Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC0702(04)

    Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Sospensjoni ta’ Skadenza — Talba magħmula minn Entità Kontraenti

    ĠU C 217, 2.7.2015, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/23


    Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Sospensjoni ta’ Skadenza

    Talba magħmula minn Entità Kontraenti

    (2015/C 217/09)

    Fis-16 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum ta’ xogħol wara l-wasla tat-talba kien id-19 ta’ Jannar 2015.

    Din it-talba qed issir minn Flughafen Wien u tikkonċerna l-attivitajiet marbuta mal-isfruttament ta’ żona ġeografika għall-finijiet ta’ provvista tal-ajruporti jew ta’ faċilitajiet oħra ta’ terminals lil trasportaturi bl-ajru fit-territorju tal-Awstrija. L-avviż relevanti ġie ppubblikat fil-ĠU C 93 tal-20 ta’ Marzu 2015, paġna 22.

    Skont il-punt b, tal-paragrafu 1, tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha perjodu ta’ 130 jum ta’ xogħol biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Il-perjodu inizjali jiskadi fit-30 ta’ Lulju 2015.

    Skont il-punt 2, tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-Istat Membru, jew l-applikant, jew l-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti, jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew li jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien addattat. Fis-27 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni talbet lil Flughafen Wien biex jagħtu aktar informazzjoni sat-13 ta’ Marzu 2015. Fl-20 ta’ April 2015, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Awstrijaċi biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali sat-18 ta’ Mejju 2015.

    Skont it-tieni sentenza, tal-punt 2, tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, fil-każ ta’ tweġibiet għat-talba tal-Kummissjoni għal kjarifika jew għal informazzjoni addizzjonali li jaslu tard jew li ma jkunux kompluti, il-perjodu ta’ 130 jum kif stipulat hawn fuq, għandu jiġi sospiż għall-perjodu ta’ bejn l-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta.

    Għaldaqstant, l-iskadenza finali se tiskadi wara 90 jum ta’ xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta.


    (1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.


    Top