EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016BP0467

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016 (COM(2016)0624 – C8-0399/2016 – 2016/2256(BUD))

ĠU C 224, 27.6.2018, p. 208–209 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/208


P8_TA(2016)0467

Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016 (COM(2016)0624 – C8-0399/2016 – 2016/2256(BUD))

(2018/C 224/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0624 – C8-0399/2016),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015 (3),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, propost mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2016 (COM(2016)0623),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016 adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Novembru 2016 (13583/2016 – C8-0459/2016),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, adottata fl-1 ta' Diċembru 2016 (4),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0347/2016),

A.

billi l-Kummissjoni pproponiet, mal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, li jiġi mmobilizzat ammont ta' EUR 240,1 miljun mill-Marġni ta' Kontinġenza għall-2016 sabiex jikkomplementa l-approprjazzjonijiet ta' impenn relatati man-nefqa fl-intestatura 3 'Sigurtà u ċittadinanza' fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 48, 24.2.2016, p. 1.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2016)0468.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016

(It-test f’dan l-anness mhux riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2017/339.)


Top