This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DP0420
European Parliament decision of 2 December 2015 on setting up a special committee on tax rulings and other measures similar in nature or effect (TAXE 2), its powers, numerical strength and term of office (2015/3005(RSO))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (TAXE 2), is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu (2015/3005(RSO))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (TAXE 2), is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu (2015/3005(RSO))
ĠU C 399, 24.11.2017, pp. 201–203
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/201 |
P8_TA(2015)0420
Twaqqif ta’ kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (TAXE 2)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (TAXE 2), is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu (2015/3005(RSO))
(2017/C 399/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinvestiga l-prattika tal-għoti ta' deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat fl-Istati Membri kollha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-obbligu li għandhom l-Istati Membri kollha, skont ir-regoli tat-tassazzjoni tal-UE, li jikkomunikaw lil Stati Membri oħra, permezz ta' skambju spontanju, l-informazzjoni dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa, b'mod partikolari jekk jista' jkun hemm xi telf ta' taxxi fi Stat Membru ieħor jew jekk iffrankar tat-taxxa jista' jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali ta' profitti fi ħdan gruppi ta' intrapriżi, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2015 (1) dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (il-“Kumitat Speċjali TAXE 1”), is-setgħat, is-saħħa numerika u t-tul tal-mandat tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 197 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jiddeċiedi li jistabbilixxi Kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (TAXE 2) biex jeżamina l-prattika fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat u t-tassazzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili mogħtija mill-Istati Membri, jekk tali prattika tidher li hija l-att ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, u dwar skemi u prattiki tat-taxxa korporattiva dannużi fil-livell Ewropew u internazzjonali, li għandu:
|
|
2. |
Għal dak il-għan, jiddeċiedi li l-Kumitat speċjali TAXE 2 għandu jingħata s-setgħat li ġejjin:
|
|
3. |
Jiddeċiedi li l-Kumitat speċjali TAXE 2 għandu jkun magħmul minn 45 membru (bħalma kellu l-Kumitat speċjali TAXE 1); |
|
4. |
Iqis li huwa xieraq li l-istruttura tal-Kumitat speċjali TAXE 1 tinżamm fil-Kumitat speċjali TAXE 2; |
|
5. |
Jiddeċiedi li t-tul tal-mandat tal-Kumitat speċjali TAXE 2 għandu jkun ta' 6 xhur, li jibdew mit-2 ta' Diċembru 2015. |
|
6. |
Iqis li huwa xieraq li l-Kumitat speċjali TAXE 2 jippreżenta riżoluzzjoni jew rapport imfassal minn żewġ korapporteurs bħala sunt tax-xogħol li jkun wettaq. |
(1) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0039.
(2) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0408.
(4) ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15.