika b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment jipprevedi, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-konsumaturi huma adegwatament protetti billi l-prattika tiġi eżaminata mill-perspettiva tal-membru medju ta’ dak il-grupp.

Il-UCPD hija bbażata fuq l-idea li, filwaqt li xieraq li jiġu protetti t-tipi kollha ta' konsumaturi minn prattiċi kummerċjali inġusti, il-konsumaturi li jikkwalifikaw bħala membri ta' wieħed mill-gruppi elenkati fl-Artikolu 5(3) għandhom jiġu żgurati livell ogħla ta' protezzjoni mill-"konsumatur medju" msemmi fl-Artikolu 5(2).

Il-premessa 19 tal-Preambolu tiċċara wkoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3): filwaqt li l-Artikolu 5(3) jidher li jikkwalifika b'mod esklussiv lill-konsumaturi bħala vulnerabbli minħabba l-"mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità" tagħhom, il-premessa 19 tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta' karatteristiċi li jagħmlu konsumatur "partikolarment suxxettibbli". 

Pereżempju:

·F'kawża li tinvolvi l-ommissjoni ta' informazzjoni materjali minn istituzzjoni tal-kreditu, l-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni qieset li l-konsumaturi li kienu ġew ipprojbiti mill-istituzzjonijiet ta' kreditu minħabba nuqqas ta' ħila li jħallsu kienu partikolarment suxxettibbli għal offerta speċifika. 114

Sejbiet mill-istudju tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumatur fi swieq ewlenin 115 :

Filwaqt li qies id-diversi definizzjonijiet u tifsiriet eżistenti tal-kunċett ta' vulnerabbiltà tal-konsumatur, l-istudju jistabbilixxi definizzjoni ġenerali, li fiha suxxettibbiltà ikbar għall-prattiċi tas-suq tirrappreżenta waħda mill-ħames "dimensjonijiet" ta' vulnerabbiltà tal-konsumatur. L-istudju jiddefinixxi l-"konsumatur vulnerabbli" bħala:

"Konsumatur li, minħabba karatteristiċi soċjodemografiċi, karatteristiċi tal-imġiba, sitwazzjoni personali jew ambjent tas-suq:

oHuwa f'riskju ikbar li jesperjenza eżiti negattivi fis-suq;

oGħandu ħila limitata li jimmassimizza l-benessri tiegħu;

oIsibha diffiċli li jikseb jew jassimila informazzjoni;

oHuwa inqas kapaċi jixtri, jagħżel jew jaċċessa prodotti xierqa; jew

oHuwa iktar suxxettibbli għal ċerti prattiċi tas-suq".

Minn perspettiva tal-UCPD, l-aħħar waħda minn dawn id-"dimensjonijiet" hija l-iktar waħda rilevanti, peress li l-Artikolu 5(3) jiddefinixxi konsumaturi vulnerabbli bħala konsumaturi li huma "partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew għall-prodott li għalih din tirreferi (...)".

Ħafna mill-konsumaturi juru sinjali ta' vulnerabbiltà f'tal-inqas dimensjoni waħda, filwaqt li terz mill-konsumaturi juru sinjali ta' vulnerabbiltà f'diversi dimensjonijiet. Inqas minn għoxrin fil-mija tal-konsumaturi intervistati ma jurux sinjali ta' vulnerabbiltà.

Peress li l-vulnerabbiltà tal-konsumaturi għandha diversi dimensjonijiet, hekk ukoll għandu l-impatt tal-karatteristiċi personali fuq il-probabbiltà ta' vulnerabbiltà ta' konsumatur. Pereżempju, karatteristiċi bħall-età u s-sess jistgħu jżidu l-vulnerabbiltà f'ċerti dimensjonijiet, iżda mhux f'oħrajn.

2.6.1Il-kriterji ta' vulnerabbiltà fl-Artikolu 5(3)

Mard (mentali jew fiżiku) jinkludi indeboliment sensorjali, mobbiltà limitata u diżabbiltà oħra.

Pereżempju:

·L-AGCM Taljana qieset li reklamar li jippreżenta prodotti b'mod qarrieqi bħala li kapaċi jfejqu mard serju ta' serjetà partikolari minħabba li jista' jwassal sabiex konsumaturi vulnerabbli, bħal nies affettwati minn mard serju, jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f'sitwazzjoni oħra. 116

F'dan ir-rigward, ta' min jgħid li l-UE rratifikat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabbiltà fl-2010 117 . Fl-ewwel osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU f'Ottubru 2015, saret rakkomandazzjoni sabiex l-UE "tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-persuni kollha b'diżabbiltà li ġew imċaħħdin mill-kapaċità legali tagħhom jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha mnaqqxin fit-trattati u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, bħal (...) drittijiet tal-konsumatur (...)". 118

Rigward l-età, jista' jkun xieraq li tiġi kkunsidrata prattika kummerċjali mill-perspettiva ta' konsumaturi ta' bosta etajiet.

L-istudju tal-Kummissjoni dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumaturi 119 sab li, f'ċerti każijiet, l-età tista' tkun xprunatur tal-vulnerabbiltà tal-konsumatur. Pereżempju, meta mqabblin mal-konsumaturi ta' età medja (34-44), il-konsumaturi żgħażagħ (16-24 sena) huma:

·Inqas probabbli li jieħdu azzjoni meta jesperjenzaw problema;

·Iktar probabbli li jħallsu b'mod eċċessiv għas-servizzi għaliex ma jistgħux jużaw ċerti metodi ta' ħlas.

Minn naħa, l-istudju sab li l-konsumaturi anzjani (65-74 u 75+) isibuha iktar diffiċli mill-konsumaturi fl-età medja (33-44) sabiex iqabblu offerti u jagħżlu offerti fi swieq ewlenin.

L-anzjani jistgħu jkunu iktar vulnerabbli għal ċerti prattiċi minħabba l-età tagħhom. Metodi aggressivi ta' bejgħ bieb bieb jaf ma jaffettwawx il-konsumatur medju iżda aktarx li jintimidaw lil ċertu grupp ta' konsumaturi, speċjalment l-anzjani, li jistgħu jkunu iktar vulnerabbli għal bejgħ taħt pressjoni.

Sejbiet mill-istudju tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kummerċjalizzazzjoni onlajn għat-tfal: 120

·It-tfal għandhom diffikultajiet evidenti meta jiġu biex jagħrfu reklamar onlajn u jiddefendu lilhom infushom b'mod konxju kontra persważjoni kummerċjali u huma affettwati fl-għażliet u l-imġiba tagħhom mit-tali prattiċi.

·L-effetti tar-reklami inkorporati fil-logħob fuq l-imġiba proprja jistgħu jiġu dokumentati biċ-ċar. Esperiment fuq l-imġiba li jinvestiga l-effett ta' reklami inkorporati fil-logħob (f'dan il-każ "advergame") sab li logħba li tippromwovi ikel b'densità għolja ta' enerġija wassal sabiex it-tfal naqqru iktar ikel b'densità għolja meta mqabblin ma' tfal li jilagħbu "advergame" li tippromwovi prodott mhux tal-ikel.

·Esperiment fuq l-imġiba li jinvestiga l-effett ta' prompts sabiex isiru xirjiet mill-app stess fil-logħob sab li t-tali prompts jinfluwenzaw l-imġiba tat-tfal bħala konsumaturi u bosta tfal jirrapportaw li xtraw funzjonijiet addizzjonali bla ma rrealizzaw għalkollox li kienu jiswew il-flus. Ħafna tfal sabuha diffiċli li jieħdu deċiżjoni meta ntalbu jagħmlu xirja mill-app.

·Il-vulnerabbiltà tat-tfal tiddependi fuq bosta fatturi, inkluż il-mezz li fuqu jintbagħat ir-reklam. It-tfal għandhom probabbiltà ikbar li jifhmu l-intenzjoni kummerċjali ta' reklam muri fuq it-TV milli r-reklami f'logħob onlajn. It-tfal huma inqas probabbli wkoll li jinnotaw u jifhmu l-intenzjoni kummerċjali ta' "reklami inkorporati" meta mqabblin ma' reklami iktar diretti.

Minbarra l-Artikolu 5(3) tal-UCPD, it-tfal jibbenefikaw minn protezzjoni speċifika permezz tal-projbizzjoni fuq appelli diretti fl-Anness I Nru 28 għall-UCPD. Din il-projbizzjoni, li tinkludi t-tqegħid ta' pressjoni fuq it-tfal sabiex jixtru prodott direttament jew sabiex dawn jikkonvinċu lil persuna adulta sabiex tixtri l-oġġetti għalihom (is-"setgħa tal-qrid"), hija diskussa fit-taqsima 4.6.

Kif intqal fit-taqsima 2.5 dwar il-konsumatur medju, il-kapaċitajiet tat-tfal sabiex jifhmu reklamar onlajn u offline jvarjaw ħafna minn tifel għall-ieħor u jiddependu wkoll mill-età u l-maturità. Sa ċertu punt, huwa possibbli li dan jiġi kkunsidrat fil-UCPD, peress li l-Artikolu 5(3) jippermetti li tiġi vvalutata l-prattika kummerċjali mill-perspettiva ta' membru medju ta' grupp ta' etajiet speċifiku.

L-adolexxenti jirrappreżentaw kategorija oħra ta' konsumaturi spiss fil-mira ta' operaturi tas-suq malizzjużi. Il-promozzjoni ta' prodotti li għandhom appell partikolari għall-adolexxenti tista' tisfrutta n-nuqqas ta' attenzjoni jew riflessjoni tagħhom, kif ukoll l-imġiba tagħhom li jieħdu riskji, minħabba l-immaturità u l-kredulità tagħhom.

Pereżempju:

·Reklam għal servizzi ta' telefown ċellulari li jgħaddi l-messaġġ li, jekk tabbona għal pjan ta' lealtà partikolari, malajr tista' tagħmel u żżomm il-ħbieb, aktarx li jittieħed iktar litteralment mill-adolexxenti. Skont iċ-ċirkustanzi, dan jista' jiġi kkunsidrat skont l-Artikolu 5(3) UCPD.

Il-kunċett ta' "kredulità" jkopri gruppi ta' konsumaturi li jistgħu jkunu iktar lesti li jemmnu asserzjonijiet speċifiċi. It-terminu huwa newtrali u ċirkustanzjali, u għalhekk l-effett huwa li jkunu protetti membri ta' grupp li għal xi raġuni jkunu partikolarment suxxettibbli li jkunu influwenzati minn prattika kummerċjali speċifika. Kwalunkwe konsumatur jista' jikkwalifika bħala membru ta' dan il-grupp.

L-istudju fuq il-vulnerabbiltà tal-konsumaturi 121 sab li nies li ma jgħaddux minn test tal-kredulità għandhom probabbiltà ikbar minn oħrajn li jkollhom problemi sabiex jagħżlu l-offerti. Barra minn hekk, nies li jqisu lilhom infushom li jemmnu iktar faċilment għandhom probabbiltà inqas li jilmentaw meta jiffaċċjaw problemi u għandhom probabbiltà ikbar li jħossuhom vulnerabbli bħala konsumaturi.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq irreklama l-bejgħ ta' boroż ħelu billi ddikjara li għal kull borża li jbigħ, iħawwel siġra. Madankollu, l-operatur tas-suq diġà qabel li jħawwel ċertu numru ta' siġar, indipendentement min-numru ta' boroż ħelu li jbigħ. Il-Qorti tas-Suq tal-Finlandja kkonfermat asserzjoni li għamel l-Ombudsman tal-Konsumatur li din l-asserzjoni sfruttat il-kredulità tal-konsumaturi li kienu mħassbin dwar l-ambjent. 122  

2.6.2Ir-rekwiżit ta' "prevedibbiltà"

Il-kriterji ta' "konsumatur vulnerabbli" japplikaw jekk prattika kummerċjali tfixkel l-imġiba ekonomika ta' grupp ta' konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli "b'mod li bih l-operatur tas-suq jista' jkun raġonevolment mistenni jipprevedi".

Pereżempju:

·Normalment, logħob jew applikazzjonijiet onlajn li aktarx li jikkonċernaw lil tfal jew adolexxenti, bħala grupp vulnerabbli, ma jkunux immirati biss għat-tfal. Tabilħaqq, il-logħob jistgħu jkunu popolari ħafna fost l-adulti wkoll, għad li spiss jużaw cartoons jew karatteristiċi oħrajn li normalment jattiraw lil tfal jew adolexxenti. Il-kriterju ta' "prevedibbiltà" jsir rilevanti kull darba li wieħed jeħtieġ li jistabbilixxi jekk operatur tas-suq partikolari setax jistenna b'mod raġonevoli li din il-prattika kienet sejra tappella b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli. 123

Dan il-kriterju jżid element ta' proporzjonalità mal-valutazzjoni ta' prattika kummerċjali marbuta mal-konsumaturi vulnerabbli.

Għandu l-għan li jżomm lill-operaturi tas-suq responsabbli biss jekk l-impatt negattiv ta' prattika kummerċjali fuq kategorija ta' konsumaturi vulnerabbli jista' jiġi kkunsidrat prevedibbli b'mod raġonevoli mill-operatur tas-suq.

Dan ifisser li l-operaturi tas-suq mhumiex meħtieġa jagħmlu iktar minn dak li huwa raġonevoli, kemm meta jikkunsidraw jekk il-prattika jkollhiex impatt inġust fuq xi grupp identifikabbli ta' konsumaturi kif ukoll fit-teħid ta' passi sabiex jillimitaw it-tali impatti.

Bħala konsegwenza, prattika kummerċjali ma jkollhiex probabbiltà li titqies qarrieqa jekk ċerti konsumaturi, minħabba l-innoċenza jew l-injoranza estrema tagħhom, jitqarrqu anki bl-iktar prattika kummerċjali onesta, jew inkella jaġixxu b'mod irrazzjonali bħala tweġiba għal tali prattika kummerċjali.

Pereżempju:

·Jista' jkun hemm xi konsumaturi li jemmnu li "Spaghetti Bolognese" fil-fatt isiru f'Bologna jew il-"Yorkshire Pudding" f'Yorkshire. Madankollu, l-operaturi tas-suq ma jinżammux responsabbli għal kull interpretazzjoni konċepibbli tal-prattika kummerċjali tagħhom jew għal kull azzjoni meħuda bi tweġiba għal din minn ċerti konsumaturi.

2.7Stedina għax-xiri — il-kunċett

 

Artikolu 2(i)

"stedina għax-xiri" tfisser komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti lill-konsumatur jagħmel xirja;

Għal "stediniet għax-xiri", l-Artikolu 7(4) tal-UCPD iqis ċerti siltiet ta' informazzjoni bħala "materjali". Dan ifisser li l-operaturi tas-suq sejjer ikollhom bżonn jipprovdu lill-konsumaturi b'din l-informazzjoni jekk ma tkunx ovvja mill-kuntest.

Il-"karatteristiċi tal-prodott" bilfors ikunu preżenti malli ssir referenza verbali jew viżwali għall-prodott. Interpretazzjoni differenti tista' tinċentiva lill-operaturi tas-suq sabiex jipprovdu deskrizzjonijiet vagi tal-prodotti jew iħallu barra informazzjoni fl-offerti kummerċjali tagħhom sabiex jevitaw ir-rekwiżiti ta' informazzjoni stipulati fl-Artikolu 7(4) tal-UCPD.

L-aħħar parti tad-definizzjoni fl-Artikolu 2(i) ("u li għalhekk tippermetti lill-konsumatur jagħmel xirja") ma teħtieġx li l-komunikazzjoni kummerċjali tipprovdi lill-konsumatur b'mekkaniżmu sabiex fil-fatt jixtri (eż. numru tat-telefown jew kupun). Tfisser li l-informazzjoni mogħtija fil-kummerċjalizzazzjoni tas-suq trid tkun biżżejjed sabiex il-konsumatur ikun jista' jieħu deċiżjoni dwar jekk jixtrix prodott speċifiku għal prezz speċifiku.

Fil-kawża Ving Sverige, il-Qorti ddikjarat li: 124  

"Minn dan isegwi li biex komunikazzjoni kummerċjali tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala stedina għax-xiri, mhux neċessarju li tkun tinkludi mezz konkret biex jinxtara l-prodott jew li din tidher viċin tali mezz jew meta jkun hemm tali mezz."

Stedina għax-xiri hija kunċett iktar ristrett mir-reklamar, u mhux il-komunikazzjonijiet kummerċjali kollha jikkwalifikaw bħala stedina għax-xiri skont it-tifsira tal-Artikolu 2(i). 

Madankollu, stedina għax-xiri hija kunċett usa' minn informazzjoni prekuntrattwali. Filwaqt li r-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali jirreferu għal informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel ma l-konsumatur jidħol f'kuntratt, stedina għax-xiri mhux bilfors timplika li l-pass li jmiss għall-konsumatur huwa li jidħol f'kuntratt ma' operatur tas-suq.

Pereżempju:

·Reklamar fuq ir-radju li jinkludi l-karatteristiċi u l-prezz ta' prodott huwa stedina għax-xiri, iżda normalment ma jikkwalifikax bħala informazzjoni prekuntrattwali.

Din id-distinzjoni hija partikolarment importanti b'rabta mar-relazzjoni bejn il-UCPD u d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. Firxa wiesgħa ta' komunikazzjonijiet kummerċjali normalment tikkwalifika bħala stediniet għax-xiri.

Pereżempju: 125

·Sit elettroniku ta' linja tal-ajru li juri offerti għal titjiriet u l-prezzijiet tagħhom;

·Reklam għal ordni bil-posta 126 ; 

·Fuljett minn supermarket li jirreklama prezzijiet imraħħsin fuq ċerti prodotti.

Il-UCPD tħalli lill-operaturi tas-suq jagħżlu huma jekk jinkludux il-prezz fil-komunikazzjonijiet kummerċjali tagħhom. Komunikazzjoni kummerċjali jew reklam li jinkludu deskrizzjoni eżawrjenti dwar l-għamla, il-karatteristiċi u l-benefiċċji ta' prodott jew servizz iżda mhux il-prezz tiegħu ma tistax titqies bħala "stedina għax-xiri" skont it-tifsira tal-Artikolu 2(i) tal-UCPD. Eżempju ta' komunikazzjonijiet kummerċjali li mhumiex stediniet għax-xiri jkun reklami li jippromwovu "ditta" ta' operatur tas-suq minflok xi prodott partikolari (jiġifieri reklamar tad-ditta).

Pereżempju:

·Qorti Belġjana ddikjarat li reklam li jistieden lil konsumatur sabiex iżur sit elettroniku sabiex jikseb offerta tal-assigurazzjoni ma jikkostitwix stedina għax-xiri.  127

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni stipulati fl-Artikolu 7(4) huma diskussi fit-Taqsima 3.4.5, li tindirizza l-informazzjoni materjali fl-istediniet għax-xiri.



3.Dispożizzjonijiet tal-UCPD 

3.1Il-funzjonijiet tal-UCPD – Flowchart tad-Direttiva

Din il-flowchart turi r-relazzjoni bejn il-"lista s-sewda" ta' prattiċi kummerċjali fl-Anness u l-klawżoli ġenerali tal-UCPD, jiġifieri l-Artikoli 6 sa 9 u l-Artikolu 5 rispettivament. Sabiex tiġi meqjusa bħala inġusta u, għalhekk, ipprojbita skont il-UCPD, huwa biżżejjed li prattika kummerċjali tissodisfa wieħed minn dawn it-testijiet biss.

Il-prattika hija pprojbita

3.2Il-klawżola ġenerali — ir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali

 

Artikolu 5 — Il-Projbizzjoni ta’ Prattiċi Kummerċjali Żleali 128

1. Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu pprojbiti.

2. Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:

(a) hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, u

(b) toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.

Artikolu 2 (h)

"diliġenza professjonali" tfisser l-istandard ta’ sengħa u kura speċjali li kummerċjant huwa raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta’ konsumaturi, proporzjonat ma’ prattika onesta fis-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fidi fil-qasam ta’ attività tal-kummerċjant;

L-Artikolu 5(2) jipprovdi klawżola ġenerali li tistabbilixxi żewġ kriterji kumulattivi għall-valutazzjoni ta' jekk il-prattiċi kummerċjali għandhomx jitqiesu inġusti. Taħdem bħala "xibka tas-sikurezza" sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe prattika inġusta li ma tinqabadx minn dispożizzjonijiet oħrajn tal-UCPD (jiġifieri li la tkun qarrieqa, u lanqas aggressiva jew elenkata fl-Anness I) xorta waħda tkun tista' tiġi penalizzata. Id-dispożizzjoni taħsiblu wkoll għall-ġejjieni peress li tippermetti sabiex jiġu indirizzati prattiċi inġusti emerġenti.

L-Artikolu 5(2) jipprojbixxi prattiċi kummerċjali li jkunu kuntrarji għar-rekwiżiti ta' diliġenza professjonali jekk ikollhom probabbiltà ta' distorsjoni sinifikanti fl-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju. Dan huwa kriterju awtonomu mhuwiex test kumulattiv addizzjonali li jrid jiġi ssodisfat sabiex prattika titqies li qiegħda tikser waħda mill-kategoriji speċifiċi ta' prattiċi inġusti fl-Artikoli 6 sa 9 jew l-Anness I għall-UCPD. Dan huwa muri mill-flowchart tal-UCPD.

Dan ġie kkonfermat mill-Qorti:

"45   […] kemm fid-dawl tal-formulazzjoni u tal-istruttura tal-Artikoli 5 u 6(1) tal-imsemmija direttiva kif ukoll tal-istruttura ġenerali ta’ din tal-aħħar, li prattika kummerċjali għandha titqies bħala “qarrieqa” fis-sens tat-tieni minn dawn id-dispożizzjonijiet meta l-kriterji elenkati fiha jkunu sodisfatti, mingħajr il-ħtieġa li jiġi vverifikat jekk il-kundizzjoni dwar il-kuntrarjetà ta’ din il-prattika mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, kif prevista fl-Artikolu 5(2)(a) tal-istess direttiva, humiex sodisfatti wkoll.

46   Din l-interpretazzjoni hija l-unika waħda li hija ta’ natura li tippreżerva l-effettività tar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikoli 6 sa 9 tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali. Fil-fatt, li kieku l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli kienu identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tal-istess direttiva, l-imsemmija artikoli kienu jkunu nieqsa minn kull portata prattika, minkejja li għandhom l-għan li jipproteġu lill-konsumatur mill-prattiċi kummerċjali żleali l-iktar frekwenti [...]" 129

Il-kunċett ta' "diliġenza professjonali" jkopri prinċipji li diġà kienu stabbiliti sew fil-liġijiet tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni tal-UCPD, bħall-"prattika tas-suq onesta", "rieda tajba" u "prattika tajba tas-suq". Dawn il-prinċipji jisħqu fuq il-valuri normattivi li japplikaw fil-qasam speċifiku tal-attività kummerċjali.

Pereżempju:

·L-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħa azzjoni kontra operatur tas-suq li kien qiegħed jipprovdi servizzi tat-televiżjoni satellitari fuq il-bażi li ma kienx wera diliġenza professjonali. Għad li l-kuntratti kienu ta' żmien limitat, jekk il-konsumatur ma kienx jieħu passi sabiex jipprevjeni t-tiġdid mal-iskadenza, l-operatur tas-suq kien jikkunsidra l-kuntratt bħala mġedded b'mod awtomatiku 130 .

Mill-Artikolu 5(2)(b) isegwi li sabiex tinstab li qiegħda tikser ir-rekwiżiti ta' diliġenza professjonali, prattika kummerċjali jrid ikollha wkoll probabbiltà li "toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika" tal-konsumaturi. Dan il-kunċett huwa diskuss fit-taqsima 2.4 iktar 'il fuq.

Pereżempju:

·F'April 2015, l-AGCM Taljana ħadet azzjoni kontra kollettur tad-djun. L-awtorità sabet li l-operatur tas-suq kien qiegħed japplika pressjoni eċċessiva u prattiċi aggressivi ripetuti kontra l-konsumaturi. AGCM ikkonkludiet li mġiba bħal din kienet tmur kontra r-rekwiżiti ta' diliġenza professjonali u kienet ixxekkel il-libertà tal-għażla tal-konsumatur medju, u b'hekk kienet twassal sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'sitwazzjoni oħra 131 .

Għal kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw id-diliġenza professjonali tal-pjattaformi onlajn, ara t-taqsima 5.2 "Settur onlajn".

3.3Azzjonijiet qarrieqa

 

Artikolu 6Azzjonijiet qarrieqa

1. Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa jekk ikun fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità, jew li b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anki jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f’kull każ iġġiegħlu jew tista’ ġġiegħlu jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra:

(a) l-eżistenza jew in-natura tal-prodott;

(b) il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħad-disponibbiltà, il-benefiċċji, ir-riskji, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, l-aċċessorji, l-assistenza ta’ wara l-bejgħ għall-konsumatur u t-trattament ta’ lmenti, il-metodi u d-data ta’ manifattura jew tal-provvista, il-kunsinna, l-idoneità għall-għan, l-użu, il-kwantità, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li wieħed jistenna mill-użu tiegħu, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi importanti ta’ eżamijiet jew kontrolli magħmula tal-prodott;

(c) il-firxa tal-impenji min-naħa tal-kummerċjant, l-għanijiet għall-prattika kummerċjali u n-natura tal-proċess tal-bejgħ, kwalunkwe stqarrija jew simbolu fir-rigward ta’ sponsorizzazzjoni diretta jew indiretta jew approvazzjoni tal-kummerċjant jew tal-prodott;

(d) il-prezz jew il-mod kif il-prezz huwa kkalkolat, jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz;

(e) il-bżonn ta’ servizz, parti, sostituzzjoni jew tiswija;

(f) in-natura, l-attributi u d-drittijiet tal-kummerċjant jew tal-aġent tiegħu, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiċi, l-istatus, l-approvazzjoni, l-affiljazzjoni jew il-konnessjonijiet tiegħu u d-drittijiet tiegħu fuq proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premji li ngħata u r-rikonoxximenti mogħtija lilu;

(g) id-drittijiet tal-konsumatur, inkluż id-dritt ta’ tibdil jew rimborż taħt id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1), u r-riskji li jista’ jiffaċċja.

2. Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew tista’ tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:

(a) kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott, inkluż reklamar komparattiv, li joħloq konfużjoni bejn kwalunkwe prodotti, trade marks, ismijiet kummerċjali u marki oħrajn distintivi ta’ kompetitur;

(b) nuqqas ta’ konformità mill-kummerċjant mal-impenji kontenuti f’dawk il-kodiċijiet ta’ kondotta li fuqhom il-kummerċjant impenja ruħu li jirregola lilu nnifsu, fejn:

(i) l-impenn mhux wieħed li jaspira iżda huwa sod u li jista’ jiġi vverifikat,

u

(ii) il-kummerċjant jindika fi prattika kummerċjali li huwa marbut mill-kodiċi.

Flimkien mal-Artikolu 7 dwar ommissjonijiet qarrieqa, l-Artikolu 6 huwa bil-bosta l-iktar dispożizzjoni li tintuża għal finijiet ta’ infurzar.

L-għarfien mill-ekonomija tal-imġiba turi li mhux il-kontenut tal-informazzjoni pprovduta biss, iżda anki l-mod kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni jista' jkollu impatt qawwi fuq kif il-konsumaturi jwieġbu għaliha.

Għalhekk, l-Artikolu 6 ikopri b'mod espliċitu sitwazzjonijiet li fihom il-prattiċi kummerċjali aktarx li jqarrqu bil-konsumaturi "b’xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq bil-konsumatur medju, anki jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment".

Huwa f'idejn il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali li jivvalutaw il-karattru qarrieqi tal-prattiċi kummerċjali billi jqisu l-iktar sejbiet riċenti fuq l-ekonomija tal-imġiba.

Pereżempju, l-użu ta' ssettjar predefinit (l-għażliet li l-konsumaturi jkunu mistennija li jagħmlu sakemm ma jindikawx b'mod espliċitu xi mod ieħor) jew il-forniment ta' informazzjoni kumplessa wisq jista' jitqies qarrieqi.

3.3.1Informazzjoni qarrieqa ġenerali

L-Artikolu 6(1)(a) sa (g) jipprojbixxi l-azzjonijiet qarrieqa li jkunu kapaċi jqarrqu bil-konsumatur medju fuq firxa wiesgħa ta' elementi: inklużi:

Øl-eżistenza tal-prodott;

Øil-karatteristiċi ewlenin tiegħu (eż. il-kompożizzjoni tiegħu, il-metodu ta' manifattura, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali, ir-riskji u r-riżultati mistennijin mill-użu tiegħu);

Øil-prezz jew il-mod kif inhu kkalkolat, jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fil-prezz;

Øl-għamla, l-attributi u d-drittijiet tal-operatur tas-suq.

L-Artikolu 6 ikopri biċ-ċar kwalunkwe prattika kummerċjali li "fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità".

Pereżempju:

·L-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħa azzjoni kontra operatur tas-suq li ddikjara b'mod falz li s-self tiegħu lill-konsumaturi kellu l-inqas rati tal-imgħax fis-suq. Barra minn hekk, l-operatur tas-suq inkluża informazzjoni żbaljata fir-reklami billi indika li l-konsumaturi jingħataw self indipendentement mill-każijiet ta' kreditu tagħhom 132 .



Għal prodotti tal-informatika, bħal hard disks esterni, stikek USB, telefowns ċellulari u tablets, il-kapaċità ta' ħżin, jew il-memorja, indikata mill-operaturi tas-suq mhux dejjem jirriflettu r-realtà.

Filwaqt li d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur 133 tistipula li l-konsumatur irid jipprovdi informazzjoni ċara u komprensibbli dwar it-tali karatteristiċi ewlenin qabel ix-xirja, l-Artikolu 6(1)(b) UCPD jipprojbixxi l-forniment ta' informazzjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi ewlenin ta' prodott jekk ikun hemm probabbiltà li din twassal sabiex il-konsumatur jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'sitwazzjoni oħra.

Pereżempju:

·L-AGCM Taljana ħadet azzjoni kontra operatur tas-suq li ppromwova kapaċitajiet ta' ħżin tal-prodotti informatiċi li kienu jvarjaw b'mod sinifikanti mill-kapaċità ta' ħżin proprja tal-prodotti 134 . Fl-Italja wkoll, l-assoċjazzjoni tal-konsumatur Altroconsumo nediet azzjoni kollettiva fuq il-bażi ta' investigazzjonijiet fost ditti differenti ta' apparati informatiċi li sabet differenza fuq medja ta' terz bejn il-memorja reklamata u dik proprja 135 .

Informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi lanqas ma għandha tqarraq jew ikollha probabbiltà li tqarraq bil-konsumatur b'xi mod, inkluż bil-preżentazzjoni ġenerali tagħha, anki jekk l-informazzjoni tkun fattwalment korretta.

Pereżempju:

·Istituzzjoni finanzjarja ppromwoviet prodott ta' investiment bħala depożitu b'riskju baxx fuq ħames snin b'imgħax privileġġjat u ritorn ta' kapital garantit malli jiskadi. Fil-fatt, l-investituri tilfu l-imgħax fuq il-kapital u sehem importanti mill-kapital li investew inizjalment. L-Ombudsman tal-Konsumatur tal-Greċja sab din il-prattika kummerċjali bħala qarrieqa, peress li l-investituri kienu rċivew informazzjoni inadegwata u qarrieqa dwar il-prodott finanzjarju offrut 136 .

·It-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur f'Malta qies li kien qarrieqi r-reklamar minn operatur tat-telefowns ċellulari peress li l-operatur tas-suq, filwaqt li ddikjara li kellu rati tal-mowbajl 30% orħos mill-kompetituri, naqas milli jindika b'mod mhux ambigwu li l-ewwel minuta ta' konverżazzjoni fuq it-telefown ma kinitx fuq bażi fis-sekonda. It-Tribunal qies li, minħabba l-preżentazzjoni ambigwa tal-offerta, il-konsumatur ma kienx f'pożizzjoni li jieħu deċiżjoni informata 137 .

Filwaqt li l-UCPD ma tipprovdix għal xi rekwiżit formali li tiġi indikata l-oriġini ġeografika (jew kummerċjali) ta' prodott jew il-kompożizzjoni tiegħu, 138 it-tqarriq bil-konsumatur fuq dawn l-elementi jista' jaqa' taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD jekk it-tali informazzjoni falza jew qarrieqa aktarx li twassal sabiex il-konsumatur jieħu deċiżjoni ta' xiri li ma kienx jieħu f'sitwazzjoni oħra.

Pereżempju:

·Il-qrati Ġermaniżi darbtejn iddeċidew 139 li huwa qarrieqi li tiġi kummerċjalizzata għamara li ma fiha ebda ġilda bl-asserzjonijiet li partijiet mill-għamara huma magħmulin minn "ġilda tessili". Il-qrati saħqu li l-konsumatur medju jassumi li jkun hemm il-ġilda f'din l-għamara.  

Ċerti deċiżjonijiet mill-qrati nazzjonali huma marbutin b'mod speċifiku mal-applikazzjoni tal-UCPD fuq asserzjonijiet qarrieqa dwar l-oriġini.

Pereżempju:

·Kumpanija mir-Repubblika Dominikana kienet qiegħda tikkumerċjalizza l-produzzjoni tagħha ta' rum fl-Unjoni billi għamlet bosta referenzi għal Kuba fuq il-fliexken u f'materjali kummerċjali. Il-Qorti tal-Appell ta' Pariġi ddikjarat li r-referenza għal post ġeografiku popolari fuq prodott filwaqt li l-prodott ma jkunx joriġina minn dak il-post tikkostitwixxi prattika kummerċjali qarrieqa 140 . 

Prodotti tal-istess ditta u li jkollhom l-istess imballaġġ jew imballaġġ simili jistgħu jvarjaw fil-kompożizzjoni tagħhom skont il-post tal-manifattura u s-suq ta' destinazzjoni, jiġifieri jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor.

Skont il-UCPD, prattiċi kummerċjali li jikkummerċjalizzaw prodotti b'kompożizzjoni differenti mhumiex inġusti minnhom infushom. Madankollu, il-UCPD trid tiġi kkunsidrata f'każijiet li fihom l-operaturi tas-suq jippromwovu prodott bħala wieħed li għandu l-istess kwalità u kompożizzjoni bħall-prodotti tad-ditta rilevanti kkummerċjalizzati fi Stati Membri oħrajn. Jekk it-tali asserzjonijiet kummerċjali jkunu żbaljati jew qarrieqa, jistgħu jitqiesu qarrieqa skont l-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD jekk jistgħu jwasslu sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'sitwazzjoni oħra.

Skont l-Artikolu 6(1)(d), l-informazzjoni dwar il-prezz ma għandhiex tkun qarrieqa 141 .

Il-prezzijiet rakkomandati għall-bejgħ lill-konsumaturi u r-referenzi għal prezzijiet preċedenti jistgħu jmorru kontra l-Artikolu 6(1)(d) tal-UCPD. Dan jista' jkun il-każ jekk operatur tas-suq juża prezz rakkomandat għall-bejgħ lill-konsumaturi jew prezz ta' referenza għoli b'mod mhux raġonevoli jew qarrieqi b'xi mod ieħor għall-fini ta' tqabbil tal-prezzijiet, sabiex b'hekk il-konsumaturi jieħdu l-impressjoni li qegħdin jiġu offruti skont iktar sinifikanti milli fil-fatt huwa l-każ.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq irreklama tagħmir sportiv billi qabbel il-prezz tiegħu mal-prezz tal-bejgħ lill-konsumatur rakkomandat kemxejn ogħla tal-importatur, għad li l-importatur ma kienx qiegħed ibigħ it-tali prodott lill-konsumaturi direttament. Il-Qorti tas-Suq tal-Finlandja sabet il-prattika bħala qarrieqa u pprojbiet lill-operatur tas-suq milli jqabbel il-prezz tiegħu mal-prezz rakkomandat għall-bejgħ lill-konsumaturi, sakemm it-tali prezz ma jkunx jaqbel mal-prezz ġeneralment mitlub minn bejjiegħa bl-imnut oħrajn għall-istess prodott 142 .

Skont l-Artikolu 6(1)(g), l-operaturi tas-suq ma għandhomx iqarrqu bil-konsumaturi fir-rigward tad-drittijiet tagħhom bħala konsumatur.

Pereżempju:

·Il-qorti tal-Belt ta' Praga ma laqgħetx appell ippreżentat minn operatur tas-suq li ġie mmultat mill-Awtorità ta' Spezzjoni Kummerċjali tar-Repubblika Ċeka talli qarraq bil-konsumaturi rigward id-dritt tagħhom li jirtiraw. Minflok ma ssir referenza espliċita għall-fatt li l-konsumaturi kellhom 14-il jum sabiex jirtiraw mill-kuntratt, il-kuntratti kienu jinkludu biss referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Ċivili Ċek, f'lingwa mhux ċara u qarrieqa 143 .

· Operatur tas-suq kien qiegħed jirreklama bi prominenza garanzija kummerċjali b'xejn għal sena sabiex jippromwovi estensjoni bi ħlas ta' din il-garanzija kummerċjali għal massimu ta' tliet snin jew ħames snin. Il-kumpanija ma għarrfitx lill-konsumaturi kif xieraq dwar l-eżistenza tal-garanzija legali ta' konformità li huma intitolati għaliha skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji għall-Konsumaturi fi żmien sentejn mill-konsenja tal-prodott 144 . L-AGCM Taljana sabet li din il-prattika kummerċjali kienet qarrieqa, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 6(1)(g) tal-UCPD 145 . Dik id-deċiżjoni kienet ikkonfermata mill-Ogħla Qorti tal-Appell Amministrattiva tal-Italja fit-22 ta' Settembru 2015 146 .

Prattika kummerċjali, spiss imsejħa "asserzjonijiet tas-'sa'", timplika li l-operaturi tas-suq jipproponu, bħala argument tal-kummerċjalizzazzjoni, il-benefiċċju massimu li l-konsumaturi jistgħu jistennew mill-użu ta' prodott.

Pereżempju:

·Reklam għal fornitur ta' servizz tal-internet li jiddikjara "veloċità massima sa 100 Mbit/s";

·Ir-reklamar ta' promozzjoni billi jingħad "roħs sa 70%" b'dik is-"sa" b'tipa żgħira ħafna, meta ħafna mill-affarijiet ikunu mraħħsin b'perċentwal inqas;

·L-asserzjoni li t-tajers li jiffrankaw l-enerġija sejrin jippermettu sabiex il-konsumatur jiffranka "sa 80 litru petrol".

"Asserzjoni tas-'sa'" tista' tinstab li hija qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikoli 6 u 7 jekk ma tkunx tirrifletti r-realtà tal-offerta magħmula mill-operatur tas-suq u jekk tikkawża jew aktarx li tikkawża li l-konsumatur jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra 147 .

Asserzjonijiet tas-‘sa’ jistgħu jkunu qarrieqa jekk l-operaturi tas-suq ma jkunux f'pożizzjoni li jsostnu li l-konsumaturi aktarx li jiksbu r-riżultati massimi mwegħdin f'ċirkustanzi normali.

Pereżempju:

·Skont l-Appendiċi 1 tal-Linji Gwida dwar l-Aħjar Prattiċi fl-Industrija tat-Telekomunikazzjoni mill-Ombudsman tal-Konsumatur tad-Danimarka: "Jekk il-veloċità għall-konnessjonijiet broadband permezz ta' broadband b'linja fissa (bħal DSL u linji DSL u tal-fibra koassjali u ottika) ma tistax tkun garantita, minflok, il-veloċità tista' tkun indikata bħala ‘sa’. Madankollu, din l-indikazzjoni tista' tintuża biss jekk ħafna (jiġifieri 80 %) mill-klijenti fil-mira tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiksbu l-veloċità indikata jew veloċità li ma tvarjax ħafna mit-tali veloċità." 148

Jekk asserzjoni tas-‘sa’ hijiex qarrieqa jrid jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ. Jistgħu jkunu rilevanti kriterji differenti, bħal:

ØJekk jiżvelaw biċ-ċar ir-riżultati u l-benefiċċji li l-konsumatur medju jista' raġonevolment jistenna li jikseb, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni applikabbli. Jekk ma jagħmlux dan, jistgħu jikkwalifikaw bħala qarrieqa b'rabta mal-"karatteristiċi ewlenin" tal-prodott:

-bl-ommissjoni tal-informazzjoni materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4)(a) (fil-każ ta' stedina għax-xiri);

-bħala azzjoni qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD;

ØJekk l-operatur tas-suq għandux biżżejjed evidenza għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex isostni l-asserzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tal-UCPD.

Definizzjoni siewja ta' asserzjonijiet etiċi hija pprovduta mill-Gwida tal-Ombudsman tal-Konsumaturi tad-Danimarka dwar l-użu ta' asserzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ambjentali u etiċi: 149

"Asserzjonijiet etiċi" tfisser b'mod partikolari l-użu ta' dikjarazzjonijiet eċċ., li jagħtu l-impressjoni li l-manifattura ta' prodott jew l-ippjanar ta' attività ta' operatur tas-suq isiru skont l-istandards aċċettati u rikonoxxuti b'mod ġenerali, pereżempju dwar l-impjieg tat-tfal u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ġenerali, il-protezzjoni tan-natura, is-saħħa, it-trattament xieraq tal-annimali, inizjattivi ta' responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) u donazzjonijiet għall-karità. Dawn l-asserzjonijiet normalment ikunu bbażati fuq ix-xewqa tal-operatur tas-suq li jakkomoda żviluppi u xejriet ġenerali jew speċifiċi li jistgħu jinftiehmu mill-imġiba tal-konsumaturi.

Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tirreferi għal kumpaniji li jieħdu responsabbiltà għall-impatt tagħhom fuq is-soċjetà billi jkollhom fis-seħħ proċess sabiex jintegraw tħassib soċjali, ambjentali, etiku u tal-konsumaturi fl-operazzjonijiet kummerċjali u l-istrateġija ċentrali tagħhom.

Din saret għodda tal-kummerċjalizzazzjoni użata sabiex jiġi ssodisfat it-tħassib dejjem ikbar tal-konsumaturi sabiex l-operaturi tas-suq jirrispettaw l-istandards etiċi. Il-kumpaniji jużaw dan l-approċċ sabiex juru li jikkunsidraw it-tħassib etiku u marbut mad-drittijiet tal-bniedem. Dan jista' jkollu impatt fuq id-deċiżjoni tranżazzjonali ta' konsumatur li jkollu jagħżel bejn żewġ prodotti f'kompetizzjoni ta' kwalità u prezz simili.

Għalhekk, it-tali inizjattivi, f'ħafna każijiet sejrin ikunu "direttament konnessi mal-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta' prodott" u għalhekk jikkwalifikaw bħala prattiċi kummerċjali skont it-tifsira tal-UCPD.

Peress li spiss ikun hemm similaritajiet sinifikanti bejn l-asserzjonijiet ta' responsabbiltà soċjali korporattiva/etiċi u l-asserzjonijiet ambjentali, il-prinċipji ewlenin li japplikaw għal asserzjonijiet ekoloġiċi għandhom japplikaw ukoll għal asserzjonijiet etiċi u ta' responsabbiltà soċjali korporattiva. Dawn il-prinċipji ewlenin huma diskussi iktar fit-taqsima 5.1 dwar l-asserzjonijiet ambjentali.

Pereżempju:

·Il-Gwida tal-Ombudsman tal-Konsumatur tad-Danimarka dwar l-użu tal-asserzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ambjentali u etiċi tosserva li l-asserzjonijiet etiċi "jridu jintużaw biss safejn it-tali użu ma jkunx qarrieqi fir-rigward ta' standards etiċi aċċettati b'mod ġenerali oħrajn, eż. dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol.” Eżempju: "Tul l-aħħar għaxar snin, bnejna skejjel għat-tfal fil-ħames siti ta' produzzjoni tagħna fl-Indja" (iżda l-kumpanija ma ssemmix li t-tfal jaħdmu tmien sigħat kuljum f'dawn il-fabbriki)" 150 . 

3.3.2Kummerċjalizzazzjoni li toħloq konfużjoni

L-Artikolu 6(2)(a) tal-UCPD tindirizza l-kummerċjalizzazzjoni li toħloq konfużjoni.

 

Artikolu 6(2)(a):

Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew tista’ tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:

(a) kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott, inkluż reklamar komparattiv, li joħloq konfużjoni bejn kwalunkwe prodotti, trade marks, ismijiet kummerċjali u marki oħrajn distintivi ta’ kompetitur;

Pereżempju:

·Il-Qorti tas-Suq tal-Iżvezja qieset li l-bgħit ta' fatturi li jimitaw id-ditta ta' operatur ieħor tas-suq (l-isem, il-marki u d-disinn tal-fattura tiegħu) u l-ħolqien tal-impressjoni li s-servizzi qegħdin jiġu pprovduti minn dan l-operatur l-ieħor tas-suq huma prattika kummerċjali inġusta. Dan imur kontra n-Nru 21 tal-Anness I għall-UCPD (inklużjoni f'materjal tal-kummerċjalizzazzjoni fattura jew dokument simili li jfittex il-ħlas li jagħti lill-konsumatur l-impressjoni li diġà ordna l-prodott ikkummerċjalizzat meta fil-fatt ma jkunx) 151 .

·Il-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja qieset ukoll li l-użu tal-indikazzjonijiet "Taxi" u "Taxi Gothenburg", it-tnejn li huma f'disinn isfar fuq vettura taxi, jikkostitwixxi reklamar komparattiv u joħloq konfużjoni mal-marki rikonoxxuti ta' kompetitur. Dan għaliex operatur tas-suq ieħor kien ipprovda servizzi ta' taxi fiż-żona ta' Gothenburg mill-1922 billi juża l-kliem ‘Taxi Gothenburg’ u l-kulur isfar bħala t-trademarks tiegħu 152 .

Prattika li tqajjem kwistjonijiet ta' kompatibbiltà mad-dispożizzjoni hija "imballaġġ ikkupjat". Dan jirreferi għall-prattika ta' tfassil tal-imballaġġ ta' prodott (jew il-"libsa kummerċjali" tiegħu) sabiex jingħata d-"dehra u l-idea" ġenerali ta' ditta magħrufa sew f'kompetizzjoni.

L-imballaġġ ikkupjat huwa distint mill-falsifikazzjoni peress li normalment dan ma jinvolvix l-ikkopjar tat-trademarks. Ir-riskju li jġib miegħu l-imballaġġ ikkupjat huwa konfużjoni għall-konsumaturi u, konsegwentement, id-distorsjoni tal-imġiba kummerċjali tagħhom.  

It-tqarriq bil-konsumatur ikkaġunat mill-imballaġġ ikkupjat jista' jieħu diversi forom:

ØKonfużjoni diretta — il-konsumatur jixtri l-prodott ikkupjat għaliex ikun ħasbu d-ditta;

ØTqarriq fuq l-oriġini — il-konsumatur jagħraf li l-prodott ikkupjat huwa differenti iżda jemmen, minħabba l-imballaġġ simili, li jsir mill-istess manifattur;

ØTqarriq fuq il-kwalità jew l-għamla — mill-ġdid, il-konsumatur jagħraf li l-prodott ikkupjat huwa differenti iżda jemmen, minħabba l-imballaġġ simili, li l-kwalità hija l-istess jew eqreb għal dik tal-prodott ikkupjat.

L-imballaġġ simili jissuġġerixxi lill-konsumaturi li l-kwalità jew l-għamla tal-prodott ikkupjat hija paragunabbli għall-kwalità jew l-għamla tad-ditta inkwistjoni jew tal-inqas li hija iktar paragunabbli minn dak li kienu jassumu f'ċirkustanzi oħrajn. B'hekk, l-imballaġġ simili jagħti l-impressjoni lill-konsumaturi li l-prezz waħdu huwa l-uniku terminu ta' tqabbil bejn il-prodotti (minflok it-taħlita ta' prezz u kwalità).

Hemm diversi studji disponibbli fuq l-impatt tal-imballaġġ ikkupjat 153 . 

Pereżempju:

·Operatur tas-suq isemmi jew iqiegħed ditta tan-nuċċalijiet tax-xemx il-ġodda tiegħu b'tali mod li jkunu jixbhu ħafna l-isem jew id-ditta ta' nuċċalijiet tax-xemx ta' kompetitur. Din il-prattika aktarx li tmur kontra l-Artikolu 6(2) tal-UCPD jekk is-similarità tant tkun qrib li toħloq konfużjoni għall-konsumatur medju, u tagħmilha iktar probabbli li jmur għan-nuċċalijiet tax-xemx il-ġodda meta, mingħajr it-tali konfużjoni, ma kienx jagħmel hekk.

L-Anness I għall-UCPD jipprojbixxi f'kull ċirkustanza ċerti prattiċi kummerċjali speċifiċi li jinvolvu l-kummerċjalizzazzjoni li toħloq konfużjoni marbuta ma' trademarks, ditti u karatteristiċi relatati:

 

Nru 3 tal-ANNESS I

Il-wiri mill-kummerċjant ta’ marka ta’ fiduċja, marka ta’ kwalità jew ekwivalenti mingħajr ma jkun kiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

Nru 4 tal-ANNESS I

Fejn il-kummerċjant isostni li huwa (inklużi l-prattiċi kummerċjali tiegħu) jew xi prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta huwa/dan ma kienx jew isostni hekk mingħajr ma jikkonforma ruħu mat-termini tal-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni.

Nru 13 tal-ANNESS I

Fejn il-kummerċjant jippromwovi prodott simili għal xi prodott magħmul minn manifattur partikolari b’mod tali li deliberatament iqarraq bil-konsumatur li jemmen li l-prodott huwa magħmul minn dak l-istess manifattur meta ma jkunx.

3.3.3In-nonkonformità mal-kodiċijiet ta' kondotta

 

Artikolu 6(2)(b)

2. Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew tista’ tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:

(…)

(b) nuqqas ta’ konformità mill-kummerċjant mal-impenji kontenuti f’dawk il-kodiċijiet ta’ kondotta li fuqhom il-kummerċjant impenja ruħu li jirregola lilu nnifsu, fejn:

(i) l-impenn mhux wieħed li jaspira iżda huwa sod u li jista’ jiġi vverifikat,

u

(ii) il-kummerċjant jindika fi prattika kummerċjali li huwa marbut mill-kodiċi.

Il-UCPD fiha diversi dispożizzjonijiet li jipprevjenu lill-operaturi tas-suq milli jisfruttaw b'mod negattiv il-fiduċja li jkollhom il-konsumaturi fil-kodiċijiet awtoregolatorji. Ma tipprovdix regoli speċifiċi dwar il-validità ta' kodiċi ta' kondotta, iżda tistrieħ fuq is-suppożizzjoni li d-dikjarazzjonijiet qarrieqa dwar l-affiljazzjoni ta' operatur tas-suq jew dwar approvazzjoni minn korp awtoregolatorju jistgħu jfixklu l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi u jxekklu l-fiduċja li għandhom il-konsumaturi f'kodiċijiet awtoregolatorji. L-ewwel nett, l-Artikolu 6(2)(b) jobbliga lill-operaturi tas-suq sabiex jirrispettaw il-kodiċijiet ta' kondotta li huma stess ħadu impenn fuqhom fil-komunikazzjonijiet kummerċjali.

Pereżempju:

·L-Awtorità tal-Konsumaturi Netherlandiża ħadet azzjoni fuq il-bażi ta' din id-dispożizzjoni kontra fornitur tas-servizzi tal-provvista tal-enerġija. Il-fornitur, li kien membru ta' assoċjazzjoni li tirrappreżenta kumpaniji tal-enerġija, iddikjara li kien marbut b'kodiċi ta' kondotta maħruġ mill-assoċjazzjoni. Il-kodiċi ta' kondotta ddikjara li meta l-konsumaturi jitolbu informazzjoni biss, ma għandhomx jiġu ppreżentati b'offerti ta' prodotti jew servizzi. Madankollu, f'dan il-każ, il-konsumaturi jew ma rċivewx l-informazzjoni mitluba jew spiċċaw marbutin b'kuntratt li ma kinux taw il-kunsens tagħhom għalih. Il-kodiċi ta' kondotta ddikjara wkoll li membru ma għandux jisfrutta n-nuqqas ta' esperjenza jew il-vulnerabbiltà (l-età) tal-konsumatur. Madankollu, il-fornitur tal-enerġija inkwistjoni kien qarraq b'bosta persuni anzjani li kienu ġew ikkuntattjati 154 . 

It-tieni, l-Anness I għall-UCPD jipprojbixxi ċerti prattiċi fiċ-ċirkustanzi kollha sabiex jiżgura li l-operaturi tas-suq jagħmlu użu responsabbli mill-kodiċijiet ta' kondotta fil-kummerċjalizzazzjoni (il-punti 1 u 3 tal-Anness I dwar il-kodiċijiet ta' kondotta, punt Nru 2 dwar il-marki ta' fiduċja u l-punt Nru 4 dwar l-approvazzjoni minn korp pubbliku jew privat). Uħud mill-eżempji huma pprovduti fit-Taqsima 5.1.6 (applikazzjoni tal-Anness I għall-asserzjonijiet ambjentali).

3.4Ommissjonijiet qarrieqa

 

Artikolu 7 — Ommissjonijiet qarrieqa

1. Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa meta, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif importanti li l-konsumatur medju għandu bżonn, skont il-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali informata u għaldaqstant tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.

2. Prattika kummerċjali għandha titqies ukoll bħala ommissjoni qarrieqa meta kummerċjant jaħbi jew jipprovdi b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha, dak it-tagħrif importanti msemmi fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-kwistjonijiet deskritti f’dak il-paragrafu, jew jonqos milli jidentifika l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali jekk din ma tkunx diġà apparenti mill-kuntest u fejn, fi kwalunkwe każ, din tikkawża jew tista’ tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.

3. Fejn il-mezz użat għall-komunikazzjoni tal-prattika kummerċjali jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ żmien, għandu jittieħed kont ta’ dawn il-limitazzjonijiet u ta’ kwalunkwe miżuri meħuda mill-kummerċjant sabiex jagħmel it-tagħrif disponibbli għall-konsumaturi permezz ta’ mezzi oħra meta jiġi deċiż jekk xi tagħrif ġiex imħolli barra.

4. F’każ ta’ stedina għax-xiri, it-tagħrif li ġej għandu jitqies bħala importanti, jekk ma jkunx diġà apparenti mill-kuntest:

(a) il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, sa fejn xieraq għall-mezz u l-prodott;

(b) l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu qiegħed jaġixxi;

(c) il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kkalkolat, kif ukoll, fejn ikun xieraq, kull ammont ta’ ħlas addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ħlas ta’ kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta’ ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta’ ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;

(d) l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni u għat-trattament tal-ilmenti, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;

(e) għal prodotti u tranżazzjonijiet li jinvolvu d-dritt ta’ rtirar jew ta’ kanċellazzjoni, l-eżistenza ta’ dan id-dritt.

5. Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni li jinsabu f’lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala importanti.

3.4.1Informazzjoni materjali

L-Artikolu 7(1) u (2) jistabbilixxi f'termini ġenerali ħafna obbligu pożittiv fuq l-operaturi tas-suq li jipprovdu l-informazzjoni kollha li l-konsumatur jeħtieġ sabiex jieħu deċiżjoni ta' xiri informata. Din hija dik li tissejjaħ "informazzjoni materjali" fl-Artikolu 7.

Il-UCPD ma tiddefinix "informazzjoni materjali", ħlief fil-każ speċifiku ta' "stedina għax-xiri", li hija indirizzata fl-Artikolu 7(4). Informazzjoni materjali għal stedina għax-xiri hija diskussa fit-taqsima 3.4.5. Barra minn hekk, kif diskuss fit-Taqsima 1.4.3, l-Artikolu 7(5) tal-UCPD jiċċara li r-"rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mil-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar" għandhom jitqiesu bħala materjali.

Sabiex jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ jekk ġewx ommessi biċċiet importanti ta' informazzjoni, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali jridu jqisu l-karatteristiċi u ċ-ċirkustanzi kollha ta' prattika kummerċjali partikolari, inklużi l-limitazzjonijiet tal-mezz użat sabiex tiġi kkomunikata.

Pereżempju:

·L-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħa azzjoni kontra operatur tas-suq li offra prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja bla ma inkluda informazzjoni materjali fir-reklamar. L-operatur tas-suq iddikjara li l-qraba ta' persuni koperti mill-assigurazzjoni jiksbu l-benefiċċji tal-assigurazzjoni kollha jekk tmut dik il-persuna. Madankollu, l-operatur tas-suq ma għarrafx lill-konsumaturi li jekk il-persuna tmut fi żmien l-ewwel 24 xahar mill-kuntratt għal raġunijiet oħrajn li mhumiex aċċident, il-qraba jirċievu benefiċċji tal-assigurazzjoni limitati biss 155 .

Kif inhu osservat fit-Taqsima 1.4.9 dwar ir-relazzjoni mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, hemm għarfien dejjem ikbar dwar il-valur ekonomiku tal-informazzjoni marbuta mal-preferenzi tal-konsumaturi, id-data personali u kontenut ieħor iġġenerat mill-utenti. Jekk operatur tas-suq jgħarraf lil konsumatur li t-tali informazzjoni sejra tintuża għal skopijiet kummerċjali li jmorru lil hinn mit-tranżazzjoni inkwistjoni, huwa possibbli li dan jikkwalifika bħala ommissjoni qarrieqa tal-informazzjoni materjali.

3.4.2Kummerċjalizzazzjoni moħbija/nuqqas ta' identifikazzjoni tal-intenzjoni kummerċjali

Skont l-Artikolu 7(2), in-nuqqas ta' identifikazzjoni tal-intenzjoni kummerċjali ta' prattika kummerċjali jitqies bħala ommissjoni qarrieqa, meta dan in-nuqqas aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkustanzi oħrajn.

B'mod simili, id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku 156 , id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva 157 u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika 158 jistabbilixxu ċerti rekwiżiti f'dan ir-rigward għal komunikazzjonijiet kummerċjali u l-bgħit ta' posta elettronika għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta.

 

Artikolu 6(a) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku:

"Stati Membri għandhom jassiguraw li komunikazzjonijiet kummerċjali li huma parti minn, jew jikkostitwixxu, servizz għas-soċjetà tal-informazzjoni, li jkunu konformi mill-anqas ma' dawn il-kundizzjonijiet:

(a) il-komunikazzjoni kummerċjali għandha tkun identifikabbli b'mod ċar bħala tali;"

Artikolu 9(1)(a) u (b) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi provduti minn fornituri tas-servizzi tal-midja taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli bħala tali. Komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva bil-moħbi għandha tkun ipprojbita;

(b) komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi m’għandhomx jużaw tekniċi subliminali;"

Artikolu 19(1) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva:

Ir-reklamar televiżiv u t-telebejgħ għandhom ikunu faċilment rikonoxxibbli u distinti minn kontenut editorjali. Mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ tekniki ta’ reklamar ġodda, ir-reklamar televiżiv u t-telebejgħ għandhom jinżammu separati sew minn partijiet oħra tal-programm b’mezzi ottiċi u/jew akustiċi u/jew spazjali.

L-Artikolu 13(4) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika:

"F'kull każ, il-prattika li tintbagħat il-posta elettronika għall-iskopijiet ta' marketing dirett, li jiddissimula jew jaħbi l-identità tal-mittent li f’ismu tkun saret il-komunikazzjoni, jew mingħajr indirizz validu li r-riċevitur jista' jibgħatlu talba biex ma jirċevix tali komunikazzjonijiet, għandha tiġi pprojbita."

Aspett speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni moħbija huwa regolat mill-Artikolu 8(5) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur ukoll 159 . 

 

L-Artikolu 8(5) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur:

"(...) jekk il-kummerċjant iċempel lill-konsumatur bil-għan li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, huwa għandu, fil-bidu tal-konverżazzjoni mal-konsumatur, jiżvela l-identità tiegħu u, jekk applikabbli, l-identità ta’ dik il-persuna li f'isimha qed jagħmel it-telefonata, kif ukoll l-iskop kummerċjali tat-telefonata".

Meta dawn id-dispożizzjonijiet jiffokaw fuq prattiċi jew setturi kummerċjali speċifiċi, l-Artikolu 7(2) għandu kamp ta' applikazzjoni ġenerali u usa' u jindirizza kwalunkwe prattika kummerċjali.

Pereżempju:

·L-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħa azzjoni kontra operatur tas-suq li stieden lill-konsumaturi għal laqgħat billi offrielhom viżta b'xejn bħala parti minn programm "Jimpurtani minn saħħti". L-operatur naqas milli jiżvela l-fatt li l-iskop ewlieni tal-laqgħat kien li jippreżenta prodotti sabiex ibigħhom lill-konsumaturi 160 .

Minbarra l-Artikolu 7(2), il-UCPD tipprojbixxi f'kull ċirkustanza ċerti prattiċi speċifiċi li jinvolvu nuqqas ta' żvelar ta' intenzjoni kummerċjali.

Il-punt Nru 11 tal-Anness I jipprojbixxi l-użu ta' "kontenut editorjali fl-istampa għall-promozzjoni ta' prodott fejn operatur tas-suq ikun ħallas għall-promozzjoni bla ma jkun għamilha ċara fil-kontenut jew bi stampi jew ħsejjes li jintgħarfu malajr mill-konsumatur (reklamar)".

Pereżempju:

·Waħda mill-gazzetti ewlenin tal-Iżvezja ħadmet ma' operatur tat-telekomunikazzjoni li jiffinanzja taqsima partikolari tal-gazzetta bit-titlu “The Digital Life”. Din it-taqsima u l-materjal kollu tagħha, inklużi l-promozzjonijiet ta' prodotti li l-operatur tat-telekomunikazzjoni daqt kien sejjer iniedi, jidhru qishom kontenut editorjali ta' gazzetta; l-unika divulgazzjoni lill-pubbliku dwar l-għamla kummerċjali tal-materjal ippreżentat hija d-dehra diskreta tat-test "f'kollaborazzjoni ma'" segwita mit-trademark tal-operatur tat-telekomunikazzjoni. L-Aġenzija tal-Konsumatur tal-Iżvezja qieset li l-prattika kienet qiegħda tikser il-Punt 11 tal-Anness I UCPD 161 .

Il-punt Nru 22 tal-Anness I jipprojbixxi "Fejn il-kummerċjant bil-qerq isostni jew joħloq l-impressjoni li huwa ma jkunx qiegħed jaġixxi għall-finijiet konnessi mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu, jew bil-qerq juri ruħu bħala konsumatur".

L-Artikolu 7(2), flimkien mal-punti 11 u 22 tal-Anness I, jista' jkun partikolarment rilevanti għal kummerċjanti onlajn. Dan huwa diskuss iktar fil-Kapitolu 5.2 — Is-Settur onlajn wkoll.

Pereżempju:

·Fil-Gwida tiegħu dwar it-Tfal, iż-Żgħażagħ u l-Kummerċjalizzazzjoni, l-Ombudsman tal-Konsumatur tad-Danimarka jikkummenta li "logħba fuq il-paġni web ta' kumpanija fejn ikun ovvju li sseħħ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tal-kumpanija tista' tkun konformi mal-leġiżlazzjoni. Dan għaliex ikun ċar għat-tfal li jkunu daħlu f'univers tal-kummerċjalizzazzjoni u anki liema prodotti jkunu kkummerċjalizzati hemmhekk. Għaldaqstant, manifattur tal-ġugarelli jista' jippreżenta logħba fuq il-paġni web tiegħu li fihom it-tfal jistgħu jilagħbu bil-prodotti ta' dik il-kumpanija. Min-naħa l-oħra, jekk il-logħba jkun fiha kummerċjalizzazzjoni għal prodotti li ma jappartjenux għall-univers tal-kummerċjalizzazzjoni tal-logħba, dan ikun qiegħed jikser il-leġiżlazzjoni. Eżempju jista' jkun logħba fuq il-paġni web ta' manifattur tal-ġugarelli li fihom pupa tixrob ditta partikolari ta' luminata jew tixtri ħwejjeġ minn kumpanija partikolari 162 ."

3.4.3Informazzjoni materjali pprovduta b'manjiera mhux ċara

Skont l-Artikolu 7(2), il-forniment ta' informazzjoni materjali "b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha" huwa ommissjoni qarrieqa, jekk dan in-nuqqas aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkustanzi oħrajn.

Pereżempju:

·Qorti Ungeriża kkonkludiet li operatur tas-suq kiser l-Artikolu 7 tal-UCPD billi għarraf lill-konsumaturi dwar drittijiethom b'manjiera mhux ċara, ambigwa u mhux intelliġibbli b'mod raġonevoli.

L-operatur tas-suq kien għarraf lill-konsumaturi dwar id-dritt tagħhom li jirtiraw billi pprovdielhom test sħiħ ta' Digriet tal-Gvern.

Il-Qorti sabet li t-test kien jindika bosta dispożizzjonijiet li ma kinux japplikaw għall-kuntratti inkwistjoni u li l-forniment tat-test sħiħ tad-Digriet tal-Gvern ma kienx jikkwalifika bħala informazzjoni li biha l-konsumaturi setgħu jsiru jafu b'mod ċar u konkret x'inhuma l-kundizzjonijiet li jirregolaw id-dritt tagħhom li jirtiraw mill-kuntratt 163 ."

·Operatur tat-telefown irreklama fuq it-TV abbonament għal telefown ċellulari billi xeħet dawl fuq il-benefiċċji speċifiċi tal-prezz, filwaqt li r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-offerta kienu ppreżentati biss b'tipa żgħira u dehru fuq l-iskrin għal ħin qasir ħafna. Il-Qorti Suprema tal-Finlandja ddikjarat li, minkejja l-limiti ta' spazju u ħin tal-mezz użat (TV), xejn ma żamm lill-operatur tas-suq sabiex jindika b'mod iktar ċar fatti tant ċentrali bħal dawn. B'hekk, peress li kienet ġiet ommessa informazzjoni materjali, instab li r-reklamar kien qarrieqi 164 .

 

3.4.4Il-kuntest fattwali u l-limiti tal-mezz tal-komunikazzjoni użat

L-Artikolu 7(1) jisħaq li sabiex jiġi vvalutat jekk prattika kummerċjali hijiex qarrieqa, hemm bżonn li tiġi kkunsidrata "fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni".

L-Artikolu 7(3) għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 7(1). Skont l-Artikolu 7(3), meta jiġi vvalutat jekk ġietx ommessa informazzjoni materjali, għandu jingħata kont lil:

Øil-limiti ta' spazju u ħin tal-mezz tal-komunikazzjoni użat;

Økwalunkwe miżura meħuda mill-operatur tas-suq sabiex jagħmel it-tagħrif disponibbli għall-konsumaturi permezz ta’ mezzi oħra.

Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq japplikaw għat-taqsimiet kollha tal-Artikolu 7. Barra minn hekk, skont il-parti introduttorja tal-Artikolu 7(4), l-operaturi tas-suq ma jridux jipprovdu informazzjoni fi stediniet għax-xiri li diġà tkun ċara mill-kuntest.

Skont l-Artikolu 7(2), il-forniment ta' informazzjoni materjali "b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha" huwa ommissjoni qarrieqa, jekk dan in-nuqqas aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkustanzi oħrajn.

Pereżempju:

Operatur tat-telefown irreklama fuq it-TV abbonament għal telefown ċellulari billi xeħet dawl fuq il-benefiċċji speċifiċi tal-prezz, filwaqt li r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-offerta kienu ppreżentati biss b'tipa żgħira u dehru fuq l-iskrin għal ħin qasir ħafna. Il-Qorti Suprema tal-Finlandja ddikjarat li, minkejja l-limiti ta' spazju u ħin tal-mezz użat (TV), xejn ma żamm lill-operatur tas-suq sabiex jindika b'mod iktar ċar fatti tant ċentrali bħal dawn. B'hekk, peress li kienet ġiet omessa informazzjoni materjali, instab li r-reklamar kien qarrieqi 165 .

 

L-Artikolu 7(4)(a) jiddikjara wkoll li, fi stediniet għax-xiri, irid jingħata kont lill-"mezz u l-prodott" meta jiġi ċċarat jekk il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott humiex wieħed mill-elementi li jridu jitqiesu bħala informazzjoni materjali.

Pereżempju:

·Fil-kawża Ving Sverige, 166 il-Qorti sabet li "jista’ jkun biżżejjed li jiġu indikati biss ċerti karatteristiċi ewlenin tal-prodott, jekk fir-rigward tal-kumplament ilkummerċjant jirreferi għas-sit elettroniku tiegħu, sakemm dan is-sit ikun fih informazzjoni importanti dwar il karatteristiċi ewlenin tal-prodott, il-prezz u lkundizzjonijiet l-oħrajn skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva."

Fid-dawl tal-importanza tagħha għad-deċiżjoni ta' xiri tal-konsumatur, l-informazzjoni dwar il-prezz sħiħ u l-karatteristiċi ewlenin ta' prodott għandha tintwera b'mod prominenti.

Pereżempju:

·Qorti Spanjola qieset bħala qarrieqi fuljett li ddikjara li l-konsumaturi li jużaw il-karta tal-kreditu promossa jistgħu jiffrankaw 3% fuq ix-xiri tagħhom. Il-Qorti qieset li d-dikjarazzjoni ġenerali fil-fuljett tagħti x'tifhem lill-konsumaturi li jistgħu jiffrankaw fuq kull tip ta' xirja li ssir bil-karta tal-kreditu, filwaqt li fil-verità kienu japplikaw limitazzjonijiet importanti. It-tali limitazzjonijiet kienu stipulati fil-patti tal-kuntratt biss: dan ma tqiesx li huwa biżżejjed, peress li kienet ommessa informazzjoni materjali dwar il-karatteristiċi tal-prodott irreklamat 167 .

Il-firxa ġenerali tal-informazzjoni meħtieġa fuq il-karatteristiċi ewlenin ta' prodott trid tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-kuntest tal-istedina għax-xiri, it-tipoloġija tal-prodott u l-mezz ta' komunikazzjoni użat.

3.4.5Informazzjoni materjali fl-istediniet għax-xiri — Artikolu 7(4)

L-Artikolu 7(4) jelenka numru ta' rekwiżiti ta' informazzjoni li jitqiesu materjali. Dan sabiex jiġi żgurat l-ammont massimu ta' ċertezza legali għall-konsumaturi f'dan il-punt kritiku 168 . Nuqqas ta' forniment tal-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(4) lill-konsumaturi fil-każ ta' stedina għax-xiri huwa ommissjoni qarrieqa, jekk dan in-nuqqas aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkustanzi oħrajn. 

L-iskop tal-Artikolu 7(4) huwa li jiżgura li, kull meta l-operaturi tas-suq jagħmlu offerti kummerċjali, iqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-istess ħin, b'manjiera intelliġibbli u mhux ambigwa, biżżejjed informazzjoni sabiex il-konsumatur ikun jista' jieħu deċiżjoni informata sabiex jixtri u ma jqarraqx bil-konsumatur bl-ommissjoni ta' informazzjoni importanti.

Madankollu, sabiex ma jitqegħdux piżijiet żejda jew sproporzjonati ta' informazzjoni fuq l-operaturi tas-suq, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(4) mhumiex statiċi u jeħtieġu biċċiet ta' informazzjoni differenti skont is-sitwazzjoni. Dan isegwi, b'mod partikolari, mill-kjarifiki li jsiru kemm fl-Artikoli 7(1), 7(3) u 7(4) li l-kuntest fattwali u l-limiti tal-mezz tal-komunikazzjoni użati għandhom jiġu kkunsidrati, kif diskuss fit-taqsima ta' qabel.

L-Artikolu 7(4)(a) jiċċara b'mod speċifiku li, meta jiġi vvalutat jekk hemmx ommissjoni ta' informazzjoni materjali fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, għandu jittieħed kont tal-"mezz u l-prodott".

L-istabbiliment ta' x'jikkostitwixxi l-karatteristiċi ewlenin ta' prodott kif imsemmi fl-Artikolu 7(4)(a) jista' jvarja. L-ewwel nett, jista' jiddependi mill-prodott ikkonċernat.

Pereżempju:

·Kompjuter jeħtieġ iktar informazzjoni dwar il-prodott minn tazza.

It-tieni, l-ammont u t-tip ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott jistgħu jvarjaw skont x'jitqies "xieraq" fid-dawl tal-"mezz" użat mill-operatur tas-suq sabiex jagħmel il-komunikazzjoni kummerċjali.

Fil-prinċipju, ċerti kundizzjonijiet restrittivi li jillimitaw l-offerta jistgħu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin tal-prodott.

Pereżempju:

·Perjodu limitat ħafna li matulu huwa pprovdut servizz.

It-twissijiet dwar is-sikurezza jistgħu, soġġetti għal valutazzjoni ta' każ b'każ, jikkostitwixxu karatteristika ewlenija ta' prodott skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4). Bħalissa, il-leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-setturi fuq is-sikurezza tal-prodotti normalment teħtieġ li l-operaturi tas-suq jgħarrfu dwar problemi fis-sikurezza fuq il-prodott innifsu u/jew l-imballaġġ tiegħu. Għalhekk, fil-każ ta' bejgħ onlajn, jista' jkun diffiċli għall-konsumaturi li jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali verament informati f'każ li s-sit web onlajn rilevanti ma jipprovdix stampa leġġibbli tat-tikkettar tal-prodott/tal-imballaġġ. Eċċezzjoni importanti għal dan l-approċċ tinsab fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli 2009/48/KE 169 , li teħtieġ b'mod espliċitu li t-twissijiet tas-sikurezza għall-ġugarelli, bħal dawk li jispeċifikaw l-età minima/massima tal-utent, iridu jkunu viżibbli ċari qabel ix-xiri, inkluż meta x-xirja ssir onlajn. Għal ħafna mill-prodotti l-oħrajn, il-UCPD tista' tintuża bħala bażi legali sabiex tesiġi lill-operaturi tas-suq, speċjalment meta jippromwovu prodotti onlajn, sabiex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar dawk l-aspetti tas-sikurezza li jistgħu, skont x'tip ta' prodott ikun, jitqiesu bħala karatteristiċi ewlenin skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4).

Skont l-Artikolu 7(4)(b), nuqqas milli l-konsumaturi jiġu informati dwar l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-operatur tas-suq jista' jikkostitwixxi ommissjoni qarrieqa.

Pereżempju:

·F'każ marbut ma' servizz ta' dating onlajn, il-Qorti tas-Suq tal-Iżvezja ordnat sabiex operatur tas-suq itella' informazzjoni dwar ismu, l-indirizz, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu b'mod dirett u permanenti meta jikkummerċjalizza s-servizzi li jipprovdi fuq l-Internet. Il-qorti ddikjarat li n-nuqqas ta' tlugħ tal-indirizz korrett jew xi indirizz tal-posta elettronika min-naħa tal-operatur tas-suq fuq is-sit elettroniku tiegħu kien jikkostitwixxi ommissjoni qarrieqa li aktarx li tikkaġuna sabiex il-konsumatur jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkustanzi oħrajn 170 .

Min-naħa l-oħra, l-ommissjoni milli wieħed jipprovdi informazzjoni dwar l-identità tal-operatur tas-suq kultant tista' titqies bħala "apparenti mill-kuntest" skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4).

Pereżempju:

·L-indirizz ta' ħanut jew ristorant li l-konsumatur diġà jkun fih.

·Għal ħwienet onlajn, l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jeħtieġ li l-operaturi tas-suq jagħmlu isimhom, l-indirizz u dettalji oħrajn tagħhom inkluż l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom stess faċilment, direttament u permanentement aċċessibbli. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, ċerta informazzjoni (eż. dwar id-diversi stadji tekniċi meħtieġa qabel il-konklużjoni formali ta' kuntratt) trid tiġi pprovduta wkoll qabel ma ssir l-ordni.

Fuq il-bażi ta' valutazzjoni ta' każ b'każ, id-dikjarazzjoni tal-isem kummerċjali ta' operatur tas-suq tista' tkun biżżejjed sabiex jiġi rispettat ir-rekwiżit fl-Artikolu 7(4)(b) fuq l-identità tal-operatur tas-suq. L-isem legali irid ikun iddikjarat fil-patti u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, iżda mhux bilfors jiġi kkunsidrat bħala informazzjoni materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 7(4).

Pereżempju:

·Fil-materjal ta' reklamar tagħha, kumpanija tal-fast food mhuwiex sejjer ikollha bżonn tispeċifika l-istatus ġuridiku tagħha bħal Ltd, SA, SARL, Inc.

Minbarra r-rekwiżit fl-Artikolu 7(4)(b), id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tistabbilixxi iktar rekwiżiti ta' informazzjoni fuq id-dettalji ta' kuntatt tal-operatur tas-suq, b'mod speċifiku:

ØFl-Artikolu 5(1) (bejgħ fil-post tan-negozju) u l-Artikolu 6(1) (bejgħ barra mill-post tan-negozju u bejgħ fuq distanza) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur 171 .

L-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva Elettronika teħtieġ li l-fornituri ta' servizzi onlajn jagħmlu aċċessibbli għal dawk li jirċievu s-servizzi tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti informazzjoni dwar "id-dettalji ta' dak li jipprovdi s-servizz, inkluż l-indirizz elettroniku tiegħu, li jippermettilu li jkun ikkuntattjat u li jikkuntattja b'rapidità u b'manjiera diretta u effettiva".

Għaldaqstant, l-indirizzi tal-posta elettronika tal-operaturi tas-suq tal-kummerċ elettroniku jistgħu jkunu informazzjoni materjali skont l-Artikolu 7(5) tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali. Din l-informazzjoni għandha tkun tista' tinstab faċilment (jiġifieri mhux fil-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali) u tkun aċċessibbli b'mod dirett u permanenti.

Skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data 95/46/KE (u r-Regolament Ġenerali futur dwar il-Protezzjoni tad-Data), anki kontrollur tad-data jrid jipprovdi lis-suġġett tad-data ċerta informazzjoni obbligatorja, li fost l-oħrajn tinkludi l-identità (u d-dettalji ta' kuntatt) tal-kontrollur u r-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm (ħlief meta s-suġġett tad-data diġà jkollu dik l-informazzjoni) (għad-dettalji ara t-taqsima 1.4.10).

L-Artikolu 7(4)(c) jeħtieġ li l-operaturi tas-suq jiddikjaraw il-prezz totali (jew finali) fi stedina għax-xiri. Dan irid jinkludi t-taxxi u l-miżati kollha applikabbli (eż. l-VAT). Il-prezz finali jrid jinkludi l-miżati u t-taxxi applikabbli li huma inevitabbli u prevedibbli meta tiġi ppubblikata l-offerta. Meta n-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfin kif xieraq dwar il-mod li bih huwa kkalkolat il-prezz, kif ukoll, fejn ikun xieraq, dwar kull miżata addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, għall-kunsinna jew għall-posta jew, fejn dawn il-miżati ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, dwar il-fatt li tali miżati addizzjonali jistgħu jkunu dovuti (ara wkoll l-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur).

L-esperjenza turi li dawn ir-rekwiżiti mhux dejjem ikunu rispettati.

Fl-"ipprezzar qatra qatra" ("drip pricing"), l-operaturi tas-suq iżidu l-ispejjeż tul il-proċess ta' xiri, pereżempju billi l-ewwel juru l-prezz li jeskludi t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati jew billi jżidu l-miżati li huma inevitabbli wara li l-ewwel ikunu ppreżentawhom bħala "mhux obbligatorji". Dan jista' jwassal sabiex il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f'ċirkustanzi oħrajn, li kieku l-prezz sħiħ kien ipprovdut bħala l-ewwel "stedina għax-xiri". Għalhekk, it-tali prattika tista' twassal għal azzjoni qarrieqa jew ommissjoni bi ksur tal-UCPD.

Pereżempju:

·L-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħa azzjoni kontra operatur tat-telekomunikazzjoni li ma għarrafx lill-konsumaturi li kien sejjer ikollhom iħallsu miżata ta' attivazzjoni sabiex jużaw is-servizzi pprovduti. Il-konsumaturi kienu informati biss dwar din il-miżata wara li ġie ffirmat il-kuntratt 172 .

·L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur imponiet multi amministrattivi kontra operatur tat-telekomunikazzjoni li applika miżati, li l-konsumaturi ma kinux ġew informati bihom, sabiex jipprovdi servizzi li l-kumpanija ma setgħetx tipprovdi/tforni 173 .

· Qorti Spanjola kkonfermat deċiżjoni mill-Muniċipalità ta' Madrid li imponiet multa fuq fornitur tal-internet li ma kienx wera l-prezz sħiħ tas-servizzi tiegħu fl-offerti kummerċjali tiegħu, b'mod partikolari billi naqas milli jinkludi l-miżati tan-netwerk u t-taxxi 174 .  

 

Il-kwistjoni ta' pprezzar qatra qatra hija diskussa iktar fit-taqsima 5.3 dwar l-Ivvjaġġar u t-Trasport.

Skont l-Artikolu 7(4)(c) tal-UCPD, l-użu ta' "prezzijiet ta' livell bażiku", jiġifieri l-indikazzjoni tal-prezz "li jibda minn" ammont minimu speċifiku, huwa awtorizzat biss jekk il-prezz finali "ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel" minħabba l-għamla tal-prodott.

Pereżempju:

· Aġenzija tal-ivvjaġġar indikat il-prezzijiet bħala "jibdew minn" għal titjiriet u pakketti tal-ivvjaġġar partikolari. Il-Qorti ddikjarat li l-UCPD ma tipprojbix l-użu ta' prezzijiet ta' livell bażiku, diment li l-informazzjoni pprovduta tkun tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi ta' każ reali. Iddikjarat li: "Is-sempliċi indikazzjoni ta’ prezz inizjali tista’ għalhekk tiġi ġġustifikata f’sitwazzjonijiet fejn il-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott." 175

Madankollu, il-prezz minimu għandu jkun prezz reali applikabbli għal ċerti prodotti, skont ir-reklam.

Pereżempju:

·Kumpanija rreklamat il-bejgħ ta' appartamenti bl-użu ta' dikjarazzjonijiet bħal "Huma irħas milli taħseb". Prezzijiet li jibdew minn € 2 150 għal kull metru kwadru". Madankollu, instab li ma kien hemm ebda appartament disponibbli bil-prezz indikat. Barra minn hekk, il-prezz indikat ma kienx jinkludi l-VAT. Din il-prattika kummerċjali nstabet li hija qarrieqa mill-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur 176 .

Anki prattiċi kummerċjali li fihom l-operaturi tas-suq jirreklamaw prezzijiet li ma jeżistux jistgħu jkunu qegħdin jiksru l-punti 5 u 6 tal-Anness I għall-UCPD, peress li jistgħu jitqiesu każijiet ta' reklamar nassa (punt 5) jew "bait and switch" (punt 6).

Skont l-Artikolu 7(4)(d), l-operaturi tas-suq iridu jipprovdu informazzjoni dwar l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni u l-prassi tal-ġestjoni tal-ilmenti jekk dawn jitbiegħdu mir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali. Dan ifisser li t-tali informazzjoni trid tintwera biss jekk it-tali arranġamenti jkunu ta' żvantaġġ għall-konsumatur meta mqabblin mal-istandard ta' ħila u kura speċjali li operatur tas-suq jista' raġonevolment ikun mistenni jeżerċita lejn il-konsumaturi.

Skont l-Artikolu 7(4)(e), l-eżistenza ta' dritt ta' rtirar jew kanċellazzjoni trid tissemma fl-istediniet għax-xiri kull meta dan ikun applikabbli. Skont dan ir-rekwiżit, l-operaturi tas-suq huma meħtieġa jgħarrfu lill-konsumaturi tagħhom biss bl-eżistenza tat-tali drittijiet, bla ma joqogħdu jispjegaw il-kundizzjonijiet u l-proċeduri sabiex jeżerċitawhom.

Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tistabbilixxi iktar regoli dwar l-informazzjoni prekuntrattwali li trid tiġi pprovduta lill-konsumatur qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, pereżempju fuq siti elettroniċi tal-Kummerċ elettroniku, matul żjara d-dar ta' bejjiegħ jew matul telefonati bi skop ta' bejgħ. 177  

Pereżempju, dik id-Direttiva teħtieġ li l-operatur jipprovdi informazzjoni dwar "il-prezz totali" qabel ma l-konsumatur ikun marbut minn kuntratt 178 . Barra minn hekk, il-konsumatur huwa intitolat għar-rimborż ta' kwalunkwe ħlas żejjed li fih il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu għat-tali pagament, iżda l-operatur tas-suq ikun implikah billi uża alternattivi predefiniti, eż. billi uża l-"kaxex immarkati bil-lest" 179 . 

Għal kuntratti fuq distanza jew barra mill-post tan-negozju, l-operatur tas-suq irid jipprovdi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet, il-limitu ta' żmien u l-proċeduri għall-eżerċitar tad-dritt ta' rtirar. Irid jipprovdi wkoll il-formola għall-irtirar tal-mudell stabbilita fl-Anness I(B) għad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur 180 . 

3.4.6Provi b'xejn u nassa għall-abbonament

Il-provi b'xejn huma għodod ta' kummerċjalizzazzjoni li jippermettu lill-konsumaturi jordnaw prodott jew jabbonaw għal servizz mingħajr spejjeż jew għal ammont żgħir (jiġifieri tal-posta tal-kampjun).

Sejbiet mill-istudju tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-provi "b'xejn" u nases għall-abbonament qarrieqa għall-konsumaturi fl-UE 181

Studju ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea sab li 66% tal-konsumaturi mistħarrġin kienu ordnaw provi b'xejn onlajn. Minn dawn il-konsumaturi, 21% sabu problema waħda jew iktar. L-istudju sab li mill-konsumaturi li kienu esperjenzaw problema, 34% kienu sabu diffikultajiet sabiex iħassru l-abbonament, 22% ma setgħux jirritornaw prodott kampjun u 18% ma kinux jafu li saru abbonati.

Fost il-konsumaturi li esperjenzaw problema, 43% kienu għamlu dan b'rabta ma' prodotti kożmetiċi u tal-kura tas-saħħa, 32% b'rabta mal-ikel u supplimenti tas-saħħa, 25% b'rabta ma' servizzi ta' dating, 24% b'rabta mal-mużika u l-films u 21% b'rabta ma' servizzi ta' ħżin ibbażati fuq il-cloud.

L-istudju sab li raġuni importanti għaliex il-konsumaturi jsibuha diffiċli li jneħħu l-abbonament hija li ma jkunux jistgħu jsibu d-dettalji ta' kuntatt tal-operatur tas-suq. Raġuni oħra hija li l-għamla "pop-up" tal-offerti ta' prova b'xejn tfisser li spiss jgħibu malajr: fi żmien perjodu ta' tmien ġimgħat, 25% tas-siti elettroniċi skrinjati fl-istudju ma kinux għadhom disponibbli.

F'60% tal-offerti skrinjati, dettall ta' kuntatt wieħed jew iktar tal-operatur tas-suq ma setax jinstab jew inkella kien falz jew mhux ċar. Fil-mument tal-ordni, 7% biss tax-xerrejja sabu li ma kienx ċar min kien qiegħed joffri l-prova b'xejn, iżda meta ppruvaw jikkuntattjaw lill-operaturi tas-suq sabiex iħassru l-abbonament 27% ma sabux l-informazzjoni ta' kuntatt u 54% tal-konsumaturi li ppruvaw jikkuntattjaw lill-operatur tas-suq ma rnexxilhomx.

Intoppi kbar oħrajn li ġew identifikati kienu:

·Kultant il-konsumaturi ma jintebħux li daħlu għal abbonament meta jabbonaw għal prova b'xejn.

·L-operaturi tas-suq kultant iħallu barra jew jipprovdu informazzjoni dwar l-ispejjeż veri tal-offerti ta' prova b'xejn b'manjiera mhux ċara.

·Kultant il-provi u l-abbonamenti jiġu ppreżentati li huma b'xejn, għad li jkunu jinvolvu spejjeż.

Jekk operatur tas-suq jonqos milli jipprovdi l-indirizz ġeografiku u l-identità tiegħu fi stedina għax-xiri, dan jista' jmur kontra l-Artikolu 7(4)(b) UCPD. Barra minn hekk, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jeħtieġu li l-operaturi tas-suq onlajn jagħmlu aċċessibbli informazzjoni li tippermetti lill-konsumaturi jikkuntattjawhom. Ir-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi jikkwalifikaw bħala informazzjoni materjali skont l-Artikolu 7(5) tal-UCPD.

Jekk operatur tas-suq ma jagħmilhiex ċara lill-konsumaturi li jistgħu jidħlu f'abbonamenti meta jirreġistraw għal prova b'xejn, jista' jkun qiegħed jikser l-Artikolu 7(1), 7(2) u 7(4)(a) (fil-każ ta' stedina għax-xiri) tal-UCPD għaliex ikun qiegħed iħalli barra informazzjoni materjali. Skont iċ-ċirkustanzi, jista' jkun hemm ksur tal-Artikolu 6(1)(a) tal-UCPD ukoll.

L-ommissjoni jew il-forniment ta' informazzjoni dwar l-ispejjeż veri tal-offerti ta' prova b'xejn b'manjiera mhux ċara jistgħu jkunu qegħdin jiksru l-Artikoli 6(1)(d) u/jew 7(1), 7(2) u 7(4)(c) tal-UCPD.

Pereżempju:

·Operatur tat-telekomunikazzjoni fil-Polonja rreklama fuq il-kartelluni li l-konsumaturi jistgħu jirċievu żewġ tablets jew inkella telefown ċellulari u tablet għall-prezz ta' PLN 1,-. Madankollu, l-operatur tas-suq ma għarrafx biċ-ċar lill-konsumaturi li, sabiex jieħdu vantaġġ minn din l-offerta, ikollhom jabbonaw għal kuntratt ta' abbonament għal 24 xahar kif ukoll jixtru kuntratt għall-prodotti b'36 ħlas parzjali fix-xahar. L-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur sab dan ir-reklamar qarrieqi skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1)(d) tal-UCPD 182 .

Barra minn hekk, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur fiha regola speċifika sabiex titjieb it-trasparenza tal-offerti ta' abbonament fuq l-internet fl-Artikolu 8(2) tagħha. Skont din ir-regola, fil-kuntratti fuq distanza, l-informazzjoni marbuta mal-karatteristiċi ewlenin tas-servizz, il-prezz li jinkludi t-taxxi, id-durata tal-kuntratt u tal-obbligi tal-konsumaturi jridu jkunu pprovduti b'manjiera ċara u prominenti, u direttament qabel ma l-konsumatur jagħmel l-ordni tiegħu. Barra minn hekk, il-konsumatur irid jingħata l-possibbiltà li jikkonferma b'mod espliċitu li l-ordni timplika obbligu ta' ħlas, eż. billi jattiva buttuna li b'mod mhux ambigwu turi li jrid jordna.

Barra minn hekk, id-deskrizzjoni ta' prodott bħala "gratis", "b’xejn", "mingħajr ħlas" jew simili jekk il-konsumatur għandu jħallas xi ħaġa oħra barra l-prezz li inevitabbilment kellu jħallas sabiex wieġeb għall-prattika kummerċjali u sabiex ġabar jew ħallas għall-kunsinna tal-oġġett" hija prattika kummerċjali li fiċ-ċirkustanzi kollha titqies li hija inġusta u, b'hekk, ipprojbita mill-UCPD. Dan isegwi min-Nru 20 tal-Anness I tad-Direttiva, li huwa spjegat iktar fit-Taqsima 4.4.

Anki l-bejgħ mhux mitlub (it-talba ta' ħlas għal jew ir-ritorn jew iż-żamma ta' prodotti mhux solleċitati mill-konsumatur) huwa prattika kummerċjali li fiċ-ċirkustanzi kollha hija pprojbita mill-UCPD. Dan isegwi min-Nru 29 tal-Anness I tad-Direttiva.

3.4.7Il-forniment ta' ċerta informazzjoni b'lingwa oħra

Skont l-Artikolu 7(2) tal-UCPD, l-operatur tas-suq irid jipprovdi informazzjoni materjali b'manjiera ċara, intelliġibbli u mhux ambigwa. Dan ir-rekwiżit jista' jsir rilevanti meta parti mill-informazzjoni materjali tintwera fuq sit elettroniku b'lingwa partikolari li tkun immirata għal konsumaturi f'pajjiż speċifiku, kif ivvalutat fuq approċċ ta' każ b'każ, filwaqt li biċċiet oħrajn ta' informazzjoni materjali jkunu disponibbli biss b'lingwa differenti fil-patti u l-kundizzjonijiet standard.

Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tippermetti lill-Istati Membri jesiġu li tiġi pprovduta informazzjoni kuntrattwali bil-lingwa nazzjonali tagħhom 183 . L-Artikolu 7(5) tal-UCPD jikkonferma li r-rekwiżiti ta' informazzjoni f'leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar komunikazzjonijiet kummerċjali "għandhom jitqiesu bħala importanti. Għaldaqstant, f'pajjiżi li setgħu marru għal din l-alternattiva, operatur tas-suq jista' jkun qiegħed jikser kemm id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u l-UCPD jekk jonqos milli jipprovdi lill-konsumatur, pereżempju, b'konferma tal-kuntatt bil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż tal-konsumatur. F'sitwazzjoni bħal din, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tkun prevalenti bħala l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur f'dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' forniment ta' informazzjoni bil-lingwa rilevanti fl-istadju prekuntrattwali tat-tranżazzjonijiet, filwaqt li l-UCPD tkun tapplika fl-istadju ta' reklamar.

It-taqsima 1.4.3 fiha diskussjoni ulterjuri ta' rekwiżiti ta' informazzjoni oħrajn tal-UE meqjusin bħala "informazzjoni materjali" fuq il-bażi tal-Artikolu 7(5).

3.4.8 Obsolexxenza Ppjanata

Obsolexxenza ppjanata, jew obsolexxenza inkorporata fid-disinn industrijali, hija politika kummerċjali li tinvolvi l-ippjanar jew it-tfassil deliberat ta' prodott b'ħajja ta' użu limitata sabiex joħroġ mill-użu jew ma jibqax jaħdem wara ċertu perjodu ta' żmien.

Mill-perspettiva tal-UCPD, l-obsolexxenza ppjanata mhijiex inġusta per se. Madankollu, skont l-Artikolu 7, operatur tas-suq li jonqos milli jgħarraf lill-konsumatur li prodott tfassal b'tul ta' ħajja limitat jista', skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ individwali, jitqies li jkun ometta milli jipprovdi informazzjoni materjali.

Pereżempju:

·L-ommissjoni ta' informazzjoni li:

- magni tal-ħasil huma mfasslin b'sospensjoni dgħajfa tad-drum sabiex "jiġi żgurat" li dawn jinkisru wara għadd ta' ċikli tal-ħasil, jew

-it-tul tal-ħajja funzjonali ta' friġġ hija ppjanata li tkun ferm iqsar minn dik għal prodotti komparabbli



tista' tkun qiegħda tikser l-Artikolu 7 tal-UCPD.

Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE tipprovdi mezzi kif tiġi miġġielda l-obsolexxenza ppjanata.

Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn 184 tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi rekwiżiti minimi obbligatorji għall-possibbiltà ta' tiswija, it-tul tal-ħajja tal-prodotti kif ukoll ir-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar it-tul ta' ħajja stmat tagħhom.

Hemm rekwiżiti tal-Ekodisinn fuq it-tul tal-ħajja fis-seħħ għal numru limitat ta'kategoriji ta' prodotti, bħal komponenti ta' vacuum cleaners 185 u bozoz 186 . Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas tat-tikkettar tal-Enerġija rivedut 187 jippermetti li fil-ġejjieni tiddaħħal informazzjoni dwar il-ħajja ta' prodotti fit-tikketta tal-Enerġija tal-UE.

Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ekonomija Ċirkulari, adottat f'Diċembru 2015 188 , xeħet dawl fuq il-fatt li l-Kummissjoni sejra tippromwovi l-possibbiltà ta' tiswija, il-possibbiltà ta' titjib, il-ħajja u r-riċiklabbiltà billi tkompli tiżviluppa iktar rekwiżiti tal-prodotti fil-ħidma futura tagħha skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn, kif ikun xieraq u filwaqt li tqis l-ispeċifikazzjonijiet tal-gruppi ta' prodotti differenti.

Meta jidher li jkun hemm nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, jiġifieri difett, fi żmien sentejn mill-kunsinna tal-oġġett, il-konsumatur jista' jinvoka l-garanzija legali skont id-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji għall-Konsumatur 189 . Dan japplika wkoll meta d-difett ikun ikkaġunat minn prattiċi ta' obsolexxenza ppjanata, jekk din l-obsolexxenza ppjanata ma tkunx konformi mal-kuntratt. Skont din id-Direttiva, fi ħdan l-ewwel sitt xhur wara l-kunsinna, huwa l-bejjiegħ li jrid juri li ma kien jeżisti ebda nuqqas ta' konformità fi żmien il-kunsinna.

3.5Prattiċi kummerċjali aggressivi

 

Artikolu 8 — Il-Prattiċi Kummerċjali Aggressivi

Prattika kummerċjali għandha titqies bħala aggressiva jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, permezz ta’ fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew ta’ influwenza mhux xierqa, tfixkel b’mod sinifikanti jew tista’ tfixkel konsiderevolment il-libertà tal-għażla jew l-imġiba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott u b’hekk tikkawża jew tista’ tikkawża li huwa jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.

Artikolu 9 — L-Użu ta’ Fastidju, Kostrizzjoni u Influwenza Mhux Xierqa

Fid-determinazzjoni jekk prattika kummerċjali tużax il-fastidju, il-kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew l-influwenza mhux xierqa, għandu jittieħed kont ta’ dawn li ġejjin:

(a) iż-żmien, il-lok, in-natura u l-persistenza tagħha;

(b) l-użu tal-lingwaġġ użat jew l-imġiba ta’ theddid jew abbużiva;

(c) l-isfruttament mill-kummerċjant ta’ kwalunkwe sfortuna jew ċirkostanza speċifika ta’ tali gravità li tfixkel il-ġudizzju tal-konsumatur, li biha l-kummerċjant ikun jaf, sabiex jinfluwenza d-deċiżjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-prodott;

(d) kwalunkwe ostakli mhux kontrattwali, onerużi jew sproporzjonati imposti mill-kummerċjant fejn konsumatur ikun jixtieq jeżerċita xi drittijiet mogħtija fil-kuntratt, inklużi d-drittijiet tat-tħassir tal-kuntratt jew tal-bidla għal prodott ieħor jew għal kummerċjant ieħor;

(e) kwalunkwe theddida li tiġi meħuda, kwalunkwe azzjoni li legalment ma tistax tittieħed.

Il-UCPD tipprovdi definizzjoni waħda ta' prattiċi kummerċjali aggressivi li jistgħu jiġu applikati madwar l-UE. Id-Direttiva tipprevjeni lill-operaturi tas-suq milli jadottaw tekniki ta' bejgħ li jillimitaw il-libertà tal-għażla jew il-kondotta tal-konsumatur fir-rigward tal-prodott, u b'hekk jaffettwawlu l-imġiba ekonomika tiegħu.

Pereżempju:

·F'deċiżjoni mill-Awtorità tal-Latvja għall-Protezzjoni tal-Konsumatur 190 u kkonfermata mill-qrati tal-Latvja, 191 l-użu minn linja tal-ajru ta' kaxex immarkati bil-lest tqies li huwa inġust fuq il-bażi li dan kien aggressiv u ma jirrispettax id-diliġenza professjonali 192 . Din id-deċiżjoni ttieħdet qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, li għandha dispożizzjoni speċifika dwar l-użu ta' kaxex immarkati bil-lest fl-Artikolu 22 tagħha.

Prattiċi kummerċjali aggressivi huma dawk li jagħmlu użu minn fastidju, sfurzar, forza fiżika jew influwenza eċċessiva. Jistgħu jinvolvu mġiba fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni imma anki prattiċi li jseħħu waqt jew wara li tkun saret tranżazzjoni.

Pereżempju:

·Skont il-Kunsill tal-Istat tal-Italja, sabiex tikkwalifika bħala aggressiva u inġusta, prattika kummerċjali ma għandhiex tinfluwenza biss id-deċiżjoni tranżazzjonali tal-klijent, iżda titwettaq b'metodi speċifiċi wkoll. Dan jimplika li prattika aggressiva għandha tinvolvi kondotta attiva mill-operatur tas-suq ("fastidju,sfurzar inkluż l-użu ta' forza fiżika, jew influwenza eċċessiva") li tillimita l-libertà tal-għażla tal-konsumatur 193 .

Prattiċi aggressivi jistgħu jinvolvu kondotti diġà koperti minn leġiżlazzjoni nazzjonali oħra, inkluża l-liġi dwar il-kuntratti u l-liġi kriminali. Il-UCPD iżżid saff ieħor ta' protezzjoni li jista' jiġi attivat b'mezzi ta' infurzar pubbliċi bla ma jkun hemm għalfejn jinfetħu proċeduri tal-liġi kriminali jew ċivili.

L-Artikolu 9(c) jipprojbixxi bil-liġi prattiċi li jeżerċitaw influwenza żejda fuq il-konsumaturi, bħal meta operatur tas-suq jisfrutta sitwazzjoni jew ċirkustanza ħażina speċifika li jkun jaf biha sabiex jinfluwenza deċiżjoni ta' konsumatur fuq prodott.

L-Artikolu 9(d) jipprevjeni lill-operaturi tas-suq milli jimponu ostakoli mhux kuntrattwali sproporzjonati li jkunu għad-detriment tal-konsumaturi li jixtiequ jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mogħtija f’kuntratt, inkluż id-dritt li jtemmu l-kuntratt jew id-dritt li jaqilbu għal prodott jew operatur tas-suq ieħor. Din id-dispożizzjoni hija importanti, speċjalment sabiex jiġu evitati ostakoli mhux kuntrattwali għall-qlib fil-kuntratti tat-telekomunikazzjoni u l-utilitajiet tal-enerġija.

Pereżempju:

·Il-Qorti Suprema tal-Bulgarija sabet li l-prattika li biha operatur tas-suq jagħmilha partikolarment diffiċli għall-klijenti tiegħu li jtemmu l-kuntratti tas-servizzi tagħhom miegħu sal-punt li spiss kienu maqbudin f'tiġdid awtomatiku de facto kienet prattika kummerċjali aggressiva 194 .

L-Artikolu 9(e) ikopri kwalunkwe theddida li tittieħed kwalunkwe azzjoni li legalment ma tistax tittieħed. Il-prattiċi amministrattivi spiss iseħħu fil-bejgħ bieb, bieb jew f'bejgħ ieħor mhux fil-post tan-negozju ta' prodotti għall-konsumaturi u fis-settur tat-timeshare. Prattiċi aggressivi jistgħu jseħħu wkoll fl-irkupru tad-djun, li fih partijiet terzi jmorru jiġbru d-djun. Ostakoli onerużi jew sproporzjonati għall-qlib għandhom jitqiesu bħala prattiċi aggressivi wkoll.

Pereżempju:

·L-Awtorità Taljana tal-Antitrust iddikjarat li l-bgħit ta' avviż lil konsumatur sabiex jidher quddiem imħallef li ma kellu ebda ġurisdizzjoni u li ma kien irċieva ebda applikazzjoni mingħand l-operatur tas-suq kien prattika aggressiva. L-iskop tal-prattika kien li tintimida lill-konsumaturi b'influwenza eċċessiva 195 .

Ir-regola ġenerali fl-Artikoli 8 u 9 huma komplementati minn tmien prattiċi aggressivi speċifiċi deskritti fil-"lista s-sewda", li huma pprojbiti f'kull ċirkustanza. Uħud minn dawn il-prattiċi huma diskussi f'iktar dettall fil-Kapitolu 4 dwar "il-lista s-sewda ta' prattiċi kummerċjali". Ċerti prattiċi mmirati lejn l-anzjani, bħal metodi aggressivi ta' bejgħ bieb, bieb huma diskussi fil-Kapitolu 2.6 dwar il-konsumaturi vulnerabbli.



4.Il-lista s-sewda ta' prattiċi kummerċjali (Anness I)

 

Artikolu 5(5)

Fl-Anness I hemm lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista' tiġi modifikata biss permezz ta’ reviżjoni tad-Direttiva.

Il-premessa 17

Hu rakkomandabbli li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f’kull ċirkustanza żleali għandhom jiġu identifikati sabiex tiġi provduta ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta’ dawn il-prattiċi kollha. Dawn huma biss il-prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta’ kull każ għalih fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9. Il-lista tista’ tiġi modifikata biss b’reviżjoni tad-Direttiva.

Il-lista fl-Anness I tfasslet sabiex l-infurzaturi, l-operaturi tas-suq, il-professjonisti tal-kummerċjalizzazzjoni u l-klijenti jkunu jistgħu jidentifikaw ċerti prattiċi u jagħtu rispons ta' infurzar iktar immedjat għalihom. Għaldaqstant, iġġib magħha ċertezza legali ikbar. Jekk jista' jintwera bil-provi li l-operatur tas-suq wettaq prattika kummerċjali li tinsab fil-lista s-sewda, l-infurzaturi nazzjonali jistgħu jieħdu azzjoni sabiex jissanzjonaw lill-operatur tas-suq bla ma jkollhom japplikaw test ta' każ b'każ (jiġifieri jivvalutaw l-impatt probabbli tal-prattika fuq l-imġiba ekonomika tal-konsumatur medju).

Minbarra l-prattiċi kummerċjali fil-lista s-sewda deskritti hawn taħt, it-Taqsima 5.1.6 tiddeskrivi ċerti prattiċi elenkati fl-Anness I għall-UCPD li jistgħu jkunu ta' rilevanza partikolari għall-asserzjonijiet ambjentali.

4.1Prodotti li ma jistgħux jinbiegħu legalment — prattika kummerċjali pprojbita Nru 9

 

Il-punt Nru 9 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant jistqarr u b’mod ieħor joħloq l-impressjoni li xi prodott jista' jinbiegħ legalment meta ma jistax."

Din il-prattika ġiet ipprojbita sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom operatur tas-suq jikkummerċjalizza prodott jew servizz u jonqos milli jgħarraf biċ-ċar lill-konsumatur li hemm regoli legali li jistgħu jirrestrinġu l-bejgħ, il-pussess jew l-użu ta' prodott partikolari. Dan jinvolvi prodotti jew servizzi li għalihom il-bejgħ huwa pprojbit jew illegali fiċ-ċirkustanzi kollha, bħall-bejgħ ta' drogi illeċiti. Peress li t-tali prattiċi spiss ikunu jinvolvu attivitajiet kriminali u/jew operaturi diżonesti, dawn malajr jiġu identifikati.

It-tali prattiċi normalment ikunu ksur serju ta' liġijiet oħrajn li normalment ikunu iktar speċifiċi u li jieħdu preċedenza fuq il-UCPD.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq joffri prodotti għall-bejgħ li ma jistgħux ikunu tal-konsumatur legalment għaliex, pereżempju, l-oġġetti huma misruqa.

It-tieni kategorija ta' prattiċi tikkonċerna prodotti jew servizzi li mhumiex illegali iżda li jistgħu jkunu kummerċjalizzati u jinbiegħu legalment biss f'ċerti kundizzjonijiet u/jew soġġetti għal ċerti restrizzjonijiet.

Pereżempju:

·Pakkett tal-ivvjaġġar, li jista' jiġi kkummerċjalizzat biss minn operaturi tas-suq li jkunu taw depożitu ta' garanzija, kif meħtieġ mid-Direttiva dwar il-Vjaġġi Kollox Inkluż 196 . Il-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja sabet li aġenzija tal-ivvjaġġar li tikkummerċjalizza tali pakketti minkejja li kienet naqset milli tħalli depożitu ta' garanzija mal-Aġenzija tal-Iżvezja għal Servizzi Legali, Finanzjarji u Amministrattivi, kienet kisret il-punt 9 tal-Anness I peress li l-konsumaturi kienu ngħataw l-impressjoni żbaljata li l-offerta kienet legali 197 . 

4.2Skemi piramida — prattika kummerċjali pprojbita Nru 14

 

Il-punt Nru 14 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant jistabbilixxi, jopera jew jippromwovi skema promozzjonali piramidali fejn konsumatur iħallas għall-opportunità li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn fl-iskema minflok mill-bejgħ jew konsum ta’ prodotti."

Din il-prattika ġiet ipprojbita sabiex l-operaturi tas-suq ma jkunux jistgħu jattiraw lil konsumaturi lejn skemi billi jwegħduhom kumpens meta, fil-fatt, il-konsumatur sejjer jiġi kkumpensat primarjament billi jġib membri ġodda fl-iskema, minflok mill-bejgħ jew il-konsum ta' prodotti. L-istruttura piramida tal-iskema ġeneralment tkun imfassla b'tali mod li tipprovdi benefiċċji biss lill-organizzaturi fil-quċċata, filwaqt li l-konsumaturi reklutati normalment ma jkollhom ebda possibbiltà raġonevoli li jirkupraw dawk li jkunu investew. Il-Qorti ċċarat il-kundizzjonijiet li bihom sistema tal-promozzjoni tal-kummerċ tista' titqies li hija "skema promozzjonali piramidali" skont it-tifsira tal-Punt Nru 14 tal-Anness I. Il-Qorti osservat li:

"il-projbizzjoni ta’ skemi promozzjonali piramidali hija bbażata (…) fuq tliet kundizzjonijiet komuni. Qabelxejn, tali promozzjoni hija bbażata fuq il-wegħda li l-konsumatur ser ikollu l-opportunità li jagħmel qligħ ekonomiku. It-tieni nett, it-twettiq ta’ tali wegħda jiddependi mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema. Fl-aħħar nett, il-parti l-kbira tad-dħul li jippermetti li jiġi ffinanzjat il-ħlas imwiegħed lill-konsumaturi ma tirriżultax minn attività ekonomika reali". 198

Fl-istess kawża, il-Qorti ċċarat li:

"skema promozzjonali piramidali tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali biss meta tali skema teżiġi mill-konsumatur kontribuzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-ammont tagħha, inkambju għall-opportunità għal dan tal-aħħar li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħra fl-iskema minflok mill-bejgħ jew mill-konsum ta’ prodotti" 199 . 

F'dan il-każ, kumpanija kienet irreklamat bonus lil klijenti ġodda għal kull klijent ieħor li jaħtru. Kwalunkwe klijent maħtur ġdid kellu jħallas tariffa ta' reġistrazzjoni. Il-Qorti esprimiet dubju fuq kemm il-possibbiltà li l-konsumatur jirċievi kumpens kienet derivata primarjament mill-introduzzjoni ta' konsumaturi oħrajn fl-iskema, filwaqt li osservat li l-bonusijiet imħallsin lil membri eżistenti kienu ffinanzjati biss sa ċertu punt limitat mill-kunsiderazzjoni finanzjarja meħtieġa mill-membri l-ġodda. Il-Qorti fakkret ukoll li, jekk prattika partikolari ma tkunx ipprojbita mid-dispożizzjonijiet tal-Anness I, xorta waħda jista' jiġi konkluż li l-prattika hija inġusta skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva (Artikoli 5 sa 9)".

Pereżempju:

·L-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni ħadet azzjoni fi tliet każijiet li kienu jinvolvu skemi piramidali:

- Każ minnhom kien jinvolvi skema ta' bejgħ li biha s-sistema ta' kumpens ma kinitx ibbażata fuq il-volumi ta' bejgħ biss, iżda fuq in-numru ta' aġenti tal-bejgħ ġodda li kull wieħed mill-bejjiegħa mill-ġdid kien kapaċi jattira lejn is-sistema 200 . 

- Każ ieħor kien jinvolvi skema ta' bejgħ li biha l-istruttura tal-premji kienet primarjament immirata lejn l-attirazzjoni ta' konsumaturi ġodda bl-irkupru tal-miżata ta' reġistrazzjoni mid-dħul ta' aġenti oħrajn.  201  

- Fit-tielet każ, ġie propost li l-konsumaturi jixtru prodotti b'mekkaniżmi mmirati għar-reklutaġġ ta' bejjiegħa oħrajn li ntalbu kontribuzzjoni inizjali jew abbonament għal programm ta' xirjiet personali.  202  

L-Awtorità qieset ukoll kif l-iskemi kienu jaħdmu fil-prattika. Iffokat fuq l-għadd ta' aġenti li fil-fatt kienu ġġeneraw bejgħ meta mqabblin man-numru totali ta' konsumaturi maħturin u lejn is-sinifikat li varja tad-dħul/l-akkwiżizzjonijiet mill-aġenti jew mill-bejgħ lil barranin.

L-investigazzjonijiet wrew li l-mekkaniżmi kienu tali li l-konsumatur ma setax jagħmel kontribuzzjoni bi skambju għall-opportunità li jirċievi kumpens li kien derivat primarjament mill-introduzzjoni ta' konsumaturi oħrajn fl-iskema iżda mill-bejgħ/konsum ta' prodotti.

Strutturi ġerarkiċi bħal skemi piramida huma kumplessi u jista' jkun diffiċli li jiġu kkwantifikati l-benefiċċji ta' membri ġodda għall-kumpanija. Jista' jkun hemm ukoll metodi differenti ta' kif jiġi kkalkolat il-kumpens li jirċievu membru eżistenti.

Pereżempju:

·L-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ħa azzjoni kontra skema piramida li fiha l-organizzatur offra lill-parteċipanti opportunitajiet li jirċievu donazzjonijiet fi flus talli jintroduċu membri ġodda fl-iskema 203 . Sabiex jiksbu tali qligħ finanzjarju, il-parteċipanti kellhom: iħallsu tariffa ta' reġistrazzjoni, jagħmlu donazzjoni fi flus lil parteċipant ieħor, jagħmlu donazzjonijiet oħrajn lil parteċipant ieħor u jħallsu kummissjoni lill-organizzatur tas-sistema. L-opportunità li jinkisbu donazzjonijiet fi flus mingħand parteċipant ġdid tkun tidher biss meta jkun hemm "Ċirku Blu" fis-seħħ li jikkonsisti f'parteċipanti introdotti minn nies li qabel kienu introdotti minn parteċipant ġdid.

Jidher li huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il-prattika kummerċjali pprojbita Nru 14, li fiha l-parteċipanti jagħmlu l-flus l-iktar jew unikament billi jaħtru parteċipanti ġodda fil-programm, u kummerċjalizzazzjoni fuq bosta livelli, li biha l-bejjiegħa jiġu kkumpensati l-iktar għall-bejgħ li jiġġeneraw huma stess kif ukoll għall-bejgħ tal-persuni l-oħrajn li jaħtru biex ibigħu.

Diffiċli taqta' linja dritta bejn il-konsumaturi u l-operaturi tas-suq: wara li konsumatur jidħol fi skema, dik il-persuna tista', mill-mument li fih tibda tippromwoviha, titqies li hija operatur tas-suq u ssir soġġetta għall-projbizzjoni tal-UCPD hija stess, fir-rigward tal-kondotti professjonali mwettqin fil-kuntest tal-iskema 204 . 

4.3Prodotti li jfejqu mard, disfunzjonijiet u malformazzjonijiet — prattika kummerċjali pprojbita Nru 17

 

Il-punt Nru 17 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant isostni, bil-qerq, li prodott jista’ jfejjaq mard, xi disfunzjoni jew malformazzjonijiet."

Din il-projbizzjoni tkopri sitwazzjonijiet li fihom operatur tas-suq jiddikjara li l-prodott jew is-servizz tiegħu jista' jtejjeb jew ifejjaq ċerti mard jew tbatija fiżiċi jew psikoloġiċi.

Pereżempju:

·L-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur iddeċieda li asserzjonijiet li pultruna tal-massaġġi kellha effetti ta' fejqan fuq is-saħħa tal-bniedem (inkluż li tfejjaq mard tas-sinsla tad-dahar u taċ-ċirkulazzjoni tad-demm) kienu jaqgħu taħt il-projbizzjoni imposta fil-punt Nru 17 tal-Anness I 205 .

Tali asserzjonijiet diġà huma parzjalment koperti minn leġiżlazzjoni speċifika tal-UE. Il-UCPD hija wkoll mingħajr ħsara għar-regoli tal-UE dwar il-proprjetajiet tas-saħħa tal-prodotti. Għaldaqstant, il-punt 17 japplika biss oltre r-regoli eżistenti tal-UE dwar asserzjonijiet fuq is-saħħa u l-benessri. Madankollu, kwalunkwe prattika rigward il-prodotti tas-saħħa u l-benessri xorta waħda tista' tiġi vvalutata fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-UCPD (eż. meta l-preżentazzjoni ġenerali tkun qarrieqa).

Qabel kollox, il-projbizzjoni hija marbuta mal-asserzjonijiet rigward l-istati fiżiċi kklassifikati bħala patoloġiji, disfunzjonijiet jew malformazzjonijiet, mix-xjenza medika. Madankollu, peress li t-tali asserzjonijiet huma rregolati wkoll minn leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur, l-utilità prattika tal-punt 17 b'rabta ma' dawn il-prattika hija marġinali.

Tabilħaqq, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Informazzjoni dwar l-Ikel, 206  informazzjoni dwar ikel ipprovduta minn operatur tas-suq lil konsumatur "m'għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirriferi għal dawk il-karatteristiċi". Din id-dispożizzjoni ġenerali tapplika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-katina alimentari, fejn l-attivitajiet tagħhom ikollhom x'jaqsmu mal-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

It-terminu "informazzjoni dwar l-ikel" ifisser l-informazzjoni li tikkonċerna l-ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezz ieħor inklużi għodod teknoloġiċi jew komunikazzjoni verbali.

Apparti minn hekk, ir-Regolament tal-UE dwar Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u s-Saħħa jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-użu ta' asserzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa fuq l-ikel f'komunikazzjonijiet kummerċjali bħar-reklamar 207 . Skont ir-Regolament, asserzjonijiet li jimplikaw li ikel ikollu xi proprjetajiet nutrittivi partikolari ta' benefiċċju ("indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni") jew li teżisti relazzjoni bejn is-saħħa u kategorija tal-ikel, jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu ("indikazzjonijiet dwar is-saħħa") ma jistgħux isiru mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-UE. Ir-Regolament jipprojbixxi b'mod speċifiku wkoll l-asserzjonijiet li ġejjin dwar is-saħħa : 208

Øasserzjonijiet li jissuġġerixxu li s-saħħa tista' tiġi affettwata jekk l-ikel ma jkunx ikkunsmat;

Øasserzjonijiet li jirreferu għar-rata jew l-ammont ta' tnaqqis fil-piż;

Øasserzjonijiet li jirreferu għal rakkomandazzjonijiet ta' tobba jew professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa individwali u assoċjazzjonijiet oħrajn.

Asserzjonijiet marbutin mas-saħħa huma koperti wkoll mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u l-prodotti farmaċewtiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE dwar prodotti mediċinali 209  jagħmilha ċara li ebda prodott mediċinali ma jista' jitqiegħed fis-suq ta' Stat Membru sakemm ma tinħariġx awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-reklamar ta' prodotti mediċinali lill-pubbliku ġenerali, li jrid: 210  

Øisir b'tali mod li jkun ċar li l-messaġġ huwa reklam u li l-prodott huwa identifikat biċ-ċar bħala prodott mediċinali;

Øjinkludi l-informazzjoni minima li ġejja:

ol-isem tal-prodott mediċinali, kif ukoll l-isem komuni jekk il-prodott mediċinali jkun fih sustanza attiva waħda biss,

ol-informazzjoni meħtieġa għall-użu korrett tal-prodott mediċinali,

ostedina ċara u leġġibbli sabiex wieħed jaqra b'attenzjoni l-istruzzjonijiet fil-fuljett fil-pakkett jew fuq il-pakkett ta' barra, skont il-każ.

Barra minn hekk, l-Artikolu 90(a) sa (k) tad-Direttiva 2001/83/KE jipprojbixxi ċerti tekniki ta' reklamar speċifiċi. Pereżempju, ir-reklamar ta' prodott mediċinali mal-pubbliku ġenerali m'għandux ikun fih materjal li;

a)jagħti l-impressjoni li m'hemmx għalfejn konsulta medika jew operazzjoni kirurġika, b'mod partikolari billi joffri dijanjożi jew billi jissuġġerixxi kura bil-posta;

b)jissuġġerixxi li l-effetti tal-mediċina huma garantiti, li ma jikkaġunawx reazzjonijiet ħżiena jew li huma aħjar minn, jew l-istess bħal, dawk ta' kura jew prodott mediċinali ieħor;

c)jissuġġerixxi li s-saħħa tas-suġġett tmur għall-aħjar jekk tittieħed il-mediċina.

Barra minn hekk, jeżistu limiti speċifiċi (jiġifieri projbizzjonijiet) fuq il-promozzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi u trattamenti mediċi. Dawn jikkonċernaw l-iktar relazzjonijiet bejn professjonisti, jiġifieri operaturi tas-suq u tobba. L-għażla tal-prodott/tat-trattament tiddependi mit-tabib jew l-ispeċjalist li jordnah. Kwalunkwe reklamar qarrieqi f'dan il-qasam (jekk jikkonċerna operatur tas-suq awtorizzat jew le) sejjer jixkatta r-regoli tal-UE jew nazzjonali rilevanti u jkun soġġett għas-sistemi rispettivi ta' infurzar u sanzjonijiet. Dawn sejrin jieħdu preċedenza fuq il-UCPD.

Il-prattika kummerċjali pprojbita Nru 17 tapplika wkoll għal prodotti jew servizzi bħal prodotti kożmetiċi, trattamenti estetiċi, prodotti tal-benessri u oħrajn simili. Fuq il-bażi tal-mod li bih huma kkummerċjalizzati, it-tali prodotti u servizzi huma maħsubin sabiex jipproduċu ċertu titjib fil-kundizzjonijiet fiżiċi tal-ġisem tal-bniedem jew tal-annimali iżda l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom mhux bilfors li tkun koperta minn leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur.

Fir-rigward ta' prodotti kożmetiċi, l-Artikolu 20(1) tar-Regolament 1223/2009 dwar prodotti kożmetiċi 211 jeħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu kliem, l-użu ta' ismijiet, trademarks, stampi jew sinjali oħrajn (figurattivi jew differenti) li jissuġġerixxu karatteristika li l-prodotti inkwistjoni ma jkollhomx fit-tikkettar, fit-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq u fir-reklamar tal-prodotti kożmetiċi.

Nuqqas min-naħa ta' operatur tas-suq milli jipprovdi l-evidenza xierqa u rilevanti fuq l-effetti fiżiċi li konsumatur jista' jistenna mill-użu ta' prodott sejjer jaqa' taħt il-prattika kummerċjali pprojbita Nru 17 abbażi tar-raġuni li tkun saret asserzjoni falza, jekk dan ma jkunx kopert minn leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur.

Sabiex jevitaw il-projbizzjoni, l-operaturi tas-suq iridu jkunu kapaċi jissostanzjaw kwalunkwe asserzjoni fattwali ta' dan it-tip b'evidenza xjentifika.

Il-fatt li l-oneru tal-provi huwa fuq l-operatur tas-suq jirrifletti l-prinċipju, spjegat f'iktar dettall fl-Artikolu 12 tal-UCPD, li jiddikjara li l-"Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat fil-proċedimenti ċivili jew amministrattivi [...]: (a) jesiġu li l-kummerċjant iġib prova tal-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-rigward ta’ xi prattika kummerċjali jekk, b’kont meħud tal-interess leġittimu tal-kummerċjant u ta’ kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, tali kondizzjoni tidher ġustifikata abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari".

Pereżempju:

·Operatur tas-suq onlajn rreklama għadd ta' prodotti fuq is-sit web tiegħu, inklużi ħwejjeġ u prodotti kożmetiċi, bħala prodotti li għandhom effetti pożittivi fuq is-saħħa (eż. inaqqsu l-uġigħ, itejbu l-irqad u jnaqqsu t-tikmix). Madankollu, ma setax isostni l-asserzjonijiet tiegħu bl-evidenza xierqa. Il-Kunsill tal-Kompetizzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja qieset li dan huwa eżempju tal-prattika kummerċjali qarrieqa pprojbita mill-Anness I għall-UCPD 212 . 

4.4L-użu tal-kelma "b'xejn" — prattika kummerċjali pprojbita Nru 20

 

Il-punt Nru 20 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant jiddeskrivi prodott bħala "gratis", "b’xejn", "mingħajr ħlas" jew simili jekk il-konsumatur għandu jħallas xi ħaġa oħra barra l-prezz li inevitabbilment kellu jħallas sabiex wieġeb għall-prattika kummerċjali u sabiex ġabar jew ħallas għall-kunsinna tal-oġġett."

Din il-projbizzjoni hija bbażata fuq l-idea li l-konsumaturi jippretendu li asserzjoni ta' "b'xejn" tfisser preċiżament hekk, jiġifieri li jirċievu xi ħaġa bla ma jħallsu flus għaliha. Dan ifisser li offerta tista' tiġi deskritta bħala b'xejn biss jekk il-konsumaturi ma jħallsux iktar minn:

a)il-kost minimu u inevitabbli tat-tweġib għall-prattika kummerċjali (eż. ir-rati tal-posta pubbliċi attwali, il-kost tat-telefonata sa u inkluża r-rata nazzjonali standard jew il-kost minimu inevitabbli sabiex wieħed jibgħat messaġġ bil-mowbajl);

b)il-kost veru/reali tal-merkanzija jew tal-kunsinna;

c)il-kost, inklużi l-ispejjeż inċidentali, ta' kwalunkwe vvjaġġar involut jekk il-konsumatur jiġbor l-offerta personalment.

Bħala konsegwenza ta' dan, l-operaturi tas-suq ma għandhomx jitolbu ħlas għall-imballaġġ, it-tqandil jew l-amministrazzjoni ta' prodott ikkummerċjalizzat bħala "b'xejn". Meta l-operaturi tas-suq jagħmlu offerti "b'xejn", għandhom jiddikjaraw ukoll biċ-ċar f'kull materjal x'inhi r-responsabbiltà tal-konsumatur għal kwalunkwe spejjeż inevitabbli, kif imsemmi iktar 'il fuq.

Huwa iktar diffiċli li jiġi stabbilit jekk il-prattika kummerċjali hijiex inġusta meta l-kelma "b'xejn" tintuża f'offerti kombinati, li huma offerti kummerċjali li jinvolvu iktar minn prodott jew servizz wieħed. Normalment, l-offerti kombinati jkunu promozzjonijiet ta' xiri kundizzjonali jew offerti f'pakkett.

Dawn li ġejjin huma wħud mill-prinċipji li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jieħdu f'kunsiderazzjoni meta jivvalutaw l-offerti kombinati. Fil-parti l-kbira tagħhom, diġà huma riflessi f'ċerti kodiċijiet regolatorji tar-reklamar:

ØL-operaturi tas-suq ma jistgħux jippruvaw jirkupraw l-ispejjeż tagħhom billi jnaqqsu l-kwalità jew il-kompożizzjoni jew billi jżidu l-prezz ta' xi prodott li jrid jinxtara bħala prekundizzjoni għall-kisba ta' oġġett separat b'xejn.

ØL-operaturi ma għandhomx jiddeskrivu element individwali ta' pakkett bħala "b'xejn" jekk il-valur ta' dak l-element ikun inkluż fil-prezz tal-pakkett.

Pereżempju:

· F'offerta kombinata għal telefown ċellulari b'abbonament, operatur tat-telekomunikazzjoni tal-Iżvezja kkummerċjalizza l-prezz bħala "0 kr". Madankollu, ladarba l-konsumaturi aċċettaw l-offerta, il-ħlasijiet parzjali ta' kull xahar għall-abbonament żdiedu. Il-Qorti qablet mal-Ombudsman tal-Konsumatur li dan kien jaqa' taħt il-punt Nru 20 fl-Anness I għall-UCPD 213 . 

·Fil-każ ta' offerta għal "kreditu b'xejn", l-Awtorità tal-Ungerija għall-Kompetizzjoni sabet li din kienet taqa' taħt il-punt Nru 20 fl-Anness I għall-UCPD jekk il-konsumatur ikollu jiffirma kuntratt tal-assigurazzjoni tal-kreditu bi spejjeż addizzjonali sabiex jingħata s-self.

Il-projbizzjoni ma tipprevjenix lill-operaturi tas-suq milli jużaw il-kelma "b'xejn" fi promozzjonijiet ta' xiri kundizzjonali li fihom il-klijenti ma jkunux meħtieġa jixtru oġġetti oħrajn (jiġifieri offerti tat-tip "ixtri wieħed u tieħu ieħor b'xejn"), diment li:

I.ikun ċar għall-konsumaturi li jridu jħallsu għall-ispejjeż kollha;

II.il-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-oġġetti mixtrijin ma tonqosx; u

III.il-prezz tal-oġġetti mixtrijin ma jkunx żdied sabiex tiġi rkuprata l-ispiża għall-forniment tal-oġġett b'xejn.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq nieda kampanja promozzjonali fuq l-internet u fil-gazzetti li fiha offra żewġ tajers tal-karozza b'xejn meta tixtri tnejn ġodda. Fil-verità, il-prezz iddikjarat għaż-żewġ tajers fil-kampanja kien id-doppju tal-prezz li bih qabel kienu jinbiegħu lill-konsumaturi. Il-Kunsill tal-Kompetizzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja ddikjara li din il-promozzjoni ta' xiri kundizzjonali kienet ipprojbita skont il-punt Nru 20 tal-Anness I 214 . 

Il-karatteristika distintiva ewlenija ta' promozzjoni ta' xiri kundizzjonali hija li l-oġġett deskritt bħala "b'xejn" trid tkun ġenwinament separata minn u addizzjonali għall-oġġett(i) li l-klijent huwa meħtieġ iħallas.

B'hekk, f'dawn il-promozzjonijiet ta' xiri kundizzjonali, l-operaturi tas-suq iridu jkunu kapaċi juru:

I.li l-oġġett b'xejn huwa ġenwinament addizzjonali għall-oġġett(i) li normalment jinbiegħ(u) jew li l-oġġett b'xejn huwa ġenwinament separabbli mill-oġġett(i) mixtri(jin);

II.li jipprovdu biss l-oġġett "b'xejn" mal-oġġett(i) mixtri(jin) jekk il-konsumatur jirrispetta l-patti tal-promozzjoni; u

III.li l-konsumaturi jafu bil-prezz awtonomu tal-oġġett(i) li qegħdin iħallsu għalih(om) u li l-prezz għadu l-istess bl-oġġett b'xejn jew mingħajr.

Pereżempju:

·Asserzjoni ta' "powster kbir b'xejn meta tixtri l-gazzetta tal-Ħamis" hija leġittima jekk il-gazzetta tinbiegħ mingħajr powster kbir f'jiem oħrajn bl-istess prezz;

·Asserzjoni ta' "assigurazzjoni tal-ivvjaġġar b'xejn għal klijenti li jipprenotaw il-btala tagħhom onlajn" hija leġittima jekk il-klijenti li jipprenotaw l-istess btala bit-telefown jiġu offruti l-istess prezz iżda mingħajr l-assigurazzjoni b'xejn;

Il-punt 20 tal-Anness I jipprojbixxi l-użu tal-kelma "b'xejn" sabiex jiddeskrivu element individwali ta' offerta f'pakkett jekk il-valur ta' dak l-element ikun inkluż fil-prezz tal-pakkett. "Offerta f'pakkett" hawnhekk tfisser taħlita ppreparata bil-lest ta' affarijiet offruti għal prezz wieħed li jinkludi kollox li fiha l-klijenti ma jistgħux jeżerċitaw għażla ġenwina fuq kemm-il element tal-pakkett jirċievu għal dak il-prezz.

Pereżempju:

·Jekk karozza hija rreklamata b'sits tal-ġilda, l-arja kundizzjonata u CD player għal prezz standard ta' €10 000, dik it-taħlita ta' karatteristiċi hija pakkett. Il-konsumatur iħallas prezz wieħed li jinkludi kollox għall-karozza kif irreklamata. Jekk titneħħa kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi rreklamati, ikunu qegħdin jitnaqqsu l-kwalità u l-kompożizzjoni tal-karozza li għaliha l-klijent ikun qiegħed iħallas €10 000. Sabiex jiġi ddikjarat li s-CD player huwa b'xejn u li l-€10 000 huma marbutin ma' elementi oħrajn, l-operatur tas-suq irid juri jew (a) li r-rekwiżiti ta' promozzjoni ta' xiri kundizzjonali huma ssodisfati, jew (b) li s-CD player kien karatteristika addizzjonali ġdida u li l-prezz tal-karozza ma żdiedx (ara hawn taħt).

Madankollu, l-operaturi tas-suq kultant iżidu elementi ġodda ma' pakketti eżistenti bla ma jżidu l-prezz ġenerali tal-pakkett jew inaqqsu l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-elementi inklużi.

F'dawk iċ-ċirkustanzi, il-konsumaturi aktarx li jqisu l-element li żdied mal-pakkett bħala addizzjonali għall-pakkett stabbilit għal perjodu wara l-introduzzjoni tiegħu. Madankollu, jekk il-prezz ta' pakkett jiżdied jew il-kwalità jew il-kompożizzjoni tiegħu titnaqqas wara li jiżdied element ġdid, l-element il-ġdid ma jistax jiġi deskritt bħala "b'xejn".

Spejjeż ta' darba bil-quddiem imġarrbin, pereżempju, għax-xiri jew l-installazzjoni tat-tagħmir, ma jinnegawx asserzjonijiet li l-prodotti jew is-servizzi fornuti bla abbonament huma "b'xejn" skont it-tifsira tan-Nru 20 tal-Anness I.

Pereżempju, kanali tat-televiżjoni diġitali free-to-air huma disponibbli biss għal konsumaturi li jkollhom it-tagħmir riċevitur diġitali neċessarju; b'mod simili, pakketti ta' sejħiet huma disponibbli biss għal konsumaturi li għandhom linja tat-telefown.

Bl-istess mod, il-miżati tal-konnessjoni pagabbli lil parti terza sabiex jiġi attivat servizz tal-internet ma jinnegawx l-asserzjonijiet li s-servizz tal-internet huwa b'xejn, diment li l-miżata tal-konnessjoni ma tkunx żdiedet sabiex tkopri l-ispiża tal-forniment tas-servizz tal-internet b'xejn. L-operaturi tas-suq dejjem iridu jgħarrfu lill-konsumaturi b'mod adegwat dwar ir-rekwiżit għal kwalunkwe pagament bil-quddiem bħal dan. Prodotti ppreżentati bħala "b'xejn" huma partikolarment komuni fis-settur onlajn. Madankollu, ħafna mis-servizzi bħal dawn huma aċċessibbli biss għal konsumaturi bil-patt li jipprovdu data personali bħall-identità u l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom. Dan huwa qasam li fih hemm relazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni Ewropea tal-protezzjoni tad-data u l-UCPD.

Kif inhu osservat fit-Taqsima 1.4.9 dwar ir-relazzjoni mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, hemm għarfien dejjem ikbar dwar il-valur ekonomiku tal-informazzjoni marbuta mal-preferenzi tal-konsumaturi, id-data personali u kontenut ieħor iġġenerat mill-utenti. Il-kummerċjalizzazzjoni tat-tali prodotti bħala "b'xejn" bla ma jgħidu lill-konsumaturi kif il-preferenzi, id-data personali u l-kontenut iġġenerat mill-utenti tagħhom ikunu sejrin jintużaw tista', f'xi ċirkustanzi, titqies bħala prattika qarrieqa.

Pereżempju:

·Fornitur tas-servizz tal-internet fl-Italja ma tħalliex jiddikjara f'reklam li s-servizzi li kien joffri kienu "b'xejn", għaliex bi skambju għal dawn is-servizzi l-konsumaturi kellhom jaqblu għal numru ta' kundizzjonijiet onerużi, li kienu jinvolvu l-intraċċar u r-riċevuta ta' komunikazzjonijiet kummerċjali. L-awtoritajiet Taljani kkonkludew li l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet kollha tas-servizz kienet materjali u osservaw li l-klawżoli kuntrattwali għas-sħubija, li kienu jimponu kundizzjonijiet onerużi sabiex wieħed jibbenefika mill-offerta, kienu deċiżivi għar-riċevituri meta jiddeċiedu jekk is-servizz irreklamat kienx fil-fatt konvenjenti jew le. Il-fatt li t-tali kundizzjonijiet ma ssemmewx fir-reklam aktarx li kien sejjer iwassal sabiex il-konsumaturi jiżbaljaw u kien jaffettwa l-imġiba ekonomika tagħhom 215 .

·Il-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Ġermanja għall-Konsumatur (VZBV), fuq il-bażi tal-punt Nru 20 tal-ANNESS I għall-UCPD, kienet qiegħda tfittex inibizzjoni kontra kumpanija tal-internet għall-asserzjoni tagħha li s-servizz tagħha huwa "b'xejn" jew "mingħajr ħlas", għaliex il-kumpanija ġġib id-dħul tagħha mill-analiżi tad-data privata tal-utenti u tbigħ l-informazzjoni lil operaturi tas-suq terzi fil-forma ta' spazju għar-reklami 216 .

L-applikazzjoni tal-UCPD għal logħob irreklamat bħala "b'xejn" iżda li joffri wkoll xirjiet mill-apps hija diskussa f'iktar dettall fit-Taqsima 5.2.4 dwar l-"App stores".

4.5Kummerċjalizzazzjoni persistenti b'għodda mbiegħda — prattika kummerċjali pprojbita Nru 26

 

Il-punt Nru 26 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant jagħmel solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz tat-telefown, tal-fax, bl-e-mail jew mezz ieħor remot ħlief f’ċirkostanzi u sal-punt ġustifikat, skont il-liġi nazzjonali, sabiex jinforza obbligazzjoni kontrattwali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/7/KE, d-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE."

Din il-projbizzjoni għandha l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi kontra fastidju b'għodod ta' kummerċjalizzazzjoni remoti. Il-punt Nru 26 tal-Anness I ma jipprojbixxix il-kummerċjalizzazzjoni remota per se iżda s-solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa.

Pereżempju:

·Konsulent tal-assigurazzjoni fittex fuq gazzetti onlajn u offlajn għal rapporti ta' aċċidenti u mbagħad bagħat ittri standard lill-vittmi, li fihom offrielhom pariri dwar kwistjonijiet assoċjati mal-kumpens u għajnuna fihom. Il-Qorti Suprema tal-Awstrija ddeċidiet li l-bgħit ta' ittra waħda lil persuna ma tikkwalifikax bħala "solleċitazzjoni persistenti u mhux mixtieqa" skont it-tifsira tal-punt 26 tal-Anness I 217 .

Regoli speċifiċi dwar komunikazzjonijiet mhux solleċitati bl-użu ta' netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (jiġifieri bit-telefown jew bil-posta elettronika) huma stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-Privatezza Elettronika. Magni tas-sejħiet, magni tal-fax jew posta elettronika awtomatiċi jistgħu jintużaw biss għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti f'kuntatt li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-setturi jirbħu fuq il-UCPD, u dan ifisser li t-tali solleċitazzjonijiet ma għandhomx ikunu persistenti u li l-Istati Membri jridu jippenalizzaw solleċitazzjonijiet mill-ewwel sejħa jew ittra elettronika.

Ma hemm ebda regola simili tal-UE speċifika għas-setturi għall-kummerċjalizzazzjoni bil-posta u reklamar stampat ieħor. Dawn huma rregolati b'mod eżawrjenti mill-UCPD, u mill-punt Nru 26 tal-Anness b'mod partikolari. Għaldaqstant, dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprojbixxu kull tip ta' reklamar stampat bla indirizz imorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet kompletament armonizzati tal-UCPD, sakemm il-konsumaturi ma jagħtux il-kunsens tagħhom minn qabel (parteċipazzjoni).

It-tali projbizzjoni tkun awtorizzata biss jekk taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, jiġifieri ma jkollhiex l-għan li tħares l-interess ekonomiku tal-konsumaturi.

It-tali Stati Membri ddefendew it-tali projbizzjonijiet fuq il-bażi ta' raġunijiet differenti, eż. il-ħarsien tal-ambjent (tnaqqis ta' karti moħlijin fuq materjal tal-kummerċjalizzazzjoni).

Jekk għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, kontrollur juża data personali (eż. l-isem u/jew l-indirizz tar-riċevitur jew data oħra marbuta ma' persuna identifikabbli), dan jikkostitwixxi pproċessar tat-tali data skont il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

Is-salvagwardji u l-obbligi skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (95/46/KE) iridu jiġu rrispettati, inkluż l-informar tal-individwi li l-ipproċessar sejjer isir qabel ma ssir kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni u l-għoti ta' possibbiltà lill-individwi sabiex joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom għal dan il-għan 218 .

4.6Appelli diretti lit-tfal — prattika kummerċjali pprojbita Nru 28

 

Il-punt Nru 28 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant jinkludi f’reklam it-tħeġġiġ dirett lit-tfal sabiex jixtru jew sabiex jipperswadu ’l-ġenituri tagħhom jew adulti oħrajn sabiex jixtrulhom il-prodotti reklamati. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 89/552/KEE dwar xandir bit-televiżjoni."

Din il-projbizzjoni tinkludi t-tqegħid ta' pressjoni fuq it-tfal sabiex jixtru prodott direttament jew sabiex dawn jikkonvinċu lil persuna adulta sabiex tixtri l-oġġetti għalihom (is-"setgħa tal-qrid"). Asserzjoni rikorrenti magħmula minn ħafna operaturi tas-suq dwar din il-projbizzjoni hija li jista' jkun diffiċli li ssir distinzjoni bejn il-kummerċjalizzazzjoni mmirata lejn it-tfal u kummerċjalizzazzjoni mmirata lejn konsumaturi oħrajn. B'mod simili, kultant jista' ma jkunx ċar jekk prattika kummerċjali tinkludix appell dirett lit-tfal.

Minkejja dan, il-verifika sabiex jiġi stabbilit jekk prattika kummerċjali taqax taħt il-punt 28 tal-Anness I trid issir fuq bażi ta' każ b'każ. Awtorità tal-infurzar jew qorti nazzjonali mhijiex marbuta bid-definizzjoni tal-operatur tas-suq stess tal-grupp fil-mira għall-prattika kummerċjali inkwistjoni, għad li dik id-definizzjoni jaf tiġi kkunsidrata.

Pereżempju:

·Prattika kummerċjali onlajn li tinvolvi komunità tal-logħob li fiha pupi virtwali b'ilbies tat-tfal stiednu lit-tfal sabiex "jixtru iktar", "jixtru minn hawn", "jaġġornaw issa" u "jaġġornaw sabiex isiru Superstar". Il-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja pprojbiet prattiċi bħal dawn fuq il-bażi li d-dikjarazzjonijiet kienu appelli diretti lit-tfal skont it-tifsira tan-Nru 28 tal-Anness I 219 . 

·Organizzatur tal-kunċerti rreklama biljetti għal kunċert ta' Justin Bieber fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu billi uża frażijiet bħal "Belibers — għad hemm karti RIMI disponibbli f’ħafna ħwienet. Iġri, aqbad ir-rota jew għid lil xi ħadd iwasslek” u “Ftakar tixtri wkoll biljetti għall-Bieberexpress meta tixtri biljetti tal-kunċett minn RIMI llum”. Il-Kunsill tas-Swieq tan-Norveġja sab li dan imur kontra l-punt Nru 28 tal-Anness I, filwaqt li qies id-deċiżjoni msemmija hawn fuq meħuda mill-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja fil-"kawża Stardoll":

 

·L-Advertising Standards Authority tar-Renju Unit ħadet deċiżjoni kontra żewġ logħbiet onlajn li jipprovdu xirjiet mill-app li fihom appelli diretti lit-tfal. Il-parteċipazzjoni fil-logħba per se kienet b'xejn. Madankollu, ċerti attivitajiet kienu jeħtieġu parteċipazzjoni f'sistema ta' sħubija bi ħlas, li kienet tintitola lill-membri għal benefiċċji addizzjonali. L-awtorità sabet li bosta dikjarazzjonijiet li ppromwovew is-sħubija jew ix-xiri ta' flus tal-logħba kienu taħt forma ta' kmandi għal min jilgħab. Dawn kienu dikjarazzjonijiet bħal "JOIN NOW" ("Issieħeb issa"), 220 "The Super Moshis need YOU" ("Is-Super Moshis għandhom bżonn LILEK") u "Members are going to be super popular" ("Il-membri ser isiru tassew popolari"), li l-awtorità qieset li kienu qegħdin jagħmlu pressjoni fuq it-tfal sabiex jixtru 221 . 

·L-Ombudsman tal-Konsumatur tal-Finlandja sab li meta bank indirizza ittra ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lit-tfal li għalqu l-10 snin, din kienet prattika aggressiva. Fl-ittra, it-tfal intlaqgħu f'uffiċċju ta' fergħa tal-bank sabiex jiksbu karta Visa Electron personali sabiex ifakkru l-għeluq tal-10 snin tagħhom.

Ċerti awtoritajiet nazzjonali żviluppaw kriterji sabiex jiggwidaw il-valutazzjonijiet ta' każ b'każ ta' jekk il-prattiċi kummerċjali jinkludux appelli diretti lit-tfal.

Bħala eżempju, il-"Principles for online and app-based games" (“Prinċipji għal logħob onlajn u logħob ibbażat fuq apps”) ippubblikati mill-Office of Fair Trading tar-Renju Unit f'Jannar 2014, 222 fihom l-eżempju li ġej ta' prattiċi kummerċjali li huma "inqas probabbli jew improbabbli li jikkonformaw" mal-projbizzjoni ta' appell dirett lit-tfal:

"Logħba li aktarx li tappella lit-tfal teħtieġ li l-konsumatur "jonfoq" flus fil-logħba, li jistgħu jinkisbu int u tilgħab jew inkella jinxtraw bi flus veri. Meta l-konsumatur jispiċċawlu dawk il-flus tal-logħba, jitlagħlu avviż — jew jitħeġġeġ jew jiġi inċitat permezz ta' dikjarazzjonijiet jew stampi fil-logħba — sabiex, pereżempju, "jixtri iktar", iżur il-ħanut sabiex "jikseb iktar" jew "isir membru".

Dawn il-prinċipji tar-Renju Unit jinkludu l-kriterji li ġejjin sabiex jiġi stabbilit jekk il-logħob għandux probabbiltà li jappella lit-tfal:

"Jista' jkun raġonevolment prevedibbli li logħba aktarx li tappella għat-tfal permezz tal-kontenut, l-istil u/jew il-preżentazzjoni tagħha. Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-udjenza probabbli qabel ma jitfasslu messaġġi kummerċjali komunikati lill-konsumaturi u qabel ma jiġi deċiż jekk għandux jiddaħħal appell dirett. Fattur determinanti sinifikanti huwa jekk huwiex magħruf li t-tfal jilagħbu l-logħba jew jekk il-logħba hijiex ikkummerċjalizzata għat-tfal. Madankollu, fatturi jew attributi oħrajn li jistgħu jfissru li logħba aktarx li sejra tappella għat-tfal huma stabbiliti f'din il-lista indikattiva u mhux eżawrjenti:

l-inklużjoni ta' karattri popolari b'appell jew appell probabbli għat-tfal

grafika li tixbah ’il-cartoons

kuluri jgħajtu

logħba u/jew lingwaġġ sempliċi

il-logħba hija dwar attività li aktarx li tappella għat-tfal jew li tkun popolari mat-tfal

il-logħba tista' titniżżel, jista' jsir abbonament għaliha jew tinxtara minn kulħadd u ma għandhiex restrizzjoni fuq l-età

il-logħba tinstab fit-taqsima ddedikata għat-tfal ta' app store"

Skont l-Ombudsmen Nordiċi tal-Konsumatur: 223

"L-operaturi ma jistgħux jappellaw direttament jew jistiednu lit-tfal sabiex jixtru jew jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew adulti oħrajn sabiex jixtru l-prodotti tal-operaturi tas-suq. Jekk il-kummerċjalizzazzjoni tappellax jew tistidinx lit-tfal sabiex jixtru jrid jiġi vvalutat f'kull każ. It-tali valutazzjoni trid issir mill-perspettiva ta' tifel individwali billi jiġu kkunsidrati l-età, l-iżvilupp u fatturi oħrajn tat-tfal li jagħmluhom partikolarment vulnerabbli. L-importanza sejra tinxteħet, fost l-oħrajn, fuq:

Kemm huwa ċar l-appell għax-xiri, inkluża l-impressjoni maħluqa. Il-kummerċjalizzazzjoni li fiha kliem bħal: "mur ixtri l-ktieb" jew "itlob lill-mamà tiġbor il-prodott mill-eqreb ħanut" sejra tkun appell dirett għax-xiri.

Kif il-kummerċjalizzazzjoni hija mmirata lejn it-tfal. Il-kummerċjalizzazzjoni ntbagħtet permezz ta' mezz li huwa mmirat lejn it-tfal b'mod dirett u individwali, pereżempju?

Kemm huwa faċli li tixtri l-prodott ikkummerċjalizzat. Bħala eżempju, huwa possibbli li tagħfas fuq link, u b'hekk tagħmel xirja? Il-kummerċjalizzazzjoni b'test li jiddikjara "ixtri minn hawn" u b'link għal paġna fejn tista' ssir xirja sejra tkun appell dirett għax-xiri."

Fl-2013 u l-2014, l-awtoritajiet nazzjonali Ewropej għall-protezzjoni tal-konsumatur, li aġixxew permezz tan-Netwerk ta' Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi (CPC), wettqu azzjoni konġunta ta' infurzar fuq il-logħob onlajn li joffru possibbiltajiet ta' xiri waqt li t-tfal ikunu qegħdin jilagħbu (xirjiet mill-app) u li aktarx li jappellaw għat-tfal jew li jintlagħbu minnhom 224 . 

Fid-dokument dwar il-pożizzjoni komuni tagħhom ta' Lulju 2014, l-awtoritajiet tas-CPC qiesu li l-Artikolu 5(3) u (5) u l-punt Nru 28 tal-Anness I għall-UCPD japplikaw għal logħob li aktarx li jappellaw għat-tfal, mhux biss dawk immirati biss jew speċifikament għat-tfal. Logħba jew applikazzjoni, u l-appell li jinsab fiha, tista' titqies bħala mmirata għat-tfal skont it-tifsira tal-punt Nru 28 tal-Anness I jekk l-operatur ikun raġonevolment mistenni li jipprevedi li aktarx sejra tappella għat-tfal.

4.7Premji — prattika kummerċjali pprojbita Nru 31

 

Il-punt Nru 31 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni falza li konsumatur diġà rebaħ, se jirbaħ, jew li hekk kif jagħmel xi azzjoni partikolari jirbaħ, xi premju jew xi benefiċċju ekwivalenti ieħor, meta fil-fatt

— ma jkun hemm ebda premju jew benefiċċju ekwivalenti ieħor,

jew

— it-teħid ta’ xi azzjoni fir-rigward tal-ġbir tal-premju jew tal-benefiċċju ekwivalenti ieħor teħtieg lill-konsumatur li jħallas xi flus jew li jidħol f’xi spejjeż."

Il-valutazzjoni tal-ewwel kategorija ta' sitwazzjonijiet (jiġifieri ebda premju) hija kemxejn sempliċi. Sabiex ma jiksrux il-projbizzjoni, l-operaturi tas-suq dejjem iridu jkunu kapaċi juru li taw il-premju/i jew benefiċċju/i ekwivalenti bil-patti preċiżi stipulati fit-tħabbira tagħhom lill-konsumatur. Fin-nuqqas ta' dan, il-prattika taqa' taħt il-projbizzjoni.

Pereżempju:

·Fir-Repubblika Ċeka, operatur tas-suq ħoloq l-impressjoni falza li l-konsumaturi setgħu jirbħu premju billi jiddikjaraw li kull min ħa sehem f'lotterija speċifika kien sejjer ikollu l-possibbiltà li jirbaħ laptop. Fil-verità, ebda kompjuter bħal dan ma seta' jintrebaħ 225 .

·Fi Spanja, operatur tas-suq ħoloq l-impressjoni falza li konsumatur kien rebaħ premju billi ddikjara mingħajr ekwivoċi f'ittra lill-konsumatur li kien rebaħ premju ta' 18.000 euro, meta fil-fatt ma kien hemm ebda premju bħal dan. Qorti Spanjola ċċarat li din il-prattika kummerċjali kienet tmur kontra l-liġi nazzjonali li tittrasponi in-Nru 31 tal-Anness I tal-UCPD 226 .

It-tieni parti tal-punt Nru 31 (jiġifieri l-premju jew il-benefiċċju huwa soġġett għall-ħlas ta' flus min-naħa tal-konsumatur jew it-tiġrib ta' kost) tkopri prattiċi diżonesti li fihom, pereżempju, il-konsumaturi jiġu informati li rebħu premju iżda jridu jċemplu fuq linja b'rata primjum sabiex jiħduh, jew meta l-konsumaturi jkunu inizjalment informati li rebħu premju iżda mbagħad isiru jafu li jridu jordnaw prodott jew servizz ieħor sabiex jirċievu l-premju rreklamat jew il-benefiċċju ekwivalenti.

Il-Qorti ċċarat li anki meta l-ispiża imposta fuq il-konsumatur sabiex jieħu l-premju (jiġifieri jitlob informazzjoni fuq l-għamla ta' dak il-premju jew it-teħid tiegħu fil-pussess) tkun minima, bħal fil-każ ta' bolla, meta mqabbel mal-valur tal-premju, u indipendentement minn jekk il-ħlas tat-tali spiża iġibx miegħu xi benefiċċju għall-operatur tas-suq, tali prattiċi huma pprojbiti mill-punt Nru 31 tal-Anness I 227 .

Pereżempju:

·Kumpanija ta' ordni bil-posta bagħtet reklamar promozzjonali bil-posta li fih iddikjarat li l-konsumatur "għandu garanzija ta' 100 % li huwa wieħed mill-persuni magħżulin sabiex jirċievu prodott elettroniku. Dan il-prodott huwa b'xejn!" Fil-fatt, il-konsumaturi kellhom iwieġbu fi żmien jumejn u jħallsu €19.99 sabiex ikopru "spejjeż amministrattivi u tat-trasport". L-Awtorità tan-Netherlands għall-Konsumaturi u s-Swieq sabet li l-għoti lill-konsumaturi tal-impressjoni falza li diġà rebħu premju filwaqt li jkunu meħtieġa jħallsu tariffa fi żmien jumejn mindu jirċievu notifika dwar l-azzjoni promozzjonali kien jaqa' taħt il-punt Nru 31 tal-Anness I (u anki azzjonijiet oħrajn fil-lista s-sewda bħal Nru 20 fid-dawl tal-użu tal-kelma "b'xejn") 228 .


5.Applikazzjoni tal-UCPD għal setturi speċifiċi

5.1Asserzjonijiet ambjentali

L-espressjonijiet "asserzjonijiet ambjentali" u "asserzjonijiet ekoloġiċi" jirreferu għall-prattika li fiha jiġi ssuġġerit jew inkella tinħoloq b'xi mod ieħor l-impressjoni (f'komunikazzjoni kummerċjali, kummerċjalizzazzjoni jew reklamar) li prodott jew servizz għandu impatt pożittiv jew ebda impatt fuq l-ambjent jew jagħmel inqas ħsara lill-ambjent meta mqabbel ma' prodotti jew servizzi tal-kompetituri.

Dan jista' jkun dovut għall-kompożizzjoni tiegħu, kif inhu mmanifatturat jew prodott, kif jintrema u t-tnaqqis fl-enerġija jew it-tniġġis mistenni meta jintuża.

Meta t-tali asserzjonijiet ma jkunux veru u ma jkunux jistgħu jiġu vverifikati, din il-prattika spiss tissejjaħ "greenwashing".

"Greenwashing" tista' tkun marbuta ma' kull forma ta' prattiċi kummerċjali min-negozju għall-konsumatur li jikkonċernaw l-attributi ambjentali ta' prodotti jew servizzi. Skont iċ-ċirkustanzi, dan jista' jinkludi t-tipi kollha ta' dikjarazzjonijiet, informazzjoni, simboli, logos, grafiċi u ismijiet tad-ditti, u r-relazzjoni tagħhom ma' kuluri, fuq l-imballaġġ, it-tikkettar, ir-reklamar, fil-mezzi kollha (inklużi siti web) u magħmulin minn kwalunkwe organizzazzjoni, jekk dan jikkwalifika bħala "operatur tas-suq" u jieħu sehem fi prattiċi kummerċjali għall-konsumaturi.

Il-UCPD ma tipprovdix regoli speċifiċi dwar l-asserzjonijiet ambjentali. Madankollu, tipprovdi bażi legali sabiex jiġi żgurat li l-operaturi tas-suq ma jippreżentawx asserzjonijiet ambjentali b'modi li jkunu inġusti għall-konsumaturi. Ma tiskoraġġix l-użu ta' "asserzjonijiet ekoloġiċi".

Għall-kuntrarju, il-UCPD tista' tgħin lill-operaturi tas-suq jinvestu fil-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tagħhom billi tippermettilhom jikkomunikaw dawn l-isforzi lill-konsumaturi b'mod trasparenti u billi tipprevjeni lill-kompetituri milli jippreżentaw asserzjonijiet ambjentali qarrieqa.

5.1.1Ir-relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar l-asserzjonijiet ambjentali

Kif indikat fit-Taqsima 1.4, l-Artikolu 3(4) u l-Premessa 10 huma karatteristiċi ewlenin tal-UCPD.

Jistabbilixxu l-prinċipju li l-UCPD hija mfassla sabiex taħdem id f'id ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE bħala "xibka ta' sikurezza" li tiżgura li jkun jista' jinżamm livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur kontra prattiċi kummerċjali inġusti fis-setturi kollha.

Eżempji ta' leġiżlazzjoni speċifika tal-UE li tikkonċerna l-asserzjonijiet ambjentali huma:

·Id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija; 229  

·Id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija; 230

·Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra; 231

·Id-Direttiva 2009/72/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku; 232

·Id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija; 233

·Ir-Regolament 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi. 234

Dawn huma ftit eżempji tar-relazzjoni bejn il-UCPD u leġiżlazzjoni speċifika tal-UE li tikkonċerna l-asserzjonijiet ambjentali:

Pereżempju:

·Skont il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2010/30/UE dwar it-Tikkettar Enerġetiku, 235 ir-rekwiżiti, fost l-oħrajn, ġew stabbiliti għat-tikkettar enerġetiku ta' apparati domestiċi tat-tkessiħ 236 . 

Dik id-Direttiva tipprojbixxi tikketti u simboli addizzjonali li, minnhom infushom, jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi fir-rigward tal-konsum tal-enerġija 237 . Madankollu, ma tinkludix regoli speċifiċi dwar x'jitqies li huwa qarrieqi. Fuq dan il-punt, il-UCPD jista' jkollha rwol importanti. Qorti Ġermaniża qieset l-użu tas-slogan "tiffranka ħafna enerġija" għal friġġ/friżer bil-klassi tal-effiċjenza enerġetika "A" bħala prattika kummerċjali qarrieqa skont il-UCPD. 308 minn 543 apparat fis-suq tal-Ġermanja f'dak iż-żmien kienu jappartjenu għall-klassi "A+" u 17 % mill-apparati kollha disponibbli kienu jappartjenu saħansitra għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika "A++" 238 . 

·Nokian Tyres kienet użat it-tikketta tat-tajers tal-kumpanija stess sabiex tikkummerċjalizza t-tajers. It-tikketta hija mfassla sabiex turi l-kapaċitajiet ta' sewqan tat-tajer fil-kundizzjonijiet xitwin. It-tikketta tal-kumpanija stess hija simili ħafna għat-tikketta uffiċjali tal-UE għat-tajers 239 , li saret obbligatorja minn Novembru 2012. Nokian Tyres ikkummerċjalizzat it-tajers tagħha billi użat tikketta proprjetarja, li setgħet tagħti lill-konsumaturi l-impressjoni qarrieqa li t-tajers kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' ttestjar u klassfikazzjoni meħtieġa mit-tikketta tal-UE għat-tajers. Barra minn hekk, it-tikketta tat-tajers ta' Nokian Tyres ma tatx stampa affidabbli tal-proprjetajiet tat-tajers, meta mqabbla ma' manifatturi oħrajn li kellhom it-tikketta tal-UE. Il-Qorti tas-Swieq tal-Finlandja pprojbixxiet lil Nokian Tyres milli tuża t-tikketta tal-kumpanija stess għat-tajers fil-kummerċjalizzazzjoni li hija mmirata lejn il-konsumatur, sakemm il-kumpanija ma tagħmilx distinzjoni ċara ta' din it-tikketta mit-tikketta tal-UE għat-tajers 240 .

·Fl-2011, l-Awtorità Nazzjonali tar-Rumanija għall-Protezzjoni tal-Konsumatur ħadet azzjoni ta' infurzar fuq asserzjonijiet ambjentali użati fis-servizzi tat-tindif għal ħwejjeġ, twapet u karozzi. Għall-ewwel ikkunsidrat li tibbaża l-azzjoni tagħha fuq ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-Ekotikketta 241 . Madankollu, peress li dak iż-żmien ma kinux għadhom ġew żviluppati kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għas-servizzi ta' tindif 242 , l-awtorità nazzjonali ttrattat il-kwistjoni bħala prattika kummerċjali qarrieqa u applikat il-UCPD minflok.

5.1.2Prinċipji ewlenin: L-Artikoli 6, 7 u 12 tal-UCPD applikati għal asserzjonijiet ambjentali

L-applikazzjoni tal-UCPD għal asserzjonijiet ambjentali tista' tinġabar f'żewġ prinċipji ewlenin:

I.Fuq il-bażi tal-klawżoli ġenerali tal-UCPD, b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 7, l-operaturi tas-suq iridu jippreżentaw l-asserzjonijiet ekoloġiċi tagħhom b'manjiera ċara, speċifika, preċiża u mhux ambigwa, sabiex jaraw li l-konsumaturi ma jkunux imqarrqin.

II.Fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tal-UCPD, l-operaturi tas-suq irid ikollhom evidenza li ssostni l-asserzjonijiet tagħhom u jkunu lesti li jipprovduha lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti b'mod li jinftiehem jekk l-asserzjoni tiġi kkontestata.

Dawn il-prinċipji huma riflessi wkoll f'bosta dokumenti ta' gwida nazzjonali dwar l-asserzjonijiet ambjentali, b'mod partikolari l-Gwida tad-Danimarka dwar l-użu ta' asserzjonijiet ambjentali u oħrajn fil-kummerċjalizzazzjoni 243 il-Green Claims Guidance tar-Renju Unit 244  u l-Gwida Prattika ta' Franza għall-Asserzjonijiet Ambjentali għall-operaturi tas-suq u l-konsumaturi 245 . 

Il-Kriterji ta' Konformità dwar Asserzjonijiet Ambjentali – Pariri ta' bosta partijiet ikkonċernati sabiex tkun sostnuta l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali

Grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali 246 , ikkoordinat mill-Kummissjoni Ewropea 247 u msawwar minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet kummerċjali Ewropej, assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u NGOs ambjentali, identifika sfidi differenti f'dan il-qasam, għamel rakkomandazzjonijiet u ta kontribut għal "Consumer Market Study on Environmental Claims for Non-Food Products" li sar madwar l-UE kollha. 248 Barra minn hekk, wara s-sejbiet ta' dan l-istudju, il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati żviluppa pariri mingħand bosta partijiet ikkonċernati, "Kriterji ta' Konformità dwar Asserzjonijiet Ambjentali", li jirriflettu l-fehim komuni tiegħu dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali f'dan il-qasam. Dawn huma maħsubin sabiex isostnu lill-operaturi tas-suq u l-awtoritajiet ta' infurzar meta japplikaw il-UCPD fir-rigward tal-asserzjonijiet ambjentali. Dawn il-pariri ma jorbtux legalment, iżda għenu fir-reviżjoni ta' dan id-dokument ta' gwida aġġornat bħala pariri siewja għall-partijiet ikkonċernati. 249  

Kriterji u eżempji siewja oħrajn jistgħu jinkisbu mil-linji gwida tal-Kummissjoni ppubblikati fis-sena 2000 sabiex isiru u jiġu vvalutati asserzjonijiet ambjentali 250 . Il-linji gwida, li huma konsistenti mal-istandard internazzjonali ISO 14021-1999, fihom referenzi għal asserzjonijiet ambjentali li għandhom jitqiesu bħala qarrieqa.

5.1.3L-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-UCPD għal asserzjonijiet ambjentali

L-Artikolu 6 tal-UCPD jimplika li l-konsumaturi jridu jkunu kapaċi jafdaw l-asserzjonijiet ambjentali proposti mill-operaturi tas-suq. Konsegwentement, sabiex ma jkunux qarriqin, l-asserzjonijiet ambjentali għandhom jiġu ppreżentati b'manjiera ċara, speċifika, mhux ambigwa u preċiża.

Asserzjoni ambjentali tista' tkun qarrieqa jekk ikun "fiha tagħrif falz u għalhekk ma tkunx tikkorrispondi għall-verità" b'rabta ma' wieħed mill-elementi elenkati fl-Artikolu 6(1)(a) sa (g).

Pereżempju:

·L-użu tat-terminu "bijodegradabbli" għal prodott li fil-fatt mhuwiex bijodegradabbli jew li għalihom ma twettaq ebda test;

·Il-preżentazzjoni ta' apparati elettriċi żgħar bħal ħdejjed tal-mogħdija, vacuum cleaners, magni tal-kafè, bħala "ekoloġiċi" ("eko"), għad li t-testijiet juru li spiss ma jaħdmux aħjar minn prodotti simili 251 ; 

·Il-preżentazzjoni ta' tajers tal-karozzi bħala "ekotajers" u l-promozzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u l-impatt tagħhom fuq il-konsum tal-fjuwil, għad li t-testijiet juru riżultati li jvarjaw 252 .

·Il-preżentazzjoni ta' prodott bħala magħmul mill-"ekoġilda", meta fil-fatt ma jkunx magħmul minn materjal li joriġina mill-annimali, iżda minn materjali komparabbli li għalihom ma sar ebda test li juri l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Asserzjoni ambjentali tista' tkun qarrieqa wkoll jekk "tqarraq bil-konsumatur medju, anki jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment" f'wieħed mill-elementi msemmijin fl-Artikolu 6(1)(a) sa (g).

Pereżempju:

·Skont il-"Kriterji ta' Konformità" żviluppati mill-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali, il-kliem, l-istampi u l-preżentazzjoni ġenerali tal-prodott (jiġifieri t-tifsila, l-għażla tal-kuluri, l-immaġnijiet, l-istampi, il-ħsejjes, is-simboli jew it-tikketti), għandhom ikunu rappreżentazzjoni vera u preċiża tal-iskala tal-benefiċċju ambjentali, u ma jiddikjarawx b'mod eċċessiv il-benefiċċju miksub. 253  

 

L-asserzjonijiet ambjentali jistgħu jkunu qarrieqa jekk ikunu bbażati fuq dikjarazzjonijiet vagi u ġenerali tal-benefiċċji ambjentali bħal "ma jagħmilx ħsara lill-ambjent", "green", "ħabib tan-natura", "ekoloġiku", "sostenibbli", "tajjeb għall-ambjent", "ma jagħmilx ħsara lill-klima", jew "ġentili fuq l-ambjent".

It-tali asserzjonijiet jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 6(1)(a) u 6(1)(b) UCPD jekk aktarx li jqarrqu bil-konsumatur medju u jwasslu sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkustanzi oħra.

Asserzjonijiet vagi u ġenerali jistgħu jkunu diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jiġu sostanzjati. Fl-istess ħin, jistgħu jagħtu l-impressjoni lill-konsumaturi li prodott jew attività ta' operatur tas-suq ma għandhom ebda impatt negattiv jew impatt pożittiv biss fuq l-ambjent. Ittieħdet ċerta azzjoni fuq il-livell nazzjonali kontra asserzjonijiet ambjentali vagi u ġenerali mhux sostanzjati.

Pereżempju:

·Reklam iddikjara "Bamboo V's [sic] Qoton Organiku.100% ekoloġiku.Sir af għaliex huwa aħjar mill-qoton u tajjeb għalik."Ilmentatur argumenta li l-asserzjonijiet li l-prodotti kienu magħmulin mill-bambù u li huwa "100% ekoloġiku" kienu qarrieqa u xeħet dubju fuq kemm jistgħu jkunu sostanzjati. L-ilment intlaqa' mill-Advertising Standards Authority (ASA) tar-Renju Unit, li osservat li l-operatur tas-suq kien ipprovda kopji ta' żewġ artikli xjentifiċi li kien jemmen li kienu jsostnu l-asserzjonijiet. L-ASA osservat li l-artikli kienu jiddeskrivu l-manifattura tal-bambù mill-istat mhux maħdum tiegħu sal-użu tiegħu fl-ilbies u ma kienx jipprovdi biżżejjed evidenza li l-manifattura ta' lbies tal-bambù ftit li xejn kellha impatt jew ma kellha ebda impatt fuq l-ambjent jew li l-ilbies mibjugħ mill-operatur tas-suq kien fil-fatt magħmul mill-bambù 254 .

·Instab li diversi asserzjonijiet li l-karozzi elettriċi huma "ekoloġiċi" kienu qarrieqa skont awtoregolatur Franċiż. Dan kien il-każ għal reklamar qarrieqi li kien jippromwovi l-karattru ekoloġiku tal-karozzi elettriċi għall-kiri, bla ma pprovda informazzjoni li tqiegħed l-asserzjoni f'perspettiva. L-awtoregolatur sab li, peress li ma setax jiġi stabbilit li l-elettriku meħtieġ sabiex jerġgħu jiġu ċċarġjati l-karozzi kien jiġi minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli kollu kemm hu, l-użu tas-servizz kien ikollu impatt negattiv fuq l-ambjent 255 . 

Meta tiġi vvalutata asserzjoni ambjentali, ikunu rilevanti l-impatti ambjentali ewlenin tal-prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, inkluża l-katina tal-provvista tiegħu. Asserzjoni ambjentali għandha tkun marbuta ma' aspetti li huma sinifikanti f'termini tal-impatt ambjentali tal-prodott 256 .

Barra minn hekk, il-pretensjonijiet għandhom ikunu ċari u mhux ambigwi fir-rigward ta' liema aspett tal-prodott jew iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jirreferu għalih 257 . Jekk operatur tas-suq jagħmel asserzjoni ambjentali billi jixħet dawl fuq wieħed biss minn fost id-diversi impatti li l-prodott iħallu fuq l-ambjent, l-asserzjoni tista' tkun qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-UCPD.

Pereżempju:

·Skont il-Kriterji tal-Konformità żviluppati mill-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali, il-benefiċċju ddikjarat ma għandux jirriżulta fi trasferiment eċċessiv ta' impatti, jiġifieri l-ħolqien jew iż-żieda ta' impatti ambjentali negattivi oħrajn fi stadji oħrajn taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott għandhom jiġu evitati, sakemm il-benefiċċju ambjentali totali nett ma jkunx tjieb b'mod sinifikanti, pereżempju skont valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja.

·Manifattur jiddikjara li l-prodott tiegħu juża biss ftit ilma. Madankollu, fl-istess ħin il-prodott jikkonsma iktar enerġija minn prodott komparabbli tal-istess kategorija li jżid l-impatt ambjentali ġenerali tal-prodott b'mod sinifikanti. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-asserzjoni tista' tkun qarrieqa b'rabta mal-għamla tal-prodott (Artikolu 6(1)(a)) jew inkella b'rabta mal-karatteristiċi ewlenin tiegħu (Artikolu 6(1)(b) UCPD).

 

Il-kodiċijiet ta' kondotta jistgħu jinkludu impenji marbutin mal-ħarsien tal-ambjent jew l-"imġiba ekoloġika". Jekk operatur tas-suq li jkun ħa impenn li jintrabat b'kodiċi bħal dan jiksru, jista' jkun qiegħed iwettaq azzjoni qarrieqa. Din is-sitwazzjoni hija koperta mill-Artikolu 6(2)(b).

Pereżempju:

·Operatur tas-suq intrabat b'kodiċi tal-prattika li jippromwovi l-użu sostenibbli tal-injam u juri l-logo tal-kodiċi fuq is-sit web tiegħu. Il-kodiċi tal-prattika fih impenn li l-membri tiegħu ma jużawx injam iebes minn foresti ġestiti b'mod insostenibbli. Madankollu, instab li l-prodotti rreklamati fuq is-sit web fihom injam eżattament minn foresta bħal din 258 .

Il-konsumatur medju jistenna li l-firmatarji għall-kodiċi jbigħu prodotti li jirrispettaw dak il-kodiċi. Imbagħad, l-awtoritajiet ta' infurzar nazzjonali jistgħu jivvalutaw jekk il-konsumatur medju għandux probabbiltà li jieħu d-deċiżjoni ta' xiri tiegħu fuq din il-bażi.

Ċerti prattiċi kummerċjali qarrieqa marbutin mal-kodiċijiet ta' kondotta jitqiesu li huma inġusti per se skont l-Anness I għall-UCPD. Dawn il-prattiċi huma ttrattati fit-Taqsima 5.1.6 "Applikazzjoni tal-Anness I għall-asserzjonijiet ambjentali".

Fil-"Kriterji ta' Konformità" tiegħu, il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali jqis li:

"Jekk operatur tas-suq jew l-industrija jagħżlu li jużaw skemi ta' tikkettar, simboli jew ċertifikati tagħhom stess għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, dawn it-tikketti jridu jiġu applikati biss għall-prodotti/servizzi jew għall-operaturi tas-suq li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti sabiex jikkwalifikaw għall-użu. Il-kriterji għandhom juru benefiċċji ambjentali ċari meta mqabblin ma' prodotti jew operaturi tas-suq kompetituri u għandhom ikunu faċilment aċċessibbli b'mod pubbliku. Inkella, it-tikkettar aktarx li jkun qarrieqi. Barra minn hekk, l-operaturi tas-suq għandhom jikkunsidraw verifika ta' parti terza sabiex jiġu żgurati l-kredibilità u r-rilevanza tat-tikketta. It-tifsira jew is-sinifikat tat-tikketta jridu jkunu ċari għall-konsumatur ukoll. Finalment, it-tali tikketti ma jridux ikunu jistgħu jiġu konfużi ma' tikketti oħrajn, inklużi, pereżempju, tikketti ta' skemi ta' tikkettar immexxijin mill-gvern jew skemi ta' kompetituri."

5.1.4L-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tal-UCPD għal asserzjonijiet ambjentali

L-Artikolu 7 tal-UCPD jelenka elementi speċifiċi li huma rilevanti meta jiġi vvalutat jekk prattika kummerċjali tinvolvix ommissjoni qarrieqa.

L-asserzjonijiet ekoloġiċi jistgħu jkunu qarrieqa jekk ikunu bbażati fuq dikjarazzjonijiet vagi u ġenerali tal-benefiċċji ambjentali. Tali asserzjonijiet jistgħu jkunu inqas probabbli li jkunu qarrieqa skont l-Artikolu 7 jekk ikunu supplimentati minn speċifikazzjonijiet prominenti jew dikjarazzjonijiet spjegattivi fuq l-impatt ambjentali tal-prodott, pereżempju billi l-asserzjoni tiġi limitata għal benefiċċji ambjentali speċifiċi.

Jekk l-operaturi tas-suq jipprovdu informazzjoni supplimentari bħal din, jistgħu jiżguraw li ma jaġixxux b'tali mod li jikser l-Artikolu 7(4)(a) (fil-każ ta' stedina għax-xiri) billi jaħbu jew jipprovdu informazzjoni materjali marbuta mal-"karatteristiċi ewlenin tal-prodott" b'"manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha".

Pereżempju:

·Asserzjoni f'riklam, bħal "Ekoloġiku: magħmul minn materjali riċiklati," jistgħu jkunu inqas probabbli li jkunu qarrieqa jekk, pereżempju:

(1) l-ass.erzjoni "magħmul minn materjali riċiklati" tkun ċara u prominenti;
(2) l-operatur tas-suq jista' jissostanzja li l-prodott sħiħ, esklużi komponenti minuri u inċidentali, ikun magħmul minn materjal riċiklat;
(3) il-manifattura tal-prodott b'materjali riċiklati jagħmel il-prodott iktar tajjeb għall-ambjent b'mod ġenerali;
(4) il-kuntest tar-reklam ma jimplikax asserzjonijiet qarrieqa oħrajn.

Fil-"Kriterji ta' Konformità" tiegħu, il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali jqis li:

"Ċerti prodotti jistgħu jkunu soġġetti għal regoli dettaljati u ambizzjużi u, tant jiksbu prestazzjoni ambjentali eċċellenti, li l-użu ta' asserzjoni ta' benefiċċju ġenerali (ippreżentata mingħajr ebda kwalifika oħra) jista' jkun iġġustifikat.

oDan jista' jkun il-każ jekk prodott ikun kopert minn liċenzja sabiex tintuża l-ekotikketta ta' skema ta' ekotikkettar immexxija mill-gvern (bħall-Ekotikketta Nordika "the Swan", l-Ekotikketta Ġermaniża "Blue Angel" jew l-Ekotikketta tal-Unjoni Ewropea "the Flower") jew skemi ta' tikkettar robusti u reputabbli oħrajn soġġetti għal verifika minn partijiet terzi. 259

oDan jista' jkun il-każ ukoll jekk l-istudji ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott ikunu wrew il-prestazzjoni ambjentali eċċellenti tiegħu. Dawn l-istudji għandhom isiru skont metodi rikonoxxuti u ġeneralment aċċettati applikabbli għat-tip ta' prodott rilevanti u għandhom ikunu vverifikati minn partijiet terzi. 260 Jekk it-tali metodi ma jkunux għadhom ġew żviluppati fil-qasam rilevanti, l-operaturi tas-suq għandhom jevitaw milli jużaw asserzjonijiet ta' benefiċċji ġenerali (...).

Għal tali prodotti, l-operaturi tas-suq xorta waħda għandhom jiżguraw it-trasparenza li tikkonċerna l-aspetti ambjentali rilevanti, u jaraw li t-tali informazzjoni tkun faċilment disponibbli għall-konsumaturi, inkluż billi juru l-logo rilevanti."

B'mod simili, asserzjoni ambjentali tista' tkun qarrieqa skont l-Artikolu 7(2) jekk tkun ippreżentata b'manjiera mhux ċara jew mhux intelliġibbli. Fuq il-bażi ta' valutazzjoni ta' każ b'każ, dan jista' jkun il-każ jekk l-ambitu u l-limiti tal-asserzjoni ma jkunux iċċarati.

Pereżempju:

·Mhuwiex ċar jekk l-asserzjoni tkoprix il-prodott sħiħ jew wieħed mill-komponenti biss, jew il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-kumpanija jew uħud mill-attivitajiet tagħha jew liema impatt ambjentali jew proċess tindirizza l-asserzjoni.

Meta ssir asserzjoni ambjentali, ikunu rilevanti l-impatti ambjentali ewlenin tal-prodott. Il-"Green Claims Guidance" tad-Department for Environment, Food and Rural Affairs tar-Renju Unit 261 tipprovdi l-eżempji li ġejjin:

5.1.5L-applikazzjoni tal-Artikolu 12 tal-UCPD għal asserzjonijiet ambjentali

 

Artikolu 12:

"L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat fil-proċedimenti ċivili jew amministrattivi msemmija fl-Artikolu 11 sabiex:

(a) jesiġu li l-kummerċjant iġib prova tal-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-rigward ta’ xi prattika kummerċjali jekk, b’kont meħud tal-interess leġittimu tal-kummerċjant u ta’ kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, tali kondizzjoni tidher ġustifikata abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari;

(b) jikkunsidraw il-pretensjonijiet fattwali bħala mhux eżatti jekk il-prova rikjesta skont il-paragrafu (a) ma tinġiebx jew titqies insuffiċjenti mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva."

L-Artikolu 12 tal-UCPD jiċċara li kwalunkwe asserzjoni (inklużi asserzjonijiet ambjentali) għandha tkun ibbażata fuq evidenza li tista' tiġi vverifikata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

L-operaturi tas-suq iridu jkunu kapaċi jissostanzjaw l-asserzjonijiet ambjentali bl-evidenza xierqa. Konsegwentement, l-asserzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq evidenza robusta, indipendenti, verifikabbli u rikonoxxuta b'mod ġenerali li tqis l-aħħar sejbiet u metodi xjentifiċi.

Il-fatt li l-oneru tal-provi huwa fuq l-operatur tas-suq jirrifletti l-prinċipju fl-Artikolu 12(a) tal-UCPD li l-awtoritajiet ta' infurzar għandu jkollhom is-setgħa li "jesiġu li l-kummerċjant iġib prova tal-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-rigward ta’ xi prattika kummerċjali".

Pereżempju:

·Kumpanija tal-ilma minerali ppreżentat il-prodotti tagħha bl-asserzjoni "Impatt Żero", u ddikjarat li l-manifattura u l-bejgħ tal-fliexken tal-ilma ma kellhom ebda impatt fuq l-ambjent. Madankollu, il-kumpanija ma setgħetx turi li kienet involuta f'attivitajiet speċifiċi li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-prodotti tagħha, ħlief li tieħu sehem fi proġett sabiex tikkumpensa għall-ħsara ambjentali. Fuq din il-bażi, l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni (AGCM) ikkonkludiet li l-kampanja ta' "Impatt Żero" kienet tikkostitwixxi prattika kummerċjali inġusta ta' influwenzar tad-deċiżjonijiet tranżazzjonali tal-konsumaturi 262 .

·Reklam iddikjara "Dan huwa stripper taż-żebgħa ġdid li huwa iktar sikur għal min jużah u għall-ambjent". L-operatur tas-suq kien jemmen li l-livell tassew baxx ta' kontenut ta' VOC fil-prodott tiegħu kien ifisser li kien sikur għall-ambjent. Madankollu, l-Advertising Standards Authority (ASA) tar-Renju Unit qieset li l-asserzjoni kellha bżonn tkun sostnuta minn livell għoli ta' sostanzjar. Peress li l-ASA ma kienet rat ebda evidenza bħal din, ikkonkludiet li l-asserzjoni kienet qarrieqa 263 .

Sabiex jaraw li l-asserzjonijiet ambjentali jkunu sostanzjati, l-operaturi tas-suq għandu jkollhom l-evidenza neċessarja sabiex isostnu l-asserzjonijiet tagħhom minn meta jibdew jintużaw l-asserzjonijiet jew inkella jkunu ċerti li din tista' tinkiseb u tiġi ppreżentata jekk jintalbu din l-evidenza.

Memorandum mill-Ombudsman tal-Konsumatur tad-Danimarka li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni applikabbli għat-Taqsima 3(3) tal-Att dwar il-Prattiċi ta' Kummerċjalizzazzjoni tad-Danimarka jistipula:

"Operatur tas-suq irid ikun kapaċi jsostni dikjarazzjonijiet fattwali li jsiru fil-komunikazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni b'dokumentazzjoni. Madankollu, iż-żmien li fih trid tkun disponibbli d-dokumentazzjoni mhuwiex stipulat b'mod espliċitu mid-dispożizzjoni.

(…)

Ir-rekwiżit tat-taqsima 3(3) tal-Att dwar il-Prattiċi ta' Kummerċjalizzazzjoni: "irid ikun kapaċi jiġi sostanzjat b'dokumentazzjoni". B'hekk, il-kliem ma jistabbilix b'mod espliċitu meta trid tkun disponibbli d-dokumentazzjoni li tissostanzja d-dikjarazzjonijiet fattwali. Lanqas ma jidher b'mod espliċitu mit-travaux préparatoires tal-Att dwar il-Prattiċi ta' Kummerċjalizzazzjoni jew mid-Direttivi dwar Reklamar Qarrieqi u Komparattiv jew id-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali, li għalihom irreferew it-travaux préparatoires tal-Att dwar il-Prattiċi ta' Kummerċjalizzazzjoni. U l-Ombudsman tal-Konsumatur lanqas ma jaf b'xi ġurisprudenza li tistabbilixxi jekk id-dokumentazzjoni tridx tkun disponibbli fi żmien il-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, fil-fehma tal-Ombudsman tal-Konsumatur, it-test jimplika rekwiżit ta' ċertezza li l-asserzjonijiet li jsiru fil-komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni jkunu kapaċi jiġu sostanzjati b'dokumentazzjoni.

Barra minn hekk, id-dispożizzjoni trid tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali. Fil-fehma tal-Ombudsman tal-Konsumatur, l-iskop tar-rekwiżit ta' dokumentazzjoni jrid ikun li operatur tas-suq irid ikun ċert li d-dikjarazzjonijiet fattwali jkunu veri fi żmien il-kummerċjalizzazzjoni sabiex il-konsumaturi ma jitqarrqux. Dan ifisser li l-operatur tas-suq irid ikollu d-dokumentazzjoni lesta meta tiġi ppubblikata l-komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni jew ikun ċert li din tista' tiġi ppreżentata jekk tintalablu. Inkella, hemm riskju sostanzjali li l-operatur tas-suq sejjer jikkummerċjalizza l-prodott tiegħu permezz ta' asserzjonijiet foloz.

Fid-dawl ta’ dan, u kif rifless ukoll fl-Artikolu 8 tal-Kodiċi Konsolidat tal-ICC dwar il-Prattika ta' Komunikazzjoni tar-Reklamar u l-Kummerċjalizzazzjoni (2011), trid tiġi kkunsidrata prattika ta' kummerċjalizzazzjoni tajba jekk operatur tas-suq ikun fil-pussess tad-dokumentazzjoni fi żmien il-kummerċjalizzazzjoni jew ikun ċerti li din tista' tinkiseb u tiġi ppreżentata."

Għad li asserzjoni tista' tkun korretta u rilevanti għal prodott meta ssir għall-ewwel darba l-asserzjoni, tista' ssir inqas sinifikanti maż-żmien. Sabiex jiġi żgurat li jkunu f'pożizzjoni li jipprovdu d-dokumentazzjoni neċessarja lill-awtoritajiet nazzjonali skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva, l-operaturi tas-suq għandhom jaraw li d-dokumentazzjoni għall-asserzjonijiet hija aġġornata sakemm l-asserzjonijiet jibqgħu jintużaw fil-kummerċjalizzazzjoni.

Fil-"Kriterji ta' Konformità" tiegħu, il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali jqis li:

"Jekk operatur tas-suq juża asserzjonijiet ambjentali fl-isem tal-kumpanija, l-isem tal-prodott tiegħu, eċċ., u l-isem jintuża għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, it-tali kummerċjalizzazzjoni hija soġġetta għall-istess rekwiżiti ta' dokumentazzjoni bħal dawk li japplikaw għal asserzjonijiet ambjentali oħrajn fil-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, sakemm il-kumpanija ma tkunx kapaċi turi bil-provi li dan l-isem ma għandu ebda konnotazzjoni ambjentali jew kien jeżisti diġà qabel ma l-kwistjonijiet ambjentali daħlu fl-aġenda politika/kummerċjali. Madankollu, sabiex imur kontra l-UCPD, isem użat fil-kummerċjalizzazzjoni jrid ikun iqarraq bil-konsumatur medju u aktarx li jwassal sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkustanzi oħrajn."

Pereżempju:

·Il-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja indirizzat il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott taż-żejt imsejjaħ Hydro Miljö Plus (Idro Ambjent Plus). Il-Qorti tas-Swieq iddikjarat li t-terminu "ambjentali" flimkien ma' "plus" fl-isem tal-prodott kien jagħti x'jifhem li l-prodott kellu ċerti vantaġġi ambjentali, għad li ż-żejt tal-fjuwil dejjem jikkaġuna ħsara lill-ambjent. F'dan ir-rigward, il-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja ġġudikat li t-terminu "Ambjent" ma setax jintuża fl-isem tal-prodott 264 .

Fil-"Kriterji ta' Konformità" tiegħu, il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali jqis li:

"L-evidenza għandha tkun ċara u robusta, u l-asserzjonijiet għandhom jitkejlu bl-użu tal-iktar metodi xierqa. L-ittestjar minn partijiet terzi indipendenti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korpi kompetenti jekk tiġi kkontestata l-asserzjoni. Jekk l-istudji minn esperti jwasslu għal nuqqas ta' qbil sinifikanti jew dubju fuq l-impatti ambjentali, l-operatur tas-suq għandu jżomm lura milli jikkummerċjalizza l-messaġġ għalkollox.

Il-kontenut u l-ambitu tad-dokumentazzjoni sejrin jiddependu mill-kontenut speċifiku tad-dikjarazzjoni. Il-kumplessità tal-prodott jew l-attività sejra tkun ta' rilevanza f'dan ir-rigward.

L-asserzjonijiet għandhom jiġu riveduti u aġġornati b'mod regolari sabiex jiżguraw li jibqgħu rilevanti. L-asserzjonijiet għandhom jerġgħu jiġu vvalutati kif ikun hemm bżonn, fid-dawl tal-iżvilupp teknoloġku, u l-emerġenza ta' prodotti komparabbli jew ċirkustanzi oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-preċiżjoni jew iż-żamma maż-żmien tal-asserzjoni."

"L-asserzjonijiet ambjentali ma għandhomx ikunu marbutin ma' titjib meta mqabbel ma' prodott mingħand l-istess operatur tas-suq jew kompetitur li ma għadux fis-suq jew l-operatur tas-suq ma jibqax ibigħ lill-konsumaturi, sakemm dan it-titjib ma jkunx sinifikanti u riċenti."

5.1.6Applikazzjoni tal-Anness I għall-asserzjonijiet ambjentali

Il-prattiċi li ġejjin elenkati fl-Anness I huma ta' rilevanza partikolari għall-asserzjonijiet ambjentali:

 

Il-punt Nru 1 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant isostni li huwa firmatarju ta’ kodiċi ta’ kondotta meta ma jkunx."

Pereżempju:

·Operatur tas-suq juri b'mod falz fuq is-sit web tiegħu li huwa firmatarju għal kodiċi ta' kondotta dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott.

 

Il-punt Nru 2 tal-ANNESS I

"Il-wiri mill-kummerċjant ta’ marka ta’ fiduċja, marka ta’ kwalità jew ekwivalenti mingħajr ma jkun kiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa."

Pereżempju:

·L-użu ta' xi tikketta tal-UE jew nazzjonali (eż.: L-Ekotikketta tal-UE, it-Tikketta Nordika Swan, Blue Angel jew logo) mingħajr awtorizzazzjoni.

 

 

Il-punt Nru 3 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant isostni li fil-kodiċi ta’ kondotta għandu l-appoġġ uffiċjali ta’ xi korp pubbliku jew korp ieħor, meta ma jkollux."

Pereżempju:

·Operatur tas-suq jiddikjara b'mod falz li l-kodiċi ta' kondotta tal-kumpanija tal-manifattura tal-karozzi tiegħu huwa approvat mill-aġenzija ambjentali nazzjonali, ministeru jew organizzazzjoni tal-konsumatur.

 

Il-punt Nru 4 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant isostni li huwa (inklużi l-prattiċi kummerċjali tiegħu) jew xi prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta huwa/dan ma kienx jew isostni hekk mingħajr ma jikkonforma ruħu mat-termini tal-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni."

Pereżempju:

·Id-dikjarazzjoni b'mod falz li prodott ġie approvat minn aġenzija ambjentali, NGO jew korp ta' standardizzazzjoni.

 

Il-punt Nru 10 tal-ANNESS I

"Fejn il-kummerċjant jippreżenta drittijiet mogħtija mil-liġi lill-konsumaturi bħala karatteristika distintiva tal-offerta tiegħu."

Din id-dispożizzjoni tiċċara li l-operaturi tas-suq ma għandhomx iqarrqu bil-konsumatur billi jenfasizzaw b'mod eċċessiv attributi li ġejjin minn rekwiżiti regolatorji.

Pereżempju:

·L-operaturi tas-suq ma għandhomx jiddikjaraw li prodott huwa ħieles minn ċerti sustanzi jekk it-tali sustanzi diġà jkunu pprojbiti mil-leġiżlazzjoni.

5.1.7It-tqabbil tal-asserzjonijiet ambjentali

L-asserzjonijiet ambjentali jistgħu jissuġġerixxu li prodott iktar għandu impatt pożittiv fuq l-ambjent jew jagħmel inqas ħsara lill-ambjent meta mqabbel ma' prodotti jew servizzi tal-kompetituri. Prodotti bi tqabbil bħal dan għandhom jiġu vvalutati bi tqabbil ma' prodotti simili.

L-infurzaturi u l-korpi awtoregolatorji nazzjonali normalment jinterpretaw dan il-prinċipju li jfisser li t-tqabbil għandu jirreferi għal prodotti fl-istess kategorija ta' prodotti.

Madankollu, jidher li daqstant ieħor huwa importanti li l-metodu użat sabiex tiġi prodotta l-informazzjoni huwa l-istess, li huwa applikat b'mod konsistenti (jiġifieri l-istess għażliet u regoli metodoloġiċi huma applikati, ir-riżultati huma riproduċibbli), u li l-metodu applikat jippermetti li jsiru paraguni, inkella kwalunkwe paragun isir inqas sinifikanti 265 . 

Id-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom huwa permess li jsir reklamar komparattiv. It-tqabbil tal-benefiċċji ambjentali tal-prodotti għandu, fost l-oħrajn:

1.ma jkunx qarrieqi skont it-tifsira tal-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD;

2.iqabbel prodotti jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsubin għall-istess għan;

3.iqabbel b'mod oġġettiv karatteristika materjali, rilevanti, verifikabbli u rappreżentattiva waħda jew iktar ta' dawk il-prodotti u s-servizzi.

Pereżempju:

·Fir-Renju Unit, reklam fl-istampa għal kumpanija tal-gass kien intitolat "Pass 'il quddiem għal ħajja iktar ekoloġika". Kien jiddikjara li "Meta tinstalla bojler tal-kondensazzjoni tal-gass b'effiċjenza għolja, tnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħek meta mqabbel mal-użu ta' żejt jew elettriku". Sottotitlu ddikjara "l-fatti juru liema fjuwil huwa l-iktar ekoloġiku" segwit minn data li kienet tqabbel l-ammont ta' diossidu tal-karbonju li l-operatur tas-suq iddikjara li kien hemm bżonn sabiex tiġi prodotta kWh enerġija minn fjuwils differenti.

L-Advertising Standards Authority (ASA) tar-Renju Unit laqgħet ilment dwar ir-reklam. L-ASA qieset li, minħabba li l-asserzjoni ma kinitx ibbażata fuq l-iktar data ta' tqabbil rilevanti, ir-reklam kien qarrieqi 266 .

·Qorti Spanjola qieset li kien qarrieqi reklam li ddikjara li l-ilma ffiltrat kien aħjar għall-ambjent milli ilma minerali fi fliexken, u ta l-impressjoni lill-konsumaturi li l-konsum ta' ilma ffiltrat minflok ilma minerali jikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent. B'mod partikolari, ir-referenza għal protezzjoni ikbar tal-ambjent tqieset li kienet qarrieqa peress li t-tqabbil ma kienx ibbażat fuq xi bażi oġġettiva bħal studju tal-impatt 267 .  

5.2Is-settur onlajn

Kif stipulat fit-Taqsima 1, id-Direttiva għandha kamp ta' applikazzjoni wiesa' ħafna peress li tkopri t-tranżazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur kollha, kemm offlajn kif ukoll dawk onlajn.

Hija newtrali għat-teknoloġija u tapplika indipendentement mill-kanal, il-mezz jew l-apparat użat sabiex tiġi implementata prattika kummerċjali min-negozju għall-konsumatur.

5.2.1Pjattaformi onlajn 

It-terminu "pjattaforma" mhuwiex definit fil-UCPD u l-użu tiegħu ma għandu ebda impatt fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva. Madankollu, it-terminu jista' jintuża sabiex jiġu deskritti uħud mill-mudelli tan-negozju li qegħdin ifeġġu flimkien mal-ekonomija diġitali.

Il-pjattaformi ġeneralment jipprovdu infrastruttura u jippermettu l-interazzjonijiet bejn il-fornituri u l-utenti għall-forniment ta' prodotti, servizzi, kontenut diġitali u informazzjoni onlajn.

Il-pjattaformi onlajn jaħdmu skont il-ħafna mudelli tan-negozju differenti: l-imġiba tagħhom tvarja minn kemm iħallu l-utenti jfittxu informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi sal-iffaċilitar, spiss bi ħlas, tat-tranżazzjonijiet kuntrattwali bejn operaturi tas-suq terzi u konsumaturi jew ir-reklamar u l-bejgħ, f'isimhom stess, ta' tipi differenti ta' prodotti u servizzi inkluż kontenut diġitali. Din il-kaxxa tipprovdi xi eżempji ta' mudelli tan-negozju spiss imsejħin "pjattaformi".

·Magni tat-tiftix (eż. Google, Yahoo!)

·Midja soċjali (eż. Facebook, Twitter)

·Għodod għall-qsim tal-esperjenzi tal-utenti (eż. Tripadvisor)

·Għodod ta' tqabbil (eż. Trivago.com, Rentalcars.com, Kayak.com, Booking.com)

·Pjattaformi ekonomiċi kollaborattivi (eż. Airbnb, Uber, BlaBlaCar)

·Pjattaformi tal-kummerċ elettroniku (swieq) (eż. Zalando, Amazon, Alibaba, Ebay)

·App stores (eż. Apple App Store, Google Play, Amazon App Store)

·Siti għax-xiri kollettiv (eż. Groupon)

5.2.2L-applikabbiltà tal-UCPD għal pjattaformi onlajn 

Peress li l-UCPD tapplika biss f'sitwazzjonijiet B2C, l-ewwel pass fil-valutazzjoni ta' jekk din id-Direttiva hijiex applikabbli għal kwalunkwe pjattaforma onlajn partikolari għandu jkun li jiġi evalwat jekk tikkwalifikax bħala "operatur tas-suq" skont l-Artikolu 2(b) tal-UCPD.

Skont valutazzjoni ta' każ b'każ, fornitur tal-pjattaforma jista' jkun qiegħed jaġixxi għal finijiet marbutin man-negozju tiegħu kull meta, pereżempju, jitlob kummissjoni fuq it-tranżazzjonijiet bejn il-fornituri u l-utenti, jipprovdi servizzi addizzjonali bi ħlas jew jagħmel id-dħul minn reklamar immirat.

Pereżempju:

·F'deċiżjoni tad-19 ta' Diċembru 2014, l-Awtorità Taljana għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni ddeċidiet li intermedjarju tal-ivvjaġġar onlajn kien "operatur tas-suq", b'rabta ma' ċerti asserzjonijiet li kien għamel fuq is-sit web Taljan tiegħu. Ir-rwol tal-kumpanija ma kienx limitat għall-ħżin tal-informazzjoni fuq il-pjattaforma tagħha, iżda kien jinvolvi attività ta' klassifikazzjoni u sistematizzazzjoni tal-informazzjoni b'rabta mal-faċilitajiet tal-lukandi, ristoranti u attrazzjonijiet turistiċi. B'mod partikolari, il-kumpanija pprovdiet servizz ta' tqabbil tal-faċilitajiet turistiċi. 268

It-tieni pass fil-valutazzjoni ta' jekk il-UCPD hijiex applikabbli għandu jkun li jiġi evalwat jekk il-fornitur tal-pjattaforma huwiex attiv fi "prattiċi kummerċjali min-negozju għall-konsumatur" skont it-tifsira tal-Artikolu 2(d), għal utenti (fornituri u riċevituri) li jikkwalifikaw bħala "konsumaturi" skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tal-UCPD.

Pjattaforma li tikkwalifika bħala "operatur tas-suq" dejjem trid tirrispetta l-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-prattiċi kummerċjali tagħha stess. B'mod partikolari, l-operaturi tas-suq huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' trasparenza tal-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD, li jeħtiġuhom iżommu lura minn azzjonijiet u ommissjonijiet qarrieqa kull meta jkunu attivi fil-promozzjoni, il-bejgħ jew il-forniment ta' prodott lill-konsumaturi.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(2) tal-UCPD, ebda fornitur tal-pjattaforma li jikkwalifika bħala "operatur tas-suq" ma għandu jaġixxi b'mod li jmur kontra r-rekwiżiti ta' diliġenza professjonali fil-prattiċi kummerċjali tiegħu stess għall-konsumaturi. Skont l-Artikolu 2(h) tal-UCPD, "diliġenza professjonali" tfisser l-istandard ta’ sengħa u kura speċjali li kummerċjant huwa raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta’ konsumaturi, proporzjonat ma’ prattika onesta fis-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fidi fil-qasam ta’ attività tal-kummerċjant; 

Id-dmirijiet ta' diliġenza professjonali ta' dawn l-operaturi tas-suq fir-rigward tal-konsumaturi skont il-UCPD tvarja minn iżda hija komplimentari għall-iskema dwar l-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà stabbilita skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għal informazzjoni illegali ospitata mill-fornituri ta' servizzi fuq talba ta' partijiet terzi.

B'mod partikolari, l-Artikolu 14(1) spiss huwa invokat minn ċerti pjattaformi, li jargumentaw li huma jaġixxu sempliċement bħala intermedjarji li jipprovdu servizzi ta' hosting, kif definiti f'dik id-dispożizzjoni, u li għalhekk mhumiex responsabbli għall-informazzjoni maħżuna.

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE (id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku)

 

Hosting

1. Meta servizz għas-soċjetà ta' l-informazzjoni jkun provdut li jikkonsisti fiż-żamma ta' informazzjoni ipprovduta minn dak li jirċievi s-servizz, Stati Membri għandhom jassiguraw li dak li jipprovdi s-servizz ma jkunx responsabbli għall-informazzjoni miżmuma fuq it-talba ta' dak li jirċievi s-servizz, bil-kundizzjoni li:

(a) dak li jipprovdi attwalment ma jkollux tagħrif ta' attività jew informazzjoni illegali u, fir-rigward ta' ħsarat, ma jkunx konxju tal-fatti jew taċ-ċirkostanzi li minnhom l-attività jew l-informazzjoni illegali tkun apparenti; jew

(b) dak li jipprovdi, malli jakkwista t-tagħrif jew meta jsir konxju, jaġixxi mingħajr dewmien biex ineħħi jew iwaqqaf l-aċċess għall-informazzjoni.

Barra minn hekk, l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jipprevjeni lill-Istati Membri milli jimponu fuq "dawk li jipprovdu hosting" obbligu ġenerali li jissorveljaw l-informazzjoni maħżuna jew li jkunu attivi fil-ġbir ta' informazzjoni.

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE (id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku)

 

L-ebda obbligu ġenerali li jsir moniteraġġ

1. L-Istati Membri m'għandhomx jimponu obbligu ġenerali fuq dawk li jipprovdu, meta jipprovdu s-servizzi koperti mill-Artikoli 12, 13 u 14, li jagħmlu moniteraġġ ta' l-informazzjoni li huma jittrasmettu jew iżommu, l-anqas obbligu ġenerali biex ikunu mfittxija fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali.

Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq meħudin mid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku għandhom kamp ta' applikazzjoni usa' u huma rilevanti b'rabta ma' tipi differenti ta' informazzjoni illegali ospitati mill-pjattaformi, inkluża informazzjoni li tikser il-liġi tal-konsumatur, informazzjoni li tikser ir-regoli dwar id-dritt tal-awtur, diskors ta' mibegħda, kontenut kriminali (terroriżmu, abbuż sesswali fuq it-tfal), dikjarazzjonijiet malafamanti, eċċ., kif ukoll informazzjoni dwar attività illegali.

Dan id-dokument ta' Gwida ma għandux l-għan li jipprovdi kjarifika għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku. Ir-rwol tal-pjattaformi inġenerali ġie vvalutat fi ħdan il-qafas ta' analiżi komprensiva dwar ir-rwol tal-intermedjarji. 269  

Din il-Gwida tirreferi biss għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku fid-dawl tar-relazzjoni tagħhom mal-UCPD. L-uniku skop tagħha huwa li tiċċara u tiffaċilita l-infurzar tal-UCPD fir-rigward tal-pjattaformi onlajn kontra l-isfond li spiss jargumentaw li jistgħu jinvokaw, b'mod partikolari l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku.

Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku fir-rigward tar-responsabbiltà tal-fornituri ta' hosting f'diversi kawżi, b'mod partikolari l-Kawżi Magħquda C-236/08 sa C-238/08, Louis Vuitton, (para. 113-119) u l-Kawża C-324/09, L'Oreal (para. 123-124, bl-enfasi miżjud), fejn ġie konkluż li din id-dispożizzjoni:

"għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa japplika għal operatur ta’ suq onlajn meta dan ma jkunx assuma rwol attiv ta’ natura li jagħtih tagħrif jew kontroll tad-data maħżuna. L-imsemmi operatur jassumi tali rwol meta jagħti assistenza maħsuba b’mod partikolari sabiex ittejjeb il-preżentazzjoni tal-offerti għall-bejgħ inkwistjoni jew sabiex tippromwovi dawn tal-aħħar.

Meta l-operatur ta’ suq onlajn ma jkunx assuma rwol attiv fis-sens previst fil-punt preċedenti u meta l-forniment ta’ servizz tiegħu konsegwentement jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31, huwa ma jistax madankollu, f’kawża li tista’ tirriżulta f’kundanna għall-ħlas tad-danni, jipprevali ruħu mill-eżonorazzjoni mir-responsabbiltà prevista f’dik id-dispożizzjoni jekk huwa kellu konoxxenza ta’ fatti jew ċirkustanzi li abbażi tagħhom operatur ekonomiku diliġenti kellu jikkonstata l-illegalità tal-offerti għall-bejgħ inkwistjoni u, f’każ ta’ tali konoxxenza, ma jkunx aġixxa bla dewmien skont l-Artikolu 14(1)(b)."

Minn naħa, "is-sempliċi fatt li l-operatur ta’ suq onlajn jaħżen fuq is-server tiegħu l-offerti għall-bejgħ, jistabbilixxi l-modalitajiet tas-servizz tiegħu, jitħallas għal dan tal-aħħar, u jagħti pariri ta’ natura ġenerali lil klijenti tiegħu" ma jżommx lill-fornitur milli jibbaża fuq din l-eżenzjoni mir-responsabbiltà (ara l-para. 115 tas-sentenza L'Oreal).

Min-naħa l-oħra, il-fornitur ta' servizz ta' hosting għandu rwol attiv, li ma jippermettilux li jkun jista' jibbaża fuq din l-eżenzjoni, fost l-oħrajn, meta "jagħti assistenza maħsuba b’mod partikolari sabiex ittejjeb il-preżentazzjoni tal-offerti għall-bejgħ inkwistjoni jew sabiex tippromwovi" dawk l-offerti (ara l-para. 116 ta' dik is-sentenza).

Inħarġu konklużjonijiet simili fil-Kawżi Konġunti C-236/08 sa C-238/08, Louis Vuitton, rigward il-bejgħ minn Google ta' kliem ewlieni li fih trademarks ("adwords"). 270  

Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja, jekk fornitur ta' servizz ta' hosting għandux rwol attiv jew passiv irid jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ. Filwaqt li finalment il-Qorti tal-Ġustizzja biss tista' tieħu deċiżjoni fuq l-interpretazzjoni ta' din id-dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni, jista' jiġi osservat li hemm ġurisprudenza sostanzjali mill-qrati nazzjonali fuq din il-kwistjoni, iżda spiss waħda tmur kontra l-oħra. 271  

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, 272 l-element ewlieni f'dawn id-deċiżjonijiet huwa marbut mal-kapaċità tal-fornitur tal-pjattaforma li jkun jaf bid-data maħżuna jew li jkollu kontroll fuqha.

Pereżempju:

·F'kawża li involviet sit web ta' tqabbil tal-prezzijiet li kien joffri li jikklassifika l-aqwa prodotti tal-operaturi tas-suq li ħallsu tariffa addizzjonali, il-Qorti Suprema ta' Franza ċaħdet l-argument li dan is-sit ta' tqabbil kien jikkwalifika bħala sempliċi fornitur ta' servizz ta' hosting. Minflok, il-Qorti sabet li l-pjattaforma, billi tikklassifika l-prodotti wara li tirċievi ħlas mingħand operaturi tas-suq terzi, kienet qiegħda tippromwovi dawn il-prodotti b'mod indirett u b'hekk kienet qiegħda taġixxi bħala fornitur attiv ta' servizz kummerċjali għal dawn l-operaturi tas-suq 273 . 

·F'sentenza tad-19 ta' Marzu 2015, il-Qorti Federali tal-Ġustizzja tal-Ġermanja ddeċidiet li sit fejn l-utenti jiktbu l-esperjenzi tagħhom fuq il-lukandi ma kienx responsabbli għal esperjenza maqsuma minn utent li kienet tiddikjara li "Għal €37.50 il-lejl għal kull persuna kien hemm il-baqqa" f'lukanda speċifika. Sid il-lukanda ħa passi legali kontra s-sit fejn jinqasmu l-esperjenzi dwar il-lukandi, u fittxu għad-danni. Madankollu, il-qorti sabet li s-sit ta' qsim tal-esperjenzi tal-utenti ma kienx ippromwova jew xerred b'mod attiv l-esperjenza maqsuma mill-utent, iżda kellu rwol newtrali b'rabta ma' din. Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, il-qorti kkonkludiet li s-sit fejn l-utenti jaqsmu l-esperjenzi jkun responsabbli għall-kontenut tal-esperjenza maqsuma mill-utent jekk dan ikun kiser dmirijiet speċifiċi li jwettaq verifiki 274 .  

Barra minn hekk, l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jagħmilha ċara wkoll li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku "tikkomplementa l-liġi tal-Komunità applikabbli għal servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni mingħajr preġudizzju għal-livell ta' protezzjoni ta', partikolarment, interessi tas-saħħa pubblika u tal-konsumatur, kif stabbiliti b'atti tal-Komunità u leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimentahom sal-limiti li ma jirrestrinġix il-libertà li jkunu provduti servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni". Dan ifisser li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u l-acquis rilevanti tal-UE dwar il-konsumatur japplikaw fil-prinċipju b'mod komplimentari.

Minn perspettiva tal-UCPD, kull meta pjattaforma onlajn tista' titqies bħala "operatur tas-suq" skont it-tifsira tal-UCPD (Artikolu 2(b) tal-UCPD), din hija meħtieġa taġixxi bi grad ta' diliġenza professjonali (Artikolu 5(2) tal-UCPD), b'mod proporzjonat mal-qasam speċifiku ta' attività tagħha (Artikolu 2(h) tal-UCPD) u ma tqarraqx bl-utenti/il-konsumaturi tagħha permezz ta' azzjoni jew ommissjoni (speċjalment b'referenza għall-Artikoli 6(1)(f) u 7(1) u (2) UCPD).

Pjattaformi li jitqiesu "operaturi tas-suq", għandhom jieħdu miżuri xierqa li – bla ma jwasslu għal obbligu ġenerali ta' moniteraġġ jew twettiq tal-ġbir ta' informazzjoni (ara l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku) – jippermettu sabiex l-operaturi tas-suq terzi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni u sabiex l-utenti jifhmu biċ-ċar ma' min possibbilment ikunu qegħdin jikkonkludu l-kuntratti. Pereżempju, miżuri bħal dawn jistgħu jimplikaw:

·Il-possibbiltà li l-operaturi tas-suq terzi rilevanti jindikaw biċ-ċar li huma jaġixxu, fir-rigward tal-utenti tal-pjattaforma, bħala operaturi tas-suq;

·L-indikazzjoni biċ-ċar lill-utenti kollha tal-pjattaforma li sejrin jibbenefikaw biss minn protezzjoni skont il-liġijiet tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni fir-relazzjonijiet tagħhom ma' dawk il-fornituri li huma operaturi tas-suq;

·It-tfassil tal-istruttura tal-web tagħhom b'mod li l-operaturi tas-suq terzi jkunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni lill-utenti tal-pjattaforma skont il-liġi tal-UE dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-konsumatur – b'mod partikolari, l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(4) tal-UCPD fil-każ ta' stediniet għax-xiri.

Jekk l-intermedjarji onlajn li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-UCPD jonqsu milli jirrispettaw it-tali rekwiżiti ta' diliġenza professjonali jew jippromwovu, ibigħu jew ifornu b'xi mod inġust ieħor prodott lill-utenti, jistgħu jitqiesu li qegħdin jiksru l-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni – u ma jistgħux jinvokaw l-eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-intermedjarji skont id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku f'dak li għandu x'jaqsam man-nuqqasijiet tagħhom stess, peress li l-eżenzjoni hija marbuta biss ma' informazzjoni illegali maħżuna fuq talba ta' partijiet terzi.

It-taqsimiet li ġejjin jindirizza kwistjonijiet oħrajn marbutin mal-konformità mar-rekwiżiti tal-UCPD li jqisu l-mudelli tan-negozju speċifiċi żviluppati mit-tipi differenti ta' pjattaformi onlajn li rriżultaw s'issa.

5.2.3Pjattaformi tal-kummerċ elettroniku (swieq)

Il-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, imsejħin ukoll "swieq", jippermettu lill-klijenti jixtru prodotti offruti minn operaturi tas-suq terzi direttament onlajn, f'ċerti każijiet anki l-prodotti tagħhom stess (eż. Amazon, Pixmania). Ċerti swieq ikollhom offerti mingħand bejjiegħa professjonisti terzi biss; oħrajn għandhom taħlita ta' offerti mingħand individwi privati u bejjiegħa professjonisti (eż. Ebay).

Kwistjoni speċifika għas-swieq hija jekk humiex responsabbli f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità tal-prodotti fornuti mill-bejjiegħa terzi, inkluż in-nuqqas ta' kunsinna. In-nuqqas ta' konformità huwa kopert mid-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji għall-Konsumatur. 275 Skont l-Artikoli 3 u 5 ta' dik id-Direttiva, il-"bejjiegħ għandu jkun responsabbli għall-konsumatur għal kull nuqqas ta' konformità li teżisti meta l-oġġetti kienu fornuti" u li "ssir apparenti fi żmien sentejn minn meta l-oġġetti twasslu għand il-konsumatur", jiġifieri fi ħdan il-perjodu ta' garanzija legali ta' sentejn. Responsabbiltà għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt taqa' taħt il-"bejjiegħ". Skont l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji għall-Konsumatur, bejjiegħ huwa "persuna naturali jew legali li, f'kuntratt, ibigħ oġġetti tal-konsum waqt l-eżerċizzju tas-sengħa, negozju jew professjoni tiegħu".

Għaldaqstant, il-parti li trid tirrimedja n-nuqqas ta' konformità (b'tiswija, bdil, roħs fil-prezz jew rexxissjoni tal-kuntratt) hija l-persuna li magħha l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt tal-bejgħ fis-suq. Min hu dan sejjer jiddependi miċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kuntratt individwali.

Minkejja dan, kif spjegat fit-taqsima ta' qabel din, skont ir-rekwiżiti dwar id-diliġenza professjonali u t-trasparenza stabbiliti mill-Artikoli 5(2), 2(h), 6 u 7 tal-UCPD, kwalunkwe pjattaforma tal-kummerċ elettroniku, safejn tista' titqies bħala "operatur tas-suq" għandha tieħu miżuri xierqa li jippermettu, fost l-oħrajn, lill-utenti tagħha sabiex jifhmu biċ-ċar min hija l-parti kontraenti tagħhom – u l-fatt li sejrin jibbenefikaw biss mill-protezzjoni tal-liġijiet tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni b'rabta ma' dawk il-fornituri li huma operaturi tas-suq.

Kawża li bħalissa hija pendenti quddiem il-Qorti sejra tistabbilixxi liema intermedjarju – li, fil-każ inkwistjoni, huwa wieħed offlajn - jista' jitqies responsabbli għan-nuqqas ta' konformità tal-prodott u d-detriment possibbli mġarrab mill-konsumatur jekk ikun qarraq, b'azzjoni jew ommissjoni, bil-konsumatur sabiex dan emmen li l-kuntratt kien ġie konkluż miegħu minflok ma' bejjiegħ terz. 

Il-kwistjoni deċiżiva f'dan il-każ hija jekk intermedjarju professjonali jistax jitqies huwa stess li huwa parti għal kuntratt tal-bejgħ bejn żewġ konsumaturi skont id-Direttiva 1999/44/KE dwar il-Bejgħ u l-Garanziji għall-Konsumatur jekk ma jgħarrafx b'mod adegwat lill-konsumatur xerrej dwar l-identità u l-istatus tal-konsumatur bejjiegħ propju. 276

Pereżempju:

Konsumatur jixtri laptop ġdid minn suq onlajn. Kemm fl-istedina għax-xiri kif ukoll fl-informazzjoni prekuntrattwali, huwa stipulat ċar li l-bejjiegħ mhuwiex is-suq innifsu, iżda operatur tas-suq terz. Il-kuntratt li jirriżulta huwa stipulat b'mod ċar bejn il-konsumatur u l-operatur tas-suq terz. Jekk imbagħad il-konsumatur isib nuqqas ta' konformità tal-prodott irċevut mal-kuntratt, il-pretensjoni għandha tintbagħat lill-operatur tas-suq terz u mhux lis-suq.

·F'sentenza tat-18 ta' Novembru 2015, Qorti Superjuri tal-Olanda qieset aġenzija tal-ivvjaġġar onlajn, li kienet aġixxiet ta' intermedjarju bejn konsumatur li xtara biljett tal-ajru u linja tal-ajru, bħala l-bejjiegħ tal-biljetti u responsabbli għall-kumpens tal-konsumatur talli l-linja tal-ajru ma pprovdietx it-titjira. Il-qorti sabet li l-konsumatur kellu raġun għaliex assuma li kien xtara l-biljett direttament mingħand l-aġenzija tal-ivvjaġġar, peress li din tal-aħħar kienet l-uniku punt ta' kuntatt matul ix-xirja, kienet irċiviet il-ħlas u pprovdiet il-biljetti. L-impressjoni ġenerali li tat il-paġna fuq is-sit tal-aġenzija tal-ivvjaġġar kienet tagħmilha raġonevoli wkoll għall-konsumatur sabiex jassumi li kien qiegħed jixtri l-biljetti direttament mingħandha. Din is-sentenza kienet ibbażata fuq il-liġi tad-Danimarka dwar il-kuntratti 277 .  

    

Prattika oħra li tista' tqarraq bil-konsumaturi hija l-bejgħ minn swieq tal-kummerċ elettronku ta' ismijiet kummerċjali bħala kliem ewlieni f'każijiet li fihom dan jista' jkun qarrieqi fir-rigward tal-identità tal-operatur tas-suq li fil-fatt ikun qiegħed joffri l-prodott. .

Pereżempju:

·Fil-kawża eBay vs L'Oréal 278 , il-Qorti sabet li, filwaqt li prattika ta' suq onlajn li jippermetti lil dawk li jirreklamaw jixtru kliem prinċipali li jikkorrispondi għat-trademarks tal-kompetituri tagħhom ma kinitx tikser il-liġi dwar it-trademarks, kumpaniji li jużaw kliem prinċipali b'ditta li għandha trademark sabiex iżidu l-bejgħ iridu wkoll, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, ikunu trasparenti dwar min huwa l-bejjiegħ, sabiex l-utenti fuq l-internet ikunu jistgħu jistabbilixxu b'faċilità mingħand liema impriża joriġinaw il-prodotti jew is-servizzi koperti mir-reklam inkwistjoni.

Il-UCPD, b'mod partikolari l-Artikoli 6(1)(a) u 6 (2)(a), sejra tkun importanti jekk ir-riżultati murijin aktarx li jqarrqu bil-konsumaturi dwar l-għamla tal-prodott jew joħolqu konfużjoni bejn l-ismijiet kummerċjali jew marki distinti oħrajn tal-kompetituri.

Kumpaniji li jużaw kliem prinċipali b'ditti li għandhom trademark sabiex ibigħu prodotti foloz jistgħu potenzjalment ikunu qegħdin jiksru l-punt Nru 9 tal-Anness I għall-UCPD, li jipprojbixxi "Fejn il-kummerċjant jistqarr u b’mod ieħor joħloq l-impressjoni li xi prodott jista' jinbiegħ legalment meta ma jistax."

5.2.4App stores

"App store" (jew "application store") huwa portal għall-forniment ta' programmi softwer għal apparati intelliġenti (eż. smartphones u tablets), li jissejħu applikazzjonijiet ("apps" jew "applications"). Il-programmi softwer jistgħu jkunu logħob jew prodotti oħrajn, bħal gazzetti diġitali.

L-app stores ġeneralment ixerrdu apps żviluppati mill-fornitur tal-app store stess jew inkella minn żviluppaturi terzi ta' apps.

"Xirjiet mill-app" huma xirjiet li jistgħu jsiru minn ġol-apps. Meta jagħmlu xirjiet mill-app, tipikament il-konsumaturi jixtru kontenut jew karatteristiċi speċjali li jistgħu jtejbu l-esperjenza tal-logħob jew kontenut diġitali ieħor li jistgħu jkunu b'xejn sabiex jitniżżlu bħala tali.

Pereżempju:

·Fil-logħba "X's Village", l-objettiv huwa li min jilgħab jibni villaġġ virtwali għal X mix-xejn. Il-logħba tista' tniżżilha u tilgħabha b'xejn, iżda toffri l-possibbiltà li min jilgħabha jixtri kontenut addizzjonali, b'mod partikolari ammonti differenti ta' "X berries", li min jilgħab jista' juża sabiex ikompli jħaffef il-progress fil-logħba.

Fl-2013 u l-2014, l-awtoritajiet nazzjonali Ewropej għall-protezzjoni tal-konsumatur, li aġixxew permezz tan-Netwerk ta' Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi (CPC), wettqu azzjoni konġunta ta' infurzar fuq il-logħob onlajn (apps) li joffru xirjiet mill-app u li aktarx li jappellaw għat-tfal jew li jintlagħbu minnhom 279 . F'din l-azzjoni konġunta, l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar (l-awtoritajiet tas-CPC) applikaw il-UCPD u liġi rilevanti oħra tal-UE għal-logħob diġitali li joffri xirjiet mill-app. L-azzjoni tnediet minn investigazzjonijiet nazzjonali li kienu identifikaw it-tħassib li ġej fir-rigward tat-tali logħob:

Øpreżentazzjonijiet qarrieqa tal-logħob bħala "b'xejn";

Øappelli diretti lit-tfal;

Ønuqqas ta' informazzjoni dwar l-issettjar tal-pagamenti u nuqqas ta' kunsens mill-konsumaturi għax-xirjiet;

Ønuqqas ta' informazzjoni dwar l-indirizzi tal-posta elettronika tal-operaturi tas-suq.

F'Diċembru 2013, bosta awtoritajiet tas-CPC qablu fuq pożizzjoni komuni dwar dawn il-kwistjonijiet legali 280 . Il-valutazzjoni li saret f'din il-pożizzjoni komuni tapplika kemm għal app stores bħala pjattaformi, kif diskuss b'mod ġenerali fit-Taqsima 5.2.2, kif ukoll għal żviluppaturi ta' apps individwali.

Fir-rigward ta' preżentazzjonijiet qarrieqa tal-logħob bħala b'xejn, l-awtoritajiet tas-CPC identifikaw in-Nru 20 tal-Anness I u l-Artikolu 7(4)(c) tal-UCPD, minbarra l-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, bħala l-bażi legali ewlenija għall-valutazzjoni tal-konformità tal-operaturi tas-suq mal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni.

Fuq il-bażi ta' dawn id-dispożizzjonijiet, l-awtoritajiet tas-CPC iċċaraw li huwa biss dak il-logħob li fih ix-xirjiet mill-app ma jkunux obbligatorji li jista’ jiġi ppreżentat bħala "b'xejn" mingħajr ma jqarraq bil-konsumaturi. Skont il-pożizzjoni komuni, logħba onlajn ma tistax tiġi kkummerċjalizzata bħala "b'xejn" jekk il-konsumatur ma jistax jilgħab il-logħba b'mod li jkun raġonevolment qiegħed jistenna bla ma jagħmel xirjiet mill-app. Dan irid jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ għal kull app li tinkludi xirjiet mill-app.

L-awtoritajiet tas-CPC saħqu wkoll li logħba li tinstab li hija konformi mal-punt Nru 20 tal-Anness I fir-rigward tal-użu tal-kelma "b'xejn" xorta waħda tista' tiġi vvalutata skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-UCPD, bħall-Artikoli 6 sa 9, sabiex jiġi żgurat li elementi oħrajn, bħal kif tintwera l-informazzjoni dwar il-prezz, ma jkunux qarrieqa jew aggressivi.

Fir-rigward ta' appelli diretti lit-tfal, l-awtoritajiet tas-CPC identifikaw il-punt Nru 28 tal-Anness I u l-Artikolu 5(3) tal-UCPD bħala l-bażi legali ewlenija għall-valutazzjoni tal-konformità tal-operaturi tas-suq mal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni.

L-awtorajiet tas-CPC iċċaraw li l-logħob immirati lejn it-tfal, jew li l-operaturi tas-suq jistgħu jipprevedu b'mod raġonevoli li aktarx li sejrin jappellaw għat-tfal, ma jistax ikun fihom appelli diretti lit-tfal sabiex jixtru iktar oġġetti mil-logħba. Dan jinkludi sitwazzjonijiet fejn titqiegħed pressjoni fuq it-tfal biex jixtru oġġett direttament, jew biex dawn jikkonvinċu lil persuna adulta biex tixtri l-oġġetti għalihom. Jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4.6 għal eżempji ta' prattiċi kummerċjali li ġew ikkunsidrati mill-awtoritajiet nazzjonali li jinkludu appelli diretti lit-tfal.

Fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-issettjar tal-pagamenti u l-kunsens mill-konsumaturi għax-xirjiet, l-awtoritajiet tas-CPC iċċaraw li, skont l-Artikoli 7(2) u 7(4)(d) tal-UCPD u l-Artikolu 6(1)(g) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, il-konsumaturi jridu jkunu informati biċ-ċar dwar l-arranġamenti għall-pagament qabel kull xirja. 

Skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, kwalunkwe xirja teħtieġ il-kunsens espliċitu tal-konsumatur u l-operatur tas-suq irid jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni meħtieġa.

Issir referenza għall-Artikolu 54 tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament ukoll li jeħtieġ il-kunsens ta' min iħallas sabiex tiġi eżegwita t-tranżazzjoni ta' ħlas u jiddikjara li, fin-nuqqas tat-tali kunsens, tranżazzjoni ta' ħlas titqies li mhijiex awtorizzata 281 .

L-awtoritajiet tas-CPC osservaw li l-issettjar predefinit għall-pagamenti ma għandux jippermetti li jsiru xirjiet mingħajr il-kunsens espliċitu tal-konsumatur (eż. permezz ta' password). Meta s-sistema tipprovdi għal perjodi ta' ħin għall-validità tal-kunsens (eż. perjodu ta' kwarta), l-operaturi tas-suq għandhom jitolbu l-kunsens espliċitu tal-konsumatur b'rabta mad-durata applikabbli.

L-awtoritajiet tas-CPC saħqu li l-informazzjoni dwar l-identità tal-operatur tas-suq trid tkun tista' tinstab faċilment, trid tkun ċara, komprensiva u pprovduta fil-ħin qabel ma l-konsumatur jiddeċiedi li jħallas, iniżżel jew jagħmel xirja.

Fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-indirizzi tal-posta elettronika tal-operaturi tas-suq, l-awtoritajiet tas-CPC applikaw l-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku li, skont din, flimkien mal-Artikolu 7(5) tal-UCPD, din l-informazzjoni tikkwalifika bħala materjali skont it-tifsira tal-UCPD.

Wara li f'Ġunju 2014 daħlet fis-seħħ id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, l-operaturi tas-suq huma meħtieġa jipprovdu lill-konsumaturi bl-indirizz tal-posta elettronika tagħhom ukoll fuq il-bażi tal-Artikolu 6(1)(c) tagħha.

5.2.5L-ekonomija kollaborattiva 282

Il-pjattaformi onlajn jistgħu jaġixxu wkoll bħala elementi ċentrali fl-ekonomija kollaborattiva u jġibu flimkien fornituri u utenti minn servizzi differenti, bħat-trasport u l-akkomodazzjoni. Bħala intermedjarju, il-pjattaforma onlajn tippermetti lill-fornituri jagħmlu l-aqwa offerti tagħhom disponibbli għall-utenti u tista' sservi wkoll ta' intermedju għat-tqegħid u l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isimhom. Fir-rigward tal-utenti, it-tali intermedjarji jippermettulhom jibbenefikaw mill-offerti pprovduti mill-fornituri. Hemm diversi tipi ta' pjattaformi kollaborattivi, inklużi inizjattivi purament privati mingħajr skop ta' qligħ.

F'Ġunju 2016 il-Kummissjoni sejra tadotta Komunikazzjoni dwar l-Ekonomija kollaborattiva bi gwida dwar kif il-liġi tal-UE tapplika għall-mudelli tan-negozju tal-ekonomija kollaborattiva. B'mod ġenerali, kull meta pjattaforma tal-ekonomija kollaborattiva tikkwalifika bħala "operatur tas-suq" u tkun attiva f'attivitajiet kummerċjali għall-konsumaturi, trid tirrispetta r-rekwiżiti dwar id-diliġenza professjonali u t-trasparenza tad-Direttiva kif deskritt fit-Taqsima 5.2.2.

B'mod partikolari, sabiex tevita milli tometti informazzjoni materjali, il-pjattaforma tal-ekonomija kollaborattiva għandha, skont l-Artikoli 6(1)(f) u 7(1) u (2) tal-UCPD, tippermetti lill-operaturi terzi tas-suq sabiex jindikaw lill-utenti li huma operaturi tas-suq, u l-pjattaforma għandha tgħarraf lill-konsumaturi dwar jekk japplikawx kriterji u jekk iva, liema, sabiex tagħżel il-fornituri li joperaw minnha u jekk isirux kontrolli u jekk iva, liema, b'rabta mal-affidabbiltà tagħhom.

Spiss, iżda mhux b'mod esklussiv, l-"ekonomija kollaborattiva" tirreferi għal tranżazzjonijiet bejn konsumaturi pari – il-fornituri u l-utenti li għandhom it-tir li jaqsmu assi, riżorsi, ħin u ħiliet (eż. trasport bil-karozza filwaqt li jaqsmu l-ispejjeż). Madankollu, skont iċ-ċirkustanzi tal-fornituri u l-attivitajiet assoċjati, jistgħu jikkwalifikaw bħala operaturi tas-suq għall-finijiet tal-UCPD ukoll. Meta l-fornitur ikun "operatur tas-suq" u l-utent ikun "konsumatur", il-UCPD sejra tapplika b'mod dirett għall-prattiċi kummerċjali tal-fornitur fuq il-pjattaforma.

Fornitur sejjer jikkwalifika bħala "operatur tas-suq" skont il-UCPD jekk ikun qiegħed jaġixxi għall-finijiet marbutin mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu (l-Artikolu 2(b)). Skont din id-definizzjoni, is-sempliċi fatt li persuna tkun attiva f'attività fl-ekonomija kollaborattiva mhuwiex sejjer ifisser li l-persuna bilfors tikkwalifika bħala "operatur tas-suq": skont il-UCPD, il-kwalifikazzjoni ta' jekk persuna hijiex “kummerċjant’ (jew "operatur tas-suq") jew le hija r-riżultat ta' valutazzjoni ta' każ b'każ, li trid tqis l-aspetti fattwali kollha, bħal jekk parti essenzjali mid-dħul ta' dik il-persuna tkunx ġejja minn attività partikolari tal-ekonomija kollaborattiva. 

5.2.6Magni tat-tiftix

Il-magni tat-tiftix jippermettu li wieħed ifittex informazzjoni fuq l-internet skont algoritmu speċifiku. Il-konsumaturi sejrin jistennew li l-magni tat-tiftix juru riżultati "naturali" jew "organiċi" rilevanti għat-tiftixa tagħhom, u fuq il-bażi ta' kriterji imparzjali biżżejjed. Madankollu, l-evidenza turi li l-magni tat-tiftix jistgħu, pereżempju, jinkludu listi ta' riżultati tat-tiftix fuq il-bażi tal-kriterji ta' rilevanza marbutin mal-livell ta' ħlas li jirċievu mingħand operaturi tas-suq terzi. L-eżempji tipiċi huma "spazju tar-reklamar bi ħlas" u "inklużjoni mħallsa", li huma forom ta' reklamar li jaqgħu taħt it-tifsira tal-UCPD.

Fl-"ispazju tar-reklamar bi ħlas", l-operaturi individwali tas-suq (siti web jew URLs) iħallsu sabiex jitilgħu iktar 'il fuq f'lista tar-riżultati tat-tiftix sabiex mhux il-kriterji ta' rilevanza biss jistabbilixxu fejn jiġu jidhru.

Fl-"inklużjoni mħallsa", l-operaturi terzi tas-suq iħallsu sabiex jiddaħħlu f'lista ta' riżultati tat-tiftix f'sitwazzjonijiet li fihom jaf ma kinux jiddaħħlu jew setgħu ma jiddaħħlux f'punt partikolari ta' żmien jekk ir-rilevanza għat-tiftixa kienet l-uniku kriterju għal kif jidhru r-riżultati tat-tiftix.

Għad li l-modi li bihom il-magni tat-tiftix isibu u jippreżentaw ir-riżultati u l-apparati li fuqhom il-konsumaturi jaraw dawn ir-riżultati dejjem qegħdin ikomplu jevolvu, il-prinċipji ewlenin tal-UCPD għadhom l-istess: sakemm il-konsumaturi ma jkunux informati b'mod ieħor, normalment sejrin jistennew li r-riżultati tat-tiftix naturali jiddaħħlu u jiġu kklassifikati fuq il-bażi tar-rilevanza għat-tiftixiet tagħhom u mhux fuq il-bażi tal-ħlas minn operaturi terzi tas-suq.

Il-UCPD ma tipprojbixxix prattiċi kummerċjali li bihom l-inklużjoni jew il-klassifikazzjoni sħaħ jew f'parti minnhom ikunu bbażati fuq il-ħlas mingħand operatur tas-suq ieħor, iżda teħtieġ li l-fornitur tal-magna tat-tiftix, safejn jikkwalifika bħala "operatur tas-suq skont il-UCPD", jagħmel distinzjoni ċara bejn it-tali riżultati tat-tiftix u r-riżultati tat-tiftixa naturali. L-iskop tat-tali divulgazzjonijiet huwa li jgħarrfu lill-konsumaturi meta jkunu qegħdin jiġu solleċitati għall-kuntrarju ta' meta jirċievu informazzjoni imparzjali.

L-Artikolu 6(1)(c) jipprevjeni lill-operaturi tas-suq milli jqarrqu bil-konsumaturi dwar il-motivi wara l-prattiċi kummerċjali, l-għamla tal-proċess ta' bejgħ u l-isponsorizzazzjoni diretta jew indiretta jew l-approvazzjoni tal-operaturi tas-suq jew tal-prodotti. Barra minn hekk, l-Artikolu 7(2) jipprevjeni lill-operaturi tas-suq milli jaħbu l-intenzjoni kummerċjali wara prattika kummerċjali.

Għaldaqstant, kwalunkwe riżultat tat-tiftixa li juru s-siti elettroniċi jew il-URLs ta' operaturi tas-suq li ħallsu sabiex jiġu inklużi jew jidhru iktar 'il fuq milli kienu jidhru skont il-kriterji ta' rilevanza jew kriterji oġġettivi oħrajn għandu jkun immarkat biċ-ċar u b'mod prominenti sabiex jintwera li sar ħlas għall-pożizzjoni fejn jidhru jew l-inklużjoni. It-tali mmarkar irid juri li s-siti elenkati huma f'pożizzjoni ogħla, jew inkella huma ppreżentati bi prominenza ikbar, għaliex ħallsu għall-pożizzjoni tagħhom jew sabiex jidhru iktar 'il fuq.

Fl-aħħar snin, il-karatteristiċi implimentati minn ċerti magni tat-tiftix użati ħafna sabiex jagħmlu distinzjoni bejn ir-reklamar u r-riżultati ta' tiftixiet naturali jidhru li saru inqas faċli li jintgħarfu mill-konsumaturi. Dan japplika b'mod partikolari għar-reklamar li jinstab eżatt fuq ir-riżultati naturali ("top ads" - "ir-reklami ta' fuq nett"). L-evidenza riċenti tissuġġerixxi li min ifittex spiss ma jagħrafx ir-reklami ta' fuq mir-riżultati tat-tiftixa naturali, speċjalment meta l-kuntrast u l-kulur tal-isfond użati sabiex issir distinzjoni mir-reklami jkunu batuti 283 .

Ħafna magni tat-tiftix joffru servizzi tat-tiftix speċjalizzati jew vertikali minbarra s-servizz tat-tiftix ġenerali tagħhom. Dan jippermetti lill-konsumaturi sabiex jispeċifikaw iktar it-tiftixa tagħhom sabiex isibu kategoriji speċifiċi ta' informazzjoni, bħal aħbarijiet, stampi, negozji lokali jew prodotti għall-konsumaturi. F'ċerti sitwazzjonijiet, ir-riżultati ta' tiftixa speċjalizzata jkunu bbażati tal-inqas f'parti minnhom fuq ħlasijiet minn parti terza. Dan għandu jkun identifikat bħala tali lill-konsumaturi.

5.2.7Għodod ta' tqabbil

Il-Kummissjoni Ewropea waqqfet grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati fuq l-għodod ta' tqabbil li jġib flimkien rappreżentanti mill-industrija, operaturi ta' għodod tat-tqabbil, NGOs u l-awtoritajiet nazzjonali 284 sabiex dan jiżviluppa prinċipji mmirati b'mod speċifiku sabiex jgħin lill-operaturi tal-għodod ta' tqabbil jikkonformaw mal-UCPD. Dan il-grupp qabel fuq lista ta' "Prinċipji Ewlenin għall-għodod ta' tqabbil", li hija konsistenti ma' din it-Taqsima. Il-prinċipji 285 mhumiex legalment vinkolanti minnhom infushom.

Bħala parti minn dawn il-Prinċipji ewlenin, il-grupp ta' diversi partijiet ikkonċernati qabel ukoll fuq id-definizzjoni li ġejja ta' għodod ta' tqabbil:

"Għall-finijiet ta' dan id-dokument, it-terminu "għodda ta' tqabbil" għandu jinftiehem bħala wieħed li jinkludi l-kontenut diġitali u l-applikazzjonijiet kollha żviluppati sabiex jintużaw mill-konsumaturi primarjament sabiex iqabblu prodotti u servizzi onlajn, indipendentement mill-apparat użat (eż. laptop, smartphone, tablet) jew il-parametru/i li fuqu jew fuqhom hija bbażata (eż. prezz, kwalità, esperjenzi maqsumin mill-utenti). Meta l-operaturi ta' magni tat-tiftix, ta' siti tal-ivvjaġġar jew tal-prenotazzjoni tal-biljetti, ta' pjattaformi tal-kummerċ elettroniku jaġixxu bħala suq għal bosta operaturi tas-suq u jiżviluppaw funzjonijiet jew applikazzjonijiet iddedikati għat-tqabbil ta' prodotti u servizzi, dawn il-funzjonijiet jew l-applikazzjonijiet huma koperti wkoll mit-terminu "għodda ta' tqabbil."

Studju riċenti għall-Kummissjoni Ewropea 286 sab li l-iktar tipi popolari ta' pjattaformi onlajn normalment joffru xi grad ta' servizzi ta' tqabbil, anki jekk f'ħafna drabi l-funzjoni ta' tqabbil tagħhom ma tkoprix varjetà ta' prodotti jew servizzi kbira daqs dik ta' siti ta' tqabbil iddedikati fuq il-web. Dawn jinkludu siti tal-prenotazzjoni tal-vjaġġi bħal Expedia, Tripadvisor, Booking.com u Opodo, magni tat-tiftix bħal Google u Yahoo. Il-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku b'bosta operaturi tas-suq bħal Amazon u eBay joffru funzjoni ta' tqabbil limitata wkoll għall-offerti elenkati fuq is-siti tagħhom.

Il-UCPD tapplika biss għall-għodda ta' tqabbil jekk din tikkwalifika bħala "kummerċjant" (jew "operatur tas-suq") skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b), jiġifieri d-Direttiva ma tapplikax għal għodod ta' tqabbil li jitħaddmu fuq bażi mhux professjonali.

Pereżempju:

· Servizz ta' tqabbil tal-prezzijiet ta' prodotti tal-merċa ("quiestlemoinscher.com", maħluqa minn kumpanija Franċiża kbira ta' supermarkets) tqies mill-qrati ta' Franza li huwa sit elettroniku tal-operaturi tas-suq u għodda għar-reklamar komparattiv 287 . 

·Fil-prinċipju, organizzazzjoni tal-konsumatur li topera għodda ta' tqabbil li toffri informazzjoni lill-konsumaturi bi ħlas ta' abbonament ikollha tirrispetta r-rekwiżiti tal-UCPD. Tabilħaqq, dan is-servizz jista' jkun parti mill-istrateġija tal-organizzazzjoni sabiex jinkiseb profitt kummerċjali mis-servizzi tagħha għall-konsumaturi, sabiex b'hekk tagħmilha "kummerċjant" (jew "operatur tas-suq") skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva.

Jekk il-fornituri ta' għodod ta' tqabbil li jikkwalifikaw bħala operaturi tas-suq jirrispettawx l-obbligi ta' trasparenza tagħhom skont l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD irid jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ.

F'din il-valutazzjoni jistgħu jkunu rilevanti kriterji differenti, pereżempju jekk jipprovdux informazzjoni dwar:

·il-kopertura tat-tqabbil (eż. is-setturi u n-numru ta' operaturi tas-suq);

·il-kriterji applikati għat-tqabbil u l-klassifikazzjoni ta' prodotti (eż. jekk prodotti bi ħlas jew sponsorjati humiex inklużi mar-riżultati tat-tqabbil, jekk il-preżentazzjoni tar-riżultati tat-tqabbil tagħmilx distinzjoni ċara bejn il-prodotti li huma inklużi jew ikklassifikati fuq il-bażi ta' pagament u prodotti oħrajn, jekk humiex inklużi servizzi mhux obbligatorji oħrajn);

·il-frekwenza tal-aġġornamenti tal-informazzjoni (b'mod partikolari l-prezz u d-disponibbiltà tal-prodotti).

It-tali informazzjoni tista' tippermetti lill-konsumaturi jifhmu li l-klassifikazzjoni tal-prodotti jew l-operaturi tas-suq jaf ma tkunx eżawrjenti u li jistgħu jsibu offerti oħrajn jekk jużaw kanal ta' informazzjoni differenti. Sejra tgħin ukoll sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' tqarrib mill-listi mmarkati bħala "l-aqwa offerta" jew "l-għażla rakkomandata".

Fil-"Prinċipji ewlenin għall-għodod ta' tqabbil", il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-għodod ta' tqabbil qies li:

"Il-kriterji użati għall-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu indikati ċari u prominenti, kif ukoll, fejn rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jkunux imqarrqin, informazzjoni ġenerali dwar kwalunkwe metodoloġija speċifika użata (...). L-għodod ta' tqabbil għandhom jagħtu indikazzjoni ċara dwar il-kompletezza u l-kopertura tat-tqabbil".

Ċerti għodod ta' tqabbil jużaw dikjarazzjonijiet bħal "l-aqwa offerti" sabiex jidentifikaw offerti li mhux bilfors ikunu l-irħas, iżda dawk li joffru l-aqwa valur għall-flus. L-ommissjoni ta' informazzjoni dwar il-kriterji għall-asserzjoni ta' "l-aqwa offerta" tista' tkun qarrieqa skont l-Artikolu 7 tal-UCPD.

Skont l-Artikolu 6(2) tal-UCPD, il-fornituri ta' għodod ta' tqabbil li jikkwalifikaw bħala operaturi tas-suq skont il-UCPD u jkunu attivi fi kwalunkwe komunikazzjoni kummerċjali marbuta b'mod dirett mal-promozzjoni, il-bejgħ jew il-forniment ta' prodott jew il-provvista ta' prodott lill-konsumaturi jridu jaraw li l-informazzjoni li tiġi pprovduta mil-pjattaforma stess ma toħloqx konfużjoni ma' xi prodott, trademark, isem kummerċjali jew marka distintiva oħra ta' kompetitur. 

Skont l-Artikolu 6(1)(d) u 7(4)(c) tal-UCPD, il-prezz totali jew il-mod li bih jiġi kkalkolat irid ikun indikat biċ-ċar, inkluż, "fejn ikun xieraq, kull ammont ta’ ħlas addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ħlas ta’ kunsinna jew ħlas postali". B'hekk, jekk is-sit tal-għodda ta' tqabbil ma jbigħx direttament huwa stess u b'hekk ma jiħux ħsieb it-tali tariffi għall-kunsinna, ma jkollux bżonn jurihom.

Meta l-prodotti jew is-servizzi mqabblin ma jkunux l-istess, id-differenzi fil-karatteristiċi ewlenin tagħhom għandhom jiġu indikati biċ-ċar.

Fil-"Prinċipji ewlenin għall-għodod ta' tqabbil", il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-għodod ta' tqabbil qies li:

"L-għodod ta' tqabbil għandhom jaraw li l-informazzjoni kollha li jipprovdu hija preċiża u, b'mod partikolari, li l-informazzjoni dwar il-prezz u d-disponibbiltà tikkorrispondi bl-eżatt għall-offerta kif tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni mill-bejjiegħ tal-prodott jew is-servizz. L-informazzjoni dwar id-disponibbiltà qatt ma għandha tagħti impressjoni falza ta' skarsezza".

L-għodod ta' tqabbil kultant juru prezzijiet li ma jistgħux jinstabu meta l-konsumaturi jmorru fil-paġna fuq is-sit tal-operatur tas-suq li jipprovdi l-prodott propju 288 . Jekk għodda ta' tqabbil turi prezzijiet jew prodotti li fil-fatt mhumiex disponibbli, jista' jkun li tkun qiegħda tikser l-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD u, skont iċ-ċirkustanzi, bosta dispożizzjonijiet tal-lista s-sewda fl-Anness I tal-UCPD, li jipprojbixxu, f'kull ċirkustanza, reklamar nasba (punt Nru 5), "bait and switch" (punt Nru 6) u l-għoti ta' informazzjoni impreċiża b'mod materjali dwar il-kundizzjonijiet tas-suq bl-intenzjoni li jinduċu lill-konsumatur jixtri dak il-prodott b'kundizzjonijiet inqas favorevoli mill-kundizzjonijiet normali tas-suq (punt Nru 18). Din il-valutazzjoni hija mingħajr ħsara għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku.

Dikjarazzjonijiet qarrieqa dwar disponibbiltà limitata ta' prodott jistgħu jkunu qegħdin jiksru l-Artikolu 6(1)(b) tal-UCPD.

Pereżempju:

·Pjattaforma kbira ta' prenotazzjoni tal-akkomodazzjoni ġiet immultata mill-Qorti Kummerċjali ta' Pariġi talli wriet informazzjoni qarrieqa fuq id-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni u l-eżistenza tal-promozzjonijiet tal-prezzijiet 289 .

·F'April 2014, il-Kumitat tal-Olanda għall-Kodiċijiet ta' Reklamar sab li r-reklami fuq pjattaforma kbira ta' prenotazzjoni tal-akkomodazzjonijiet kienu qarrieqa. L-asserzjonijiet kienu: "We have only 1 room left!" ("Fadlilna kamra waħda biss!")u "Only 1 room left" ("Fadal kamra waħda biss") bi prezz partikolari. L-awtorità sabet li ma kienx ċar għall-konsumatur medju li dawn l-asserzjonijiet kienu marbutin biss mal-kmamar li lukanda kienet qiegħdet għad-dispożizzjoni fuq dik il-pjattaforma. In-nuqqas min-naħa tal-pjattaforma milli tgħarraf lill-konsumaturi li l-asserzjonijiet tagħha kienu marbutin biss ma' dawk il-kmamar kien ifisser li l-konsumaturi setgħu jitqarrqu u jemmnu li l-lukandi kienu prenotati kollha, filwaqt li fil-fatt l-istess lukandi seta' kellhom kmamar disponibbli minn fuq kanali oħrajn ta' prenotazzjoni. F'Lulju 2014, din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Bord tal-Appelli 290 . 

·Għodda ta' tqabbil tista' tuża tekniki differenti sabiex timplika lill-konsumaturi li prodott mhuwiex disponibbli. Pereżempju, billi tuża t-teknika ta' "tbaxxija tad-dawl", għodda ta' tqabbil tneħħi l-istampi marbutin mal-offerta ta' fornitur speċifiku wieħed filwaqt li żżomm l-istampi ta' fornituri oħrajn. Dan jista' jwassal sabiex il-konsumaturi jikklikkjaw ferm inqas fuq l-offerta bla stampi. Jekk it-tali preżentazzjoni aktarx li tqarraq bil-konsumaturi, tista' tmur kontra l-Artikolu 6(1)(b) għaliex tkun qarrieqa b'rabta mad-disponibilità ta' prodott u kontra l-Artikolu 7(2) tal-UCPD peress li l-informazzjoni tkun ipprovduta b'manjiera mhux ċara.

L-evidenza disponibbli tissuġġerixxi 291 li l-għamla tar-relazzjoni bejn l-operaturi tal-għodod ta' tqabbil u l-bejjiegħa ta' prodotti u servizzi li jidhru prominenti fuq il-pjattaformi tagħhom spiss ma tkunx ċara għall-konsumaturi.

Kif diskuss fit-Taqsima 5.2.6 dwar il-magni tat-tiftix, il-UCPD teħtieġ li l-operaturi kollha tas-suq jagħmlu distinzjoni ċara bejn riżultat ta' tiftixa naturali u reklami. Dan japplika wkoll għall-operaturi ta' għodod ta' tqabbil. Id-dispożizzjonijiet rilevanti f'dan ir-rigward huma l-Artikolu 6(1)(c) u (f) u l-Artikolu 7(2) tal-UCPD.

Fil-"Prinċipji ewlenin għall-għodod ta' tqabbil", il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-għodod ta' tqabbil qies li:

"Il-konsumaturi jridu jkunu informati biċ-ċar meta relazzjoni kuntrattwali jew xi tip ieħor ta' relazzjoni bejn l-operatur tal-għodda ta' tqabbil u operatur tas-suq jaffettwaw l-imparzjalità tar-riżultati murijin. Meta l-klassifikazzjoni normali tkun affettwata minn relazzjoni kuntrattwali jew xi tip ieħor ta' relazzjoni bejn l-operatur tas-CT u l-manifattur/il-bejjiegħ/il-fornitur/kwalunkwe organizzazzjoni oħra, din għandha tkun immarkata biċ-ċar u l-konsumaturi għandhom jingħataw l-għażla li jikklassifikaw l-offerti b'mod imparzjali wkoll (eż. bi prezz axxendenti)".

Il-"Prinċipji ewlenin għall-għodod ta' tqabbil" jgħidu wkoll li:  

"L-għodod ta' tqabbil għandhom ikunu trasparenti dwar il-mudelli tan-negozju u ta' finanzjament tagħhom, inklużi s-sidien, l-azzjonisti, il-konnessjonijiet materjali mal-manifatturi, il-bejjiegħa jew il-fornituri tal-prodotti u s-servizzi murijin. Kwalunkwe konnessjoni materjali mal-operaturi li l-prodotti/is-servizzi tagħhom jitqabblu fuq l-għodod ta' tqabbil għandha tkun żvelata b'mod adegwat."

Pereżempju:

·Kartellun fuq il-paġna li turi r-riżultati tat-tiftixa li jidentifika biċ-ċar ir-reklami.

·L-użu ta' kulur, tipa jew displej speċifiċi sabiex jidentifikaw ir-reklami, inkluż permezz ta' ikoni speċjali.

Ċerti nuqqasijiet min-naħa tal-għodod ta' tqabbil milli jiżvelaw kif xieraq inklużjoni jew spazju ta' reklamar bi ħlas tqiesu li huma qarrieqa mill-awtoritajiet nazzjonali.

Pereżempju:

·Sit elettroniku ta' tqabbil tal-prezzijiet offra li jikklassifika l-prodotti tal-operaturi tas-suq li jħallsu tariffa addizzjonali. Il-Qorti Suprema ta' Franza ddeċidiet li d-deċiżjonijiet tranżazzjonali tal-konsumaturi jistgħu jkunu influwenzati minn displej komparattiv u l-konsumaturi jistgħu ma jifhmux l-intenzjoni jew it-tir kummerċjali tiegħu. Fuq din il-bażi, il-prattika kummerċjali tas-sit elettroniku ta' tqabbil ġiet ikkwalifikata bħal qarrieqa. Il-Qorti sabet li n-nuqqas min-naħa tal-għodda ta' tqabbil milli tidentifika biċ-ċar din il-klassifikazzjoni 'il fuq bħala bi ħlas aktarx li taffettwa b'mod materjali l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi 292 .

·Servizz popolari ta' tqabbil u prenotazzjoni ppermetta lil-lukandi jimmanipulaw il-klassifikazzjoni billi jħallsu tariffi ta' kummissjoni ogħla. Il-Qorti Reġjonali ta' Berlin sabet li din hija prattika qarrieqa 293 .

L-għodod ta' tqabbil li jikklassifikaw il-prodotti billi jużaw il-punteġġi kkalkolati fuq il-bażi tal-esperjenzi maqsumin mill-utenti għandhom jirrispettaw il-prinċipji diskussi fit-Taqsima 5.2.8 fuq l-għodod ta' qsim tal-esperjenzi tal-utenti wkoll.

5.2.8Għodod għall-qsim tal-esperjenzi tal-utenti

Ħafna pjattaformi onlajn joffru lill-konsumaturi l-possibbiltà li jgħarrfu lil konsumaturi oħrajn dwar kif sabu prodott jew fornitur ta' servizz. Dan jinkludi pjattaformi tal-Kummerċ Elettroniku, magni tat-tiftix, siti speċjalizzati fil-qsim tal-esperjenzi ta' vvjaġġar tal-utenti, għodod ta' tqabbil u netwerks soċjali.

Pereżempju:

·Fid-19 ta' Ġunju 2015, l-Awtorità tar-Renju Unit għall-Kompetizzjoni u s-Swieq ippubblikat rapport dwar il-qsim tal-esperjenzi tal-utenti u l-approvazzjonijiet onlajn fir-Renju Unit wara sejħa għal informazzjoni lill-industrija u l-konsumaturi 294 . Fost is-sejbiet f'dan ir-rapport kien hemm li: "Il-konsumaturi li jaqraw esperjenzi maqsumin minn utenti oħrajn isibuhom utli. Nistmaw li jużawhom iktar minn nofs l-adulti tar-Renju Unit. Fost is-sitt setturi ġenerali li osservajna, nistmaw li £23 biljun fis-sena mill-infiq fir-Renju Unit mill-konsumaturi huwa potenzjalment influwenzat mill-esperjenzi maqsumin minn utenti oħrajn. Il-konsumaturi li jużaw l-esperjenzi maqsumin minn utenti oħrajn jidhru li jafdawhom u jidhru li huma sors importanti ta' informazzjoni għad-deċiżjonijiet ta' xiri tal-konsumaturi. Barra minn hekk, ħafna mill-konsumaturi qalu li l-prodott jew is-servizz mixtri wara li qraw l-esperjenzi ta' oħrajn ħadem kif kienu qegħdin jistennew".

Il-UCPD tapplika għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tikkwalifika bħala "kummerċjant" (jew "operatur tas-suq") skont l-Artikolu 2(b) tal-UCPD. Fir-rigward tal-esperjenzi maqsumin mill-konsumaturi, id-Direttiva mhijiex sejra tapplika għal konsumaturi li jipprovdu informazzjoni dwar kif marru bil-prodotti jew is-servizzi, sakemm ma jkunux qegħdin jaġixxu f'isem operatur tas-suq. Madankollu, sejra tapplika għall-prattika ta' ħafna pjattaformi onlajn li jippreżentaw l-esperjenzi maqsumin mill-utenti, diment li dawn il-pjattaformi jikkwalifikaw bħala operaturi tas-suq. Il-kunċett ta' "kummerċjant" (jew "operatur tas-suq") skont it-tifsira tal-UCPD huwa diskuss fit-Taqsima 2.1.

Meta jippubblika l-esperjenzi maqsumin mill-utenti, operatur tal-pjattaforma huwa meħtieġ jipprovdi informazzjoni vera fuq il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tiegħu skont l-Artikoli 6(1)(b) u 7(4)(a) tal-UCPD. B'mod partikolari, il-pjattaforma ma għandhiex tqarraq bl-utenti tagħha rigward l-oriġini tal-esperjenzi maqsumin: għandha tevita milli toħloq l-impressjoni li l-esperjenzi maqsumin imtellgħin fuqha joriġinaw minn utenti veri, meta ma tkunx tista' tiżgura dan b'mod adegwat. F'dan il-każ, l-operatur ta' pjattaforma għandu jgħarraf lill-konsumaturi dwar dan il-fatt biċ-ċar. Jekk, għall-kuntrarju, fornitur ta' għodda ta' qsim tal-esperjenzi tal-utenti jiddikjara li l-esperjenzi maqsumin fuq l-għodda tiegħu ġejjin mill-utenti, għandu jieħu passi raġonevoli u proporzonati li – mingħajr ma jwasslu għal obbligu ġenerali ta' moniteraġġ jew ġbir ta' informazzjoni (ara l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku) – iżidu l-probabbiltà li t-tali esperjenzi maqsumin jirriflettu l-esperjenzi reali tal-utenti.

It-tali passi jinkludu, pereżempju:

Øli jkollhom il-mezzi tekniċi sabiex jivverifikaw l-affidabbiltà tal-persuna li taqsam esperjenza, pereżempju billi jitolbuha tirreġistra;

Øjivverifikaw l-indirizz tal-IP użat għas-sottomissjoni tal-esperjenza maqsuma;

Øjitolbu l-informazzjoni li biha l-persuna tirrikonoxxi li fil-fatt użat l-oġġett tal-esperjenza maqsuma (eż. numru tal-prenotazzjoni).

Fil-"Prinċipji ewlenin għall-għodod ta' tqabbil", il-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-għodod ta' tqabbil qies li:

"L-għodod ta' tqabbil għandhom jieħdu miżuri sabiex jaraw li l-esperjenzi maqsumin u l-klassifikazzjonijiet ipprovduti mill-utenti jkunu affidabbli, u għandhom jipprovdu ħarsa ġenerali lejn il-metodoloġija użata kemm hemm bżonn sabiex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitqarrqux."

Jekk operatur terz tas-suq jaqsam esperjenzi mhux veri f'isem il-konsumaturi (jew iqabbad aġenziji tar-reputazzjoni elettronika sabiex jagħmlu dan) ikun qiegħed jaġixxi bi ksur tal-punt Nru 22 tal-Anness I tad-Direttiva, li jipprojbixxi li operatur tas-suq "bil-qerq juri ruħu bħala konsumatur". Konsegwentement, kwalunkwe esperjenza maqsuma ppreżentata minn operatur tas-suq bħala pprovduta minn konsumatur trid tkun tirrifletti b'mod ġenwin l-opinjonijiet, is-sejbiet, it-twemmin jew l-esperjenza veri tal-konsumaturi.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq tella' "likes" għall-prodotti tas-snien tiegħu fuq is-sit elettroniku tiegħu stess u ddikjara "esperjenzi maqsumin minn klijenti veri garantiti" u mbagħad illinkja l-"likes" għal sit fejn jinqasmu l-esperjenzi tal-utenti, li fuqu l-esperjenzi pożittivi tal-konsmaturi ngħataw preferenza fuq dawk newtrali jew negattivi. Qorti tal-Appell tal-Ġermanja sabet li hija prattika qarrieqa min-naħa tal-operatur tas-suq li jiddikjara "esperjenzi maqsumin minn klijenti veri garantiti", meta l-link ma kinitx qiegħda tagħti kont oġġettiv tal-fehmiet tal-konsumaturi 295 .  

·F'Ottubru 2015, l-ikbar kumpanija tat-telekomunikazzjoni tal-Kanada qablet li tħallas multa ta' 1,250,000 dollaru Kanadiż talli ħeġġet lill-impjegati tagħha jtellgħu esperjenzi u klassifikazzjonijiet pożittivi tal-prodotti tal-kumpanija mingħajr ma jiżvelaw li kienu jaħdmu għall-kumpanija. Il-Canadian Competition Bureau sab li dawn l-esperjenzi maqsumin u l-klassifikazzjonijiet ħolqu l-impressjoni ġenerali li kienu saru minn konsumaturi indipendenti u imparzjali u affettwaw b'mod temporanju l-ammont kumplessiv ta' stilel mogħtijin għall-prodotti inkwistjoni 296 .

Prattika problematika li ġiet irrapportata mill-awtoritajiet ta' infurzar hija li nstabu siti fejn jinqasmu esperjenzi tal-utenti li jaħbu esperjenzi negattivi ġenwini maqsumin minn utenti, bla ma jagħmluha ċara lill-konsumaturi li qiegħed jintwera biss sehem żgħir mill-esperjenzi maqsumin 297 . 

Din tista' tkun azzjoni qarrieqa li tmur kontra l-Artikolu 6 tal-UCPD jew ommissjoni qarrieqa li tmur kontra l-Artikolu 7 tal-UCPD. B'mod partikolari, il-ħolqien attiv min-naħa tas-sit fejn jinqasmu l-esperjenzi ta impressjoni falza jew qarrieqa b'mod kumplessiv dwar l-għamla jew il-funzjonament tiegħu u l-ommissjoni ta' informazzjoni materjali (jiġifieri nuqqas ta' informar lill-konsumaturi li mhux l-esperjenzi kollha maqsumin minn konsumaturi ġenwini huma ppubblikati) jista' jwassal sabiex il-konsumaturi medji li jaqraw l-esperjenzi onlajn jibqgħu jużaw il-pjattaforma onlajn jew jieħdu deċiżjoni li jikkuntattjaw lil operatur tas-suq li ma kinux jieħdu li kieku kienu jafu li jitneħħew l-esperjenzi negattivi. Skont iċ-ċirkustanzi, l-ommissjoni ta' esperjenzi ġenwini tista' tkun ommissjoni qarrieqa minnha nfisha.

Din il-prattika tista' wkoll tmur kontra r-rekwiżiti ta' diliġenza professjonali kif stipulat fl-Artikolu 5(2) tal-UCPD. Nuqqas min-naħa ta' sit fejn jinqasmu l-esperjenzi milli jippubblika l-esperjenzi ġenwini kollha bla ma jgħarraf lill-konsumaturi b'dan il-fatt b'manjiera ċara jista' jmur kontra l-istandard ta' ħila u attenzjoni speċjali li pjattaforma onlajn li tipprovdi l-esperjenzi tal-utenti tista' tkun mistennija teżerċita favur il-konsumaturi. Konsegwentement, sabiex jiżguraw li jirrispettaw il-UCPD, l-operaturi tas-suq għandhom jew itellgħu kemm l-esperjenzi pożittivi kif ukoll negattivi jew inkella jgħarrfu biċ-ċar lill-konsumaturi li ma jittellgħux l-esperjenzi rilevanti kollha.

Prattika kummerċjali oħra hija s-suppressjoni ta' esperjenzi negattivi ġenwini li sseħħ billi l-operaturi tas-suq jġiegħlu lill-konsumaturi u lis-siti fejn jinqasmu l-esperjenzi sabiex jipprevjenu l-pubblikazzjoni ta' esperjenzi negattivi dwarhom 298 .

Dawn il-prattiċi jistgħu jkunu jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' "qarrieqa" stabbilita fl-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD jekk, pereżempju, l-operatur tas-suq jipprojbixxi l-qsim ta' esperjenzi negattivi onlajn sabiex iżomm ir-reputazzjoni tiegħu b'tali mod li ma jintwerewx l-esperjenzi negattivi dwaru. F'sitwazzjoni bħal din, il-preżentazzjoni ġenerali tal-għamla tal-operatur tas-suq u l-karatteristiċi tal-prodotti tiegħu tista' tkun qarrieqa, anki jekk l-esperjenzi pożittivi l-oħrajn ikunu veri. Dan il-qerq aktarx li jwassal sabiex il-konsumatur medju (li ma jkunx għadu daħal f'kuntatt ma' dan l-operatur tas-suq) jagħżel lil dan l-operatur tas-suq minflok kompetitur li ma jkunx qiegħed iwettaq prattiċi kummerċjali inġusti bħal dawn. Din il-prattika tista' tiġi vvalutata wkoll bħala waħda li tmur kontra d-diliġenza professjonali kif stipulat fl-Artikolu 5(2) tal-UCPD.

Pereżempju:

· F'kawża li għadha għaddejja, il-Federal Trade Commission tal-Istati Uniti kkontestat il-patti u l-kundizzjonijiet użati minn operatur tas-suq li bihom, il-konsumaturi, meta jixtru prodott, kellhom jaqblu li ma jippubblikawx esperjenzi negattivi jekk ma jkunux sodisfatti bil-prodott. Barra minn hekk, jekk il-konsumatur ikun ippubblika esperjenzi negattivi, l-operatur tas-suq ineħħi l-iskont li jkun ingħata l-konsumatur meta xtara l-prodott, sabiex b'hekk iżid b'mod sinifikanti l-prezz li kellu jħallas il-konsumatur. Sabiex jinforza dawn il-patti u l-kundizzjonijiet, l-operatur tas-suq saħansitra fetaħ kawżi kontra konsumaturi li ppubblikaw esperjenzi negattivi. Il-Federal Trade Commission qiegħda targumenta li t-tali prattiċi kummerċjali jfixklu l-ambjent tal-informazzjoni billi ma jippermettux lix-xerrejja l-ġodda potenzjali tal-prodott isiru jafu dwar l-esperjenza negattiva ta' xerrejja preċedenti, u potenzjalment iwasslu sabiex xerrejja ġodda jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f'sitwazzjoni oħra 299 .

Rabta bejn fornitur ta' għodda ta' qsim tal-esperjenzi tal-utenti li tippreżenta esperjenza ta' utent dwar prodott u l-operatur tas-suq li jforni l-prodott trid tkun żvelata bis-sħiħ jekk ir-rabta tista' taffettwa b'mod materjali l-piż jew il-kredibbiltà tal-esperjenza maqsuma, jiġifieri jekk ir-rabta ma tistax tkun raġonevolment mistennija mill-konsumatur medju. Dan għandu jippermetti sabiex il-konsumaturi jintebħu li huwa possibbli li t-tali esperjenzi ma jkunux imparzjali daqs esperjenzi mhux sponsorjati rigward il-kwalità tal-prodott.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti f'din is-sitwazzjoni huma:

-L-Artikolu 6(1)(c) tal-UCPD, li jipprevjeni lill-operaturi tas-suq milli jqarrqu bil-konsumaturi dwar il-motivi wara l-prattiċi kummerċjali u l-għamla tal-proċess ta' bejgħ; u

-L-Artikolu 7(2) u l-punt Nru 22 tal-Anness I, li jipprevjenu lill-operaturi tas-suq milli jaħbu l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali tagħhom.

5.2.9Midja soċjali

Midja soċjali bħal Facebook, Twitter, YouTube, WhatsApp, Instagram u bloggs jippermettu lill-utenti joħolqu profili u jikkomunikaw ma' xulxin, inkluż il-qsim ta' informazzjoni u kontenut, bħal fajls ta' test, stampi u awdjo. Mezz soċjali jista' jkun "chat room", blogg jew netwerk soċjali 300 .

Ċerti mezzi ta’ midja soċjali saru pjattaformi għar-reklamar, l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u l-qsim ta' esperjenzi tal-konsumaturi. Għaldaqstant, jistgħu jippreżentaw riskji ikbar għal reklamar moħbi u qarrieqi, peress li l-elementi kummerċjali spiss jitħalltu ma' kontenut soċjali u kulturali ġġenerat mill-utenti. Barra minn hekk, il-konsumaturi jistgħu jesperjenzaw il-midja soċjali l-istess bħas-servizzi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-konsumaturi u jaf ma jkunux konxji li l-operaturi tas-suq jużaw il-midja soċjali għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 7(2) u l-punt Nru 22 tal-Anness I tal-UCPD kontra l-kummerċjalizzazzjoni moħbija huma ta’ rilevanza partikolari. L-Artikolu 6(a) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jistabbilixxi rekwiżit simili.

Minn naħa, il-pjattaformi tal-midja soċjali jistgħu jikkwalifikaw bħala “operaturi tas-suq” minnhom infushom, skont il-UCPD. Min-naħa l-oħra, il-midja soċjali spiss tintuża minn operaturi tas-suq terzi sabiex iħaddmu prattiċi kummerċjali inġusti b’mod dirett lejn il-konsumaturi.

Tabilħaqq, fil-midja soċjali sseħħ firxa wiesgħa ta’ prattiċi kummerċjali.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq iħeġġeġ lill-utenti sabiex jaqsmu materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ utenti oħrajn billi joffri roħs fil-prezz fuq il-prodotti kkummerċjalizzati tiegħu bħala premju.

·Blogger jingħata vaganza b’xejn minn operatur ta’ mawriet talli jaqsam esperjenzi pożittivi dwar il-vaganza u l-operatur ta’ mawriet.

·Persuna popolari (mużika, sport) tingħata offerta ta’ “endorsement” talli ttella’ ritratti ta’ prodotti li tixtri bħal żarbun.

L-awtoritajiet nazzjonali ta’ infurzar identifikaw għadd ta’ problemi marbutin mal-midja soċjali u l-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni, bħal:

Øprattiċi kummerċjali implimentati minn pjattaformi tal-midja soċjali, inkluż dawk li jiffaċilitaw u jbigħu “likes” imħallsin u esperjenzi, blogs u kontijiet sponsorjati lil operaturi tas-suq terzi;

Øpossibbilment patti kuntrattwali standard inġusti użati minn pjattaformi tal-midja soċjali;

Øservizzi tal-midja soċjali ppreżentati lill-konsumaturi bħala “b’xejn” meta jkunu jeħtieġu data personali sabiex jingħataw aċċess;

Øprattiċi kummerċjali implimentati minn operaturi tas-suq terzi permezz ta’ pjattaformi tal-midja soċjali, inkluża kummerċjalizzazzjoni moħbija, esperjenzi mhux veri jew qarrieqa maqsumin minn utenti, appelli diretti lit-tfal, spam u nases għall-abbonament.

Kultant, id-distinzjoni bejn operaturi tas-suq terzi u utenti oħrajn tal-midja soċjali tidher imċajpra.

Pereżempju:

· Il-Gwida dwar l-Immarkar tal-Kummerċjalizzazzjoni fil-Midja Soċjali mill-Ombudsman tal-Konsumatur tan-Norveġja 301 tgħid: “Tista’ tikkummenta fuq prodotti li xtrajt inti stess jew irċivejt bħala rigal mingħand, pereżempju, sħabek jew is-sieħeb tiegħek, bla ma timmarka l-informazzjoni bħala kummerċjalizzazzjoni, diment li ma tillinkjax il-prodott ma’ netwerk ta’ reklamar. Huwa f’każijiet li fihom kemm int kif ukoll min jirreklama tieħdu vantaġġ mill-kummenti tiegħek li trid timmarkahom bħala kummerċjalizzazzjoni, pereżempju jekk tkun irċivejt ġakketta b’xejn u mbagħad titkellem fuq il-ġakketta fil-blogg tiegħek.”

L-Artikolu 6 tal-UCPD jipprevjeni lill-operaturi tas-suq milli jqarrqu bil-konsumaturi b’rabta ma’ prattiċi kummerċjali li jinvolvu l-użu ta’ sistemi bħal “likes”. Billi jippreżentaw “likes” foloz lill-konsumaturi, operatur tas-suq jista’ jqarraq bil-konsumaturi dwar ir-reputazzjoni tiegħu jew ir-reputazzjoni tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jista’ jwassal sabiex il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’sitwazzjoni oħra.

Jekk operatur tas-suq terz itella’ esperjenzi foloz f’isem il-konsumaturi (jew iqabbad lil aġenziji tar-reputazzjoni elettronika sabiex jagħmlu dan), ikun qiegħed jaġixxi b’mod li jmur kontra l-punt Nru 22 tal-Anness I tad-Direttiva, li jipprojbixxi lil individwu milli “bil-qerq juri ruħu bħala konsumatur”.

Ħafna utenti tal-midja soċjali huma tfal u żgħażagħ.

Konsegwentement, l-Artikolu 5(3) tal-UCPD jista’ jkun rilevanti bħala bażi legali għall-protezzjoni ta’ “grupp identifikabbli b’mod ċar ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli”.

Dan isaħħaħ ir-rekwiżit ġenerali tal-UCPD li tindika biċ-ċar l-iskop ta’ kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-punt Nru 28 tal-Anness I, li jipprojbixxi appelli diretti lit-tfal, jista’ jkun rilevanti bħala bażi legali wkoll.

Kwistjonijiet marbutin mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti bħala “b’xejn” jew simili huma diskussi fit-taqsima 4.4 fil-kuntest tal-punt Nru 20 tal-Anness I u fit-Taqsima 3.4.1 fir-rigward tal-ommissjoni ta’ informazzjoni materjali. Jekk pjattaforma tal-midja soċjali ma tgħarrafx lill-konsumaturi li d-data personali tagħhom sejra tiġi pproċessata għal skopijiet ekonomiċi jista’ jiġi argumentat li tkun qiegħda tħalli barra informazzjoni materjali li l-konsumatur jeħtieġ sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali informata. Sabiex ommissjoni bħal din tkun inġusta skont l-Artikolu 7 tal-UCPD, ikun irid jintwera li aktarx li twassal sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

5.2.10Pjattaformi tax-xiri kollettiv

Din il-forma ta’ kummerċ elettroniku kollaborattiv tippermetti lill-konsumaturi jixtru prodotti flimkien sabiex iġibu prezz aħjar.

Jekk pjattaforma għax-xiri fi grupp tkun operata minn “operatur tas-suq” li joperaha għal skopijiet marbutin mal-attivitajiet tan-negozju tiegħu u jkun attiv fi prattiċi kummerċjali rigward il-konsumaturi, din taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-UCPD u jkollha bżonn tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva.

Fuq il-bażi tal-Artikoli 6(1) u 7 tal-UCPD, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għat-tali pjattaformi ta’ xiri kollettiv:

Øl-informazzjoni li jipprovdu lill-konsumaturi għandha tkun ċara u preċiża rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-offerta;

Øl-informazzjoni li jipprovdu dwar il-kwalità tal-prodott/tas-servizz miksub wara xirja fi grupp ma għandhiex tkun qarrieqa. B’mod partikolari, il-kwalità ma għandhiex tkun inferjuri minn offerta bi prezz normali, sakemm il-konsumaturi ma jkunux informati biċ-ċar li dan huwa l-każ.

Pjattaformi onlajn li joffru servizzi ta’ xiri fi grupp għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u preċiża dwar il-kontenut u l-prezz tal-offerta u dwar il-fornitur tal-prodott/tas-servizz. Il-kundizzjonijiet li fihom il-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw mill-prodott (eż. in-numru minimu ta’ xerrejja, id-durata tal-offerta) għandhom ikunu stipulati ċari. Barra minn hekk, il-konsumaturi ma għandhomx jitqarrqu fuq il-vantaġġ speċifiku offrut mill-pjattaforma; fi kliem ieħor, il-prodott jew is-servizz offrut għandu jkun tal-istess kwalità, bħal prodott jew servizz mixtri f’kundizzjonijiet normali.

Pereżempju:

·Offerta għal trattament speċifiku f’ċentru tal-benessri hija reklamata b’roħs ta’ 50 % jekk tinxtara mingħand pjattaforma fi grupp. Aktarx li offerta bħal din taqa’ taħt l-Artikolu 6(1)(b) u (d) (bħala indikazzjoni qarrieqa ta’ vantaġġ fil-prezz) jekk it-trattament offrut idum biss 30 minuta filwaqt li bil-prezz sħiħ tas-soltu jdum 60 minuta, sakemm il-konsumaturi ma jkunux informati biċ-ċar dwar dan.

Pereżempju:

·Fl-1 ta’ Lulju 2013, iċ-Ċentru għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Konsumatur fil-Latvja ppubblika dokument ta’ gwida dwar il-prattiċi kummerċjali għax-xiri fi grupp 302 , li jiċċara:

- b’rabta mad-dettalji ta’ kuntatt:

“[…] l-awtur ta’ prattika kummerċjali jrid jipprovdi, skont il-liġijiet applikabbli, informazzjoni komprensiva u vera dwaru stess bħala l-bejjiegħ ta’ kupuni u, fid-dawl tal-għamla speċjali tal-portali għax-xiri kollettiv, dwar il-bejjiegħa tal-prodotti u l-fornituri tas-servizzi offruti.”

- b’rabta mal-prezz:

“Fil-każ ta’ offerti f’pakkett, jiġifieri taħlita ta’ bosta prodotti jew servizzi, meta l-prezz jista’ jvarja skont in-numru/il-volum ta’ prodotti jew servizzi mixtrija, il-prezz tal-pakkett sħiħ irid ikun indikat sabiex tiġi evitata xi impressjoni li numru ikbar ta’ prodotti jew servizzi jista’ jinxtara bi prezz orħos meta dan ma jkunx il-każ.”

5.2.11Ipprezzar dinamiku

L-ipprezzar dinamiku (imsejjaħ ukoll l-ipprezzar f’ħin reali) ifisser it-tibdil tal-prezz għal prodott b’manjiera ferm flessibbli u veloċi bħala tweġiba għad-domandi tas-suq. Pereżempju, fi Franza, l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali għall-protezzjoni tad-data 303 u l-awtorità għall-infurzar tal-konsumatur 304 dan l-aħħar ikkontrollaw is-siti elettroniċi tal-ivvjaġġar ta’ Franza 305 u sabu evidenza ta’ prattiċi ta’ pprezzar dinamiku, speċjalment prezzijiet għal biljetti tal-linji tal-ajru u tal-ferrovija li kienu jvarjaw skont il-ħin tal-ġurnata li fihom il-konsumatur jipprenota.

Skont il-UCPD, l-operaturi tas-suq jistgħu jistabbilixxu liberament il-prezzijiet li jitolbu għall-prodotti tagħhom diment li jgħarrfu lill-konsumaturi b’mod adegwat dwar l-ispejjeż totali u kif inhuma kkalkolati (l-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c) tal-UCPD). Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, il-prattiċi ta’ pprezzar dinamiku jistgħu jkunu jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “żleali” (jew “inġusti”) skont il-UCPD.

Pereżempju:

·Prattika ta’ pprezzar dinamiku li fiha operatur tas-suq iżid il-prezz għal prodott wara li konsumatur ikun qiegħdu fil-cart diġitali tiegħu tista’ titqies bħala azzjoni qarrieqa skont l-Artikolu 6(1)(d) tal-UCPD.

5.2.12Diskriminazzjoni fil-prezz

Id-diskriminazzjoni fil-prezz hija meta operatur tas-suq japplika prezzijiet differenti għal gruppi differenti ta’ konsumaturi għall-istess prodotti jew servizzi.

Bħal fil-każ tal-ipprezzar dinamiku, skont il-UCPD, l-operaturi tas-suq huma liberi li jistabbilixxu l-prezzijiet tagħhom jekk jgħarrfu b’mod adegwat lill-konsumaturi dwar dawk il-prezzijiet u kif inhuma kkalkolati.

Madankollu, id-Direttiva dwar is-Servizzi 306 tinkludi projbizzjoni ġenerali fuq id-diskriminazzjoni fil-prezz ibbażata fuq in-nazzjonalità u l-post ta’ residenza.

L-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar is-Servizzi:

“il-kondizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għal servizz, li jsiru disponibbli għall-pubbliku in ġenerali mill-fornitur” ma jistax ikun “fihom dispożizzjonijiet diskriminatorji relatati man-nazzjonalità jew post tar-residenza tar-riċevitur”.

Madankollu, l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar is-Servizzi ma jipprekludix “il-possibbiltà li jkun hemm differenzi fil-kondizzjonijiet tal-aċċess fejn dawk id-differenzi huma ġustifikati direttament bi kriterji oġġettivi”. Barra minn hekk, diskriminazzjoni diretta jew indiretta fil-prezz ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-klijent finali jew ir-residenza tiegħu jew fuq is-sede prinċipali tal-operaturi jew il-bejjiegħa ta’ biljetti fi ħdan l-Unjoni hija pprojbita b’mod espliċitu minn diversi siltiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-setturi. Dan japplika għat-trasport bl-ajru, 307 it-trasport marittimu 308 u t-trasport bil-karozza tal-linja u bil-kowċ 309 .

F’”Kontroll tal-Idoneità għas-Suq Intern tal-Avjazzjoni”, adottat mill-Kummissjoni Ewropea fis-6 ta’ Ġunju 2013, 310 din sabet li 26 % tal-linji tal-ajru kienu jipprattikaw diskriminazzjoni fil-prezz għal servizzi tal-linji tal-ajru bbażati fuq il-post ta’ residenza tal-konsumatur. Linji tal-ajru oħrajn normalment kienu japplikaw tariffi tas-servizzi biss għall-bejgħ fi Stati Membri partikolari jew kienu jippermettu lir-residenti ta’ Stati Membri partikolari jevitaw tariffi ta’ pagament.    

5.2.13Ipprezzar personalizzat

Il-possibbiltà ta’ traċċar u ta’ ħolqien ta’ profili tal-imġiba tal-konsumaturi 311 tippermetti lill-operaturi tas-suq jippersonalizzaw u jimmiraw ir-reklamar u l-offerti għal konsumaturi speċifiċi fil-forma ta’ “ipprezzar personalizzat”.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq onlajn qiegħed jibni “profili tax-xiri” fuq il-bażi tal-kapaċità tal-akkwist tal-klijenti onlajn tiegħu, sabiex l-operatur tas-suq ikun jista’ jadatta l-prezzijiet tiegħu. Klijent li jaqra fil-kategorija ta’ “kapaċità tal-akkwist superjuri” jista’ jingħaraf jew mill-indirizz tal-IP tal-kompjuter tiegħu jew inkella mezzi oħrajn, bħal cookie, meta l-konsumatur iżur is-sit elettroniku tal-operatur tas-suq mill-kompjuter tad-dar tiegħu. Il-prezzijiet proposti lil dan il-klijent jistgħu jkunu, pereżempju, medja ta’ 10% ogħla milli għal klijent ġdid jew klijent kategorizzat bħala wieħed li għandu “kapaċità tal-akkwist inferjuri”.

Bħal bl-ipprezzar dinamiku u d-diskriminazzjoni fil-prezz, skont il-UCPD l-operaturi tas-suq huma liberi li jistabbilixxu l-prezzijiet tagħhom jekk jgħarrfu lill-konsumaturi kif xieraq dwar il-prezzijiet u kif inhuma kkalkolati.

L-operaturi tas-suq li jintraċċaw u jiġbru l-preferenzi tal-konsumaturi billi jużaw data personali onlajn jikkwalifikaw bħala “kontrolluri tad-data” skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data u jridu jirrispettaw ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Dan jinkludi r-rekwiżit li l-kontrollur tad-data jrid jieqaf jibgħat kummerċjalizzazzjoni diretta jekk l-individwu li jirċiviha joġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal dak l-għan (Artikolu 14(b)). Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data jagħti d-dritt lil kull persuna sabiex ma tkunx soġġetta fil-prinċipju għal deċiżjoni li tipproduċi effetti legali li jikkonċernawha jew jaffettwawha b’mod sinifikanti u li hija bbażata biss fuq l-ipproċessar awtomatizzata tad-data maħsuba sabiex jiġu evalwati ċerti aspetti personali marbutin magħha, bħall-prestazzjoni tagħha fuq ix-xogħol, l-affidabbiltà kredizja, l-affidabbiltà, il-kondotta tagħha, eċċ.

Mid-data ta’ applikabbiltà tar-regoli l-ġodda tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, previsti fl-2018, li sejjer jieħu post id-Direttiva 95/46/KE, dawn sejrin japplikaw għall-ipproċessar, anki minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, ta’ suġġetti tad-data personali li jinsabu fl-Unjoni, kull meta (i) l-attivitajiet ta’ pproċessar ikunu marbutin mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi, indipendentement minn jekk hemmx bżonn li s-suġġett tad-data jħallas u (ii) l-attivitajiet ta’ pproċessar ikunu marbutin mal-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom diment li l-imġiba tagħhom isseħħ fi ħdan l-Unjoni.

Barra minn hekk, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jiddefinixxi l-“ħolqien ta’ profili” bħala “kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali li tikkonsisti fl-użu ta’ dik id-data għall-evalwazzjoni ta’ ċerti aspetti personali marbutin ma’ individwu, b’mod partikolari sabiex jiġu analizzati jew imbassrin aspetti li jikkonċernaw il-prestazzjoni ta’ dak l-individwu fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-interessi, l-affidabbiltà, l-imġiba, fejn jinsab jew il-movimenti tiegħu”. Imbagħad id-dritt tal-individwu li ma jkunx soġġett għal deċiżjoni individwali awtomatizzata jiġi estiż għat-tali ħolqien ta’ profil.

Meta jibagħtu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta u kummerċjali lill-konsumaturi fuq netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika, l-operaturi tas-suq iridu jirrispettaw ukoll l-Artikoli 6, 9 u 13 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika 312 . Dan jinkludi r-rekwiżit li l-kontrollur tad-data jrid jieqaf jibgħat kummerċjalizzazzjoni diretta jekk l-individwu li jirċiviha jirtira l-kunsens tiegħu.

Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika wkoll, l-użu ta’ “cookies” jew mezzi simili fuq l-apparati terminali tal-utenti għall-kisba ta’ informazzjoni mit-tali apparati huwa permess biss bil-kunsens informat tal-utenti.

L-ipprezzar/il-kummerċjalizzazzjoni personalizzati jistgħu jkunu kombinati ma’ prattiċi kummerċjali inġusti li jiksru l-UCPD.

Pereżempju:

·Jekk l-informazzjoni miġbura bil-ħolqien ta’ profili tintuża sabiex tiġi eżerċitata influwenza eċċessiva eż. operatur tas-suq isib li l-konsumatur qiegħed jispiċċalu ż-żmien biex jixtri biljett tat-titjira u jiddikjara b’gidba li fadal biss ftit biljetti disponibbli. Dan jista’ jkun qiegħed jikser l-Artikolu 6(1)(a) u l-Anness I Nru 7 tal-UCPD.

Barra minn hekk, skont l-Artikoli 8 u 9 tal-UCPD, il-kummerċjalizzazzjoni bbażata fuq l-intraċċar u l-ħolqien ta’ profili ma tistax tinvolvi prattiċi kummerċjali aggressivi. Il-punt Nru 26 tal-Anness I (ara wkoll it-Taqsima 4.5 dwar il-Kummerċjalizzazzjoni persistenti b’għodda remota) jipprojbixxi milli jsiru komunikazzjonijiet kummerċjali persistenti u mhux mixtieqa lill-konsumaturi (“spam”).

Minkejja dan, bħalissa ma jidhirx li l-politiki ta’ pprezzar personalizzat ibbażat, pereżempju, fuq il-kapaċità ta’ akkwist/il-ġid tal-klijent kif perċepiti minn operatur tas-suq, huma komuni barra l-programmi ta’ lealtà u l-vantaġġi fil-prezzijiet, li huma prattiċi kummerċjali normali, u l-prezzijiet li jvarjaw skont il-kanal ta’ distribuzzjoni użat (eż. onlajn għall-kuntrarju ta’ ħwienet fiżiċi). Fil-ftit każijiet irrapportati, il-kumpaniji kkonċernati bidlu l-prattiċi tagħhom għaliex iġġeneraw nuqqas ta’ fiduċja mill-konsumaturi fl-operatur tas-suq jew id-ditta inkwistjoni. Pereżempju fis-17 ta’ Mejju 2013, l-Office of Fair Trading tar-Renju Unit (issa msejjaħ il-Competition and Markets Authority — CMA) ippubblika rapport dwar l-ipprezzar personalizzat onlajn 313 . Ir-rapport sab “li d-deċiżjonijiet ta’ pprezzar huma influwenzati mill-analiżi tal-informazzjoni aggregata miġbura mill-konsumaturi”, iżda anki li “l-evidenza tagħna tindika li n-negozji mhumiex qegħdin jużaw l-informazzjoni dwar l-individwi sabiex jistabbilixxu prezzijiet ogħla għalihom 314 . 

Ir-rapport tar-Renju Unit jinkludi l-istudju tal-każ li ġej dwar l-ipprezzar personalizzat: 315  

·“Ħafna minn dawk li wieġbu rreferew għal dak li ġara lil Amazon.com fl-Istati Uniti fis-sena 2000. F’dak iż-żmien, kelliem tal-kumpanija ddesrivih bħala “test qasir ħafna sabiex jara kif il-klijenti jwieġbu għal diversi prezzijiet”. Raġel minnhom ftakar kif kien ordna DVD, u ħallas $24.49. Ġimgħa wara mar lura fuq Amazon u ra li l-prezz kien tela’ għal $26.24. Bħala esperiment, qaxxar mill-kompjuter tiegħu t-tags elettroniċi li kienu jidentifikaw għal Amazon bħala klijent regolari. Imbagħad il-prezz niżel għal $22.74. Ġie rrapportat ħafna li l-kritika mingħand il-konsumaturi wasslet sabiex Amazon toffri l-flus lura għal dawk li xtraw id-DVDs bi prezz ogħla. Mir-riċerka tagħna stess, ma sibna ebda evidenza ta’ prezzijiet stabbiliti fuq il-bażi tal-profili individwali tal-konsumaturi minn Amazon jew xi kumpanija oħra, għall-kuntrarju ta’ grupp usa’, jew tip, ta’ konsumaturi. Madankollu, rajna li teżisti t-teknoloġija biex isir hekk.”

5.2.14L-użu ta’ tekniki ta’ ġeolokalizzazzjoni 

Meta jixtru fi/minn Stat Membru ieħor, il-konsumaturi kultant ikunu soġġetti għal rifjut dirett mill-operaturi tas-suq li jbigħu, jew diskriminazzjoni fil-prezz, fuq il-bażi tal-post ta’ residenza jew in-nazzjonalità tal-konsumatur. It-tali prattiċi jistgħu jsiru onlajn kif ukoll meta jixtru minn ħanut. L-operaturi tas-suq jistgħu jużaw tekniki ta’ ġeolokalizzazzjoni, eż. fuq il-bażi tal-indirizz tal-IP tal-konsumatur, l-indirizz residenzjali, il-pajjiż fejn inħarġet il-karta tal-kreditu, eċċ., sabiex jiċħdu l-bejgħ ta’ prodott lill-konsumatur, jgħadduh b’mod awtomatiku lejn il-ħanut fuq il-sit lokali tiegħu jew għal finijiet ta’ diskiminazzjoni fil-prezz.

L-operaturi tas-suq jista’ jkollhom raġunijiet differenti għala jiċħdu milli jagħtu aċċess għal prodott jew japplikaw prezzijiet differenti fuq il-bażi tal-informazzjoni ġeografika. Fir-rigward tat-tiċħid tal-bejgħ jew id-dirottazzjoni, skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, l-operaturi tas-suq iridu jgħarrfu lill-konsumaturi dwar ir-restrizzjonijiet fil-kunsinna mhux iktar tard mill-bidu tal-proċess tal-ordni. Fuq il-bażi tal-Artikolu 7(5) tal-UCPD, dan ir-rekwiżit ta’ informazzjoni jikkwalifika bħala “materjali” skont il-UCPD. Min-naħa l-oħra, jekk operatur tas-suq jirrispetta r-rekwiżit ta’ informazzjoni tal-Artikolu 8(3) tas-CRD, it-tali ċaħda tal-bejgħ jew id-dirottazzjoni ma jkunux prattika kummerċjali inġusta per se skont il-UCPD. Madankollu, skont il-fatti tal-każ individwali, it-tali prattiċi jistgħu jwasslu għal prattiċi kummerċjali inġusti.

Fil-25 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta leġiżlattiva sabiex ittemm l-imblukkar ġeografiku mhux iġġustifikat u tiġġieled b’mod komprensiv id-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-residenza jew in-nazzjonalità ppreżentata. 316  

Barra minn hekk, it-tali prattiċi jistgħu jikkostitwixxu ksur ta’ oqsma oħrajn tal-liġi tal-UE (eż. l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar is-Servizzi u l-liġi dwar il-kompetizzjoni 317 ). Kif inhu osservat fit-taqsima 5.2.3 dwar id-diskriminazzjoni fil-prezz, l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar is-Servizzi jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji ma jittrattawx lill-konsumaturi b’mod differenti fuq il-bażi tal-post ta’ residenza jew in-nazzjonalità tagħhom, sakemm ma jkunux iġġustifikati li jagħmlu dan minn kriterji oġġettivi. Jikkonċerna kemm ċaħdiet diretti għall-bejgħ, inkluż id-dirottazzjoni awtomatika, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ prezzijiet differenti li jsiru onlajn jew offlajn.    

5.3Is-settur tal-ivvjaġġar u t-trasport

L-irregolaritajiet fis-settur tat-trasport instabu b’mod partikolari fl-Indaġni tas-CPC tal-2007 318 fuq is-siti elettroniċi li jbigħu biljetti tal-linji tal-ajru, l-Istudju tal-2012 dwar it-trasparenza fil-prezzijiet fis-settur tat-trasport bl-ajru u l-Indaġni tas-CPC tal-2013 fuq siti eletttoniċi li jbigħu vjaġġi bl-ajru u akkomodazzjoni f’lukandi.

L-irregolaritajiet kienu jinkludu indikazzjonijiet qarrieqa tal-prezzijiet (eż. prezzijiet li jeskludu tariffi inevitabbli) u nuqqas ta’ informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-offerti.

Iktar riċenti, ġew irrapportati problemi fis-settur ta’ kiri tal-karozzi, b’mod partikolari fuq il-preżentazzjoni tal-offerta, il-karatteristiċi ewlenin u l-poloz tal-assigurazzjoni tal-prodott.

5.3.1Kwistjonijiet trażversali

Il-UCPD ma tapplikax għall-operatur tas-suq li fil-fatt jipprovdi l-ivvjaġġar u t-trasport. L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva jsemmi b’mod espliċitu, fil-kunċett ta’ operatur tas-suq, anki lil “kull min jaġixxi f’isem jew fl-interessi” ta’ operatur tas-suq. Bħala konsegwenza ta’ dan, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti mill-Artikoli 6 u 7 mhumiex applikabbli biss għal linji tal-ajru, lukandi jew kumpaniji li jikru l-karozzi iżda japplikaw ukoll għal intermedjarji – bħal għodod ta’ tqabbil jew siti elettroniċi ta’ tiftix – li joperaw bejnhom u l-konsumaturi f’isem jew fl-interessi tal-operatur tas-suq li jipprovdi l-prodott.

Pereżempju:

·Mhux il-linja tal-ajru stess biss iżda anki l-aġent tal-ivvjaġġar onlajn li joffri l-biljetti tat-titjiriet lill-konsumaturi 319 f’isem il-linja tal-ajru jew f’isimha għandu jgħarraf lill-konsumaturi dwar jekk il-bagalja hijiex inkluża fil-prezz għat-titjira jew jekk hijiex soġġetta għal tariffa addizzjonali. It-tnejn li huma għandhom jgħarrfu wkoll lill-passiġġieri jekk it-titjiriet jistgħux jerġgħu jiġu prenotati jew jistgħux jirċievu rifużjoni għalihom.

L-Artikolu 7(4) jelenka ċerti siltiet ta’ informazzjoni li jridu jitqiesu bħala materjali fl-istediniet għax-xiri, pereżempju, għall-biljett tat-titjira jew tal-ferrovija, akkomodazzjoni jew karozza tal-kiri, jekk l-informazzjoni ma tkunx diġà ovvja mill-kuntest. F’ċerti każijiet, in-nuqqas ta’ forniment ta’ din l-informazzjoni jista’ jitqies bħala ommissjoni qarrieqa. It-tipi ta’ informazzjoni koperti minn dan il-punt jinkludu b’mod partikolari:

-il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott;

-l-identità tal-operatur tas-suq;

-il-prezz inklużi t-taxxi;

-l-arranġamenti għall-ħlas;

-il-politika ta’ kif jiġu ġestiti l-ilmenti.

L-istediniet għax-xiri huma diskussi iktar fit-Taqsima 2.5.

L-Artikolu 7(4)(b) jeħtieġ li l-operaturi tas-suq jipprovdu l-indirizz ġeografiku u l-identità tagħhom. Skont l-Artikolu 7(5) flimkien mal-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, l-indirizz tal-posta elettronika tal-operatur tas-suq huwa informazzjoni materjali wkoll skont il-UCPD. Din l-informazzjoni għandha tkun tista’ tinqara faċilment (jiġifieri mhux fil-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali jew fuq paġni informattivi/ links separati) u tkun aċċessibbli b’mod dirett u permanenti.

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilmenti, skont l-Artikolu 7(4)(d) tal-UCPD, għandu jkun ċar għall-konsumatur lil min għandu jikkuntattja f’każ ta’ mistoqsijiet jew ilmenti. Il-konsumatur għandu jingħata struzzjonijiet ċari dwar kif jilmenta f’każ li tinqala’ problema, pereżempju permezz ta’ indirizz tal-posta elettronika u numru tat-telefown.

Għal mistoqsijiet dwar il-lingwa tal-patti u l-kundizzjonijiet, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 3.4.7 fuq il-forniment ta’ ċerta informazzjoni f’lingwa oħra.

Filwaqt li hemm kunsens ġenerali li l-prezz irreklamat għandu jinkludi mill-bidu nett it-tariffi u l-imposti kollha applikabbli, studju tal-2012 dwar “Price Transparency in the air transport sector” 320 (“Trasparenza tal-prezz fis-settur tat-trasport bl-ajru”) sab li ħafna linji tal-ajru juru l-prezz esklużi t-taxxi, it-tariffi u l-miżati u numru kbir tagħhom iżidu tariffi li jiddeskrivu bħala “mhux bilfors” iżda li huma, de facto, inevitabbli (eż. mezz ta’ ħlas b’xejn biss jekk tintuża l-karta tal-kreditu tal-linja tal-ajru). Din il-problema ta’ “ipprezzar qatra qatra” għandha riperkussjonijiet b’detrimenti partikolari fl-istadju li fih il-konsumaturi jqabblu l-prezzijiet sabiex jifformaw id-deċiżjoni tagħhom 321 .

L-operaturi tas-suq – inkluż kwalunkwe intermedjarju li jiffaċilita tranżazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur – għandhom jaraw li l-prezz tal-biljetti jkun trasparenti mill-bidu nett, sa mill-istadju ta’ reklamar kif ukoll matul il-proċess ta’ prenotazzjoni.

B’mod partikolari, skont l-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c), il-prezz totali li jrid jitħallas irid ikun indikat f’kull ħin u jinkludi t-tariffi u t-taxxi applikabbli li huma inevitabbli u prevedibbli fi żmien il-pubblikazzjoni/prenotazzjoni, inklużi l-ħlasijiet addizzjonali. Pereżempju, għat-trasport bl-ajru, dawk it-tariffi jinkludu l-biljett tal-ajru jew ir-rata tal-ajru kif ukoll it-taxxi kollha applikabbli, it-tariffi tal-ajruport u tariffi oħrajn, il-ħlasijiet addizzjonali u l-miżati, bħal dawk marbutin mas-sigurtà jew il-fjuwil.

Il-prezzijiet għat-titjiriet jew il-kmamar tal-lukandi jistgħu jinbidlu malajr ħafna. Pereżempju, meta konsumatur ifittex biljett ta’ titjira fuq il-pjattaforma ta’ aġent tal-ivvjaġġar onlajn, il-prezz jista’ jinbidel bejn il-mument li fih il-konsumatur jibda jfittex biljett u l-mument li fih jiddeċiedi li jixtri. Jekk it-tali bidliet fil-prezz verament ikunu dovuti għall-għamla dinamika tas-suq u, b’hekk, jaqgħu barra mill-kontroll tal-aġent tal-ivvjaġġar onlajn, dawn sejjer ikollhom impatt fuq il-possibbiltajiet tal-aġent tal-ivvjaġġar onlajn sabiex jiżgura li l-prezz li jirreklama jkun korrett il-ħin kollu. Ir-regoli tal-UCPD jissuġġerixxu li l-operaturi tas-suq li jafu bil-possibbiltà ta’ bidliet f’daqqa fil-prezz iridu jagħmlu dan ċar għall-konsumaturi meta jirreklamaw il-prezzijiet.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq li joffri vaganzi f’pakkett semma l-prezz ta’ polza tal-assigurazzjoni fil-prezz totali ta’ prodott. Madankollu, il-polza tal-assigurazzjoni ma kinitx obbligatorja. Id-deċiżjoni tal-Ispettorat tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka li jikkwalifika tali prattika bħala qarrieqa ġiet ikkonfermata mill-qorti amministrattiva suprema tar-Repubblika Ċeka 322 . 

·It-talba ta’ ħlas addizzjonali mingħand it-turisti għall-ispejjeż tal-fjuwil bla ma jkun ġie indikat kif ġiet ikkalkolata din it-tariffa u mingħajr ma tiġi pprovduta d-dokumentazzjoni xierqa lill-konsumaturi tqieset li hija ommissjoni qarrieqa, azzjoni qarrieqa u prattika aggressiva skont il-UCPD mill-Awtorità Taljana tal-Antitrust 323 .

· Operatur tas-suq li joffri villeġġaturi ma indikax fil-prezz spejjeż obbligatorji bħal spejjeż tat-tindif, taxxi fuq il-bini u miżati għal servizzi addizzjonali għall-prenotazzjoni. Qorti tal-appell tal-Ġermanja sabet li din il-prattika tmur kontra d-diliġenza professjonali u hija ommissjoni qarrieqa 324 .

L-informazzjoni dwar tariffi mhux obbligatorji għandha tintwera b’mod prominenti 325  u l-operaturi tas-suq ma għandhomx iqarrqu bil-konsumaturi dwar ix-xiri ta’ servizzi addizzjonali. L-ispejjeż mhux obbligatorji jistgħu jkunu pereżempju kemm tiswa kamra waħda, assigurazzjoni mhux obbligatorja, għażla ta’ sit jew bagalja fiċ-check-in (għall-kuntrarju ta’ bagalja li tittella’ abbord) 326 . 

Il-konsumaturi għandhom ikunu informati bl-eżistenza ta’ spejjeż mhux obbligatorji fl-istedin għax-xiri u fi kwalunkwe każ qatt iktar tard minn meta jibdew il-proċess ta’ prenotazzjoni.

Ta’ min jagħmilha ċara wkoll li dawn l-ispejjeż mhumiex obbligatorji, u l-konsumaturi ma għandhomx jitqarrqu rigward id-deċiżjoni tagħhom li jixtru servizzi addizzjonali.

Dawn ir-rekwiżiti jsegwu b’mod partikolari mill-Artikoli 6(1)(b) u (d) u 7(4)(a) u (c) tal-UCPD. Prattiċi li jmorru kontra dawn il-prinċipji jistgħu, skont iċ-ċirkustanzi, jitqiesu li jmorru kontra r-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali, ara l-Artikolu 5(2) tal-UCPD.

Minbarra r-regoli tal-UCPD, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tipprekludi l-użu ta’ għażliet predefiniti li l-konsumatur irid jirrifjuta sabiex jevita ħlasijiet addizzjonali minflok ma l-konsumatur jintalab kunsens espliċitu għal pagamenti żejda, bħal kif inhu l-każ ta’ kaxex mimlijin bil-lest fuq is-siti elettroniċi. L-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva jistipula li: “Jekk kummerċjant ma jkunx kiseb il-kunsens espress tal-konsumatur iżda ddeduċieh bl-użu ta’ alternattivi prestabbiliti li l-konsumatur obbligat li jirrifjuta biex jevita ħlas addizzjonali, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimborż ta’ dan il-ħlas.”

Apparti l-każijiet tal-kaxex mimlijin bil-lest, jista’ jkun hemm każijiet oħrajn li fihom l-operaturi tas-suq li jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom onlajn joffru servizzi addizzjonali b’mod mhux ċar jew ambigwu, bħall-ħabi tal-għażla li ma tibbukkja ebda servizz ieħor. It-tali prattiċi kummerċjali jistgħu jitqiesu li huma qarrieqa, aggressivi jew inkompatibbli mad-diliġenza professjonali.

Peress li t-tali prattiċi ġew osservati speċjalment fis-settur tat-trasport bl-ajru u fid-dawl tal-eżistenza ta’ regoli addizzjonali f’dan is-settur, l-eżempji jingħataw taħt il-punt 5.3.4.

5.3.2Pakkett tal-Ivvjaġġar

Id-Direttiva 90/314/KEE 327 dwar il-vjaġġi kollox inkluż (package travel), il-vaganzi kollox inkluż u t-tours kollox inkluż u d-Direttiva l-ġdida (UE) Nru 2015/2302 328 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta fihom dispożizzjonijiet dwar it-taħlit ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti, jiġifieri l-ġarr ta’ passiġġieri, l-akkomodazzjoni, il-kiri ta’ vetturi 329 u servizzi turistiċi oħrajn, li huma offruti lill-vjaġġaturi.

Id-Direttiva (UE) Nru 2015/2302 tirregola fost l-oħrajn l-informazzjoni prekuntrattwali li l-operaturi tas-suq iridu jagħtu lill-vjaġġaturi, inkluża informazzjoni speċifika dwar is-servizzi inklużi f’pakkett u l-prezz totali tal-pakkett inklużi t-taxxi u, fejn applikabbli, kull tariffa, miżata u spiża addizzjonali oħra. Skont id-Direttiva (UE) Nru 2015/2302, l-operaturi tas-suq iridu jgħarrfu b’mod prominenti wkoll lill-vjaġġaturi jekk is-servizzi offruti jikkostitwux pakkett jew arranġament ta’ vvjaġġar assoċjat biss, b’livell inqas ta’ protezzjoni, u jridu jipprovdu informazzjoni dwar il-livell ta’ protezzjoni li japplika għall-kunċett rilevanti, bl-użu tal-formoli ta’ informazzjoni standardizzati.

L-operaturi tas-suq huma obbligati jgħarrfu lill-vjaġġaturi wkoll dwar assigurazzjoni mhux obbligatorja jew obbligatorja sabiex ikopru l-ispiża ta’ tħassir mill-vjaġġatur jew l-ispiża tal-assistenza fil-każ ta’ inċident, mard u mewt. Id-Direttiva (UE) Nru 2015/2302 ma tipprevjenix l-applikazzjoni tal-UCPD għal pakketti u arranġamenti ta’ vvjaġġar assoċjati b’mod komplimentari mar-regoli speċifiċi tad-Direttivi 90/314 u 2015/2302, b’mod partikolari fejn l-operaturi tas-suq jikkummerċjalizzaw servizzi addizzjonali b’mod mhux ċar jew ambigwu.

5.3.3Il-kuntratti tat-timeshare

Id-Direttiva 2008/122/KE 330 (id-“Direttiva tat-Timeshare”) tagħti ċerti drittijiet ta’ protezzjoni lill-konsumatur rigward it-timeshare, il-prodotti ta’ vaganza fit-tul, il-kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u ta’ skambju. B’mod partikolari, tistabbilixxi:

-regoli stretti dwar l-obbligi ta’ informazzjoni prekuntrattwali u kuntrattwali tal-operaturi tas-suq;

-id-dritt tal-konsumatur li jirtira mill-kuntratt fi żmien 14-il jum tal-kalendarju;

-projbizzjoni fuq pagamenti bil-quddiem matul il-perjodu ta’ rtirar;

-projbizzjoni fuq ir-reklamar jew il-bejgħ tat-tali prodotti bħala investiment.

Il-UCPD tipprovdi protezzjoni lill-konsumaturi b’mod komplimentari mal-protezzjoni offruta mid-Direttiva tat-Timeshare.

Ir-riċerka mwettqa sabiex issostni r-rapport tal-Kummissjoni li jevalwa d-Direttiva tat-Timeshare 331 tindika ċerti problemi rikorrenti fis-settur, speċjalment f’ċerti destinazzjonijiet turistiċi popolari f’ċerti Stati Membri tal-UE:

ØInformazzjoni qarrieqa qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, li tagħti l-impressjoni ħażina lix-xerrejja li l-għażla tal-postijiet ta’ vaganza disponibbli hija prattikament bla limiti jew li l-kuntratt jista’ jinbiegħ jew jiġi skambjat malajr. Il-konsumatur jiskopri biss ftit żmien wara l-firma tal-kuntratt li din l-informazzjoni mhijiex korretta.

ØMetodi ta’ bejgħ aggressivi li jikkonstitwixxu fi pressjoni konsiderevoli fuq ix-xerrejja potenzjali, pereżempju “jissakkru” f’kamra fejn issir preżentazzjoni wara l-oħra u mnejn kultant ma jitħallewx jitilqu sakemm ma jiffirmawx il-kuntratt.

Il-UCPD tindirizza dawn il-prattiċi permezz tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar azzjonijiet qarrieqa (b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(b)) u l-Artikoli 8 u 9 dwar prattiċi kummerċjali aggressivi.

Barra minn hekk, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva tat-Timeshare indika problemi rikorrenti tal-konsumaturi fit-terminazzjoni tal-kuntratti tat-timeshare tagħhom.

Ir-rapport jikkonkludi li dan l-aspett jista’ jiġi indirizzat b’suċċess fil-livell tal-liġi nazzjonali 332 u bl-infurzar aħjar tal-istrumenti rilevanti tal-UE tal-liġi dwar il-konsumatur.

5.3.4Kwistjonijiet b’rilevanza partikolari għat-trasport bl-ajru

Il-“karattersitiċi ewlenin” ta’ titjira skont it-tifsira tal-Artikoli 6(1)(b) u 7(4)(a) tal-UCPD għandhom jinkludu l-eżistenza ta’ waqfiet u l-indikazzjoni preċiża tal-post tad-destinazzjoni tat-titjira.

Dan huwa ta’ rilevanza partikolari għal-linji tal-ajru li kultant jorganizzaw titjiriet minn ajruporti li jinsabu f’ċerta distanza minn belt kbira, iżda jużaw isem dik il-belt fil-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. F’ċerti każijiet, it-tali prattiċi kummerċjali jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi dwar fejn jinsab eżattament l-ajruport u aktarx li jwasslu sabiex il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’ċirkustanzi oħra. Tabilħaqq, ċerti konsumaturi jistgħu jippreferu li jħallsu prezz ogħla sabiex jaslu f’ajruport eqreb il-belt tad-destinazzjoni.

Pereżempju:

·L-indikazzjoni ta’ destinazzjoni bħala “Barċellona” meta l-ajruport fil-fatt ikun jinsab fil-belt ta’ Reus li tinsab 100 km minn Barċellona aktarx li titqies bħala qarrieqa.

Apparti r-rekwiżiti tal-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c) tal-UCPD sabiex jintwera l-prezz li jinkludi t-tariffi u l-miżati inevitabbli u prevedibbli, l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru jistipula li “l-prezz finali li għandu jitħallas għandu jkun indikat dejjem u għandu jinkludi n-noll jew ir-rata tal-ajru applikabbli kif ukoll it-taxxi kollha applikabbli, u l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u l-drittijiet li ma jistgħux jiġu evitati u li jkunu prevedibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni”.

Ir-Regolament jeħtieġ ukoll:

-l-indikazzjoni tal-prezz finali diżaggregat f’komponenti (eż. tariffa tal-ajru, taxxi, miżati tal-ajruport u oħrajn u ħlasijiet addizzjonali);

-li s-supplimenti tal-prezz mhux obbligatorji jkunu kkomunikati b’mod ċar, trasparenti u mhux ambigwu fil-bidu tal-proċess ta’ prenotazzjoni;

-li l-aċċettazzjoni mill-klijent ta’ supplimenti għall-prezz mhux obbligatorji trid issir fuq bażi ta’ “parteċipazzjoni”.

Meta l-fornituri tas-servizz tal-ivvjaġġar li jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom onlajn jiksru d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur jew ir-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru, l-aspetti tal-prattiċi li jiksru r-regoli li mhumiex irregolati minn dawn l-istrumenti legali speċifiċi għas-settur jistgħu jitqiesu li huma inġusti skont il-UCPD tant li aktarx li jwasslu sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. Dan irid jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ.

Pereżempju:

·Operatur tas-suq juża kaxex immarkati bil-lest jew joffri servizzi addizzjonali b’mod mhux ċar jew ambigwu billi jaħbi l-possibbiltà li ma jipprenota ebda servizz ieħor jew billi jagħmilha diffiċli għall-konsumaturi li ma jagħżlux is-servizzi addizzjonali. Billi jagħmel hekk, l-operatur tas-suq jista’ jwassal sabiex il-konsumaturi jaċċettaw servizzi addizzjonali li ma kinux jagħżlu f’ċirkustanza oħra.

·Il-prezz tal-biljetti tat-titjira ma jinkludix f’ħafna mill-każijiet il-prezz tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar. Il-prattika li biha l-konsumaturi li ma jixtiqux jixtru assigurazzjoni tal-ivvjaġġar huma meħtieġa jikklikkjaw fuq l-għażla “ebda assigurazzjoni” meta jipprenotaw biljett tat-titjira aktarx li taqa’ taħt l-Artikolu 22 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru. Anki qabel ma daħlet fis-seħħ id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, ċerti awtoritajiet nazzjonali kienu ħadu azzjoni kontra t-tali prattika skont il-UCPD. B’mod partikolari, f’deċiżjoni mill-Awtorità tal-Latvja għall-Protezzjoni tal-Konsumatur tat-23 ta’ Ottubru 2012, 333 li ġiet ikkonfermata mill-qrati tal-Latvja, 334 l-użu tal-kaxex immarkati bil-lest minn linja tal-ajru tqies li huwa inġust għaliex huwa aggressiv u mhux konformi mad-diliġenza professjonali. B’mod simili, il-prattika li biha l-konsumaturi ma jixtiqux jixtru assigurazzjoni tal-ivvjaġġar huma meħtieġa meta jipprenotaw biljett tat-titjira jagħżlu għażla ta’ “ebda assigurazzjoni” moħbija fil-lista ta’ pajjiżi ta’ residenza potenzjali tqieset li hija inġusta mill-Awtorità tal-Antitrust tal-Italja 335 , għaliex kienet inkompatibbli mad-diliġenza professjonali (l-Artikolu 5(2) tal-UCPD) jew qarrieqa (l-Artikolu 6 jew 7).

Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru jikkwalifikaw bħala informazzjoni materjali skont l-Artikolu 7(5) tal-UCPD.

Dawn iżidu mar-rekwiżiti tal-UCPD skont l-Artikolu 7(4) fir-rigward ta’ informazzjoni dwar il-prezz totali tal-biljett tat-titjira inkluż jekk il-konsumaturi jridux iħallsu tariffa tal-iżvilupp fl-ajruport tat-tluq/tal-wasla.

Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, kif diskuss fit-Taqsima 1.4.1, fejn liġi speċifika għas-settur jew liġi oħra tal-UE tkun fis-seħħ u d-dispożizzjonijiet tagħha jidħlu fid-dispożizzjonijiet tal-UCPD, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-lex specialis ikunu prevalenti.

L-informazzjoni dwar it-tariffi obbligatorji li jridu jitħallsu wara l-proċess ta’ prenotazzjoni, pereżempju direttament fl-ajruport (eż. tariffa ta’ żvilupp mitluba mill-passiġġieri kollha li jitilqu minn ċerti ajruport, eż. fl-Irlanda u l-Ingilterra) għandha tintwera b’mod prominenti mill-operatur tat-trasport jew l-aġent tal-ivvjaġġar fil-bidu tal-proċess ta’ prenotazzjoni. 

Jekk il-linji tal-ajru jew l-intermedjarji li jbigħu biljetti tat-titjira jorbtu l-ispiża tal-ħlas addizzjonali mal-mezzi ta’ ħlas użati, il-prezz inizjali għandu jinkludi l-ispiża li jinvolvi l-iktar metodu komuni ta’ ħlas 336 .

Meta t-tali ħlasijiet addizzjonali ma jkunux jistgħu jiġu kkalkolati minn qabel, il-konsumaturi għandhom jiġu informati kif xieraq dwar il-mod li bih jiġi kkalkolat il-prezz jew dwar il-fatt li “jistgħu jiġġarrbu ħlasijiet addizzjonali”.

Pereżempju:

·Jekk il-ħlas bil-karta ta’ lealtà tal-linja tal-ajru jinvolvi l-ħlas ta’ €1.5, filwaqt li l-ħlas b’karta tal-kreditu jiswa €6, il-prezz indikat fl-istedina għax-xiri u fil-bidu tal-proċess ta’ prenotazzjoni għandu jinkludi l-prezz tal-karta tal-kreditu. Barra minn hekk, ħafna mill-konsumaturi aktarx li mhumiex sejrin iħallsu bil-karta ta’ lealtà tal-linja tal-ajru.

Barra minn hekk, l-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur jipprojbixxi lill-operaturi tas-suq milli jitolbu mingħand il-konsumatur tariffi talli jużaw mezzi partikolari ta’ ħlas li jaqbżu dak li jonfoq l-operatur tas-suq talli juża t-tali mezzi. Skont id-dokument ta’ gwida fuq id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur maħruġ mid-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi, 337 l-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur għandu japplika għal kull tip ta’ tariffa li hija marbuta b’mod dirett ma’ mezz ta’ ħlas, indipendentement minn kif inhu ppreżentat lill-konsumaturi.

Pereżempju:

·Tariffi msejħin tariffi tal-amministrazzjoni, il-prenotazzjoni jew l-ipproċessar, li spiss jintużaw fis-settur tal-biljetti onlajn, speċjalment mil-linji tal-ajru u l-kumpaniji tal-ferries, u anki fil-bejgħ onlajn ta’ biljetti għal avvenimenti, għandhom ikunu koperti mill-Artikolu 19 jekk jistgħu jiġu evitati bl-użu ta’ mezz speċifiku ta’ ħlas.

Meta l-operaturi tas-suq jirreklamaw biljett tat-titjira speċifiku, għandhom jindikaw ukoll il-politika dwar it-tħassir li tapplika għal dak il-biljett (eż. jekk hemmx rifużjoni jew jekk huwiex possibbli li jinbidlu l-biljetti). Dan huwa ta’ rilevanza partikolari meta t-tariffi amministrattivi mitlubin mill-operatur tal-ajru/aġent tal-ivvjaġġar mingħand il-konsumatur għat-tħassir tal-biljett jammontaw għal kemm jiswa l-biljett sħiħ.

Meta t-tariffi ta’ tħassir mitlubin mil-linji tal-ajru jkunu saħansitra ogħla mill-prezz imħallas għall-biljett, asserzjonijiet mill-operatur tas-suq li t-tħassir huwa possibbli jistgħu jkunu qarrieqa.

Barra minn hekk, il-proċeduri implimentati ma għandhomx jagħmluha diffiċli sabiex jintalbu lura t-taxxi u l-miżati li ma jibqgħux dovuti iktar. Inkella, dan jista’ jwassal għal nuqqas ta’ diliġenza professjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) u prattika aggressiva skont l-Artikoli 8 u 9, b’mod partikolari l-Artikolu 9(d).

Kwistjonijiet marbutin mad-diskriminazzjoni fil-prezz osservata fis-settur tat-trasport bl-ajru huma diskussi fit-taqsima 5.2.3.

5.3.5Kwistjonijiet speċifiċi għall-kiri ta’ karozzi

L-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tal-konsumatur, li jaġixxu permezz tan-Netwerk ta’ Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC), wettqu azzjoni ta’ infurzar konġunta fuq il-kiri ta’ karozzi fl-2014 u l-2015. 

Din kienet reazzjoni għal żieda kostanti fl-ilmenti mill-konsumaturi fuq is-servizzi ta’ kiri ta’ karozzi prenotati f’pajjiż ieħor — minn madwar 1,050 każ fl-2012 għal iktar minn 1,750 fl-2014 — kif irrapportati miċ- Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi .

Twaqqaf djalogu bejn l- awtoritajiet tas-CPC , immexxi mill- Competition and Markets Authority tar-Renju Unit,  u ħames kumpaniji kbar tal-kiri tal-karozzi li joperaw fl-UE.

Il-kumpaniji wiegħdu li jallinjaw aħjar il-prattiċi attwali ta’ kiri tal-karozzi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar il-konsumatur stabbiliti mill-UCPD, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u d-Direttiva dwar Klawżoli Inġusti f’Kuntratti mal-Konsumatur 338 .

Tradizzjonalment, il-kumpaniji ta’ kiri tal-karozzi jipprovdu vetturi b’tank mimli u jeħtieġu li l-konsumaturi jirritornaw il-vettura b’tank sħiħ wara l-kirja. 

Madankollu, il-konsumaturi lmentaw li ċerti operaturi tas-suq iġiegħlu lill-konsumaturi jħallsu iktar għat-tank mimli meta jieħdu pussess tal-vettura u mbagħad jistennew li l-konsumaturi jirritornaw il-karozza b’tank vojt, bla ma jipprovdu ebda rimborż jekk ikun għad hemm xi fjuwil ġot-tank meta tiġi rritornata l-karozza.

Skont il-UCPD, it-tali prattika kummerċjali ma tistax titqies li hija inġusta per se. Madankollu, l-operaturi tas-suq huma obbligati li jirrispettaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva.

Meta l-kumpaniji ta’ kiri tal-karozzi jikru vettura b’tank mimli, l-informazzjoni li l-konsumatur sejjer ikollu jħallas għall-fjuwil bil-quddiem tista’ f’ċerti każijiet titqies bħala informazzjoni materjali fuq il-bażi tal-Artikoli 6(1)(b) u (d), 7(1) u 7(4)(a) u (c). L-ispiża aktarx li tikkwalifika bħala mhux obbligatorja u, b’hekk, trid tkun parti mill-prezz totali tal-prodott skont l-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c) tad-Direttiva, li informazzjoni dwaru trid tiġi pprovduta mill-bidu nett tal-proċess ta’ prenotazzjoni.

Anki prattika kummerċjali li biha l-konsumaturi jridu jħallsu għal ħafna iktar fjuwil milli fil-fatt jużaw tista’ f’ċerti ċirkustanzi tmur kontra r-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tal-UCPD.

Pereżempju:

·Id-durata tal-perjodu ta’ kiri u s-sitwazzjoni attwali jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk il-prattika li fiha l-konsumaturi jintalbu jħallsu għat-tank mimli hijiex inġusta jew le. Pereżempju, il-fatt li vettura hija mikrija għal perjodu qasir (eż. jumejn jew tlieta) jew il-post ġeografiku (eż. karozza mikrija fuq gżira żgħira) jista’ jagħmilha improbabbli li l-konsumatur sejjer jirnexxilu jbattal it-tank.

Skont l-Artikoli 6(1)(b) u (d) u 7 (4)(a) u (c), il-konsumaturi għandhom jiġu informati biċ-ċar dwar il-karatteristiċi ewlenin u l-prezz tas-servizz ta’ kiri. 

Il-karatteristiċi ewlenin u l-prezz ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ karozza jistgħu, pereżempju, jinkludu informazzjoni dwar it-tip ta’ vettura, l-ispejjeż, il-firxa tar-rinunzji u l-eċċessi u l-għażliet possibbli (bħal tajers tax-xitwa u sits għat-tfal).

Pereżempju:

·Jista’ jkun qarrieqi li operatur tas-suq jiddikjara “responsabbiltà 0” jekk, fil-fatt, eċċess dejjem sejjer ikun japplika għall-konsumatur f’każ ta’ ħsara, anki jekk l-ispiża tkun żgħira.

·Jista’ jkun qarrieqi li jiddikjara “assigurazzjoni sħiħa inkluża” meta, pereżempju, l-assigurazzjoni ma tkoprix ħsara fis-saqaf u l-ħġieġa tal-windskrin.

Kumpaniji ta’ kiri tal-karozzi għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni rekwiżiti nazzjonali jew lokali speċifiċi wkoll.

Pereżempju:

·Il-liġi tal-Ġermanja teħtieġ li l-vetturi kollha jkunu mgħammrin b’tajers tajbin għall-borra fix-xitwa. Kumpanija li toffri kiri ta’ karozzi fil-Ġermanja matul il-perjodu xitwi għandha tipprovdi vetturi b’tajers tajbin għall-borra. Jekk it-tajers tajbin għall-borra jinvolvu spiża addizzjonali, il-konsumaturi għandhom ikunu informati dwar din l-ispiża obbligatorja mill-bidu nett tal-proċess ta’ prenotazzjoni.

5.4Is-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli

 

Artikolu 3(9)

Fir-rigward ta’ “servizzi finanzjarji” kif definiti fid-Direttiva 2002/65/KE, u proprjetà immobbli, l-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva f’dak il-qasam li hija tapprossima.

Premessa 9

“Is-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli, minħabba l-komplessità tagħhom u r-riskji serji inerenti, jeħtieġu rekwiżiti dettaljati, inklużi l-obbligi pożittivi tal-kummerċjanti. Għal din ir-raġuni, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tagħha sabiex jipproteġu l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi”.

5.4.1Kwistjonijiet trażversali

Fl-ispjegazzjoni tal-ħsieb wara l-Artikolu 3(9) tad-Direttiva, ir-Rapport tal-2013 tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 339 osserva li:

“Ir-raġunijiet prinċipali huma: ir-riskju finanzjarju ikbar fir-rigward tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli (meta pparagunat ma’ oġġetti u servizzi oħrajn); l-inesperjenza speċifika tal-konsumaturi f’dawn l-oqsma (flimkien ma’ nuqqas ta’ trasparenza, b’mod partikolari tal-operazzjonijiet finanzjarji); il-vulnerabbiltajiet partikolari li nstabu fiż-żewġ setturi li jagħmlu lill-konsumaturi suxxettibbli kemm għal prattiċi promozzjonali kif ukoll għal pressjoni; l-esperjenza tal-korpi tal-infurzar finanzjarju kompetenti b’sistema żviluppata fuq il-livell nazzjonali; u fl-aħħar nett, il-funzjonament u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji bħala tali.”

Mill-Artikolu 3(9) tal-UCPD isegwi li r-regoli tagħha jipprovdu għall-armonizzazzjoni minima biss għas-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli.

Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali iktar restrittivi jew preskrittivi diment li dawn ir-regoli jikkonformaw mal-liġi tal-UE.

Pereżempju:

·L-Istati Membri jistgħu jadottaw rekwiżiti ta’ informazzjoni iktar dettaljati għal prodotti finanzjarji u tal-proprjetà immobbli.

Fil-kawża Citroën Belux, 340 il-Qorti ddikjarat li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu projbizzjoni ġenerali fuq offerti kombinati li jsiru lil konsumaturi meta tal-inqas wieħed mill-komponenti jkun servizz finanzjarju. F’dan il-każ, l-offerta kombinata li saret minn Citroën kienet l-inklużjoni ta’ assigurazzjoni komprensiva b’xejn għal sitt xhur meta wieħed jixtri karozza Citroën ġdida. Barra minn hekk il-Qorti ċċarat li l-Artikolu 3(9):

“[…] huwa ma jimponi ebda limitu rigward il-grad ta’ restrizzjoni tar-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward, u ma jipprovdix kriterji li jirrigwardaw il-grad ta’ komplessità jew ta’ riskju li għandhom jippreżentaw l-imsemmija servizzi sabiex ikunu s-suġġett ta’ regoli iktar stretti.” 341

L-Istudju tal-Kummissjoni dwar kif il-UCPD tapplika għal servizzi finanzjarji u proprjetà immobbli 342 wera li l-eżenzjoni ntużat ħafna mill-Istati Membri. L-istudju juri li ħafna minn dawn ir-regoli addizzjonali jikkonsistu f’obbligi ta’ informazzjoni prekuntrattwali u kuntrattwali speċifiċi għas-settur 343 . Jista’ jinstab ukoll li numru sinifikanti ta’ projbizzjonijiet jikkonċernaw b’mod predominanti bejgħ dirett u prattiċi promozzjonali, 344 prattiċi li jieħdu vantaġġ minn vulnerabbiltajiet partikolari, 345 jew il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess 346 .

Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-UCPD osserva li għad li jeżistu regoli nazzjonali estensivi, il-UCPD kienet iċċitata bħala l-bażi legali f’tal-inqas nofs il-każijiet li jikkonċernaw prattiċi inġusti fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli.

L-Artikolu 5(2)(a) tal-UCPD dwar ir-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali jidher li għandu rilevanza partikolari għall-operaturi tas-suq li jaġixxu lejn il-konsumaturi fi ħdan l-oqsma ta’ proprjetà immobbli u servizzi finanzjarji. Jekk l-operatur tas-suq ma jaġixxix bl-istandard ta’ ħila u attenzjoni li jista’ jkun raġonevolment mistenni minn professjonist fi ħdan dawn l-oqsma ta’ attività kummerċjali, il-konsumatur jista’ jġarrab konsegwenzi ekonomiċi sinifikanti. L-iktar prattiċi inġusti rrapportati spiss (fi ħdan it-tifsira tal-UCPD) b’rabta kemm mas-servizzi finanzjarji kif ukoll mal-proprjetà immobbli jikkonċernaw nuqqas ta’ informazzjoni essenzjali fl-istadju ta’ reklamar u deskrizzjonijiet qarrieqa tal-prodotti 347 .

5.4.2Kwistjonijiet speċifiċi għall-proprjetà immobbli

Filwaqt li, tradizzjonalment, il-proprjetà immobbli hija rregolata f’livell nazzjonali, ċerti aspetti importanti tagħha bdew jiġu rregolati fil-livell tal-UE minn Marzu 2016 348 . Ir-regoli ġenerali tal-UCPD ġeneralment jaħdmu id f’id kemm mal-liġi tal-UE speċifika għas-setturi, kif ukoll ma’ regoli nazzjonali li kultant ikunu iktar stretti. 

Hemm xi kwistjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tad-Direttiva għal dan is-settur. Tabilħaqq, ħafna konsumaturi jinvestu fil-proprjetà immobbli bħala alternattiva għal fond ta’ pensjoni. Jixtru proprjetà b’veduta sabiex jikruha u jirċievu kirja minflok ma jirċievu l-imgħax hekk kif kienu jagħmlu li kieku investew fi prodott finanzjarju. Dan iqajjem kwistjonijiet dwar kif il-kunċett ta’ “konsumatur” japplika għal xerrejja ta’ proprjetà immobbli. 

Skont l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva, kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal skopijiet li huma barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha sejra tikkwalifika bħala konsumatur. Konsegwentement, il-fatt li persuna fiżika tixtri proprjetà immobbli għal skopijiet ta’ investiment ma għandux jaffettwa l-istatus tagħha bħala konsumatur, diment li dan isir barra mill-attivitajiet professjonali tal-persuna. Għaldaqstant, din id-Direttiva sejra tapplika u tipproteġi, pereżempju, xerrej li jkun imqarraq minn żviluppatur tal-proprjetà immobbli rigward ix-xirja.

Pereżempju:

·Għalliem fil-Ġermanja jiddeċiedi li jixtri żewġ appartamenti f’kumpless tal-villeġġatura fi Spanja sabiex jikrihom lil nies oħrajn u, iktar tard, jirtira Spanja. Diment li jagħmel dan barra l-attivitajiet professjonali tiegħu, dan jikkwalifika bħala konsumatur skont id-Direttiva b’rabta mal-appartamenti tiegħu fi Spanja.

Kif il-kunċett ta’ “operatur tas-suq” japplika għal sidien tal-kera mhux professjonisti huwa interessanti wkoll. Skont l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tikkwalifika bħala operatur tas-suq jekk taġixxi għal skopijiet li huma barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha. Konsegwentement, is-sempliċi fatt li persuna tikri appartament jew dar lil xi ħadd ieħor mhux bilfors jikkwalifikaha bħala operatur tas-suq fir-rigward ta’ min qed jikri, jekk din ma tkunx l-attività professjonali tagħha. Madankollu, min-naħa l-oħra, jekk persuna tirċievi sehem essenzjali mid-dħul tagħha mill-kiri ta’ appartamenti lil nies oħrajn, il-persuna tista’ f’ċerti ċirkustanzi titqies li hija operatur tas-suq skont il-UCPD.

Pereżempju:

·Il-Gwida tar-Renju Unit għall-professjonisti fil-qasam tal-kiri dwar il-liġi ta’ protezzjoni tal-konsumatur 349 tqis lis-sidien tal-kera individwali bħala konsumaturi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-aġenti tal-bejgħ u tissuġġerixxi li s-sidien tal-kera jieħdu approċċ kawt u li dejjem għandhom jirrispettaw l-obbligi tal-operaturi tas-suq fil-kuntratti tagħhom ma’ min jikri.

Minħabba l-importanza u l-uniċità tad-deċiżjoni li l-konsumaturi jieħdu meta jixtru proprjetà immobbli, l-operaturi tas-suq għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Artikolu 6 u 7 tal-UCPD.

Pereżempju:

·Il-konsumaturi li xtraw appartamenti f’ċerti proġetti ta’ żvilupp tal-proprjetà sabu li wara li tlestew il-binjiet, l-appartamenti la kienu mqabbdin ma’ provvista tal-ilma u lanqas tad-dawl. Informazzjoni li dan sejjer ikun il-każ aktarx li tikkwalifika bħala informazzjoni materjali b’rabta mal-“karatteristiċi ewlenin tal-prodott” kemm skont l-Artikolu 6(1)(b) kif ukoll 7(4)(a) tal-UCPD. Il-fatt li jkun meħtieġ servizz addizzjonali sabiex l-appartament jitqabbad ma’ dawn il-faċilitajiet jista’ jkun materjali wkoll skont l-Artikolu 6(1)(e).

·L-erja tas-superfiċje ta’ proprjetà immobbli tista’ tikkwalifika bħala informazzjoni materjali skont l-Artikoli 6(1)(a), 6(1)(b) u 7(4)(a).

·Il-prezz tal-proprjetà inkluża l-VAT u kull miżata inevitabbli, bħall-kummissjoni għall-aġent li jbigħ jew għas-sensar, ikunu informazzjoni materjali skont l-Artikolu 7(4)(c).

5.4.3Kwistjonijiet speċifiċi għas-servizzi finanzjarji

Peress li jeżisti sett robust ta’ leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur, il-karattru ta’ “xibka ta’ sikurezza” tal-UCPD huwa ferm apparenti hawnhekk.  350

Is-servizzi finanzjarji huma definiti mid-Direttiva 2002/65/KE bħala “kull servizz ta' natura bankarja, ta' kreditu, ta' assigurazzjoni, ta' pensjoni personali, ta' investiment jew ta' ħlas” 351 . Diversi tipi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur huma rilevanti għall-protezzjoni tal-konsumatur b’rabta mas-servizzi finanzjarji. Uħud minnhom huma:    

·Id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji;

·Id-Direttiva (UE) 2015/2366 dwar is-servizzi ta’ pagament 352 ;

·Id-Direttiva 2008/48/KE dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur;

·Id-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali;

·Id-Direttiva 2014/92/UE dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi 353 ; 

·Id-Direttiva dwar il-bejgħ tal-assigurazzjoni 354 ; 

·Ir-Regolament (UE) 2015/751 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard,

·Ir-Regolament (UE) 1286/2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) 355

Ir-relazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi u l-UCPD hija diskussa fil-Kapitolu 1.4 “Ir-relazzjoni bejn id-Direttiva u liġijiet oħrajn tal-UE”. Prodotti tas-servizzi finanzjarji spiss ikunu diffiċli li jinftiehmu u jistgħu jinvolvu riskji ekonomiċi sinifikanti, u b’hekk l-operaturi tas-suq għandhom joqogħdu partikolarment attenti sabiex jaġixxu bl-istandard ta’ ħila u attenzjoni li jista’ jkun mistenni b’mod raġonevoli minn professjonist f’dan il-qasam ta’ attività kummerċjali ara l-Artikolu 5(2)(a) tal-UCPD 356 .

Pereżempju:

·Skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, il-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumaturi sabiex il-konsumatur ikun f’pożizzjoni li tippermettilu jivvaluta jekk il-ftehim ta’ kreditu huwiex adatt għal ħtiġijietu u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, meta xieraq billi jispjegaw l-informazjoni prekuntrattwali li trid tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti u l-effetti speċifiċi li jista’ jkollhom fuq il-konsumatur, inklużi l-konsegwenzi tal-inadempjenza fil-ħlas mill-konsumatur.

Dawn huma uħud mill-prattiċi qarrieqa kif stipulati fl-Artikoli 6 u 7 tal-UCPD, irrapportati fl-Istudju tal-Kummissjoni dwar kif tapplika l-UCPD għas-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli:

-nuqqas ta’ informazzjoni fir-reklamar dwar ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta (APR) u l-kost tal-kreditu;

-offerti ta’ roħsijiet qarrieqa għal kuntratti ta’ kreditu b’rata tal-imgħax baxxa;

-nuqqas ta’ informazzjoni xierqa dwar l-obbligi legali marbutin mal-iffirmar tal-kuntratti 357 .

Pereżempju:

·L-operaturi tas-suq ma għandhomx jesaġeraw il-benefiċċji ekonomiċi, ma jomettux informazzjoni dwar ir-riskji finanzjarji għall-konsumatur u ma jiddependux wisq fuq kif mar fl-imgħoddi l-prodott finanzjarju.

·Il-karatteristiċi ewlenin ta’ prodott finanzjarju skont l-Artikoli 6(1)(b) u 7(4)(a) jistgħu jinkludu informazzjoni li prodott finanzjarju sejjer jiġi kkalkolat f’munita li mhijiex dik tal-pajjiż fejn huwa konkluż il-kuntratt.

·Skont l-Artikoli 6(1)(d) u 7(4)(c), il-preżentazzjoni u l-kalkolu tat-tariffi u l-imposti għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha li jġarrbu l-konsumaturi, pereżempju billi jiġu inklużi l-ispejjeż tas-servizz marbutin ma’ tariffi għal aġenti jew intermedjarji, jew b’rabta ma’ tariffi għal self kurrenti. Il-preżentazzjoni u l-kalkolu tat-tariffi u l-imposti għandhom jiddikjaraw ukoll li rata tal-imgħax baxxa u/jew imposta speċifika hija applikabbli għal perjodu limitat ta’ żmien biss.

L-Artikoli 8 u 9 jistabbilixxu l-kriterji għal prattiċi kummerċjali aggressivi.

Il-Punt Nru 27 tal-Anness I għad-Direttiva jirreferi għal prattika kummerċjali aggressiva fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li titqies li hija inġusta fiċ-ċirkustanzi kollha:

 

Nru 27 tal-ANNESS I

Fejn il-kummerċjant jesiġi li konsumatur li jixtieq iressaq pretensjoni fuq polza ta’ assigurazzjoni jipproduċi dokumenti li ma jistgħux raġonevolment jiġu kkunsidrati rilevanti għall-kwistjoni jekk il-pretensjoni kinitx valida, jew jonqos sistematikament milli jwieġeb għal korrispondenza pertinenti, sabiex jiddisswadi xi konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet kontrattwali tiegħu.”

  Pereżempju:

·F’ċerti ċirkustanzi, ostakoli għall-qlib 358 jistgħu jitqiesu li huma prattika kummerċjali aggressiva u, għalhekk, inġusti fuq il-bażi tal-Artikolu 9(d) 359 .

·Fis-settur tal-assigurazzjoni, il-punt Nru 27 tal-Anness I ġie applikat għal sitwazzjonijiet li fihom l-assiguraturi jiċħdu milli jħallsu pretensjonijiet billi jġiegħlu lill-konsumaturi li riedu japplikaw għal kumpens skont polza tal-assigurazzjoni jipproduċu dokumenti li ma setgħux jitqiesu raġonevolment rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-validità tat-talba. F’dawk il-każijiet, l-operaturi tas-suq naqsu b’mod sistematiku milli jwieġbu għall-korrispondenza pertinenti sabiex jaqtgħu qalb il-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet kuntrattwali tagħhom 360 .

L-awtoritajiet nazzjonali applikaw il-UCPD fil-qasam tas-servizzi finanzjarji

Pereżempju:

·L-awtoritajiet Griegi ħadu passi legali kontra ċerti banek talli pprovdew informazzjoni qarrieqa dwar ir-riskji inerenti ta’ ċerti prodotti finanzjarji, primarjament il-bonds ta’ Lehman Brothers 361 . Meta ġew biex jistabbilixxu jekk it-tali prattiċi kinux qarrieqa, l-awtoritajiet Griegi ħadu f’kunsiderazzjoni l-fatt li l-konsumaturi fil-mira tal-banek għall-bejgħ ta’ dawn il-bonds kienu detenturi ta’ kontijiet kurrenti ordinarji li ma kinux midħla ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti finanzjarji.



Anness I: Ġurisprudenza mill-QtĠ-UE dwar il-UCPD (skont is-sena)

Kawża

Sena

Is-suġġett diskuss fl-abbozz tal-gwida tal-UCPD

Taqsima tal-abbozz tal-gwida tal-UCPD

C-261/07 Total Belgium

2009

·Effetti ta’ armonizzazzjoni sħiħa tad-Direttiva

·Applikazzjoni tad-Direttiva għall-promozzjonijiet ta’ roħsijiet

·1.3 karattru ta’ armonizzazzjoni sħiħa

·1.3.1 Applikazzjoni għal promozzjonijiet ta’ roħsijiet u tnaqqisiet fil-prezz

C-304/08 Plus Warenhandelsgesellshcaft

2010

·Applikazzjoni tad-Direttiva għall-promozzjonijiet ta’ roħsijiet

·Distinzjoni bejn l-interessi tal-konsumaturi u tal-kompetituri

·1.3.1 Applikazzjoni għal promozzjonijiet ta’ roħsijiet u tnaqqisiet fil-prezz

·1.2.2 Prattiċi kummerċjali marbutin ma’ tranżazzjoni min-negozju għan-negozju jew li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri biss

C-540/08 Media print

2010

·Id-Direttiva tipprekludi projbizzjoni nazzjonali ġenerali fuq il-bejgħ b’bonusijiet imfassal sabiex jikseb protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll oħrajn

·1.2.1 Prattiċi kummerċjali li ma jaffettwawx l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi

· 1.3.1 Applikazzjoni għal promozzjonijiet ta’ roħsijiet u tnaqqisiet fil-prezz

C-522/08 Telekom. Polska

2010

·1.3.1 Applikazzjoni għal promozzjonijiet ta’ roħsijiet u tnaqqisiet fil-prezz

C-122/10 Ving Sverige

2011

·Sabiex komunikazzjoni kummerċjali tkun tista’ tiġi kategorizzata bħala stedina għax-xiri, ma hemmx bżonn li tkun tinkludi opportunità proprja ta’ xiri jew li tkun tidher qrib u fl-istess ħin peress li opportunità bħal din li tuża “prezzijiet inizjali” ma tkunx kontra l-UCPD, diment li l-prezz finali ma jkunx jista’ “jiġi kkalkolat b’mod raġonevoli minn qabel”

·Il-firxa tal-informazzjoni marbuta mal-karatteristiċi ewlenin ta’ prodott li trid tiġi kkomunikata fi stedina għax-xiri trid tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-kuntest ta’ dik l-istedina, l-għamla u l-karatteristiċi tal-prodott u l-mezz ta’ komunikazzjoni użat

·2.6.1 il-kunċett ta’ “stedina għax-xiri”

·2.6.2 Informazzjoni materjali fil-każ ta’ stedina għax-xiri

·3.3.3 Limiti tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat

C-288/10 Wamo

2011

·Regoli nazzjonali li jipprojbixxu t-tnaqqisiet fil-prezz matul il-perjodi ta’ qabel ir-roħsijiet mhux kompatibbli mad-Direttiva peress li għandha l-għan li tipproteġi l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi

·1.2.2 Prattiċi kummerċjali marbutin ma’ tranżazzjoni min-negozju għan-negozju jew li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri biss

C-126/11 Inno

2011

·Dispożizzjoni nazzjonali ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva “jekk ikollha biss l-għan, kif argumentat mill-qorti ta’ riferiment, li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-kompetituri u ma jkollhiex l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi

·1.2.2 Prattiċi kummerċjali marbutin ma’ tranżazzjoni min-negozju għan-negozju jew li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri biss

C-428/11 Purely Creative

2012

·Il-kunċett ta’ “kost” b’rabta man-Nru 31 tal-Anness I

·4.7 Premjijiet – Nru 31 tal-anness I (premjijiet)

C-559/11 Pelckmans Turnhout

2012

·Projbizzjoni nazzjonali sabiex jinfetħu l-ħwienet sebat ijiem fil-ġimgħa sabet li għandha biss l-għan li tipproteġi l-interessi tal-ħaddiema u l-impjegati fis-settur tad-distribuzzjoni u ma għandhiex l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi.

·1.2.1 Prattiċi kummerċjali li ma jaffettwawx l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi

Kawża C-453/10 Pereničová u Perenič

2012

·Informazzjoni żbaljata pprovduta fil-patti kuntrattwali hija “qarrieqa” skont it-tifsira tal-UCPD jekk twassal, jew aktarx li twassal, sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħrajn.

·1.4.5 Ir-relazzjoni mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Kuntrattwali Inġusti

C-206/11 Köck

2013

·Liġi nazzjonali li tippermetti li jitħabbar roħs għall-ikklirjar biss jekk tawtorizzah l-awtorità amministrattiva kompetenti kkunsidrata li hija mmirata biss għall-protezzjoni tal-konsumaturi, u mhux biss għall-protezzjoni tal-kompetituri u operaturi oħrajn fis-suq

·1.2.1 Prattiċi kummerċjali li ma jaffettwawx l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi

C-435/11 CHS Tour Services

2013

·Jekk prattika kummerċjali tissodisfa l-kriterji kollha fl-Artikolu 6(1) talli ġiet kategorizzata bħala prattika qarrieqa b’rabta mal-konsumatur, ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit jekk it-tali prattika tmurx ukoll kontra r-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali kif imsemmi fl-Artikolu (5)(2)(a)

·3.1 Il-klawżola ġenerali – ir-rekwiżiti ta’ diliġenza professjonali

C-59/12 BKK Mobil Oil

2013

·Korp irregolat bil-liġi pubblika b’kompitu ta’ interess pubbliku, bħall-ġestjoni ta’ fond statutorju tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jista’ jikkwalifika bħala “operatur tas-suq”

·2.1 Il-kunċett ta’ operatur tas-suq

C-265/12 Citroën Belux

2013

·L-SM jistgħu jistabbilixxu projbizzjoni ġenerali fuq offerti kombinati li jsiru lill-konsumaturi meta tal-inqas wieħed mill-komponenti ta’ dawk l-offerti jkun servizz finanzjarju

·5.4.1 Servizzi finanzjarji u proprjetà immobbli – kwistjonijiet orizzontali

C-281/12 Trento Sviluppo

2013

·Interpretazzjoni wiesgħa kkonfermata: “deċiżjoni tranżazzjonali” ma tkoprix biss id-deċiżjoni dwar jekk wieħed jixtrix prodott, iżda anki deċiżjonijiet marbutin b’mod dirett ma’ dik id-deċiżjoni, speċjalment id-deċiżjoni sabiex wieħed jidħol fil-ħanut

·2.3 Il-kunċett ta’ “deċiżjoni tranżazzjonali”

C-343/12 Euronics

2013

·Id-Direttiva tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, li għandha l-għan li tipprojbixxi l-bejgħ bit-telf, iżda biss safejn din id-dispożizzjoni jkollha wkoll l-għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

·1.2.2 Prattiċi kummerċjali marbutin ma’ tranżazzjoni min-negozju għan-negozju jew li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri biss

C-421/12 KE vs Ir-Renju tal-Belġju

2014

·Regoli nazzjonali li jimponu projbizzjoni ġenerali fuq prattiċi mhux imsemmijin fl-Anness I, bla ma jipprovdu għal analiżi dwar jekk il-prattiċi humiex “inġusti” fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9 ta’ dik id-direttiva, mhumiex permessi skont l-Artikolu 4 tagħha u jmorru kontra l-objettiv ta’ armonizzazzjoni sħiħa segwita minn dik id-direttiva

·Promozzjonijiet tal-prezzijiet u karattru ta’ armonizzazzjoni totali fid-dawl tad-Direttiva ta’ Indikazzjoni tal-Prezzijiet

·Ommissjoni minn operatur tas-suq ta’ informazzjoni li hija meħtieġa mid-dispożizzjonijiet nazzjonali awtorizzati mill-klawżoli minimi fi-istrumenti tal-liġi tal-UE eżistenti mhijiex sejra tikkwalifika bħala ommissjoni ta’ informazzjoni materjali u, b’hekk, ma tikkostitwix ommissjoni qarrieqa skont din id-Direttiva

·1.3.1 Applikazzjoni għal promozzjonijiet ta’ roħsijiet u tnaqqisiet fil-prezz

·1.3.1 Applikazzjoni għal promozzjonijiet ta’ roħsijiet u tnaqqisiet fil-prezz

·1.4.3 Rekwiżiti ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE bħala “informazzjoni materjali”

Kawża C-515/12 “4finance” UAB vs Il-Ministeru tal-Finanzi tal-Litwanja

2014

·Skema promozzjonali piramidali tikkostitwixxi prattika kummerċjali inġusta biss meta t-tali skema tkun teħtieġ li l-konsumatur jagħti ħlas finanzjarju, ikun xi jkun l-ammont, għall-opportunità li jirċievi kumpens li jinkiseb primarjament mill-introduzzjoni ta’ konsumaturi oħrajn fl-iskema minflok mill-bejgħ jew il-konsum ta’ prodotti.

·4.2   Skemi piramidali — prattika kummerċjali pprojbita Nru 14

C-388/13 UPC

2015

·La d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2(c) u (d), 3(1) u 6(1) tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali u lanqas din tal-aħħar, ikkunsidrata fis-sħuħija tagħha, ma fihom indikazzjoni li l-att jew l-ommissjoni min-naħa tal-professjonist trid tkun rikorrenti jew trid tkun tikkonċerna iktar minn konsumatur wieħed

·2.2 il-kunċett ta’ prattika kummerċjali

C-13/15 Cdiscount

2015

·Huwa f’idejn l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jiddeċiedu jekk dispożizzjoni nazzjonali hijiex maħsuba sabiex tħares l-interessi tal-konsumatur

·1.2.2 Prattiċi kummerċjali marbutin ma’ tranżazzjoni min-negozju għan-negozju jew li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri biss

Kawżi Konġunti C-544/13 u C-545/13

2015

·L-applikazzjoni tal-UCPD mhijiex eskluża, lanqas jekk tkun tapplika wkoll leġiżlazzjoni oħra tal-UE għal sett ta’ fatti partikolari.

·Anki meta l-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, bħal dawk ikkonċernati mill-proċedimenti ewlenin, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83, il-prattiċi ta’ reklamar marbutin ma’ dawk il-prodotti mediċinali, bħal dawk allegati fil-proċedimenti ewlenin, ukoll jistgħu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29 diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

·1.4.1 Ir-relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE

(1)

   SEC(2009) 1666.

(2)

   COM(2013) 138 finali, 14.3.2013.

(3)

   COM(2013) 139 finali, 14.3.2013.

(4)

   PS1268 - TELE2-ostruzionismo migrazione, Provv. n. 20266 del 03/09/2009 (Bollettino n. 36/2009); PS1700 - Tiscali-ostruzionismo passaggio a TELECOM, Provv. n. 20349 del 01/10/2009 (Bollettino n. 40/2009).

(5)

   Krajsky sud vs Presove, 27 ta' Ottubru 2011, 2Co/116/2011.

(6)

   PS9042 - Esattoria-Agenzia Riscossioni. Provvedimento n. 24763, 22 ta' Jannar 2014.

(7)

   DKK – 61 – 10/07/DG/IS

(8)

   Kawża Webuyanycar - CRE-E/25631, 28 ta' Marzu 2011, https://www.gov.uk/cma-cases/we-buy-any-car-unfair-practices-by-trader-offering-vehicle-buying-service

(9)

   Kawża C-559/11, Pelckmans Turnhout NV, 4 ta' Ottubru 2012.

(10)

   Kawża C-540/08 Media print, 9 ta' Novembru 2010.

(11)

   Kawża C-206/11, Köck, 17 ta' Jannar 2013, paragrafu 31.

(12)

   Id-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv.

(13)

   Seba' Stati Membri bħalissa japplikaw il-UCPD għal relazzjonijiet B2B ukoll. Minn dawn, l-Awstrija (ara § 1(1) tal-Att Federali li jemenda l-Att Federali tal-1984 kontra l-Kompetizzjoni Inġusta fuq https://webgate.ec.europa.eu/ucp/public/index.cfm?event=public.country.viewFile&lawID=36&languageID=EN ) u l-Iżvezja (ara l-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Prattiċi ta' Kummerċjalizzazzjoni (2008:486) fuq https://webgate.ec.europa.eu/ucp/public/index.cfm?event=public.country.viewFile&lawID=38&languageID=EN) estendew id-dispożizzjonijiet kollha tagħha għal prattiċi kummerċjali B2B. Minflok, id-Danimarka (L-Att dwar il-Prattiċi Kummerċjali, Att Konsolidat Nru 58 tal-20 ta' Jannar 2012 kif emendat mill-Artikolu 33 tal-Att nru 1231 tat-18 ta' Diċembru 2012, l-Artikolu 5 tal-Att nru 1387 tat-23 ta' Diċembru 2012 u l-Artikolu 1 tal-Att nru 378 tas-17 ta' April 2013), Franza (Ara l-Artikolu L. 121-1, I u III u L. 121-1-1 tal-Kodiċi tal-Konsumatur), il-Ġermanja (Ara l-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni Inġusta (UWG) fuq http://www.gesetze-im-internet.de/englisch_uwg/englisch_uwg.html#UWGengl_000P3 ), l-Italja (Ara l-Artikolu 19 tal-Kodiċi tal-Konsumaturi kif emendat mill-Artikolu 7, co.2 tad-Digriet Legali 1/2012, konvertit bl-emendi fil-Liġi tal-24 ta' Marzu 2012, n. 27), u l-Belġju (Kapitolu 4 tal-Loi du 6 avril 2010 relative aux pratiques du marché et à la protection du consommateur) japplikawha b'ċerta modulazzjoni. Fid-Danimarka, in-negozji huma protetti minn dispożizzjonijiet fuq prattiċi qarrieqa kif ukoll aggressivi. Franza tapplika l-Artikolu 6 u l-Anness I (limitati għall-parti dwar il-prattiċi qarrieqa tal-UCPD) għal tranżazzjonijiet B2B b'mod esklussiv. Fil-Ġermanja, partijiet mid-Direttiva japplikaw ukoll għal prattiċi kummerċjali min-negozju għan-negozju. L-Italja estendiet l-applikazzjoni tad-Direttiva għal "mikroimpriżi" (definiti bħala impriża li tħaddem inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali u/jew il-karta bilanċjali annwali tagħha ma jaqbżux total ta' EUR 2 miljun", fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u impriżi medji [Ġurnal Uffiċjali L 124 tal-20.05.2003]. Il-Belġju estenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiegħu għal tranżazzjonijiet B2B għal ċerti prattiċi pprojbiti elenkati fl-Anness I biss.

(14)

   C-304/08, Plus Warenhandelsgesellschaft, 14 ta' Jannar 2010.

(15)

   Kawża C-13/15, Cdiscount, Ordni 8 ta' Settembru 2015.

(16)

   Kawża C-343/12, Euronics, paragrafu 31, Ordni tas-7 ta' Marzu 2013.

(17)

   Kawża C-288/10 (Wamo), paragrafu 40, Ordni tat-30 Ġunju 2011.

(18)

   Kawża C-126/11 (Inno), Ordni tal-15 ta' Diċembru 2011, paragrafu 29.

(19)

   Ara b'mod partikolari l-Premessi 5, 12 u 13 tad-Direttiva.

(20)

   Kawżi Magħquda C-261/07 u C-299/07 VTB-VAB NV vs Total Belgium, u Galatea BVBA vs Sanoma Magazines Belgium NV, Sentenza tat-23 ta' April 2009, paragrafu 52.

(21)

   Ara wkoll is-sentenzi tal-Qorti fil-Kawżi Magħquda C-261/07 u C-299/07 VTB-VAB NV vs Total Belgium, u Galatea BVBA vs Sanoma Magazines Belgium NV, Sentenza tat-23 ta' April 2009, Kawża C-304/08, Plus Warenhandelsgesellschaft, 14 ta' Jannar 2010, Kawża C-540/08, Media print; 9 ta' Novembru 2010, Kawża C-522/08, Telekomunikacja Polska, 11 ta' Marzu 2010.

(22)

   Kawża C-421/12, IlKummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju, 10 ta' Lulju 2014.

(23)

   Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi, ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27.

(24)

     Kawża C-421/12, IlKummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju, 10 ta' Lulju 2014.

(25)

   L-Artikolu 3 (5) u (6) tal-UCPD jistipulaw dan li ġej:

"5. Għal perjodu ta’ sitt snin mit-12 ta’ Ġunju 2007, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi u jimplimentaw direttivi li fihom klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima. Dawn il-miżuri għandhom ikunu essenzjali sabiex jiżguraw li l-konsumaturi huma mħarsa kif suppost minn prattiċi kummerċjali żleali u għandhom ikunu proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. Ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 18 tista’, jekk hekk jiġi kkunsidrat xieraq, tinkludi proposta sabiex tiġi mtawla din id-deroga għal perjodu ieħor limitat.

6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali applikati abbażi tal-paragrafu 5."

(26)

    COM(2013) 139 finali , taqsima 2.4 "Id-derogi".

(27)

   Id-Direttiva 2014/17/UE dwar ftehimiet ta' kreditu għall-konsumatur marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali. L-Istati Membri kellhom sal-21 ta' Marzu 2016 sabiex jittrasponuha fis-sistema legali tagħhom.

(28)

   Id-Direttiva Servizz Universali 2002/22/KE (kif emendata fl-2009) hija waħda mill-ħames direttivi tal-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjoni elettronika. Tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, id-Direttiva 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati u d-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza elettronika.

(29)

   Pereżempju, ir- regolatur tar-Renju Unit Ofcom nieda f'Ġunju 2015 investigazzjoni fil-problemi tal-konsumaturi meta jiġu biex jibdlu l-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika billi bħala bażi legali uża kemm id-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur kif ukoll ir-regoli li jittrasponu l-UCPD.

(30)

   Kawżi Konġunti C-544/13 u C-545/13, 16 ta' Lulju 2015, paragrafi 72, 74 u 82.

(31)

   Bħalissa qiegħda ssir ħidma sabiex jiġu aġġornati l-proċeduri għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-15-5705_en.htm

(32)

   L-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta' din id-Direttiva jistabbilixxu rekwiżiti ta' informazzjoni speċifiċi marbutin mal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal karozzi tal-passiġġieri, eż. li tkun mehmuża jew li tintwera tikketta dwar l-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2, b'mod li tidher ċara, qrib kull mudell ta' karozza tal-passiġġieri ġdida fil-punt tal-bejgħ. L-Istati Membri jridu jaraw ukoll li l-materjal promozzjonali jindika d-data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u data dwar il-konsum ta' fjuwil.

(33)

   Matul il-ħarifa tal-2015, l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur f'diversi Stati Membri, inklużi l-Polonja, l-Italja u l-Irlanda, nedew investigazzjonijiet dwar il-prattiċi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' produttur ewlieni tal-karozzi u n-netwerk ta' distribuzzjoni tiegħu minħabba suspett li ma kienx qiegħed jippermetti lill-klijenti tiegħu jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali tassew informata. Ara, pereżempju: http://www.agcm.it/en/newsroom/press-releases/2244-italian-competition-agency-launched-an-ex-officio-investigation-into-volkswagen-ag-and-its-distribution-network-in-italy.html and: https://uokik.gov.pl/news.php?news_id=11973

(34)

   Id-Direttiva 2010/30/UE dwar l-informazzjoni fuq il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħrajn minn prodotti relatati mal-enerġija teħtieġ li l-apparati domestiċi u l-prodotti marbutin mal-enerġija offruti għall-bejgħ, il-kiri jew il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri jkunu akkumpanjati minn skeda u tikketta li jipprovdu informazzjoni dwar il-konsum tagħhom ta' enerġija (elettrika jew oħra) jew ta' riżorsi essenzjali oħrajn.

(35)

   Id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija fiha rekwiżit speċifiku ta' informazzjoni dwar ir-rwol li jista' jkollhom il-konsumaturi fl-użu sostenibbli tal-prodott.

(36)

   Id-Direttiva 1999/94/KE relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda teħtieġ li tintwera tikketta dwar l-ekonomija fil-fjuwil qrib il-karozzi tal-passiġġieri kollha ġodda fil-punt tal-bejgħ li jkun fiha, b'mod partikolari, id-data uffiċjali dwar il-konsum tal-fjuwil.

(37)

   Id-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji teħtieġ li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-klijenti, inklużi l-konsumaturi, b'informazzjoni speċifika dwar is-servizzi, l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġiji tal-investiment proposti, l-ispejjeż u t-tariffi assoċjati tagħhom. Din id-direttiva se tiġi revokata mid-Direttiva riveduta 2014/65/UE tal-15 ta' Mejju 2015 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (Mifid 2).

(38)

   Id-Direttiva 2007/64/KE dwar is-servizzi ta' pagament fiha dispożizzjonijiet iktar speċifiċi dwar l-informazzjoni prekuntrattwali u dwar il-modalitajiet għall-forniment ta' din l-informazzjoni. Din id-direttiva se tiġi rrevokata minn Direttiva riveduta fuq is-servizzi ta' pagament, magħrufa bħala PSD2.

(39)

   Id-Direttiva 2008/48/KE dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur fiha rekwiżiti speċifiċi ta' informazzjoni meta jsiru reklami għal kreditu.

(40)

   Id-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali fiha regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' krediti ipotekarji bħall-projbizzjoni ta' bejgħ abbinat. Id-Direttiva fiha wkoll rekwiżiti speċifiċi ta' informazzjoni fl-istadji ta' reklamar u prekuntrattwali.

(41)

   Id-Direttiva 2014/92/UE dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.

(42)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni. Ir-Regolament jibda japplika mill-31 ta' Diċembru 2016.

(43)

   Id-Direttiva 2001/83/KE marbuta mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fiha rekwiżiti oħrajn f'termini ta' reklamar u tikkettar ta' prodotti mediċinali.

(44)

   Id-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) kif emendata mid-Direttiva 2009/136/KE teħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni kuntrattwali dwar il-livelli minimi ta' kwalità tas-servizzi, it-tip ta' manutenzjoni offruta u kwalunkwe arranġament ta' kumpens u rifużjoni li japplikaw jekk is-servizz ikkuntrattat ma jilħaqx il-livelli ta' kwalità.

(45)

   Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru jeħtieġ li l-prezz finali pagabbli – li jrid jinkludi l-elementi kollha prevedibbli u inevitabbli tal-prezz disponibbli fi żmien il-pubblikazzjoni – ikunu indikati u mqassma skont il-komponenti: tariffa tal-ajru jew rata tal-ajru, taxxi, tariffi tal-ajruport, tariffi oħrajn u ħlasijiet addizzjonali.

(46)

   Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet fih obbligu speċifiku li l-passiġġieri jiġu mgħarrfin li fil-każ ta' tlugħ abbord mhux permess, tħassir ta' titjira jew dewmien fit-titjira, dawn jistgħu jkunu intitolati għal kumpens u assistenza u indukrar; ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004; ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ.

(47)

   Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur, ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(48)

   Ara wkoll it-taqsima 4.1.1.1 tad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi Gwida CRD (verżjoni Ġunju 2014).

(49)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, ĠU L 095, 21.04.1993.

(50)

   Kawża C-453/10 Pereničová u Perenič, 15 ta' Marzu 2012.

(51)

   Kawża C-453/10 Pereničová u Perenič, paragrafu 46

(52)

   Office of Fair Trading vs Ashbourne Management Services Ltd [2011] EWHC 1237 (Ch).

(53)

   Ara l-eżempji fl-Italja, il-Polonja, il-Belġju u n-Netherlands.

(54)

   Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(55)

   B'hekk, l-MCAD tkopri r-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali bħala żewġ każijiet ta' ksur indipendenti - ara wkoll il-Qorti, Kawża C-52/13, Posteshop SpA, 13 ta' Marzu 2014.

(56)

   Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ĠU L 376, 27/12/2006.

(57)

   Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern, ĠU L 178, 17/08/2000.

(58)

   Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva.

(59)

   Id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali stabbilit fl-Artikolu 8 jista' jkun limitat skont il-liġi u għar-rispett tal-prinċipji ta' soċjetà demokratika; skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f'dawk il-każijiet biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta' interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn (Artikolu 52 (2) tal-Karta).

(60)

   Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, ĠU L 281, 23.11.1995 - Mill-2018, id-Direttiva 95/46/KE sejra tiġi rrevokata mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data adottat fl-2016.

(61)

   Id-Direttiva Nru 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2006/24/KE u d-Direttiva 2009/136/KE.

(62)

   L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika.

(63)

   Ara l-Artikoli 10, 11 u 14 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data 95/46/KE.

(64)

   Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(65)

   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 04/01/2003, p. 1. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat dwar il-KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament tat-TFUE. Sostanzjalment, iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma identiċi.

(66)

   Ara hawn taħt, taħt 1.4.9.

(67)

   Ara hawn taħt, taħt 2.6.

(68)

   C-34/13 Kušinová, paragrafi 63 – 65 u C-169/14 Sanchez Morcillo, paragrafu 35. 

(69)

   Kawża C 322/01 Deutscher Apothekerverband, para. 64; Kawża C-205/07, Gysbrechts para. 33; Kawża C-37/92 Vanacker u Lesage, para 9; Kawża C-324/99 DaimlerChrysler, para. 32 u l-Kawża C-322/01 Deutscher Apothekerverband, para. 64.

(70)

   Ara l-Kawża 8/74 Dassonville, para. 5.

(71)

   Kawżi C267/91 u 268/91 Keck.

(72)

   F'Keck, il-Qorti ċċarat il-ġurisprudenza preċedenti tagħha, b'mod partikolari l-Kawża 8/74 Dassonville.

(73)

   Ara l-Kawża C-412/93 Leclerc-Siplec, para 22, u l-Kawża C-6/98 ARD, para. 46.

(74)

   Ara l-Kawżi Konġunti C-401/92 u C-402/92 Tankstation ’t Heukske u Boermans, para 14; Kawżi Konġunti C-69/93 u C-258/93 Punto Casa u PPV u l-Kawżi Konġunti C-418/93 sa C-421/93, C-460/93 sa C-462/93, C-464/93, C-9/94 sa C-11/94, C-14/94, C-15/94, C-23/94, C-24/94 u C-332/94 Semeraro Casa Uno u Oħrajn, para. 9 –11, 14, 15, 23 u 24.

(75)

   Ara l-Kawża C-391/92 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, para. 15; Kawżi Magħqudin C-69/93 u C-258/93 Punto Casa u PPV.

(76)

   Ara l-Kawża C-63/94 Belgacom.

(77)

   Ara l-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka.

(78)

   Għal dan l-għan, ara l-Kawża C-333/08 Il-Kummissjoni vs Franza, para. 87.

(79)

   Ara, fost l-oħrajn, il-Kawża C-313/94 Graffione, para. 17 u l-Kawża C-3/99 Ruwet, para. 50.

(80)

   Kawża C-161/09 Kakavetsos-Fragkopoulos, para. 39.

(81)

   Kawża C-161/09 Kakavetsos-Fragkopoulos, para. 42.

(82)

    http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3327&NewSearch=1&NewSearch=1&Lang=MT .

(83)

    http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3325&news=1 .

(84)

   Administratïvās rajona tiesas spriedums lietā Nr. A420632710, 8 ta' Marzu 2012.

(85)

   Ara t-taqsima 5.2.4 fuq l-App Stores.

(86)

   Kawża C-59/12, BKK Mobil Oil, 3 ta' Ottubru 2013, paragrafu 32.

(87)

   Kawża C-59/12, BKK Mobil Oil, 3 ta' Ottubru 2013, paragrafu 37.

(88)

   Ara, fost l-oħrajn, il-Kawża C-388/13 UPC paragrafu 35, bir-referenzi.

(89)

   Kawża C-281/12 Trento Sviluppo, 19 ta' Diċembru 2013, paragrafu 35. .

(90)

   Kawża C-388/13 UPC, 16 ta' April 2015, paragrafu 36.

(91)

   Kawża C-388/13, UPC, 16 ta' April 2015, paragrafi 41, 42 u 60.

(92)

   Kawża C-281/12 Trento Sviluppo srl, Centrale Adriatica Soc. Coop. Arl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, 19 ta' Diċembru 2013, paragrafi 35, 36 u 38.

(93)

   Ara eż. l-Kawżi Konġunti C-236/08 sa C-238/08, Louis Vuitton, para. 113.

(94)

   MD 2010:8, Marknadsdomstolen, Toyota Sweden AB vs Volvo Personbilar Sverige Aktiebolag, 12 ta' Marzu 2010.

(95)

   Kawża C-210/96 Gut Springenheide u Tusky [1998] Ġabra I-4657, para 31.

(96)

   Kawża C-470/93 Verein gegen Unwesen in Handel und Gewerbe Koln e.V. vs Mars GmbH [1995] Ġabra I-01923, para 24.

(97)

   Kawża C-99/01 Proċedura kriminali vs Gottfried Linhart u Hans Biffl [2002] Ġabra I-09375, para 35.

(98)

   "Puffery" hija dikjarazzjoni soġġettiva jew esaġerata dwar il-kwalitajiet ta' prodott partikolari, li ma għandhiex tittieħed litteralment. Din hija xorta ta' prattika li jsir riferiment għaliha fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(3) tal-UCPD.

(99)

   Għal konsumaturi vulnerabbli, ara 2.3 hawn taħt.

(100)

   Kawża C-210/96 Gut Springenheide u Tusky vs Oberkreisdirektor Steinfurt [1998] Ġabra I-4657, para 31, 32, 36 u 37. Ara wkoll il-Kawża C-220/98, Estée Lauder Cosmetics GmbH & Co. ORG, vs Lancaster Group GmbH, opinjoni tal-Avukat Ġenerali Fennelly, para 28.

(101)

    [2011] EWCH 106 (Ch).

(102)

   4 U 141/11.

(103)

   P/0359/07/2010.

(104)

   Fővárosi Ítélőtábla, Magyar Telekom Nyrt u oħrajn, ID tal-kawża: 2.Kf.27.171/2012/4.

(105)

   Deċiżjoni tal-4 ta' Lulju 2012 tal-Marknadsdomstolen: http://www.marknadsdomstolen.se/Filer/Avgöranden/Dom2012-7.pdf .

(106)

   Studju dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumatur fi swieq ewlenin madwar l-Unjoni Ewropea (EACH/2013/CP/08). Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/market_studies/vulnerability/index_en.htm

(107)

   Il-konsumaturi sarulhom dawn il-mistoqsijiet: Jekk l-istess prodott huwa mraħħas fil-ħanut A u l-ħanut B,liema ħanut huwa l-irħas jekk...? 1) Il-ħanut A joffri sett tat-TV għal €440. Il-ħanut B joffri l-istess tip eżatt ta' sett tat-TV għal €500 iżda bi skont ta' 10%, 2) Il-ħanut A joffri sett tat-TV għal €890. Il-ħanut B joffri l-istess tip eżatt ta' sett tat-TV għal €940 iżda bi skont ta' €60 (munita adattata għall-pajjiż).

(108)

   Il-konsumaturi ġew ippreżentati bir-reklam fuq ir-radju li ġej: "Abbona għal BEACH BREAKS u rċievi par nuċċali tax-xemx b'xejn. In-nuċċali tax-xemx tirċivih meta tixtri waħda mill-vaganzi tagħna f'xi bajja", u saritilhom mistoqsija dwar jekk, fl-opinjoni tagħhom, ir-reklam "1) Joffrix nuċċalijiet tax-xemx b'xejn lil kull min jabbona għal beach breaks, 2) Joffrix nuċċalijiet tax-xemx biss lil dawk li jixtru vaganza mingħand beach breaks, jew 3) Ma nafx".

(109)

   Il-preġudizzji fl-imġiba tal-konsumaturi – speċjalment il-kunfidenza eċċessiva – huma enfasizzati fl-istudju dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumatur fi swieq ewlenin madwar l-UE ((EACH/2013/CP/08)) u ddokumentati spiss fit-tagħrif rilevanti (eż. Lunn, P. and Lyons, S. (2010). "Behavioural Economics and „Vulnerable Consumers": A Summary of Evidence’, Economic and Social Research Institute (ESRI); jew Kahneman,D., Slovic, P., and Tversky, A. (Eds.) (1982). Judgement Under Uncertainty: Heuristics and Biases.Cambridge University Press).

(110)

   L-esperimenti fuq l-imġiba saru f'ħames pajjiżi: Ir-Rumanija, il-Portugall, il-Litwanja, ir-Renju Unit u d-Danimarka.

(111)

   Meta ssir valutazzjoni fl-isfond tal-indikaturi żviluppati mill-istudju sabiex tiġi kkunċettwalizzata l-vulnerabbiltà tal-konsumatur, instab li l-pajjiżi fejn il-konsumatur medjan juri kemxejn inqas vulnerabbiltà mill-medja madwar l-UE28 huma: L-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Iżlanda, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Norveġja, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Iżvezja, in-Netherlands u r-Renju Unit. Għall-kuntrarju, il-pajjiżi fejn il-konsumatur medjan huwa kemxejn iktar vulnerabbli mill-medja fost l-UE28 huma l-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja. Fil-pajjiżi li jifdal, ix-xejra tal-vulnerabbiltà tal-konsumatur medjan hija simili għax-xejra ġenerali tal-UE. Dawn il-pajjiżi huma l-Kroazja, id-Danimarka, l-Estonja, Franza u l-Italja.

(112)

   Kawża C-220/98 Estée Lauder Cosmetics GmbH & Co. OHG vs Lancaster Group. [2000] Ġabra I-00117, para 29.

(113)

   Kawża C-313/94 F.lli Graffione SNC vs Ditta Fransa [1996] Ġabra I-06039, para 22.

(114)

   Deċiżjoni Vj-5/2011/73 mill-Awtorità Ungeriża tal-Kompetizzjoni, 10 ta' Novembru 2011.

(115)

   Studju dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumatur fi swieq ewlenin madwar l-Unjoni Ewropea (EACH/2013/CP/08) - ara: http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/market_studies/vulnerability/index_en.htm

(116)

   PS6980 - Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato PS6980 - Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(117)

    http://www.un.org/disabilities/convention/conventionfull.shtml

(118)

    http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.events-and-activities-disabilities-convention  

(119)

   Studju dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumatur fi swieq ewlenin madwar l-Unjoni Ewropea (EACH/2013/CP/08) - ara: http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/market_studies/vulnerability/index_en.htm

(120)

   Sejjer jiġi ppubblikat fit-tieni kwart tal-2016.

(121)

   Studju dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumatur fi swieq ewlenin madwar l-Unjoni Ewropea (EACH/2013/CP/08). Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/market_studies/vulnerability/index_en.htm  

(122)

   MAO: 157/11, il-Qorti tas-Suq ta' Ħelsinki, 8 ta' April 2011.

(123)

   Ara pereżempju l-Pożizzjoni Komuni tan-Netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur fuq ix-xirjiet mill-apps, kif diskuss fit-taqsima 5.2.1.3 fuq l-app stores.

(124)

   Kawża C-122/10 Konsumentombudsmannen vs Ving Sverige AB, Sentenza tat-12 ta' Mejju 2011, paragrafu 32.

(125)

   Ara wkoll il-Gwida dwar ir-Regolament tar-Renju Unit (Mejju 2008) li jimplementa d-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali, 2008 Consumer Protection from Unfair Trading, Office of Fair Trading, 2008 ( http://www.oft.gov.uk/advice_and_resources/small_businesses/competing/protection ) paġna 36.

(126)

   Pereżempju, reklam f'rivista li juri flokkijiet għall-bejgħ: il-prezzijiet u d-daqsijiet tal-flokkijiet disponibbli jingħataw fir-reklam u n-nofs t'isfel tar-reklam huwa formola ta' ordni li tista' timtela, bil-ħlas mehmuż, u tintbagħat direttament lill-bejjiegħa bl-imnut.

(127)

   Qorti Kummerċjali ta' Antwerp, 29 ta' Mejju 2008, Federatie voor verzekerings- en financiële tussenpersonen v ING Insurance Services NV u ING België NV.

(128)

   Bl-istess mod, l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2005/29/KE jirreferu għall-kunċett tal-konsumatur medju.

(129)

   Kawża C-435/11, CHS Tour Services GmbH vs Team4 Travel GmbH, 19 ta' Settembru 2013; ikkonfermat fil-Kawża C-388/13, UPC, 16 ta' April 2015, paragrafi 61-63.

(130)

   Deċiżjoni Nru DKK 6/2014.

(131)

   PS9540 – Euroservice-Recupero Crediti. Provvedimento n. 25425, 15 ta' April 2015.

(132)

   Deċiżjoni Nru RPZ 4/2015.

(133)

   Id-Direttiva 2011/83/UE

(134)

   PS9678 - Samsung - Caratteristiche Tecniche Smartphone. Id-Deċiżjoni Nru 25138, 19 ta' Diċembru 2014.

(135)

   Imnedija fit-8 ta' Marzu 2016

(136)

   L-Ombudsman tal-Konsumatur, 25 ta' Frar 2013 (Nru tal-protokoll 4995), il-Bank ta' Ċipru.

(137)

   Il-kawża kontra Melita mobile tas-17 ta' April 2013.

(138)

   Għad li din tista' titqies bħala informazzjoni materjali skont l-Artikolu 7 tal-UCPD.

(139)

   Urteil Az. I-4 U 174/11 OLG Hamm 8. März 2012 u Urteil Az. 3 U 219/11 OLG Bamberg 21. März 2012.

(140)

   Cour d’appel de Paris, 10 ta' Mejju 2012, Société Havana Club International u SA Pernod v SAS Etablissements Dugas u Société 1872 Holdings VOF (ref 10/04016).

(141)

   MAO:829/15

(142)

   Il-Qorti tal-Belt ta' Praga, 11 ta' Mejju 2015, Bredley u Smith vs L-Awtorità tal-Ispezzjoni Kummerċjali tar-Repubblika Ċeka.

(143)

   Id-Direttiva 1999/44/KE.

(144)

   PS7256, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, 21 ta' Diċembru 2011, COMET-APPLE-Prodotti in garanzia.

(145)

   Consiglio di Stato, N. 05253/2015REG.PROV.COLL. N. 05096/2012 REG.RIC.

(146)

   Skont ir-riċerka ppubblikata mill-assoċjazzjoni tal-konsumaturi tar-Renju Unit "Which?" f'Novembru 2014, "88% tan-nies qiesu l-veloċità bħala fattur importanti li tinfluwenza d-deċiżjoni tagħhom li jixtru broadband internet".

(147)


http://www.consumerombudsman.dk/~/media/Consumerombudsman/dco/Guidelines/Marketing%20of%20broadband%20connections%20%20Danish%20Consumer%20Ombudsman.pdf .

(148)

    http://www.consumerombudsman.dk/Regulatory-framework/dcoguides/Environmental-and-ethical-marketing#FIRE .

(149)

   Guidance from the Consumer Ombudsman on the use of environmental and ethical claims, etc., in marketing, (Gwida mill-Ombudsman tal-Konsumatur dwar l-użu ta’ asserzjonijiet ambjentali u etiċi, eċċ., fil-kummerċjalizzazzjoni) Awwissu 2014, paġna 21.

(150)

   MD 2009:36, Marknadsdomstolen, 19 ta' Novembru 2009.

(151)

   MD 2015:9, Marknadsdomstolen, 11 ta' Ġunju 2015: http://www.marknadsdomstolen.se/Filer/Avgöranden/Dom2015-11.pdf .

(152)

   Pereżempju, studju tal-2009 mill-British Brands Group ħares lejn l-impatt fuq ix-xerrejja ta' imballaġġi simili. Dan l-istudju sab li wieħed minn kull tliet xerrejja ammetta li jixtri l-prodott ħażin minħabba l-imballaġġ simili tiegħu, jiġifieri iktar ma l-imballaġġ isir simili għal ditta familjari, hekk ukoll iktar xerrejja jemmnu li l-prodotti jkunu ġejjin mill-istess fabbrika u li iktar ma l-imballaġġ isir simili hekk ukoll ix-xerrejja jkunu iktar probabbli li jixtru l-prodott:  http://www.britishbrandsgroup.org.uk/pages/parasitic-copying . Studju tal-2014 ippubblikat fil-Journal of Marketing jipproponi metodu u metrika sabiex tiġi kkwantifikata l-konfużjoni tal-konsumaturi bejn id-ditti ewlenin u d-ditti kkupjati li tirriżulta mis-similarità viżwali tad-disinni tal-imballaġġ tagħhom: http://journals.ama.org/doi/abs/10.1509/jmr.11.0467 .

(153)

   CA/NB/527/29, 6 ta' Novembru 2010.

(154)

   Id-Deċiżjoni Nru DDK 7/2014 mill-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. 

(155)

   Id-Direttiva 2000/31/KE dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku.

(156)

   Id-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva,

(157)

   Id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(158)

   Id-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur.

(159)

   Id-Deċiżjoni Nru RPZ 6/2015 mill-Uffiċċju tal-Polonja għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

(160)

   Ärenden 2016/53 u 2015/1000:  http://diabasweb.kov.se/arenlist.asp

(161)

   Ara l-Gwida tal-Ombudsman tal-Konsumatur tad-Danimarka dwar it-Tfal, iż-Żgħażagħ u l-Kummerċjalizzazzjoni, li verżjoni riveduta tagħha ġiet ippubblikata fl-1 ta' Lulju 2014 u s'issa hija disponibbli biss bid-Daniż fuq: http://www.forbrugerombudsmanden.dk/Love-og-regulering/Retningslinjer-og-vejledninger/Markedsfoeringsloven/Boern-og-Unge-Markedsfoering .

(162)

   Id-Deċiżjoni Nru K. 27.272/2014, Il-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol ta' Gyor.

(163)

   KKO 2011:65

(164)

   KKO 2011:65

(165)

   Kawża C-122/10 Konsumentombudsmannen vs Ving Sverige AB, Sentenza tat-12 ta' Mejju 2011, paragrafu 59.

(166)

   Audiencia Provincial de Madrid Sentencia nº 270/2014. Inħarġu konklużjonijiet simili f'kawża oħra ppreżentata quddiem il-Qorti Spanjola, Juzgado de lo Mercantil de Madrid Sentencia nº 704/2012.

(167)

   Il-premessa 14 tiċċara li "Fir-rigward ta’ ommissjonijiet, din id-Direttiva tistabbilixxi numru limitat ta’ elementi ewlenin ta’ tagħrif li l-konsumatur għandu bżonn ikollu sabiex jagħmel deċiżjoni tranżazzjonali informata...".

(168)

   Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(169)

   MD 2015:2, 9 ta' Marzu 2015: http://www.marknadsdomstolen.se/Filer/Avgöranden/Dom2015-2.pdf .

(170)

   Ara l- gwida dwar is-CRD tad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi.

(171)

   Id-Deċiżjoni Nru RBG 38/2014.

(172)

   16 ta' Lulju 2015 - Deċiżjoni Amministrattiva fir-rigward ta' Stoppa Telefonforsaljning Limited

(173)

 Tribunal Superior de Justicia de Madrid Sala de lo Contencioso Administrativo Sección 10, Nru 112/2014

(174)

   Kawża C-122/10 Konsumentombudsmannen/Ving Sverige AB, Sentenza tat-12 ta' Mejju 2011, para. 64.

(175)

   Id-Deċiżjoni Nru RWA-25/2010, Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów, Delegatura w Warszawie, 28 ta' Diċembru 2010, Eko-Park S.A.

(176)

   Ara l-Artikoli 5(1)(d) u 6(1)(g) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

(177)

   Ara l-Artikoli 5(1)(c) u 6(1)(e) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

(178)

   Ara l-Artikolu 22 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

(179)

   Ara l-Artikolu 6(1)(h) tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur.

(180)

   L-istudju huwa mistenni li jiġi ppubblikat fl-2016.

(181)

   Id-Deċiżjoni Nru RBG 32/2014.

(182)

   Informazzjoni dwar l-użu mill-Istati Membri tal-għażliet regolatorji skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur hija ppubblikata fuq is- sit web tal-Kummissjoni .

(183)

   Id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija.

(184)

   Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners.

(185)

   Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat.

(186)

    http://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/1_EN_ACT_part1_v6.pdf

(187)

   COM/2015/0614 finali; ara wkoll https://ec.europa.eu/priorities/jobs-growth-and-investment/towards-circular-economy_mt

(188)

   Id-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom. Fil-proposta tagħha tad-9 ta' Diċembru 2015 għal Direttiva dwar bejgħ ta' oġġetti onlajn u bejgħ ieħor ta' oġġetti fuq distanza, il-Kummissjoni pproponiet li jiġi applikat oneru tal-provi bil-kontra matul il-perjodu ta' garanzija legali sħiħ ta' sentejn. Tali regola ssaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur skont il-garanzija legali u tagħti inċentivi sabiex ikunu prodotti ta' kwalità aħjar u iktar durabbli.

(189)

   Id-Deċiżjoni tas-CRPC Nru E03-PTU-K115-39 tat-23.10.2012 kontra AirBaltic.

(190)

   Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Latvja għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Konsumatur tat-23 ta' Ottubru 2012: http://www.ptac.gov.lv/sites/default/files/lieta_air_baltic_keksi_lemums_izraksts_23_10_12_2_.pdf

(191)

   Mit-13 ta' Ġunju 2014, l-Artikolu 22 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur ma jippermettix lill-operaturi tas-suq jużaw għażliet predefiniti li l-konsumatur irid jirrifjuta (bħal kaxex immarkati bil-lest) sabiex jevita ħlasijiet addizzjonali, minflok ma jitolbu l-kunsens espliċitu tal-konsumatur għal ħlasijiet addizzjonali.

(192)

   Consiglio di Stato, Adunanza Plenaria - Sentenza 11 maggio 2012, n.14 - Pres. Coraggio – est. Greco.

(193)

   Il-Qorti Suprema tal-Bulgarija, 3 ta' Novembru 2011, 15182/2011, VII d: http://www.sac.government.bg/court22.nsf/d6397429a99ee2afc225661e00383a86/4ade3b5386f5ef2cc225793b003048b3?OpenDocument .

(194)

   Ara pereżempju PS8215, id-deċiżjoni nru 24117 tat-12 ta' Diċembru 2012.

(195)

   Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox inkluż (package travel), il-vaganzi kollox inkluż u t-tours kollox inkluż, ĠU L 158, 26.06.1990, p. 59. Li sejra tiġi revokata u sostitwita mid-Direttiva (UE) 2015/2302 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1 b'effett mill-1 ta' Lulju 2018.

(196)

   2009:17, Marknadsdomstolen (Stokkolma), L-Ombudsman tal-Konsumatur vs Casa Nordica Altavista C AB, 26 Ġunju 2009.

(197)

   Kawża C-515/12 "4finance" UAB vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba u Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos, 3 ta' April 2014, paragrafu 20.

(198)

   Kawża C-515/12 "4finance", paragrafu 34.

(199)

   PS6425 Xango-Prodotti Con Succo Di Mangostano. Provvedimento n. 21917, 15 ta' Diċembru 2010.

(200)

   PS4893 Agel Enterprises-Integratori. Provvedimento n. 23789, 2 ta' Awwissu 2012.

(201)

   PS7621 – Vemma Italia – Prodotti con succo di mangostano, Provvedimento n. 24784, 5 ta' Frar 2014

(202)

   Id-Deċiżjoni Nru RKR 34/2014.

(203)

   Għal eżempju, ara https://www.gov.uk/government/news/three-sentenced-following-cma-prosecution-of-multi-million-pound-pyramid-promotional-scheme

(204)

   Id-Deċiżjoni tal-President tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Ref. RPZ 2/2012 ZdroWita tat-13 ta' Marzu 2012.

(205)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(206)

   Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel.

(207)

   L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(208)

   Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.

(209)

   L-Artikolu 89 tad-Direttiva 2001/83/KE.

(210)

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi, ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(211)

   2S-17, Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba (Vilnius), 04.07.2011.

(212)

   Is-Sentenzi Konġunti Dnr B 2/11 u B 3/11 minn Marknadsdomstolen, 11 ta' Mejju 2012.

(213)

   2S-27, Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba (Vilnius), 11 ta' Novembru 2010.

(214)

   Id-Deċiżjoni PI2671 – Libero Infostrada para. 6, il-5 inċiż mill-AGCM. Ittieħdet fis-sena 2000 qabel ma ġiet adottata l-UCPD u fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 84/450/KEE dwar reklamar qarrieqi.

(215)

   Kawża Verbraucherzentrale Bundesverband/Facebook, Landgericht Berlin, Az. 16O341/15.

(216)

   4 Ob 174/09f, OGH (Oberster Gerichtshof), 19 ta' Jannar 2010.

(217)

   L-Artikoli 10, 11 u 14 tad-Direttiva 95/46/KE.

(218)

   MD 2012:14, Marknadsdomstolen, 6 ta' Diċembru 2012, Stardoll: http://www.marknadsdomstolen.se/Filer/Avg%c3%b6randen/Dom2012-14.pdf

(219)

    https://www.asa.org.uk/Rulings/Adjudications/2015/8/55-Pixels-Ltd/SHP_ADJ_305045.aspx#.VjnevP7luUk .

(220)

    https://www.asa.org.uk/Rulings/Adjudications/2015/8/Mind-Candy-Ltd/SHP_ADJ_305018.aspx#.VjnfC_7luUk .

(221)

    https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/288360/oft1519.pdf .

(222)

  http://www.consumerombudsman.dk/~/Media/Consumerombudsman/dco/Guidelines/Position%20of%20the%20Nordic%20Consumer%20Ombudsmen%20on%20social%20media%20marketing.pdf  

(223)

    http://ec.europa.eu/justice/newsroom/consumer-marketing/news/1401222_en.htm u http://europa.eu/rapid/press-release_IP-14-847_mt.htm

(224)

   Il-Qorti tal-Belt ta' Praga, 29 ta' Ottubru 2014, Golden Gate Marketing vs L-Awtorità tal-Ispezzjoni Kummerċjali tar-Repubblika Ċeka.

(225)

   Audiencia Provicional de Barcelona, 26 ta' Ġunju 2014, 323/2014.

(226)

   Kawża C-428/11, Purely Creative e.a. vs L-Uffiċċju għan-Negozju Ġust, Sentenza tat-18 ta' Ottubru 2012.

(227)

   CA/NB/544/10, Consumentenautoriteit, 21 ta' Settembru 2010, Garant-o-Matic B.V.

(228)

   B'mod partikolari, l-Artikolu 9(2) ta' din id-Direttiva jistipula li, meta l-konsumaturi jkollhom "arloġġi intelliġenti" għall-gass naturali u/jew l-elettriku, is-"sistemi tal-arloġġi jagħtu informazzjoni dwar il-ħin effettiv ta' użu għall-klijenti aħħarin" u l-Artikolu 10(1) jistipula li, "Meta l-klijenti aħħarin ma jkollhomx l-arloġġi intelliġenti", l-informazzjoni dwar il-kontijiet trid tkun "preċiż[a] u bbażat[a] fuq il-konsum reali".

(229)

   Skont l-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva, iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom jagħmlu possibbli għas-sidien u l-inkwilini sabiex iqabblu u jivvalutaw il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija, eż., "indikazzjoni dwar fejn il-proprjetarju jew l-inkwilin jista’ jirċievi informazzjoni dettaljata ulterjuri (…) tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija". Skont l-Artikolu 12(2) u (3), iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jrid "jintwera lill-inkwilin jew ix-xerrej prospettivi l-ġodda u jingħataw lix-xerrej jew lill-inkwilin il-ġdid" meta l-bini jinbena, jinbiegħ jew jinkera, u meta dan isir qabel ma jinbena bini, il-bejjiegħ irid "jipprovdi valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija futura tiegħu". B'mod partikolari, skont l-Artikolu 12(4), meta binjiet li jkollhom ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri, l-indikatur tal-prestazzjoni tal-enerġija taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini jrid ikun "jitniżżel fir-reklami fil-midja kummerċjali".

(230)

   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, sabiex l-utenti aħħarin jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers.

(231)

   Skont l-Artikolu 3(5)(b) ta' din id-Direttiva, il-konsumaturi jridu jiġu pprovduti bid-data rilevanti kollha għall-konsum tal-elettriku tagħhom. Skont l-Artikolu 3(9)(a) u (b), il-fornituri tal-elettriku jridu jispeċifikaw "il-kontribuzzjoni ta’ kull sors ta’ enerġija lejn it-taħlita ġenerali tal-karburant li jkun għamel il-fornitur (...)" u "referenza għal sorsi ta’ referenza eżistenti (...) fejn tkun disponibbli b’mod pubbliku l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali (...)". L-Anness I jispeċifika liema skopijiet ta' protezzjoni tal-konsumatur għandhom jaqdu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3.

(232)

   Fuq il-bażi ta' din id-Direttiva qafas, ir-rekwiżiti minimi huma stabbiliti permezz ta' miżuri ta' implementazzjoni speċifiċi għall-prodotti, eż. għal bozoz u apparati domestiċi. Skont l-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, skont il-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, il-manifatturi jridu jiżguraw li l-konsumaturi jiġu pprovduti b'"l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rwol li huma jista’ jkollhom fl-użu sostenibbli tal-prodott" u "meta dan ikun meħtieġ mill-miżuri implimentattivi, il-profil ekoloġiku tal-prodott u l-benefiċċji tal-ekodisinn". 

(233)

   L-Artikoli 23 u 24 ta' dan ir-Regolament jipprovdu regoli dwar l-użu tat-termini li jirreferu għall-produzzjoni organika. L-Artikoli 25 jipprovdi regoli dwar l-użu tal-logos tal-produzzjoni organika.

(234)

   B'mod partikolari, skont l-Artikolu 3(b) ta' din id-Direttiva, il-wiri ta' tikketti, marki, simboli jew tnaqqixiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva huwa pprojbit, jekk aktarx li jqarraq jew iħawwad lill-utenti aħħarin fir-rigward tal-konsum tal-enerġija. Skont l-Artikolu 4(a), informazzjoni marbuta mal-konsum ta' enerġija elettrika, forom oħrajn ta' enerġija u, fejn rilevanti, riżorsi essenzjali oħrajn matul l-użu għandhom jiġu indikati lill-utenti aħħarin permezz ta' skeda u tikketta marbuta mal-prodotti offruti għall-bejgħ, il-kiri, il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri jew jintwerew lill-utenti aħħarin bi kwalunkwe mezz ta' bejgħ fuq distanza, inkluż fuq l-Internet. 

(235)

   Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010li jissupplementa d-Direttiva 2010/30/UE fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku.

(236)

   Ara l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2010/30/UE.

(237)

   Report from the Multi-Stakeholder Dialogue on Environmental Claims, Marzu 2013, paġna 18.

(238)

   Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra.

(239)

   MAO:185/13

(240)

   Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE. Skont l-Artikolu 10(1), reklamar jew użu ta’ kwalunkwe tikketta jew logo falz jew qarrieqi li jwassal għal konfużjoni mal-Ekotikketta tal-UE huwa pprojbit.

(241)

   Bħalissa qegħdin jiġu żviluppati l-kriterji għas-servizzi ta' tindif. Ara http://susproc.jrc.ec.europa.eu/cleaning%20services/index.html

(242)

   Mill-Ombudsman tal-Konsumatur tad-Danimarka; http://www.consumerombudsman.dk/Regulatory-framework/dcoguides/Environmental-and-ethical-marketing .

(243)

   Mid-Department for Environment, Food and Rural Affairs; https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/69301/pb13453-green-claims-guidance.pdf .

(244)

   Mill-Ministeru għall-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli, it-Trasport u l-Akkomodazzjoni u l-Ministeru għall-Kummerċ, in-Negozju, l-Impriżi Żgħar u Medji, it-Turiżmu u l-Affarijiet tal-Konsumatur: http://www.economie.gouv.fr/files/files/directions_services/cnc/docs/the_practical_guide_to_environmental_claims_2012.pdf .

(245)

http://ec.europa.eu/consumers/consumer_rights/unfair-trade/environmental-claims

(246)

    http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3325&news=1&Lang=MT

(247)

    http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/market_studies/environmental_claims/index_en.htm

(248)

   Il-pariri ta' bosta partijiet ikkonċernati ġew abbozzati bħala segwitu għal rapport tal-2013 tal-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati u studju tas-suq tal-konsumatur fuq l-asserzjonijiet ambjentali għal prodotti mhux tal-ikel li ġie ppubblikat fl-2015. Ir-rapport tal-2013 tal-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati dwar l-asserzjonijiet ambjentali identifika firxa ta' sfidi, l-aħjar prattiċi u ppropona rakkomandazzjonijiet – ara http://ec.europa.eu/consumers/archive/events/ecs_2013/docs/environmental-claims-report-ecs-2013_en.pdf  

L-Istudju tas-Suq tal-Konsumatur dwar l-Asserzjonijiet Ambjentali għal prodotti mhux tal-ikel għarbel il-preżenza ta' asserzjonijiet ambjentali fi swieq differenti, l-aspetti tal-fehim u l-imġiba tal-konsumaturi, il-livell ta' konformità mar-rekwiżiti legali tal-UE u strumenti ta' infurzar u awtoregolatorji differneti f'firxa ta' pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE. Huwa disponibbli fuq http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/market_studies/environmental_claims/index_en.htm  

(249)

   Guidelines for making and assessing environmental claims, Diċembru 2000, Il-Kummissjoni Ewropea – ECA SA, Dr Juan R Palerm; http://ec.europa.eu/consumers/archive/cons_safe/news/green/guidelines_en.pdf .

(250)

   Ara l-p. 12 tar-Report of the Multi-stakeholder Dialogue on Environmental Claims, ara Greenwash claims investigated, Which?, Awwissu 2012 .

(251)

   Ara l-p. 12 tar-Report of the Multi-stakeholder Dialogue on Environmental Claims, ara Institut national de la Consommation (2012, Novembru). Les pneus verts tiennent ils leurs promesses? 60 millions de consommateurs, edition n °476, p. 40.

(252)

   Il-pariri li ma jorbtux legalment tal-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/consumers/consumer_rights/unfair-trade/unfair-practices

(253)

   Ġudizzju tal-ASA fuq Bamboo Textiles Ltd 15 ta' Diċembru 2010. https://www.asa.org.uk/Rulings/Adjudications/2010/12/Bamboo-Textiles. Ltd/TF_ADJ_49509.aspx#.VZ1RiP774ps .

(254)

   Jury de déontologie publicitaire (JDP), 26 ta' Ġunju 2014.

(255)

   Jekk l-operaturi tas-suq ma jafux x'inhuma l-iktar aspetti ambjentali sinifikanti ta' prodott, jistgħu jagħmlu valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) filwaqt li jqisu r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu ta' metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (2013/179/UE) u l-fażi pilota tal-Impronta Ambjentali tal-prodott u l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni fl-2013-2016. Ara http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/

(256)

   Ara wkoll il-kriterji ta' konformità tal-grupp ta' bosta partijiet ikkonċernati fuq l-asserzjonijiet ambjentali, paragrafu 2.1: http://ec.europa.eu/consumers/consumer_rights/unfair-trade/unfair-practices

(257)

   Mill-Gwida dwar ir-Regolament tar-Renju Unit (Mejju 2008) li jimplimenta d-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali – Consumer Protection from Unfair Trading – Office of Fair Trading/Department for Business Enterprise and Regulatory Reform (2008).

(258)

   Pereżempju, tikketti "ISO-Tip I" skont id-definizzjoni mogħtija mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni: ISO (standard 14024:1999) Tip I: programm ta' parti terza volontarju u bbażat fuq bosta kriterji li jagħti liċenzja li tawtorizza l-użu ta' tikketti ambjentali fuq prodotti li jindikaw il-preferibbiltà ambjentali ġenerali ta' prodott fi ħdan kategorija ta' prodott partikolari fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet marbutin maċ-ċiklu tal-ħajja.

(259)

   Għaddejja fażi pilota dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodott u l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni bejn l-2013 u l-2016. F'każ li l-asserzjoni għal eċċellenza ambjentali teħtieġ tqabbil ma' prodott kompetitur "medju" jew prodott speċifiku tal-kompetituri, l-istudju jista' jsegwi:

- Regola ta' Kategorija ta' Impronta Ambjentali tal-prodott (PEFCR) eżistenti li tippermetti li jsir tqabbil bejn il-prodotti (permezz ta' parametri referenzjarji u klassijiet tal-prestazzjoni), jew

- ir-regoli stabbiliti fis-serje tal-ISO 14040 rigward asserzjonijiet komparattivi.

(260)

    https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/69301/pb13453-green-claims-guidance.pdf , p. 12.

(261)

   Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni, 8 ta' Frar 2012, ref. PS7235.

(262)

   Ġudizzju tal-ASA dwar Eco Solutions 31 ta' Awwissu 2011: https://www.asa.org.uk/Rulings/Adjudications/2011/8/Eco-Solutions/SHP_ADJ_156247.aspx#.VZ1Rw_774ps .

(263)

   Il-Qorti tas-Swieq tal-Iżvezja, 1990:20 Norsk Hydro Olje AB

(264)

   Dan il-prinċipju huwa rifless fil-ħidma kurrenti fuq l-impronti ambjentali li saret mill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tal-industrija, l-NGOs u l-Istati Membri: http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/product_footprint.htm .

(265)

   Ġudizzju tal-ASA dwar Guernsey Gas Ltd; 7 ta' Lulju 2010: https://www.asa.org.uk/Rulings/Adjudications/2010/7/Guernsey-Gas-Ltd/TF_ADJ_48712.aspx#.VZ1SDP774ps .

(266)

   Juzgado de lo Mercantil de Barcelona, Sentencia 63/2014.

(267)

   Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato) Deċiżjoni PS9345 Tripadvisor tad-19 ta' Diċembru 2014, Paragrafi 87-89. Din il-parti speċifika tad-deċiżjoni mill-AGCM ġiet ikkonfermata mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio fit-13 ta' Lulju 2015; Sezione I, Sentenza n. 09355 

(268)

   Ara l-Komunikazzjoni "Il-Pjattaformi onlajn u s-Suq Uniku Diġitali, Opportunitajiet u Sfidi għall-Ewropa" adottata fil-25 ta' Mejju 2016.

(269)

   Kawża C-238/08, Louis Vuitton, 23 ta' Marzu 2010, paragrafi 114 sa 119 (bl-enfasi miżjuda): "sabiex jiġi vverifikat jekk ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizz ta’ referenzar tistax tiġi llimitata skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31, għandu jiġi eżaminat jekk ir-rwol eżerċitat mill-imsemmi fornitur huwiex newtrali, jiġifieri li l-aġir tiegħu huwa sempliċement tekniku, awtomatiku u passiv, li jimplika n-nuqqas ta’ tagħrif u ta’ kontroll fuq id-data li huwa jżomm." Il-Qorti ċċarat ukoll li, fil-kuntest ta' din l-eżaminazzjoni, "ir-rwol ta’ Google fir-redazzjoni tal-messaġġ kummerċjali li jakkompanja l-link pubbliċitarju jew fl-istabbiliment jew l-għażla tal-kliem prinċipali huwa rilevanti".

(270)

   Ara pereżempju d-differenzi bejn is-sentenza tal-Qorti Federali tal-Ġermanja fi Stokke vs eBay, I ZR 216/11, 16 ta' Mejju 2013, li fiha suq onlajn tqies li kien ħa rwol attiv billi offra b'mod dirett il-possibbiltà li wieħed jixtri mil-links tar-reklami onlajn li kien juri, u s-sentenza tal-Qorti tal-Appell ta' Leeuwarden fi Stokke vs Marktplaats B.V, 106031/HA ZA 05211, tat-22 ta' Mejju 2012, fejn il-Qorti Netherlandiża stabbiliet, fl-istess ċirkustanzi, li suq onlajn bħal dan ma kellux rwol attiv iżda newtrali bejn il-klijenti bejjiegħa u x-xerrejja potenzjali u li, għaldaqstant, kien joffri servizz ta' hosting, kif imsemmi fl-artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku).

(271)

   Il-Kawżi Magħquda C-236/08 sa C-238/08, Louis Vuitton, para. 113.

(272)

   Cass. Com. 4 décembre 2012, 11-27729, Publicité Sté Pewterpassion.com c/ Sté Leguide.com

(273)

   Il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, I ZR 94/13, 19 ta' Marzu 2015.

(274)

   Id-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom.

(275)

   Ara l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali tas-7 ta' April 2016 fis-sentenza preliminari pendenti fil-kawża C-149/15, fejn l-intermedjarju (garaxx tal-karozzi) kien naqas milli jgħarraf lix-xerrej konsumatur, qabel ma xtara l-karozza, dwar l-istatus u l-identità tal-bejjiegħa propju:

http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?text=&docid=175623&pageIndex=0&doclang=FR&mode=lst&dir=&occ=first&part=1&cid=712468#Footref19

(276)

  https://www.domstol.dk/oestrelandsret/nyheder/domsresumeer/Pages/RejsebureauserstatningsansvarforforbrugerstabvedaflystflyrejseianledningafCimberSterlingskonkurs.aspx

(277)

   Kawża C-324/09, L’Oreal, 12 ta' Lulju 2011.

(278)

    http://ec.europa.eu/justice/newsroom/consumer-marketing/news/1401222_en.htm u http://europa.eu/rapid/press-release_IP-14-847_mt.htm .

(279)

    http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/documents/common_position_on_onlajn_games_en.pdf .

(280)

   Id-Direttiva 2007/64/KE dwar is-Servizzi ta' Ħlas sejra tiġi sostitwita, mit-13 ta' Jannar 2018, mid-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern. Huma pprovduti regoli simili fl-Artikolu 64 tagħha.

(281)

   Il-Kummissjoni Ewropea nediet studju sabiex tanalizza, fost l-oħrajn, ir-regoli nazzjonali li japplikaw għall-fornituri fil-kuntest tal-ekonomija kollaborattiva. Ara: Sejħa għall-offerti Nru Chafea/2015/CP/02 rigward “The exploratory Study of Consumer Issues in the Sharing Economy” ("L-Istudju esploratorju ta' Kwisjtonijiet Marbutin mal-Konsumatur fl-Ekonomija Kollaborattiva"). Disponibbli fuq http://ec.europa.eu/chafea/consumers/tender-2015-cp-02_en.html

(282)

   SEOBook, Consumer Ad Awareness in Search Results, *2, 7-8 (Apr. 15, 2012), http://www.seobook.com/consumer-ad-awareness-search-results . Riċerka ppubblikata qabel irrapportat sejbiet simili. Pereżempju, fl-istħarriġ tal-2005 tal-Pew Research Center, 62% tal-persuni li fittxew ma kinux jafu bid-distinzjoni bejn ir-riżultati bi ħlas u mingħajr ħlas, bi 18% biss li qalu li dejjem kienu kapaċi jagħmlu distinzjoni bejn ir-riżultati bi ħlas u dawk mingħajr ħlas. 2005 Pew Search Engine Survey at ii, 17.

(283)

    http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3325&news=1 .

(284)

  http://ec.europa.eu/consumers/consumer_rights/unfair-trade/comparison-tools  

(285)

   "Study on the coverage, functioning and consumer use of comparison tools and third-party verification schemes for such tools" ("L-istudju dwar il-kopertura, il-funzjonament u l-użu mill-konsumaturi ta' għodod ta' tqabbil u skemi ta' verifika ta' partijiet terzi għat-tali għodod") mill-Konsorzju ECME u DELOITTE, iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, 2014.

(286)

   Tribunal de commerce de Paris – 29 mars 2007 – Carrefour c/Galaec (la coopérative groupement d’achat des centres Leclerc).

(287)

   Skont l-Istudju dwar il-kopertura, il-funzjonament u l-użu mill-konsumaturi ta' għodod ta' tqabbil u skemi ta' verifika ta' partijiet terzi għat-tali għodod (EAHC/FWC/2013 85 07), l-iktar problema rrapportata spiss kienet in-nuqqas ta' disponibilità ta' prodott fuq is-sit web tal-bejjiegħ (32%).

(288)

   Tribunal de commerce de Paris, 4 ta' Ottubru 2011, Synhorcat c/ Expedia.

(289)

    https://www.reclamecode.nl/webuitspraak.asp?ID=135065&acCode .

(290)

   "Study on the coverage, functioning and consumer use of comparison tools and third-party verification schemes for such tools" ("L-istudju dwar il-kopertura, il-funzjonament u l-użu mill-konsumaturi ta' għodod ta' tqabbil u skemi ta' verifika ta' partijiet terzi għat-tali għodod") mill-Konsorzju ECME u DELOITTE, iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, 2014.

(291)

   Cass. Com. 4 décembre 2012, 11-27729, Publicité Sté Pewterpassion.com c/ Sté Leguide.com.

(292)

   LG Berlin, 25.08.2011, Az.16 O 418/11.

(293)

    https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/436238/onlajn_reviews_and_endorsements.pdf  

(294)

   OLG Düsseldorf, 19.02.2013, Az. I – 20 U 55/12.

(295)

    http://www.competitionbureau.gc.ca/eic/site/cb-bc.nsf/eng/03992.html .

(296)

    https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/436238/onlajn_reviews_and_endorsements.pdf .

(297)

    https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/436238/onlajn_reviews_and_endorsements.pdf .

(298)

    https://www.ftc.gov/news-events/press-releases/2015/09/ftc-sues-marketers-who-used-gag-clauses-monetary-threats-lawsuits?utm_source=govdelivery .

(299)

   Ara wkoll id-definizzjoni fil-Pożizzjoni tal-Ombudsmen tal-Konsumatur tan-Norveġja dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-midja soċjali tat-3 ta' Mejju 2012: http://www.consumerombudsman.dk/~/media/Consumerombudsman/dco/Guidelines/Position%20of%20the%20Nordic%20Consumer%20Ombudsmen%20on%20social%20media%20marketing.pdf .

(300)

   Linji Gwida adottati fl-2011; http://www.forbrukerombudet.no/asset/4474/1/4474_1.pdf

Verżjoni aġġornata ta’ dan id-Dokument ta’ gwida, adottata f’Ġunju 2014, bħalissa hija disponibbli biss bin-Norveġiż; http://www.forbrukerombudet.no/asset/5018/1/5018_1.pdf .

(301)

  http://www.ptac.gov.lv/sites/default/files/docs/vadlinijas_godigas_komercprakses_istenosanai_kolektiva_iepirksanas_joma_01_07_2013_new.pdf

(302)

   Commission nationale de l’informatique et des libertés – CNIL.

(303)

   Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes – DGCCRF.

(304)

   Ara l- istqarrija għall-istampa tas-27 ta’ Jannar 2014. Il-kontrolli fuq is-siti web Franċiżi ma sabux evidenza ta’ bidliet fil-prezzijiet fuq il-bażi ta’ mnejn ġejjin l-indirizzi tal-IP, li huwa diskuss fit-taqsima li ġejja dwar id-diskriminazzjoni fil-prezz.

(305)

   Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern.

(306)

   Ara l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità.

(307)

   Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004.

(308)

   Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ.

(309)

   Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni(2013) 208 finali, Report on the suitability of economic regulation of the European air transport market and of selected ancillary services (“Rapport dwar l-idoneità tar-regolamentazzjoni ekonomika tas-suq Ewropew tat-trasport bl-ajru u ta’ servizzi anċillari partikolari”).

(310)

   Teknika relatata hija “reklamar skont l-imġiba onlajn” (OBA). Il-prinċipji awtoregolatorji għall-OBA ġew żviluppati f’livell Ewropew bir-Rakkomandazzjoni dwar l-Aħjar Prattika fuq ir-Reklamar skont l-Imġiba onlajn (12 ta’ April 2011) tal-Alleanza Ewropea għall-Istandards ta’ Reklamar (EASA). Skont l-EASA, l-OBA hija “teknika sabiex isiru reklami onlajn li huma mmirati għall-interessi potenzjali tal-utenti. Sabiex ikunu jistgħu jimmiraw ir-reklami, il-kumpaniji tal-OBA jippruvaw ibassru l-interessi u l-preferenzi ta’ utent fuq il-bażi tas-siti web li jkun ra l-utent fl-imgħoddi, pereżempju fil-forma ta’ data dwar kemm-il darba utent daħal fuq paġna jew kemm-il darba kklikkja. Din l-informazzjoni tinġabar maż-żmien u fuq bosta dominji fuq il-web minflok minn sit web wieħed. Skont id-definizzjoni tagħha stess, kumpanija tal-OBA, spiss magħrufa bħala “netwerk tar-reklami”, tiġbor informazzjoni dwar l-imġiba ta’ qari mis-siti web li ma jkunux tagħha u li lanqas ma tkun topera hi stess.”

(311)

   Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, ĠU L 337, p.20.

(312)

   Personalised Pricing, Increasing Transparency to Improve Trust, OFT 1489; http://webarchive.nationalarchives.gov.uk/20140402142426/http://www.oft.gov.uk/shared_oft/markets-work/personalised-pricing/oft1489.pdf .

(313)

   Ara l-paġni 2 u 3 tar-rapport “Personalised Pricing, Increasing Transparency to Improve Trust”, OFT 1489, iċċitat hawn fuq.

(314)

   Ara l-paġna 13 tal-“Personalised Pricing, Increasing Transparency to Improve Trust”, OFT 1489, iċċitat hawn fuq.

(315)

   Ara l-proposta għal Regolament dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq il-post ta’ residenza jew is-sede, jew in-nazzjonalità fi ħdan is-Suq Uniku.

(316)

   Ara l-Kapitolu 1.4.10 u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tad-DĠ Kompetizzjoni dwar il-prattiċi ta’ mblukkar ġeografiku fil-kummerċ elettroniku: http://ec.europa.eu/competition/antitrust/ecommerce_swd_en.pdf

(317)

    “Indaġni” hija kontroll sistematiku mwettaq fl-istess ħin fi Stati Membri differenti sabiex jiġi investigat ksur tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fis-settur onlajn partikolari.

(318)

   Il-kunċett ta’ “passiġġier” huwa usa’ mill-kunċett ta’ “konsumatur” u l-konsumatur tas-servizzi tat-trasport biss huwa soġġett għall-UCPD. Il-passiġġieri li jivvjaġġaw għal raġunijiet professjonali huma koperti mir-regolamenti settorjali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

(319)

    http://ec.europa.eu/transport/modes/air/studies/doc/internal_market/final_report_price_transparency.pdf .

(320)

   Minħabba l-attività tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ infurzar, din il-prattika qiegħda tevolvi.

(321)

   1 As 59/2001 – 61, Blue Style s.r.o. vs L-Ispettorat tal-Kummerċ tar-Repubblika Ċeka, 22 ta’ Ġunju 2011.

(322)

   PS3083, Teorema Tour – Adeguamento costo carburante aereo, 26 ta’ Awwissu 2009.

(323)

   OLG Hamm, 06.06.2013, Az. I-4 U 22/13.

(324)

   Il-pożizzjoni tal-OFT fit-tweġiba tagħha għas-superilment dwar il-ħlasijiet addizzjonali tal-linji tal-ajru kienet li t-tariffi mhux obbligatorji ma għandhomx ikunu iktar minn klikk ’il bogħod mill-prezz prinċipali, ara http://webarchive.nationalarchives.gov.uk/20140402142426/http:/www.oft.gov.uk/OFTwork/consumer-enforcement/consumer-enforcement-completed/card-surcharges/  

(325)

   F’C-487/12, Vueling Airlines, fit-18 ta’ Settembru 2014, il-Qorti sabet li l-bagalja li tittella’ abbord trid titqies, fil-prinċipju, bħala waħda li tikkostitwixxi aspett neċessarju tal-ġarr tal-passiġġieri u li, għalhekk, il-ġarr tagħha ma jistax ikun soġġett għal prezz supplimentari, bil-patt li t-tali bagalja li tittella’ abbord tissodisfa rekwiżiti raġonevoli f’termini tal-piż u l-qisien tagħha, u tirrispetta r-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli.

(326)

   Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox inkluż (package travel), il-vaganzi kollox inkluż u t-tours kollox inkluż (90/314/KEE), ĠU L 158 of 30.6.1990, paġna 59. Id-Direttiva 90/314/KEE hija mħassra b'effett mill-1 ta' Lulju 2018.

(327)

    Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE , ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1–33. L-Istati Membri huma obbligati jittrasponu d-Direttiva (UE) Nru 2015/2302 sal-1 ta’ Jannar 2018 u japplikaw il-miżuri ta’ traspożizzjoni mill-1 ta’ Lulju 2018.

(328)

   It-tip separat ta’ servizz tal-ivvjaġġar biss skont id-Direttiva (UE) Nru 2015/2302.

(329)

   Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta' kuntratti ta' timeshare, kuntratti dwar prodotti ta' vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta' bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta' skambju, ĠU L 33, 3. 2.2009, p. 10.

(330)

    http://ec.europa.eu/justice/consumer-marketing/files/timeshare_report_2015.pdf .

(331)

   Pereżempju, “Id-deċiżjonijiet tal-OFT/CMA dwar din il-kwistjoni argumentaw li malli tintiret timeshare, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, jidħol fis-seħħ kuntratt ġdid bejn il-kumpanija tat-timeshare u s-sid il-ġdid. Dak il-kuntratt il-ġdid ikun irregolat mid-Direttiva tat-Timeshare inkluż id-dritt ta’ rtirar. Tkun ommissjoni qarrieqa li ma tingħatax informazzjoni dwar dan id-dritt ta’ kanċellazzjoni (Art. 7 tal-UCPD), u azzjoni qarrieqa li jiġi miċħud li dan jeżisti (Art. 6 tal-UCPD) [l-awtoritajiet tar-Renju Unit intalbu jipprovdu referenza għad-deċiżjoni]".

(332)

   Deċiżjoni tas-CRPC Nru E03-PTU-K115-39 tat-23.10.2012 kontra AirBaltic.

(333)

   Sentenzi tal-Qorti Reġjonali ta’ Riga tal-11.03.2014 fil-Kawża Nru 133051012 u tal-Qorti Reġjonali Amministrattiva tas-17.02.2015 fil-Kawża Nru 2015.03.10.

(334)

   Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, deċiżjoni tal-20 ta' Diċembru 2013, PS7245 – Ryanair – Assicurazione Viaggio.

(335)

   Ara l-impenji mil-linji tal-ajru wara l-ilmenti fir-Renju Unit fuq  http://webarchive.nationalarchives.gov.uk/20140402142426/http:/www.oft.gov.uk/OFTwork/consumer-enforcement/consumer-enforcement-completed/card-surcharges/  

(336)

    http://ec.europa.eu/justice/consumer-marketing/files/crd_guidance_mt.pdf

(337)

   Stqarrija għall-istampa mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-eżitu tal-azzjoni ta’ infurzar hija disponibbli fuq: http://europa.eu/rapid/press-release_IP-15-5334_mt.htm?locale=MT .

(338)

   Ara http://ec.europa.eu/justice/consumer-marketing/files/ucpd_report_en.pdf , it-taqsima 3.4.3.

(339)

   Kawża C-265/12, Citroën Belux NV vs Federatie voor Verzekerings- en Financiële Tussenpersonen (FvF), Sentenza tat-18 ta’ Lulju 2013.

(340)

   Kawża C-265/12, paragrafu 25.

(341)

   Study on the application of the Unfair Commercial Practices Directive to financial services and immovable property (“Studju dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Inġusti għas-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli”) li sar f’isem il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ġustizzja 2012, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/consumer-marketing/document .

(342)

Pereżempju fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, rekwiżiti speċifiċi ta' informazzjoni fis-settur bankarju (bħal għall-assenjament ta’ kreditu garantit lil persuna terza fil-Ġermanja jew reklam għal servizzi ta’ bdil tal-flus fi Spanja), servizzi ta’ investiment, assigurazzjoni, intermedjarji finanzjarji. Għall-proprjetà immobbli, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni marbutin max-xiri ta’ proprjetà, it-tranżazzjoni stess, l-aġent tal-proprjetà immobbli u l-kuntratti ta’ bini.

(343)

   Eż. projbizzjoni ta’ telefonati jew ittri elettroniċi mhux solleċitati, bejgħ bieb bieb ta’ self ipotekarju u għal aġent tal-proprjetà immobbli li jżomm mingħajr raġuni legali fl-Awstrija, bejgħ bieb bieb ta’ kreditu monetarju fin-Netherlands, offerti kombinati fil-Belġju u Franza.

(344)

   Eż. projbizzjoni ta’ kreditu bl-użura f’ħafna mill-Istati Membri, projbizzjoni fuq reklamar li selfa tista’ tingħata mingħajr provi dokumentarji tal-pożizzjoni finanzjarja tal-konsumatur fi Franza, jew fuq il-ħruġ, mingħajr il-kunsens minn qabel tar-rappreżentant legali, ta’ karti tal-ATM lil minorenni fl-Awstrija.

(345)

   Eż. fid-Danimarka, projbizzjoni tal-finanzjament mill-banek tax-xiri ta’ ishma mill-klijenti tagħhom maħruġa mill-bank innifsu; fi Franza, projbizzjoni fuq il-banek sabiex ma jkunux jistgħu jwaqqfu lill-klijenti tagħhom milli jużaw fornitur tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għajr dak ipprovdut mill-bank stess meta l-livell ta’ garanzija offruta jkun simili.

(346)

    COM(2013) 139 finali , taqsima 3.4.3.

(347)

   Id-Direttiva 2014/17/UE dwar il-Kreditu Ipotekarju daħlet fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2016.

(348)

    https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/319820/Lettings_guidance_CMA31.PDF

(349)

   L-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju jipprojbixxi l-bejgħ abbinat (ara l-paġna 17 tal-Gwida). Barra minn hekk, siltiet riċenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE fihom dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prattiċi ta’ bejgħ inkroċjat rigward il-kontijiet tal-pagamenti (ara l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/92/UE dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi, ĠU L 257, p. 216, 28.8.2014) u s-servizzi ta’ investiment (ara l-Artikolu 24 (11) tad-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, ĠU L 173, p.349, 12.6.2014). Barra minn hekk, id-Direttiva l-ġdida (UE) 2016/97 dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni (ĠU L 26, p. 19, 02.02.2016) fiha regoli dwar il-bejgħ mill-bogħod – ara wkoll http://europa.eu/rapid/press-release_IP-15-5293_en.htm .

(350)

   L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65/KE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi.

(351)

   Id-Direttiva (UE) 2015/2366 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35.

(352)

   Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.

(353)

   Id-Direttiva ġiet adottata mil-leġiżlatur fi tmiem l-2015 u hija mistennija li sejra tiġi ppubblikata fl-2016. Stqarrija għall-istampa mill-Kummissjoni Ewropea dwar dan il-ftehim hija disponibbli fuq: http://europa.eu/rapid/press-release_IP-15-5293_en.htm . Id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni introduċiet “dokument ta’ informazzjoni dwar il-prodotti tal-assigurazzjoni” standardizzat għal prodotti tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, li għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni prekuntrattwali ċara, mhux qarrieqa lill-konsumaturi dwar il-prodott tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u l-karatteristiċi tiegħu. Id-Direttiva riveduta sejra tkopri l-katina ta’ distribuzzjoni sħiħa u sejra tissejjaħ id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni, billi tieħu post id- Direttiva tal-2002 dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni .

(354)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.

(355)

   Skont l-istudju dwar il-vulnerabbiltà tal-konsumaturi fi swieq ewlenin fl-Unjoni Ewropea, l-inċidenza tal-vulnerabbiltà hija partikolarment għolja fis-settur finanzjarju:

(356)

   Ara l-Istudju dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali għas-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli mwettaq f’isem il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ġustizzja 2012, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/consumer-marketing/document .

(357)

   Id-Direttiva 2014/92/UE dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas tintroduċi proċedura speċifika li trid tiġi segwita mill-fornituri tal-kont ta’ pagament (Artikolu 10) u teħtieġ li dawn jgħarrfu lill-konsumaturi dwar is-servizz ta’ qlib tagħhom (Artikolu 14).

(358)

   B’rabta mal-qlib minn bank għal ieħor, il-Kumitat tal-Industrija Bankarja Ewropea adotta prinċipji komuni li jiffaċilitaw il-qlib tal-kontijiet tal-bank li ġew implimentati mill-1 ta’ Novembru 2009. Ara: http://ec.europa.eu/internal_market/finservices-retail/docs/baeg/switching_principles_en.pdf .

(359)

   Irrapportati fil-Portugall, ara l-istudju dwar l-applikazzjoni tal-UCPD għas-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli fl-UE, 2012.

(360)

   Ministeru għall-Iżvilupp, Direttorat Ġenerali għall-Konsumatur, Direttorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, multa ta’ € 1 000 000 imposta fuq Citibank PLC, Ateni fis-27 ta’ Marzu 2009.

Top