Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0097

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (15528/2014 – C8-0295/2014 – 2013/0285(NLE))

    ĠU C 346, 21.9.2016, p. 111–111 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/111


    P8_TA(2015)0097

    Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (15528/2014 – C8-0295/2014 – 2013/0285(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2016/C 346/20)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15528/2014),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 46, 53(1) u 62 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0295/2014),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, u l-Artikolu 99(2), kif ukoll l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0064/2015),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


    Top