This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0905
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN CENTRAL BANK, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Economic governance review Report on the application of Regulations (EU) n° 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 and 473/2013
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rieżami tal-governanza ekonomika Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (EU) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rieżami tal-governanza ekonomika Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (EU) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013
/* COM/2014/0905 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rieżami tal-governanza ekonomika Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (EU) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013 /* COM/2014/0905 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK
ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U
LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rieżami tal-governanza ekonomika
Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (EU) Nru 1173/2011,
1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013[1]
1. INTRODUZZJONI
Bħala
tweġiba għad-dgħufijiet fis-sistema ta' governanza tagħha
li ġew żvelati bil-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-UE
ħadet firxa wiesgħa ta' miżuri biex issaħħaħ
il-governanza ekonomika u tikseb konverġenza dejjiema, tkabbir ekonomiku u
impjiegi. Il-pakketti leġiżlattivi magħrufa bħala
s-six-pack u t-two-pack kienu l-qofol ta' dawn l-isforzi. Is-seba' Regolamenti
ta' dawn il-pakketti huma s-suġġett ta' dan ir-rieżami[2];
rigward wieħed minnhom, ir-Regolament 472/2013, l-ewwel rieżami
diġà ġie ppubblikat fi Frar 2014.[3]
Il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li tqarreb
il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi permezz tat-tisħiħ
tas-sorveljanza baġitarja skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir,
l-introduzzjoni ta' proċedura ġdida fil-qasam tal-iżbilanċi
makroekonomiċi, it-twaqqif ta' qafas biex jindirizza pajjiżi li qed
iġarrbu diffikultajiet bl-istabbiltà finanzjarja, u l-kodifikazzjoni
fil-leġiżlazzjoni tas-sorveljanza integrata ekonomika u
baġitarja fil-forma tas-Semestru Ewropew. Il-mistoqsija
ewlenija li qed tiġi kkunsidrata f'dan ir-rieżami hija safejn kienu
effettivi r-regoli l-ġodda li introduċew is-six-pack u t-two-pack
biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom u safejn taw kontribut
għall-progress biex ikunu żgurati koordinazzjoni aktar mill-qrib
tal-politiki ekonomiċi u konverġenza dejjiema tal-prestazzjoni
ekonomika tal-Istati Membri, waqt li fl-istess ħin jiżguraw livell
għoli ta' trasparenza, kredibbiltà u responsabbiltà demokratika. Il-kapaċità
li jsiru konklużjonijiet dwar l-effettività tar-regolamenti hija limitata
minħabba l-esperjenzi mhux twal tal-operat tagħhom, meta s-six-pack
daħal fis-seħħ fl-aħħar tal-2011 u t-two-pack biss
f'nofs l-2013. Dan il-perjodu ta' żmien mhwiex biss qasir, iżda kien
ukoll karatterizzat minn kriżi ekonomika kbira. Dan iħalli r-regoli
mhux ippruvati fi żminijiet ekonomiċi normali.
2. L-EFFETTIVITÀ
TAR-REGOLAMENTI
Is-subtaqsimiet
li ġejjin jittrattaw l-effikaċja ta' kull wieħed mir-Regolamenti
biex jikseb l-objettivi tiegħu fuq bażi tematika għal elementi
differenti tal-leġiżlazzjoni ġdida dwar il-governanza ekonomika.
2.1. Is-sorveljanza
fiskali:
Obejttivi Il-kriżi
finanzjarja u ekonomika u ż-żidiet fil-livelli tad-defiċit u
dejn li rriżultaw fl-UE kienet teħtieġ riforma profonda tal-Patt
ta' Stabbiltà u Tkabbir[4],
kemm fil-parti preventiva kif ukoll dik korrettiva tiegħu.[5]
Kumplessivament, iż-żewġ objettivi ewlenin tar-riformi
tas-six-pack u tat-two-pack fil-qasam tas-sorveljanza fiskali kienu (1)
sorveljanza baġitarja msaħħa u approfondita billi saret aktar
kontinwa u integrata, anki permezz ta' mekkaniżmu intensifikat
tas-sanzjonijiet; u (2) sorveljanza addizzjonali għall-Istati Membri taż-Żona
tal-Euro sabiex ikun żgurat li ssir korrezzjoni ta' defiċits
eċċessivi u li r-rakkomandazzjonijiet ta' politika tal-UE jiġu
integrati b'mod xieraq fit-tħejjija baġitarja nazzjonali. B'mod
partikolari, il-parti preventiva ġiet
imsaħħa u saret aktar vinkolanti. Is-six-pack stabbilixxa
l-kunċett ta' devjazzjoni sinifikanti mill-objettiv ta' terminu medju, jew
mill-perkors ta' aġġustament lejh. Il-korrezzjoni insuffiċjenti
ta' devjazzjoni bħal din tista' eventwalment twassal għal
sanzjonijiet finanzjarji għal pajjiż taż-Żona tal-Euro.
Ir-rekwiżiti għall-perkors ta' aġġustament tfasslu biex
jiġu kkunsidrati r-riskji għas-sostenibbiltà u l-kuntest ekonomiku
ġenerali. Il-parametru referenzjarju tan-nefqa ġie introdott biex
jipprovdi gwida aktar ċara u operattiva għall-Istati Membri. Aktar involviment u infurzar tal-parti
preventiva jirriflettu l-importanza ta' prudenza fil-politiki fiskali waqt
żminijiet ekonomiċi tajbin. Il-parti
korrettiva ġiet rivalutata billi l-kriterju tad-dejn tat-Trattat
ġie operazzjonalizzat. Is-sanzjonijiet imposti fuq il-pajjiżi
taż-Żona tal-Euro li ma josservawx ir-rakomandazzjonijiet skont
il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv ġew intensifikati.
Ġew introdotti dispożizzjonijiet ġodda fuq miri ta' defiċit
nominali annwali u strutturali għall-perjodu tal-Proċedura ta'
Defiċit Eċċessiv. Kollox ma' kollox, il-Patt ta' Stabbiltà u
Tkabbir sar aktar flessibbli permezz tal-possibbiltà li f'każi
ġustifikati jiġi adattat il-pass tal-konsolidament fiskali fil-parti
preventiva kif ukoll fil-parti korrettiva. Billi rrikonoxxa
safejn jistgħu jaslu l-effetti ta' spillover u l-konsegwenzi potenzjali
tagħhom fis-sitwazzjonijiet ekonomiċi u baġitarji tal-Istati
Membri taż-Żona tal-Euro, it-Two-Pack introduċa proċeduri
ta' sorveljanza u monitoraġġ addiżżjonali għall-Istati
Membri taż-Żona tal-Euro. Sistema ta' monitoraġġ gradwat
mill-Kunsill u mill-Kummissjoni ġie stabbilit sabiex jiggarantixxi
korrezzjoni f'waqtha u dejjiema għad-defiċit eċċessiv u
sabiex jippermetti detezzjoni bikrija tar-riskji jekk Stat Membru ma
jikkonformax mar-regoli tal-Patt. Dan jinkludi l-analiżi li ssir kull
ħarifa tal-abbozzi ta' pjan baġitarju tal-Istati Membri
taż-Żona tal-Euro u l-possibbiltà li l-Kummissjoni tipprovdi
rakkomandazzjonijiet awtonomi lil dawk l-Istati Membri b'defiċit
eċċessiv. Jinkludi wkoll il-ħtieġa li dawn il-pajjiżi
tal-aħħar jippreżentaw Programmi ta' Sħubija Ekonomika li
jiddeskrivu r-riformi fiskali-strutturali li jiġu implimentati biex tkun
żgurata korreżżjoni effikaċi u dejjiema għal dak
id-defiċit. Sabiex ikompli
ma' dan ta' hawn fuq, it-Two-Pack bena wkoll fuq id-Direttiva tas-Six-Pack dwar
l-oqfsa baġitarji u introduċa elementi ulterjuri li jsaħħu
l-oqfsa fiskali tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro: aktar enfasi fuq
l-ippjanar ta' perjodu medju, proċessi baġitarji aktar sinkronizzati
u aktar trasparenti, proċeduri biex jitkattar l-użu ta'
previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi għall-ippjanar
baġitarju, kif ukoll monitoraġġ indipendenti tal-konformità
mar-regoli fiskali fil-livell nazzjonali. Valutazzjoni Kollox ma'
kollox, ġie ppruvat li l-qafas riformat huwa effikaċi
għat-tisħiħ tas-sorveljanza baġitarja u għaldaqstant
biex jiggwida lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom f'kundizzjonijiet
ekonomiċi diffiċli. Filwaqt li r-regoli ilhom fis-seħħ
għal żmien pjuttost qasir u u huwa diffiċli wieħed
jiddistingwi l-kontribut speċifiku tagħhom minn fatturi oħrajn
li qed jixprunaw l-azzjonijiet ta' politika differenti, l-ewwel esperjenza
tindika li r-regoli fiskali riformati tal-UE tabilħaqq kellhom rwol. Ġeneralment,
sar progress fl-indirizzar tal-konsolidament fiskali, fejn id-defiċit
fisakli medju tal-UE-28 niżel minn 4,5 % tal-PDG fl-2011 għal
previżjoni ta' 3 % tal-PDG fl-2014. Il-prestazzjoni
skont il-parti preventiva riformata tista' sa issa tiġi
kkunsidrata bħala inkoraġġanti. L-aktar Stati Membri
kkonċernati kisbu, jew għamlu progress xieraq lejn l-objettivi ta'
terminu medju tagħhom (ara l-Anness 1.2). Sa issa għadha ma
ġietx innutata xi devjazzjoni sinifikanti. Madankollu, huwa meta
l-kundizzjonijiet ekonomiċi jitjiebu li se jkun possibbli li jkun jemm
għarfien aħjar tal-effikaċja tal-parti preventiva,
partikolarment rigward il-parametru referenzjarju tan-nefqa. Skont il-parti
korrettiva, il-korrezzjoni sostenibbli tad-defiċit eċċessiv
kienet impressjonanti minn meta daħal fis-seħħ is-six-pack
f'Diċembru 2011. F'dak iż-żmien, 23 minn 27 Stat Membru
kienu suġġetti għal Proċedura ta' Defiċit
Eċċessiv (ara l-Anness 1.3). Sal-aħħar ta'
Awwissu 2014, dan in-numru niżel għal 11 minn 28. L-esperjenza
bil-parametru referenzjarju tad-dejn hija limitata, mhux l-inqas
minħabba li r-regoli l-ġodda kienu jinkludu perjodu ta'
tranżizzjoni sabiex il-parametru referenzjarju tad-dejn jidħol
kompletament fis-seħħ. Minkejja dan, it-tħaddim tal-kriterju
tad-dejn żied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-relevanza tad-dejn
għall-istabbiltà fiskali u offra inċentivi addizzjonali sabiex
id-dejn jinġieb f'perkors sostenibbli. Il-miri tad-defiċit
nominali u strutturali intermedji skont il-Proċedura ta' Defiċit
Eċċessiv ippermettew li
jingħata parir u jsir monitoraġġ dwar il-politiki li huma
preċiżi u trasparenti. Dan taffa l-inċentivi negattivi li
l-aġġustament strutturali jiġi differit
għall-aħħar tal-perjodu u ppermetta li tiġi kkunsidrata
l-inċertezza dwar ix-xenarju makroekonomiku sottostanti
għar-rakkomandazzjoni. L-użu li sar mill-possibbiltà li
r-rakomandazzjonijiet eżistenti jiġu adattati kien għal
raġunijiet ġustifikati, u wera li kien partikolarment importanti biex
jiġu adattati t-trajettorji ta' konsolidazzjoni f'ambjent li qed jinbidel
b'pass mgħaġġel ħafna ta' dawn l-aħħar
10 snin. Minħabba li
ma ġew imposti ebda sanzjonijietfuq pajjiżi li ma kinux
konformi mar-regoli riformati tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, mhuwiex
possibbli li jiġi vvalutat kompletament jekk tabilħaqq inkisibx
l-objettiv ta' infurzar aktar effikaċi tas-sorveljanza baġitarja
fiż-Żona tal-Euro. Madankollu wieħed jista' jgħid li
l-elementi addizzjonali tas-sorveljanza baġitarja għall-Istati Membri
taż-Żona tal-Euro introdotti mit-two-pack jidher li ġeneralment
qdew l-objettiv tagħhom li jżidu mill-inqas il-pressjoni biex
jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv. Il-possibbiltà li
l-Kummissjoni toħroġrakkomandazzjonijiet awtonomikienet
żieda sinifikanti għall-monitoraġġ tal-Istati Membri
b'defiċit eċċessiv, minħabba li se tippermetti għal
gwida aktar bikrija għal pajjiżi b'defiċit eċċessiv.
Dan ifisser detezzjoni aħjar tar-riskji u jippermetti li l-Istat Membru
jikkunsidrahom u jadotta miżuri ta' prekawzjoni. Il-Programmi ta'
Sħubija Ekonomikase jkabbru s-sensibilizzazzjoni ta' dawk li jfasslu
l-politiki rigward ir-rabta u l-importanza tar-riformi strutturali
għas-sostenibbiltà fiskali. Dan jeħtieġ li tinxteħet
attenzjoni fuq il-Programmi ta' Sħubija Ekonomika biex jiġu
speċifikament identifikati dawk il-miżuri eżistenti u
potenzjalment neċessarji li jindirizzaw is-sostenibbiltà tal-korrezzjoni
tad-defiċit. Fil-ħarifa
tal-2013, saret l-ewwel valutazzjoni trasparenti, komparabbli u indipendenti
tal-Abbozzi ta' Pjan Baġitarju tal-Istati Membri kollha taż-Żona
tal-Euro qabel ma ġew adottati l-baġits mill-Parlamenti nazzjonali.[6] Dan
l-eżerċizzju jindika ċaqliq importanti fl-approċċ
għas-sorveljanza fiskali minn valutazzjoni ex post għal gwida ex
ante. Għaldaqstant dan jgħin biex jintlaħaq l-objettiv ta'
integrazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjoni ta' politika tal-UE fit-tħejjija
baġitarja nazzjonali. Barra minn hekk,
l-isforz tat-Two-Pack biex issaħħaħ l-oqfsa fiskali tal-Istati
Membri taż-Żona tal-Euro diġà
pproduċiet titjib tanġibbli. L-ambitu u l-kwlità tal-ibbaġitjar
annwali u l-ippjanar fiskali ta' perjodu medju ġie rivalutat. Dawn
il-proċessi huma issa ġeneralment ibbażati fuq
previżjonijiet makroekonomiċi prodotti b'mod indipendenti jew
approvat. Il-proċessi ta' bbaġitjar nazzjonali fiż-Żona tal-Euro
qed jiġu allinjati mal-objettivi intermedjarji stabbiliti fit-Two-Pack.
Madwar iż-Żona tal-Euro ġew stabbiliti jew rinfurzati għadd
ta' korpi fdati bil-liġi nazzjonali biex jagħmlu monitoraġġ
indipendenti tar-rispett għar-regoli fiskli nazzjonali. Minħabba li
l-maġġoranza ta' dawn il-korpi ma ġewx inkorporati
reċentement, l-indipendenza, il-kredibbiltà u l-effikaċja
tagħhom se jkollhom jiġu kkonfermati bil-prattika matul is-snin li
ġejjin. Ir-regoli
ppermettew li jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżiti ta' sostenibbiltà u
stabilizzazzjoni ċiklika,inter alia, permezz tal-modulazzjoni
tal-isforz fiskali skont kundizzjonijiet ekonomiċi u riskji ta'
sostenibbiltà fil-parti preventiva u l-estensjoni ta' skadenzi biex issir
korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fil-parti krrettiva.
Teżisti klawżola ta' salvagwardjakemm
fil-parti preventiva kif ukoll fil-parti korrettiva sabiex tittratta
sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jikkostitwixxu theddidiet
għall-ekonomiji taż-Żona tal-Euro jew għall-UE globalment.
2.2 Il-proċedura
ta' żbilanċ makroekonomiku
Objettivi Fil-Proċedura
ta' Żbilanċ Makroekonomiku[7]
s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri twessgħet lil
hinn mill-kwistjonijiet baġitarji, inkluż għal
żbilanċi esterni, il-kompetittività, il-prezzijiet tal-assi, u d-dejn
intern u estern. L-objettivi taż-żewġ regolamenti li
introduċew il-proċedura ta' żbilanċi Makroekonomiċi
kienu li jiġi stabbilit qafas effikaċi għal (1) id-detezzjoni
ta' żbilanċi makroekonomiċi, (2) il-prevenzjoni u l-korrezzjoni
ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u (3) l-infurzar
effettiv tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi
eċċessivi fiż-Żona tal-Euro. Sabiex
jintlaħqu dawn l-objettivi, ġew introdotti dawn l-għodod li
ġejjin: Ir-Rapport
dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija huwa strument ta' skrinjar inizjali
biex jidentifika dawk l-Istati Membri li għalihom hu meħtieġ
skrutinju dettaljat (rieżami fil-fond) qabel jiġi konkluż jekk
jeżistux żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi.
Ir-rapport jagħti wkoll kontribut biex jiġu identifikati
l-kwistjonijiet ta' żbilanċ li huma ta' interess komuni li dwarhom
tkun meħtieġa diskussjoni u koordinazzjoni fost l-Istati Membri
permezz ta' tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi u sensiela ta' indikaturi
awżiljarji (inkluż sett ta' indikaturi soċjali). Ir-rieżamijiet
fil-fond jidentifikaw
l-isfidi tal-politiki u l-alternattivi tal-politiki bil-għan li
jħejju rakkomandazzjonijiet ta' politika, u jagħtu kontribut
għad-djalogu mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Istati Membri relevanti.
Meta tkun qed tħajji r-rieżamijiet fil-fond, il-Kummissjoni
tibbaża l-analiżi tagħha fuq sett għani ta' materjal
analitiku. Abbażi tal-valutazzjoni u l-konklużjonijiet minn dawn
ir-rieżamijiet fil-fond jistgħu jsegwu passi ulterjuri skont
il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku, skont il-gravità tas-sitwazzjoni
u r-riskji. Fil-parti preventivatal-proċedura ta'
żbilanċi makroekonomiċi, jekk jiġi identifikat
żbilanċ, jistgħu jiġu adottati rakkomandazzjonijiet ta'
politika, bħala parti mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għall-pajjiż li l-Kummissjoni tippreżenta fl-aħħar
tas-Semestru Ewropew. Proċedura ta' żbilanċ
eċċessiv(il-parti korrettiva tal-proċedura ta'
żbilanċ makroekonomiku (macroeconomic imbalance procedure - MIP)
tista' titnieda għall-Istati Membri li jkollhom żbilanċi
eċċessivi. Skont il-parti korrettiva, l-Istati Membri
kkonċernati huma mitluba jħejju pjanijiet ta' azzjoni korrettiva, li
jsir monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tagħhom.
Jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri
taż-Żona tal-Euro jekk il-pjanijiet korrettivi tagħhom ma jkunux
xierqa fid-dawl tal-isfidi u jekk jinstab nuqqas fl-implimentazzjoni
tagħhom. Fl-2013,
il-Kummissjoni saħħet id-dimensjoni soċjali tal-UEM billi
żviluppat tabella ta' valutazzjoni importanti ta' indikaturi soċjali
u dwar l-impjiegi u estendiet l-għadd ta' indikaturi oħra li jirfdu
r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija, bħar-rata ta'
parteċipazzjoni, ir-rata ta' qgħad fit-tul, ir-rata ta' qgħad
fost iż-żgħażagħ u r-rata ta' min hu fir-riskju
tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Qed
jiġu introdotti indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi
fil-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku biex jinkiseb
għarfien aħjar tas-suq tax-xogħol u l-iżviluppi u r-riskji
soċjali. Il-Kummissjoni se
tiżgura wkoll li s-sħab soċjali Ewropej ikunu assoċjati
aħjar mal-proċess tas-Semestru Ewropew. Valutazzjoni Filwaqt li
l-għan tar-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija u t-tabella
ta' valutazzjoni tiegħumhuwiex li jipprova jagħmel
identifikazzjoni mekkanistika tal-iżbilanċi, it-tabella ta'
valutazzjoni wriet li tista' tkun għadda utli biex tipprovdi valutazzjoni
inizjali tar-riskji u tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi. Barra minn hekk,
it-tabella ta' valutazzjoni kienet utili bħala strument ta' komunikazzjoni
u obbligu ta' rendikont meta ssir ġustifikazzjoni għalfejn ikun meħtieġ,
jew ma jkunx meħtieġ, li jsir skrutinju dettaljat tar-riskji
makroekonomiċi ta' Stat Membru partikolari. It-tabella ta' valutazzjoni
mhix għodda statika u ġie implimentat għadd ta' tibdiliet
mill-Kummissjoni matul dawn l-aħħar tliet snin f'kooperazzjoni
mal-Parlament u mal-Kunsill. Minkejja li hemm meritu f'li t-tfassil tat-tabella
ta' valutazzjoni jinżamm relattivament stabbli, għadu
meħtieġ li jsiru valutazzjonijiet regolari tal-indikaturi tat-tabella
ta' valutazzjoni sabiex jitqiesu mhux biss l-iżviluppi fl-ekonomija u
r-riskji relatati, iżda wkoll il-progress statistiku. Ir-rieżamijiet
fil-fondirriżultaw li huma parti qofol tal-Proċedura ta'
Żbilanċ Makroekonomiku. Dawn koprew l-aktar żbilanċi
importanti f'kull ekonomija u l-mod kif dawn jista' jkollhom impatt fuq
it-tkabbir, l-impjiegi u l-istabbiltà finazjarja fil-perjodu medju. Matul
l-ewwel tliet ċikli annwali, il-Kummissjoni ppubblikat 42 rieżami
fil-fond (2012: 12-il-Stat Membru, 2013: 14-il-Stat Membru, 2014: 17-il Stat
Membru), għal total ta' 18-il Stat Membru.[8]
Dan jirrifletti l-fatt li l-ewwel ċikli tal-Proċedura ta'
Żbilanċ Makroekonomiku saru f'kuntest ta' kriżi u rkupru,
b'ħafna Stati Membri jiġu identifikati li qed jesperjenzaw
żbilanċi (u ftit żbilanċi eċċessivi) li
jeħtieġu analiżi dettaljata u spiss. Iż-żieda fl-għadd
ta' (i) Stati Membri li ġew skrutinizzati f'rieżamijiet fil-fond,
(ii) żbilanċi identifikati mill-Kummissjoni u (iii)
żbilanċi eċċessivi ma tfissirx li r-riskji
makroekonomiċi fl-UE żdiedu. Huma jirriflettu proċedura li qed
timmatura progressivament, qed twessa' l-ambitu ta' interess, u tfittex li
tidentifika żviluppi potenzjalment dannużi qabel ma jkollhom impatt
fuq l-ekonomiji. Rigward
il-mistoqsija dwar jekk il-proċedura kinitx effikaċi biex tidentifika
l-kwistjonijiet ta' politika rilevanti, tatx kontribut biex isiru
rakkomandazzjonijiet ta' politika xierqa, u biex isir il-monitoraġġ
tagħhom u kellhiex impatt fuq id-dibattiti dwar il-politiki f'kull Stat
Membru u l-UE in ġenerali, jeħtieġ li jiġi indikat li l-Proċedura
ta' Żbilanċ Makroekonomiku, flimkien ma elementi oħra ta'
governanza ekonomika, tat kontribut għal għarfien kondiviż bejn
l-Istati Membri tal-isifdi tal-politika speċifika u komuni tagħhom u
r-rispons ta' politika. Madankollu, hemm bżonn li jsir titjib
fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' politika rilevanti, u jinstabu
l-għodod li jtejbu l-inċentivi biex l-Istati Membri jadottaw u
jimplimentaw il-politiki meħtieġa. Il-Proċedura
ta' Żbilanċ Eċċessiv għadha ma ġietx
implimentata sa issa. Fl-2013 u fl-2014, il-Kummissjoni identifikat
l-ibilanċi eċċessivi ħames darbiet, ida ma ppreentatx
proposta għall-istabbiliment formali tagħhom mill-Kunsill,
għaldaqstant il-proċedura ma ġietx attivata. F'kull sena,
il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-politiki deskritti mill-gvernijiet rilevanti
(Spanja u s-Slovenja fl-2013, u l-Italja, il-Kroazja u s-Slovenja fl-2014)
fil-programmi nazzjonali tagħhom ta' riforma u ta' stabbiltà (jew
konverġenza) kienu xierqa għall-isfidi rispettivi identifikati
fir-rieżamijiet fil-fond. Madankollu l-Kummissjoni, f'kull wieħed
minn dawn il-każi, għamlet użu mill-flessibbiltà inerenti
fil-qafas tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku biex tattiva monitoraġġ
speċifiku u mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-politika, li
jagħti kontribut għall-pressjoni mill-pari, valutazzjoni tal-azzjoni
fil-ħin reali u l-promożżjoni ta' azzjoni favur ir-riforma
fl-Istati Membri[9].
2.3 Il-pajjiżi
taż-Żona tal-Euro li għandhom diffikulatjiet fl-istabbiltà
finanzjarja[10]
Objettivi L-objettiv
ewlieni tat-tieni regolament tat-two-pack huwa li jsaħħaħ
il-monitoraġġ u s-sorveljanza għall-Istati Membri mhedda
b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom, jew
li qed jesperjenzawhom. Ir-regolament għandu l-għan li jistabbilixxi
proċessi ta' sorveljanza li huma trasparenti, effikaċi,
sempliċi, u prevedibbli għall-Istati Membri li jinsabu taħt
sorveljanza msaħħa, għaddejjin mill-programm ta'
aġġustament makroekonomiku u taħt sorveljanza ta' wara
l-programm. Għall-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li jinsabu fi
programm ta' aġġustament l-implimentazzjoni ta' proċeduri mod
ieħor ripetuti fi strumenti preventivi, inkluż is-Semestru Ewropew,
il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku u r-regolament
tat-two-pack l-ieħor, jiġu sospiżi. Dan jirrifletti inter alia
li r-rwol tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku huwa li tkun
proċedura preventiva, mhux strument ta' ġestjoni tal-kriżijiet.[11] Valutazzjoni L-Istati Membri
fiż-Żona tal-Euro li kienu jirċievu assistenza finanzjarja
marbuta mal-programm ta' aġġustament makroekonomiku fid-data
tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament f'Mejju 2013 kienu
l-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u Ċipru. Ċipru u
l-Greċja, fejn il-programmi għadhom għaddejjin, irritornaw
parzjalment lejn l-indikaturi aktar kmieni milli mistenni. Spanja talbet
għal assistenza finanzjarja għar-rikapitalizzazzjoni
tal-istituzzjonijiet finanzjarji biss, u ma kinitx soġġetta għal
programm ta' aġġustament makroekonomiku. Sadanittant, l-Irlanda u
l-Portugall irnexxielhom jispiċċaw il-programm ta'
aġġustament makroekonomiku u daħlu fil-fai ta'sorveljanza ta'
wara l-programm. Spanja hija wkoll soġġetta għal-sorveljanza ta'
wara l-programm sa mit-tmiem tal-programm tas-settur finanzjarju
f'Jannar 2014. It-tliet pajjiżi reġgħu kisbu
aċċess sovran għas-suq b'rati ta' interess sostenibbli. Kollox
ma' kollox, saru kisbiet konsiderevoli fit-tnaqqis tad-defiċit fiskali
f'pajjiżi li jinsabu fi programm bħalissa u qabel, u d-dejn pubbliku
ġenerali qed jistabbilizza. Abbażi
tal-esperjenza ma' dawn il-pajjiżi, is-sett ta' regoli integrat
tabilħaqq iżid it-trasparenza, il-prevedibbiltà, il-prattikalità u
l-effikaċja tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-pajjiżi ta'
Stati Membri li qed ikollhom diffikultajiet finanzjarji serji jew li huma
mhedda minnhom. Madankollu, minħabba li r-Regolament daħal
fis-seħħ biss wara li kienu diġà bdew il-programmi kollha
kurrenti u kompleti, il-valutazzjoni tal-effikaċja hija
neċessarjament inkompleta. B'mod partikolari, diversi
dispożizzjonijiet tar-regolament huma rilevanti għall-perjodu li fih
il-programmi huma żviluppati u negozjati. Fil-programmi eżistenti,
dawn il-perjodi seħħu qabel ma daħal fis-seħħ
ir-Regolament. L-effikaċja tar-regolament ma tistax għalhekk
tiġi evalwata fir-rigward ta' dawn il-fażijiet aktar bikrin. Barra
minn hekk, mhuwiex possibbli li ssir valutazzjoni tal-effettività
tar-Regolament fir-rigward tas-sorveljanza msaħħa minħabba li
ebda Stat Membru taż-Żona tal-Euro għadu ma tqiegħed
taħt sorveljanza msaħħa. Il-kapaċità ta' valutazzjoni tal-effikaċja
tas-sorveljanza ta' wara l-programm hija limitata wkoll mill-fatt li l-Irlanda,
Spanja u l-Portugall ilhom taħt sorveljanza ta' wara l-programm għal
inqas minn sena. L-effikaċja għaldaqstant tista' tiġi evalwata
bir-reqqa biss fir-rigward ta' programmi ta' aġġustament
makroekonomiku eżistenti. Minħabba l-iżviluppi ekonomiċi
msemmija hawn fuq, il-programmi ta' aġġustament makroekonomiku kisbu
l-objettivi tar-Regolament biex malajr jistabbilixxu mill-ġdid qagħda
ekonomika u finanzjarja soda u sostenibbli u biex jirrestawraw l-aċċess
għas-suq finanzjarju. Jekk fil-futur jiġu implimentati
d-dispożizzjonijiet l-oħrajn, ir-Regolament jipprevedi fost
l-oħrajn titjib fl-informazzjoni tal-Parlament Ewropew u sett ta'
rekwiżiti li jimmiraw biex jitqies aħjar l-impatt soċjali tal-programmi
u jkun hemm protezzjoni aħjar tal-politiki fundamentali, bħall-kura
tas-saħħa u l-edukazzjoni.
3. IL-KONVERĠENZA
EKONOMIKA, IL-KSIB TAL-GĦANIJIET TAL-ISTRATEĠIJA TAL-UNJONI
GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI U KOORDINAZZJONI EQREB TAL-POLITIKI
EKONOMIĊI
Huwa
diffiċli li ssir valutazzjoni tal-impatt tas-sistema riveduta
tal-governanza ekonomika dwar il-konverġenza dejjiema minħabba li
perjodu ta' żmien mill-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni
l-ġdida huwa wisq qasir biex jinġibdu konklużjonijiet
sinifikanti. L-esperjenza bil-proċedura tal-iżbilanċi
makroekonomiċi hija eżempju tajjeb f'dan il-kuntest. Filwaqt li
ħafna żbilanċi li jirrigwardaw "flussi", bħal
defiċit fil-kont kurrenti, ġew indirizzati, dan għadu mhux
il-każ għal żbilanċi ta' "stokk",
bħall-obbligazzjonijiet esterni. Għaldaqstant, minkejja li għal
ħafna pajjiżi kien hemm tnaqqis fir-riskji makroekonomiċi,
valutazzjoni sinifikanti dwar jekk ir-rakkomandazzjonijiet fuq il-politiki li
rriżultaw mill-proċedura tabilħaqq tawx kontribut biex jitjiebu
t-tkabbir, l-impjiegi u l-istabbiltà finanzjarja teħtieġ perjodu ta'
żmien ħafna itwal mill-esperjenza tal-proċedura ta'
żbilanċ makroekonomiku sa issa. B'mod partikolari t-test veru se jkun
jekk l-istrument jistax ma jippermettix li jkun hemm akkumulazzjoni ta'
żbilanċi u riskji matul żminijiet ekonomikament tajbin. Minkejja dan,
billi tiżgura koordinazzjoni ereb tal-politiki, is-sistema ta' governanza
l-ġdida għandha tgħin biex titrawwem konverġenza
fit-tkabbir u jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020
għal impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.[12]
Barra minn hekk, billi ma tippermettix li jkun hemm akkumulazzjoni ta'
żbilanċi makroekonomiċi kbar is-sistema ta' governanza
l-ġdida għandha ttaffi dawk il-forzi li bħalissa qed
jikkawżaw id-diverġenzi ċikliċi kbar bejn l-Istati Membri.
Ir-Regolamenti tas-six-pack u tat-two-pack saħħew b'mod sinifikanti
l-qafas ta' governanza tal-UE f'oqsma ta' politika differenti. Is-Semestru
Ewropew jgħaqqad dawn l-għodod differenti f'qafas aktar wiesa'
għal sorveljanza ekonomika u baġitarja integrata multilaterali, u
s-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tas-Semestru Ewropew 2015 kif stipulat
fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni għall-2015
se jkompli jtejjeb il-funzjonament tiegħu. [13] Ir-relazzjonijiet
bejn l-istrumenti differenti tas-sorveljanza ekonomika huma kumplessi u
jillimitaw it-trasparenza tat-tfassil tal-politika, li min-naħa
tiegħu jippreżenta sfidi għall-implimentazzjoni tiegħu,
għall-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali
u għaldaqstant għar-responsabbiltà, il-leġittimità demokratika u
l-obbligu ta' rendikont. Involviment xieraq tal-Parlamenti nazzjonali jibqa'
kruċjali biex tiġi żgurata l-leġittimità tal-azzjonijiet
tal-Istati Membri. Fil-livell tal-UE, il-Parlament Ewropew għandu rwol
ewlieni xi jwettaq, primarjament permezz ta' "djalogi
ekonomiċi", li żguraw li l-atturi istituzzjonali jinżammu
regolarment rewponsabbli fir-rigward tal-kwistjonijiet ewlenin relatati
mal-governanza ekonomika.
4. KONKLUŻJONI
Is-sistema ta'
governanza ekonomika għaddiet minn tibdil profond fil-konsegwenzi li
ħalliet warajha l-kriżi finanzjarja u ekonomika. Il-biċċiet
differenti ta' leġiżlazzjoni dwar il-governanza kienu fil-qalba ta'
din l-evoluzzjoni u saħħew b'mod sinifikanti l-istruttura attwali
tal-governanza. Kollox ma' kollox, id-defiċits naqsu bir-riżultat li
ħafna pajjiżi ħarġu mill-Proċedura ta' Defiċit
Eċċessiv u l-iżbilanċi qed jiġu kkoreġuti.
Madankollu, it-tkabbir għadu fraġli filwaqt li l-isfidi
ekonomiċi għadhom kbar. Minħabba
ż-żmien limitat minn meta daħlet fis-seħħ,
l-esperjenza bl-applikazzjoni ta' din is-sistema l-ġdida ta' governanza
ekonomika kienet limitata u għadd ta' strumenti speċifiċi
għandhom ma ġewx ittestjati. Barra minn hekk, is-sistema sa issa
ġiet applikata fil-(konsegwenzi ta') kriżi ekonomika finanzjarja, li
tillimita l-possibbiltajiet li wieħed jiġġudika l-effikaċja
tas-sistema taħt ċirkostanzi ekonomiċi aktar sani.
Tabilħaqq, l-effikaċja tas-sistema fil-parti l-kbira tiddependi fuq
it-tħaddim tajjeb tal-parti preventiva tagħha, li hija preċiżament
dak li għad irid jiġu ppruvat fi żminijiet ekonomiċi
aħjar. Dan
ir-rieżami rrevela xi qawwiet kif ukoll oqsma possibbli għal-titjib,
li jirrgwardaw it-trasparenza u l-kumplessità tat-tfassil tal-politika, u
l-impatt tagħhpm fuq it-tkabbir, l-iżbilanċi u
l-konverġenza. Il-Kummissjoni qed tippjana li tiddiskuti dawn
mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fix-xhur li ġejjin. Ta' min jinnota li
l-Kummissjoni beħsiebha tieħu għadd ta' passi biex titjieb
l-applikazzjoni tas-sistema ta' governanza ekonomika anki fis-Semestru Ewropew
tal-2015. ANNESS 1: SORVELJANZA BAĠITARJA
1.1
Bidliet fil-parti preventiva u dik korrettiva tal-PST mir-riformi tal-2011
(b’tipa korsiva) fir-rekwiżiti eżistenti
Objettiv || Speċifikazzjoni || Perkors ta’ aġġustament || Speċifikazzjoni ta’ infurzar Il-parti preventiva Ir-rekwiżit ta’ pożizzjoni qrib il-bilanċ jew f’bilanċ pożittiv || OTM speċifiku għall-pajjiż f’termini strutturali: - jipprovdi marġni ta’ sigurtà fir-rigward tal-limitu tad-defiċit ta’ 3 % - jiġi żgurat progress rapidu lejn is-sostenibbiltà - jingħata spazju għal immanuvrar baġitarju Għaż-Żona tal-Euro, u l-Istati Membri tal-ERMII: limiti ta’ - 1 % tal-PDG Valur referenzjarju tan-nefqa: in-nefqa netta mill-miżuri diskrezzjonali għandha tikber ≤ il-PDG potenzjali fuq terminu medju || 0,5 % tal-PDG bħala punt referenzjarju: - Aktar fi żminijiet tajbin - Anqas fi żminijiet iebsa > 0,5 % jekk id-dejn ikun 'il fuq minn 60 % jew jekk ikun hemm riskji qawwija għas-sostenibbiltà Devjazzjoni temporanja mill-perkors ta' aġġustament permessa fil-każ ta': - L-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali maġġuri b’impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi - enfasi fuq ir-riforma tal-pensjonijiet - Avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat b’impatt maġġuri fuq il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu - Tnaqqis ekonomiku serju għaż-Żona tal-Euro jew tal-UE kollha kemm hi sakemm dan ma jipperikolax is-sostenibilità fiskali fuq terminu medju || Proċedura għall-korrezzjoni ta' devjazzjoni sinifikanti (0,5 % f’sena waħda jew b’mod kumulattiv matul sentejn (2) mill-OTM jew il-pjan ta’ aġġustament) Għaż-Żona tal-Euro: sanzjonijiet finanzjarji f’każ ta’ nuqqas ripetut ta’ konformità (depożitu li jħalli l-imgħax ta’ 0,2 % tal-PDG) Fergħa korrettiva Jiġi kkoreġuti żbalji serji ta' politika || Jiġu stabbiliti limiti: - Defiċit ta' 3 % tal-PDG - Dejn ta’ 60 % tal-PDG jew li jkun qiegħed jonqos b'mod suffiċjenti Definizzjoni ta’ tnaqqis suffiċjenti = ir-rispett tal-livell referenzjarju ta' tnaqqis tad-dejn Livell referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn = tnaqqis ta’ 5 % kull sena bħala medja fuq tliet snin tad-distakk għal 60 % filwaqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni ċ-ċiklu, jew li tintlaħaq il-konformità fis-sentejn li jkunu ġejjin. (Perjodu ta’ tranżizzjoni għall-Istati Membri fil-PDE mad-dħul fis-seħħ (Diċembru 2011) għal tliet snin wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.) || Titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala punt referenzjarju f’termini strutturali Estensjoni possibbli ta’ skadenza: - Jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva u jekk iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi mhux mistennija b’konsegwenzi sfavorevoli maġġuri għall-finanzi tal-gvern - F’każ ta’ tnaqqis ekonomiku gravi fiż-Żona tal-Euro jew fl-Unjoni kollha kemm hi, sakemm dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq terminnu medju || Għaż-Żona tal-Euro: Sistema ta’ sanzjonijiet kmieni u gradwali li tiġi attivata f’kull stadju tal-proċedura tal-PDE
1.2
Il-bilanċ strutturali u l-OTM għal pajjiżi fil-fergħa
preventiva
1.3
L-għadd ta' Stati Membri tal-UE taħt il-EDP
1.4 Sforz strtutturali
rakkomandat mill-Kunsill fir-rakkomandazzjonijiet tal-EDP (punti
perċentwali tal-PDG)
|| || 2009 || 2010 || 2011 || 2012 || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 IE || 27/04/2009 || || 1.5 || 1.5 || 1.5 || 1.5 || || || 02/12/2009 || || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || || 07/12/2010 || || || 1,91 || 1,91 || 1,91 || 1,91 || 1,91 || FR || 27/04/2009 || || 1 || 1 || 1 || || || || 02/12/2009 || || 1,12 || 1,12 || 1,12 || 1,12 || || || 21/06/2013 || || || || || 1.3 || 0.8 || 0.8 || ES || 27/04/2009 || || 1.25 || 1.25 || 1.25 || || || || 02/12/2009 || || 1.6 || 1.6 || 1.6 || 1.6 || || || 10/07/2012 || || || || 2.7 || 2.5 || 1.9 || || 21/06/2013 || || || || || 1.1 || 0.8 || 0.8 || 1.2 MT || 16/02/2010 || || || 0.75 || || || || || 21/06/2013 || || || || || 0.7 || 0.7 || || BE || 02/12/2009 || || 0.75 || 0.75 || 0.75 || || || || 21/06/2013 || || || || || 1 || || || DE || 02/12/2009 || || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || || || IT || 02/12/2009 || || 0.5 || 0.5 || 0.5 || || || || NL || 02/12/2009 || || || 0.75 || 0.75 || 0.75 || || || 21/06/2013 || || || || || 0.6 || 0.7 || || AT || 02/12/2009 || || || 0.75 || 0.75 || 0.75 || || || PT || 02/12/2009 || || 1.25 || 1.25 || 1.25 || 1.25 || || || 09/10/2012 || || || || 2.3 || 1.6 || 1.3 || || 21/06/2013 || || || || || 0.6 || 1.4 || 0.5 || SI || 02/12/2009 || || 0.75 || 0.75 || 0.75 || 0.75 || || || 21/06/2013 || || || || || 0.7 || 0.5 || 0.5 || SK || 02/12/2009 || || 1 || 1 || 1 || 1 || || || UK || 08/07/2008 || 0.5 || || || || || || || 24/03/2009 || || 1 || 1 || 1 || 1 || || || 02/12/2009 || || 1.75 || 1.75 || 1.75 || 1.75 || 1.75 || || LV || 07/07/2009 || || 2.75 || 2.75 || 2.75 || || || || PL || 07/07/2009 || || 1.25 || 1.25 || 1.25 || || || || 21/06/2013 || || || || || 0.8 || 1.3 || || 02/12/2013 || || || || || || 1 || 1.2 || LT || 07/07/2009 || 1.5 || 1.5 || 1.5 || || || || || 16/02/2010 || || 2.25 || 2.25 || 2.25 || || || || RO || 07/07/2009 || || 1.5 || 1.5 || || || || || 16/02/2010 || || 1.75 || 1.75 || 1.75 || || || || CZ || 02/12/2009 || || 1 || 1 || 1 || 1 || || || BG || 13/07/2010 || || || 0.75 || || || || || DK || 13/07/2010 || || || 0.5 || 0.5 || 0.5 || || || Sforz medju annwali. Il-kaxxi l-griżi indikaw il-miri annwali. Il-Greċja u Ċipru mhux inklużi (l-isforz fiskali ġie espress f’bidliet f’bilanċ primarju (għall-Greċja) jew valur nominali ta’ miżuri (għal Ċipru) Noti: 1 Rakkomandazzjoni espressa f'termini kumulattivi matul il-perjodu sħiħ tal-PDE. 2 "Aktar minn 1 % tal-PDG"
1.5 Opinjonijiet tal-Kummissjoni
tal-15 ta' Novembru 2013 dwar l-abbozzi ta' pjani baġitarji
Pajjiż || Konformità kumplessiva tal-Abbozz ta' Pjan Baġitarju mal-PST || Konformità kumplessiva mar-riformi fiskali-strutturali fir-rapporti speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) tal-2013 Konklużjoni kumplessiva bbażata fuq il-Previżjoni tal-ħarifa 2013 tal-Kummissjoni || Konformità mal-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv 2013/2014 || Konformità mar-rekwiżiti tal-Parti Preventiva fl-2014 || Konklużjoni kumplessiva dwar il-progress fir-riformi fiskali-strutturali || Progress fir-riformi individwali b’reazzjoni għall-parti strutturali tas-CSR fiskali minn Ġunju 2013 BE || Ġeneralment konformi || Korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv fl-2013 || Xi devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM || Sar progress limitat || Ittieħdet azzjoni limitata: Arranġamenti espliċiti ta’ koordinazzjoni bejn il-livelli federali u sottofederali DE || Konformi || n.r. || L-OTM maqbuż || L-ebda progress || Ma ttieħdet l-ebda azzjoni fuq il-partijiet strutturali tas-CSR fiskali EE || Konformi || n.r. || L-OTM milħuq || Xi progress || Sar progress: Regola tal-bilanċ baġitarju Ittieħdet azzjoni limitata: Regoli u limiti massimi fuq in-nefqa pluriennali ES || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || Sar l-isforz fiskali fl-2013, dak tal-2014 huwa f'riskju || n.r. || Sar xi progress* || Sar progress: Istituzzjoni fiskali indipendenti; arretrati tas-settur pubbliku; skemi ta’ indiċizzazzjoni; sistema tal-pensjonijiet; riforma tal-amministrazzjoni pubblika; nefqa fuq is-sistema tas-saħħa; Ittieħdet azzjoni limitata: Analiżi komprenżiva tan-nefqa; rieżami tas-sistema tat-taxxa FR || Konformi mingħajr marġini || L-isforz fiskali sar kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 || n.r. || Sar progess limitat* || Sar progress: Sistema tal-pensjonijiet Ittieħdet azzjoni limitata: Analiżi tal-infiq; sistema tat-taxxa; deċentralizzazzjoni IT || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || n.r. || Konformità mal-valur referenzjarju tad-dejn fl-2013, dak tal-2014 f’riskju || Sar progress limitat || Ittieħdet azzjoni limitata: Nefqa pubblika; politika tat-taxxa LU || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || n.r. || Devjazzjoni sinifikanti mill-OTM || Xi progress || Sar progress: Qafas baġitarju għal terminu medju MT || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || Mira ewlenija milħuqa fl-2013, sforz fiskali f’riskju kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 || n.r. || Sar progess limitat* || Sar progress: Qafas fiskali; effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika (għadhom jeżistu riskji ta’ adozzjoni u ta’ implimentazzjoni); sistema tas-saħħa (infomazzjoni inkonklużiva) Ittieħdet azzjoni limitata: Sistema tal-pensjonijiet NL || Konformi mingħajr marġini || L-isforz fiskali sar kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 || n.r. || Sar xi progress* || Sar progress: Qafas fiskali; is-suq tal-proprjetà (implimentazzjoni ta’ riformi passati) Ittieħdet azzjoni limitata: Sistema tal-pensjonijiet; krediti u benefiċċji tat-taxxa AT || Ġeneralment konformi || Korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv fl-2013 || Xi devjazzjoni mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-OTM || Xi progress || Sar progress: Sistema tal-pensjonijiet; is-suq tax-xogħol Ittieħdet azzjoni limitata: L-irbit tal-benefiċċji tal-pensjoni mal-bidliet fl-istennija tal-għomor; armonizzazzjoni tal-etajiet tal-pensjoni SI || Konformi mingħajr marġini || L-isforz fiskali sar kemm fl-2013 kif ukoll fl-2014 || n.r. || Sar progess limitat* || Sar progress: Sistema tat-taxxa; qafas fiskali; kura fit-tul Ittieħdet azzjoni limitata: Sistema tal-pensjonijiet SK || Ġeneralment konformi || Il-korrezzjoni dejjiema tinsab f’riskju fl-2014 - l-isforz fiskali sar || Xi devjazzjoni mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-OTM || Sar progress limitat || Sar progress: Sistema tat-taxxa (ġbir) Ittieħdet azzjoni limitata: Sistema tal-pensjonijiet; politika tat-taxxa; sistema tas-saħħa; regoli baġitarji FI || Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità || n.r. || Devjazzjoni sinifikanti mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-OTM, ksur mil-limitu massimu ta’ 60 % fl-2014 || Sar xi progress || Sar progress: Effiċjenza tas-settur pubbliku; finanzi tas-settur muniċipali; riforma tal-pensjonijiet
ANNESS
2: PROĊEDURA TA’ ŻBILANĊI MAKROEKONOMIĊI
2.1
Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-applikazzjoni tal-MIP
|| Konklużjonijiet tar-AMRs || Il-konklużjoni wara r-rapporti fil-fond (IDRs) || Kummenti Żbilanċi || li minnhom żbilanċi eċċessivi Fil-fehma tal-Kummissjoni || Rakkomandat mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit mill-Kunsill || Stabbilit formalment mill-Kunsill 2012 || Għandhom jitħejjew IDRs għal 12-il Stat Membru: BE, BG, DK, ES, FR, IT, CY, HU, SI, SE, FI, UK. Ma hemmx il-ħtieġa ta' IDR (għalhekk l-ebda żbilanċ) għal 11-il Stat Membru: CZ, DE, EE, LV, LT, LU, MT, NL, PL, AT, SK. Pajjiżi tal-programm (4): EL, IE, PT, RO. || L-Istati Membri kollha (12) li għalihom tħejja IDR. || L-ebda. || L-ebda. || L-ebda. || Il-każijiet ta’ Ċipru u ta' Spanja kienu fil-limitu (il-Kummissjoni ddeskriviet l-iżbilanċi f’dawn il-pajjiżi bħala serji ħafna). Peress li ż-żewġ pajjiżi talbu assistenza finanzjarja (għalkemm ta’ natura differenti) ftit wara, wieħed jista’ jsostni, bil-benefiċċju tal-esperjenza miksuba, li kellu jiġi identifikat żbilanċ eċċessiv. Il-Kummissjoni kkaratterizzat l-iżbilanċi fi Franza, l-Italja, l-Ungerija u s-Slovenja bħala serji. 2013 || Għandhom jitħejjew IDRs għal 14-il Stat Membru: BE, BG, DK, ES, FR, IT, HU, CY, MT (ġdid), NL (ġdid), SI, SE, FI, UK. Ma hemmx il-ħtieġa ta' IDR (għalhekk l-ebda żbilanċ) għal disa' Stati Membri: CZ, DE, EE, LV, LT, LU, PL, AT, SK. Pajjiżi tal-programm (5): EL, IE, PT, RO, u ftit wara l-pubblikazzjoni tal-AMR: CY. ES ma tqisitx bħala pajjiż tal-programm minħabba n-natura settorjali tal-programm ta’ aġġustament tagħha u l-assistenza finanzjarja. || L-Istati Membri kollha (13) li għalihom tħejja IDR. || ES, SI. || L-ebda. || L-ebda. || Ma tħejja effettivament l-ebda IDR għal Ċipru, peress li ntlaħaq ftehim dwar l-assistenza finanzjarja bejn il-pubblikazzjoni tal-AMR u tal-IDRs. Il-Kummissjoni ddeskriviet l-iżbilanċi fi Franza, l-Italja u l-Ungerija bħala li jinħtieġu azzjonijiet deċiżivi ta' politika. Minkejja l-identifikazzjoni ta’ żbilanċi eċċessivi fis-Slovenja u fi Spanja fl-2013 il-parti korrettiva fis-sens tal-MIP ma ntużax, minħabba l-kwalità tar-reazzjoni ta' politika deskritta fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom u l-programmi ta’ stabbiltà. Minflok, il-Kummissjoni bdiet monitoraġġ speċifiku, iżda informali, għal dawn iż-żewġ Stati Membri u żammet miftuħa l-possibbiltà li tiskatta l-parti korrettiva fi stadju aktar tard. 2014 || Għandhom jitħejjew IDRs għal 17-il Stat Membru: BE, BG, DE (ġdid), DK, IE (ġdid, wara t-tlestija b’suċċess tal-programm ta’ aġġustament u l-integrazzjoni mill-ġdid f’proċeduri standard), ES, FR, HR (ġdid, wara l-adeżjoni), IT, LU (ġdid), HU, MT, NL, SI, SE, FI, UK. Mhu meħtieġ l-ebda IDR (għalhekk l-ebda żbilanċ): għal 7 Stati Membri: CZ, EE, LV, LT, PL, AT, SK. Pajjiżi tal-programm (4): EL, CY, PT, RO || L-Istati Membri kollha li għalihom tħejja IDR, ħlief DK, MT u LU, li għalihom ma nstab l-ebda żbilanċ (14). || IT, HR, SI. || L-ebda. || L-ebda. || Il-Kummissjoni ddeskriviet l-iżbilanċi fl-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja u l-Ungerija bħala li jinħtieġu azzjonijiet deċiżivi ta' politika. Din kienet l-ewwel darba għal għadd ta’ passi: -- "deeskalazzjoni" fil-proċedura ma’ Spanja b'ċaqlieq minn żbilanċ eċċessiv għal żbilanċ. -- ma ġew identifikati l-ebda żbilanċi abbażi ta' IDR fi tliet każijiet: (DK, LU, MT). -- għall-ewwel darba tħejja IDR fundamentalment minħabba surplus kbir ħafna fil-kont kurrenti (għall-Ġermanja) -- pajjiż barra mill-programm (l-Irlanda) ġie integrat mill-ġdid fil-MIP. Bħal fl-2013, il-fergħa korrettiva ma skattatx peress li l-Kummissjoni kkunsidrat il-miżuri ppreżentati fil-PNR u fil-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza bħala ambizzjużi biżżejjed. Minflok, il-Kummissjoni ħabbret monitoraġġ speċifiku tal-implimentazzjoni tal-politika għall-Italja, il-Kroazja u s-Slovenja (żbilanċi eċċessivi), iżda wkoll għall-Irlanda u Spanja (li jiddependi fuq sorveljanza ta’ wara l-programm) u Franza.
2.2
In-natura tal-iżbilanċi u l-iżbilanċi eċċessivi
identifikati fiċ-ċikli tal-2012-2014
|| Sena || In-natura tal-iżbilanċi BE || 2012 || Żbilanċ: L-iżviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tal-kompetittività esterna tal-prodotti u tad-dejn, speċjalment il-livell għoli tad-dejn pubbliku, jistħoqqilhom attenzjoni ulterjuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || Żbilanċ: Żviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tal-kompetittività esterna tal-prodotti u tad-dejn, speċjalment li jikkonċernaw l-implikazzjonijiet tal-livell għoli ta’ dejn pubbliku għall-ekonomija reali, għadhom jistħoqqilhom l-għoti ta' attenzjoni. || 2014 || Żbilanċ: L-iżviluppi fir-rigward tal-kompetitività esterna tal-oġġetti għadha jistħoqqilha l-attenzjoni peress li deterjorazzjoni persistenti tkun ta' theddida għall-istabbilità makroekonomika. BG || 2012 || Żbilanċ: il-livell tad-dejn estern kif ukoll ċerti żviluppi makroekonomiċi relatati mal-proċess ta’ diżingranaġġ tas-settur korporattiv u l-proċess ta’ aġġustament permezz tas-swieq tax-xogħol, jistħoqqilhom ċerta attenzjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || Żbilanċ: l-impatt tad-diżingranaġġ fis-settur korporattiv kif ukoll l-aġġustament kontinwu ta’ pożizzjonijiet esterni, il-kompetittività u s-swieq tax-xogħol jixirqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni. || 2014 || Żbilanċ: l-aġġustament estiż tas-suq tax-xogħol jeħtieġ azzjonijiet deċiżivi, filwaqt li l-korrezzjoni tal-pożizzjoni esterna u d-diżingranaġġ korporattiv mexjin tajjeb ’il quddiem. DK || 2012 || Żbilanċ: ċerti żviluppi makroekonomiċi, notevolment dawk li jirfdu l-kompetittività esterna u r-riskji potenzjali relatati mad-dejn tal-unitajiet domestiċi, jistħoqqilhom ċerta attenzjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || Żbilanċ: l-aġġustament kontinwu fis-suq tal-akkomodazzjoni u l-livell għoli ta’ djun fejn jolqot fid-djar u s-settur privat kif ukoll il-muturi tal-kompetittività esterna, jistħoqqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni. || 2014 || Ma għadux żbilanċ fis-sens tal-MIP: L-aġġustament fis-suq tal-akkomodazzjoni u l-implikazzjonijiet ta’ dejn għoli tas-settur privat għall-ekonomija reali u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju jidhru stabbli. Madankollu, dawn l-iżviluppi, kif ukoll il-muturi tal-kompetittività esterna jistħoqqilhom monitoraġġ kontinwu. DE || 2014 || Żbilanċ: il-kont kurrenti irreġistra b'mod persistenti bilanċ pożittiv kbir ħafna, li jirrifletti kompetittività qawwija filwaqt li ammont kbir ta' tifdil ġie investit barra l-pajjiż. Huwa wkoll sinjal li t-tkabbir domestiku baqa' mrażżan u jista' jkun li r-riżorsi ekonomiċi ma ġewx allokati b’mod effiċjenti. Għalkemm il-bilanċ pożittiv ma joħloqx riskji simili għal defiċits kbar, id-daqs u l-persistenza tal-bilanċ pożittiv fil-kont kurrenti tal-Ġermanja jimmeritaw attenzjoni mill-qrib ħafna. Il-ħtieġa ta’ azzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-effetti ħżiena fuq il-funzjonament tal-ekonomija domestika u taż-żona tal-euro hija ta' importanza partikolari minħabba d-daqs tal-ekonomija Ġermaniża. IE || 2014 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni politika deċiżiva: l-iżviluppi fis-settur finanzjarju, id-dejn tas-setturi pubbliċi u privati, u, marbuta magħhom, l-obbligazzjonijiet esterni għolja grossi u netti u s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ifissru li r-riskju għadhom preżenti. ES || 2012 || Żbilanċ serju ħafna: l-iżviluppi makroekonomiċi, notevolment dawk relatati mal-livell sinifikanti ta’ dejn tas-settur privat, il-pożizzjoni negattiva kbira esterna u s-settur finanzjarju, li ġew influwenzati mill-iżviluppi fis-suq tal-akkomodazzjoni, jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib u attenzjoni urġenti tal-politika ekonomika, bil-għan li jiġu evitati xi effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija u tal-unjoni ekonomika u monetarja. || 2013 || Żbilanċ eċċessiv: il-livelli għolja ħafna ta' dejn domestiku u estern ikomplu joħolqu riskji għat-tkabbir u l-istabbiltà finanzjarja. L-azzjoni politika deċiżiva fil-livell tal-UE u minn Spanja wasslet għal aġġustament viżibbli tal-flussi, tnaqqis fl-ispejjeż ta’ finanzjament u tnaqqis fir-riskji immedjati. || 2014 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni politika deċiżiva: F’diversi dimensjonijiet, l-aġġustament tal-iżbilanċi identifikati s-sena l-oħra bħala eċċessivi mexa 'l quddiem u r-ritorn lejn tkabbir pożittiv naqqas ir-riskji. Madankollu, il-kobor u n-natura interkonnessa tal-iżbilanċi, b’mod partikolari l-livelli għolja ta' dejn domestiku u estern, ifissru li r-riskji għadhom preżenti. Il-Kummissjoni se tkompli twettaq monitoraġġ speċifiku tal-politiki rakkomandati mill-Kunsill lill-Spanja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u se tagħti rapport regolari lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro"Review of Progress on Policy Measures Relevant for the Correction of Macroeconomic Imbalances", 2. Dan il-monitoraġġ se jiddependi fuq sorveljanza ta’ wara l-programm. FR || 2012 || Żbilanċ serju: ċerti żviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u l-kompetittività jistħoqqilhom ċerta attenzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni deċiżiva ta' politika: id-deterjorament fil-bilanċ kummerċjali u fil-livelli ta’ kompetittività, it-tnejn xprunati minn fatturi marbuta mal-kostijiet u dawk li mhumiex, fuq sfond ta’ pożizzjoni esterna li dejjem sejra għall-agħar u dejn pubbliku għoli, jistħoqqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni. Il-ħtieġa ta’ azzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-effetti ħżiena fuq il-funzjonament tal-ekonomija Franċiża u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, hija ta' importanza partikolari l-aktar minħabba d-daqs tal-ekonomija Franċiża. || 2014 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni deċiżiva ta' politika: id-deterjorament fil-bilanċ kummerċjali u fil-kompettitività kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-livell għoli ta' dejn tas-settur pubbliku għandhom bżonn attenzjoni politika kontinwa. Il-ħtieġa ta’ azzjoni deċiżiva sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-effetti ħżiena fuq il-funzjonament tal-ekonomija Franċiża u taż-Żona tal-Euro hija partikolarment importanti l-aktar minħabba d-daqs tal-ekonomija Franċiża u l-effetti potenzjali li jinxterdu fuq il-funzjonament taż-Żona tal-Euro. Minħabba li diġà nħasset il-ħtieġa għal azzjoni politika fl-IDR tal-2013, il-Kummissjoni beħsiebha twaqqaf monitoraġġ speċifiku tal-politiki rakkomandati mill-Kunsill lil Franza fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u se tagħti rapport regolari lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro. HR || 2014 || Żbilanċ eċċessiv: hija meħtieġa attenzjoni politika minħabba l-vulnerabbiltajiet li jinqalgħu minn obbligazzjonijiet esterni sostanzjali, prestazzjoni dejjem tonqos fl-esportazzjoni, kumpaniji b'ingranaġġ qawwi u dejn tal-gvern ġenerali dejjem jikber, dawn kollha f’kuntest ta’ livell baxx ta' tkabbir u nuqqas ta’ kapaċità ta’ aġġustament. IT || 2012 || Żbilanċ serju: l-iżviluppi makroekonomiċi fil-qasam tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni jistħoqqilhom ċertu attenzjoni billi l-Italja ilha titlef il-kompetittività esterna tagħha sa mill-adozzjoni tal-euro. Minħabba l-livell għoli ta’ dejn pubbliku, it-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir għandu jitqies bħala prijorità ewlenija biex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni deċiżiva ta' politika: il-prestazzjoni fl-esportazzjoni u t-telf sottostanti tal-kompetittività kif ukoll id-dejn pubbliku għoli f’ambjent ta’ tkabbir imrażżan jistħoqqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni f’aġenda wiesgħa ta’ riforma sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija Taljana u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, notevolment minħabba d-daqs tal-ekonomija Taljana. || 2014 || Żbilanċ eċċessiv: l-implikazzjonijiet tal-livell għoli ħafna ta’ dejn pubbliku u kompetittività esterna dgħajfa, it-tnejn fl-aħħar mill-aħħar dovuti għat-tkabbir staġnat tal-produttività fuq perjodu estiż, jistħoqqilhom attenzjoni politika urġenti. Il-ħtieġa ta’ azzjoni deċiżiva sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-effetti ħżiena fuq il-funzjonament tal-ekonomija Taljana u taż-Żona tal-Euro hija partikolarment importanti l-aktar minħabba d-daqs tal-ekonomija Taljana. CY || 2012 || Żbilanċ serju ħafna: l-iżviluppi makroekonomiċi skont kif riflessi fil-kont kurrenti, fil-finanzi pubbliċi u fis-settur finanzjarju jirrikjedu monitoraġġ mill-qrib u attenzjoni urġenti tal-politika ekonomika, bil-għan li jiġu evitati kwalunkwe effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija u tal-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) HU || 2012 || Żbilanċ serju: ċerti żviluppi makroekonomiċi bħalma huma d-daqs negattiv ħafna tal-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali nett u d-dejn pubbliku, jistħoqqilhom attenzjoni mill-qrib ħafna biex jitnaqqsu r-riskji kbar ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || L-iżbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni deċiżiva ta' politika: l-aġġustament kontinwu tal-pożizzjoni internazzjonali nettament negattiva, imbuttata l-aktar mid-diżingranaġġ tas-settur privat fil-kuntest ta' dejn pubbliku qawwi u ambjent dgħajjef ta' negozju għadhom jistħoqqilhom attenzjoni mill-qrib ħafna sabiex jitnaqqsu r-riskji importanti tal-effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2014 || Żbilanċi li jirrekjedu monitoraġġ u azzjoni deċiżiva ta' politika L-aġġustament kontinwu tal-pożizzjoni internazzjonali nettament negattiva, il-livell għoli ta' dejn pubbliku u privat fil-kuntest ta' settur finanzjarju fraġli u prestazzjoni fl-esportazzjoni li kull ma jmur qiegħda teħżien jeħtieġu attenzjoni mill-qrib ħafna sabiex jitnaqqsu r-riskji importanti tal-effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. LU || 2014 || Ma hemmx sitwazzjoni ta' żbilanċ fis-sens tal-MIP: Sfidi ġejjin minn mudell ta’ tkabbir ibbażat fuq settur finanzjarju effiċjenti, li għadda tajjeb mill-kriżi. Madankollu, it-telf fil-kompetittività tal-manifattura, l-evoluzzjoni tas-suq tal-akkomodazzjoni u l-livell għoli ta' dejn tas-settur privat għandhom bżonn attenzjoni kontinwa. MT || 2013 || Żbilanċi: is-sostenibbiltà għat-tul tal-finanzi pubbliċi jistħoqqilha l-attenzjoni fil-waqt li s-settur finanzjarju kbir ħafna, u b’mod partikolari, ir-rabta qawwija bejn il-banek orjentati lokalment u s-suq tal-proprjetà joħolqu sfidi għall-istabbiltà finanzjarja u jistħoqqilhom attenzjoni kontinwa. || 2014 || Ma għadux żbilanċ fis-sens tal-MIP: Għalkemm id-dejn għadu għoli, ir-riskji għas-sostenibbiltà tad-dejn tas-settur privat u pubbliku u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju jidher li huma limitati, anki jekk dawn jistħoqqilhom monitoraġġ kontinwu. NL || 2013 || Żbilanċi: l-iżviluppi makroekonomiċi dwar id-dejn fis-settur privat u l-pressjonijiet ta' diżingranaġġ, flimkien mal-ineffiċjenzi reżidwi fis-suq tal-akkomodazzjoni, jistħoqqilhom attenzjoni. Minkejja li l-bilanċ pożittiv kbir fil-kont kurrenti ma joħolqu ebda riskji simili għal defiċits kbar, il-Kummissjoni se tkompli wkoll timmonitorja l-iżviluppi tal-kont kurrenti fil-Pajjiżi l-Baxxi. || 2014 || Żbilanċi: l-iżviluppi makroekonomiċi dwar id-dejn fis-settur privat u l-ingranaġġ kontinwu, flimkien mal-ineffiċjenzi li baqa' fis-suq tal-akkomodazzjoni, jeħtieġu attenzjoni. Minkejja li s-surplus kbir fil-kont kurrenti ma joħloqx riskji simili għal defiċits kbar, u huwa parzjalment marbut mal-bżonn ta’ tnaqqis fl-ingranaġġ, il-Kummissjoni se ssegwi l-iżviluppi tal-kont kurrenti fil-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. SI || 2012 || Żbilanċ serju: l-iżviluppi makroekonomiċi relatati mad-diżingranaġġ tas-settur korporattiv u l-istabbiltà bankarja, kif ukoll u żvilupp mhux favorevoli iżda mhux daqstant urġenti fil-kompetittività esterna, jistħoqqilhom jiġu kkontrollati mill-qrib biex jitnaqqsu r-riskji kbar ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || Żbilanċ eċċessiv: Sa issa, il-livelli ta’ dejn privat u pubbliku huma taħt il-livelli limiti ta' twissija tat-tabella ta’ valutazzjoni u anki d-dejn estern nett huwa relattivament limitat. Madankollu, f’kuntest ta’ xejriet ekonomiċi negattivi dejjem jiżdiedu, ir-riskju għall-istabbiltà tas-settur finanzjarju li jirriżulta mid-dejn korporattiv u mid-diżingranaġġ huwa sostanzjali, inkluż permezz ta’ rabtiet mal-livell ta’ dejn sovran. Dawn ir-riskji huma aggravati minn kapaċità limitata ta’ aġġustament fis-swieq tax-xogħol u tal-kapital u minn struttura ekonomika ddominata minn sjieda statali. Perjodi ta’ inċertezza fil-politika u l-ostakli legali għar-riformi żammew is-Slovenja milli tindirizza l-iżbilanċi tagħha b’mod adegwat u li ssaħħaħ il-kapaċità ta’ aġġustament tagħha, u b’hekk żiedet il-vulnerabbiltà tagħha fi żmien ta’ stress ogħla fil-finanzjament sovran. || 2014 || Żbilanċ eċċessiv: L-iżbilanċi bdew jonqsu matul l-aħħar sena, bis-saħħa tal-aġġustament makroekonomiku u l-azzjoni politika deċiżiva mis-Slovenja. Madankollu l-kobor tal-korrezzjoni meħtieġa jfisser li għadhom preżenti riskji sostanzjali. Il-Kummissjoni se tkompli twettaq monitoraġġ speċifiku tal-politiki rakkomandati mill-Kunsill lis-Slovenja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u se tagħti rapport regolari lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro FI || 2012 || Żbilanċ: żviluppi makroekonomiċi marbuta mal-kompetittività jistħoqqilhom attenzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || Żbilanċ: id-deterjorament sostanzjali fil-pożizzjoni tal-kont kurrenti u d-dgħufija fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni, xprunata minn ristrutturar industrijali, kif ukoll fatturi ta’ kompetittività marbuta mal-ispejjeż u oħrajn li mhumiex, jistħoqqilhom li jkomplu jingħataw attenzjoni. || 2014 || Żbilanċ: il-prestazzjoni batuta fl-esportazzjoni matul l-aħħar snin, imbuttata mir-ristrutturazzjoni industrijali, u l-fatturi tal-kompetittività tal-ispejjeż u mhux, għandhom bżonn attenzjoni kontinwa. SE || 2012 || Żbilanċ: ċerti żviluppi makroekonomiċi rigward id-dejn tas-settur privat u s-suq tal-akkomodazzjoni jistħoqqilhom attenzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || Żbilanċ: żviluppi makroekonomiċi dwar id-dejn fis-settur privat u d-diżingranaġġ, flimkien mal-ineffiċjenzi li baqa' fis-suq tal-akkomodazzjoni, jeħtieġu attenzjoni kontinwa. Minkejja li l-bilanċ pożittiv kbir fil-kont kurrenti ma joħloqx riskji simili għal defiċits kbar f’pajjiżi oħra, il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-iżviluppi tal-kont kurrenti fl-Isvezja. || 2014 || Żbilanċ: l-iżviluppi dwar id-dejn tal-unitajiet domestiċi, flimkien mal-ineffiċjenzi fis-suq tal-akkomodazzjoni, għandhom bżonn l-attenzjoni. Minkejja li s-surplus kbir fil-kont kurrenti ma joħloqx riskji simili għal defiċits kbar, u huwa parzjalment marbut mal-bżonn ta’ tnaqqis fl-ingranaġġ, il-Kummissjoni se ssegwi l-iżviluppi tal-kont kurrenti fl-Isvezja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. UK || 2012 || Żbilanċ: żviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tad-dejn tal-unitajiet domestiċi u tas-suq tal-akkomodazzjoni, jistħoqqilhom ċertu attenzjoni, kif ukoll żviluppi mhux favorevoli iżda mhux daqstant urġenti fil-kompetittività esterna, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-funzjonament tal-ekonomija. || 2013 || Żbilanċ: żviluppi makroekonomiċi fl-oqsma tad-dejn tal-unitajiet domestiċi, marbuta ma’ livelli għolja ta’ dejn ipotekarju u l-karatteristiċi strutturali tas-suq tal-akkomodazzjoni, kif ukoll żviluppi sfavorevoli fil-kompetittività esterna, speċjalment fejn jidħlu l-esportazzjonijiet tal-prodotti u tkabbir ekonomiku dgħajjef, għadhom jistħoqqilhom l-attenzjoni. || 2014 || Żbilanċ: l-iżviluppi fl-oqsma tad-dejn tal-unitajiet domestiċi, marbuta ma’ livelli għolja ta’ dejn ipotekarju u l-karatteristiċi strutturali tas-suq tal-akkomodazzjoni, kif ukoll żviluppi sfavorevoli fl-ishma tas-suq ta' esportazzjoni għadhom jistħoqqilhom l-attenzjoni.
2.3
Kriterji applikati fil-proċedura tal-implimentazzjoni tal-MIP
Fl-implimentazzjoni
tal-proċedura, il-Kummissjoni qieset il-kriterji li ġejjin. L-ewwel
nett, żbilanċ huwa marbut mill-qrib mal-kunċett ta’ sostenibbiltà.
Jekk xi xejra jew sitwazzjoni ma tkunx sostenibbli, fl-aħħar
mill-aħħar ikun hemm riskji ta' korrezzjonijiet f'daqqa. Dawn
ix-xejriet jistgħu jkunu telf fil-kompetittività li jkunu jistgħu
jqiegħdu f’periklu livell għoli ta’ attività ekonomika u impjiegi,
jew l-iżviluppi ta’ kreditu u fil-prezzijiet tal-assi li jikkostitwixxu
bżieżaq li ma jiġux ikkoreġuti malajr mis-swieq,
minħabba żbalji fl-aspettattivi. Iżda s-sostenibilità mhijiex
biss dwar dawk id-dgħufijiet strutturali li jakkumulaw fuq perjodi twal;
tista’ tikkonċerna wkoll dgħufijiet fis-settur finanzjarju li jibdew
jidhru f’okkażjonijiet speċifiċi (bħala riżultat ta’
xokkijiet esterni jew ta' żviluppi interni, jew kwistjonijiet
fir-regolamentazzjoni domestika tas-settur finanzjarju), li malajr tista’
tipperikola l-istabbiltà finanzjarja u tinfirex għall-ekonomija kollha.
Il-korrezzjonijiet ta' malajr li jagħmlu l-ħsara jistgħu
jseħħu meta pajjiż jitlef l-aċċess għas-swieq
finanzjarji jew meta l-kapaċità ta’ finanzjament tiegħu tkun sejra
għall-agħar. It-tieni, l-iżbilanċi jistgħu
ikunu jinkludu distorsjoni serja fl-allokazzjoni tar-riżorsi. Dan
jista’ jiġri, pereżempju, meta l-flussi finanzjarji interni jew
transkonfinali jwasslu għall-espansjoni eċċessiva ta’ settur
wieħed. Dan jista’ fih innifsu jsir insostenibbli kif jidher
pereżempju fl-espansjonijiet kbar tas-settur tal-kostruzzjoni jew setturi
tal-gvern minfuħa ż-żejjed. Din il-karatteristika tikkomplementa
valutazzjoni ta’ sostenibilità billi tinkludi taħt il-kunċett ta’
żbilanċi sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu finanzjarjament
sostenibbli bħala tali, iżda li jkollhom kosti soċjali u
ekonomiċi għolja. Każ partikolari ta' dan huwa dak
ippreżentat minn bilanċi pożittivi kbar, persistenti,
fil-kontijiet kurrenti. Filwaqt li tali bilanċi pożittivi ma jqajmux
tħassib fejn tidħol is-sostenibbiltà esterna għall-pajjiż
ikkonċernat, [14]dawn
jistgħu madankollu jkunu sintomatiċi ta’ allokazzjoni
żbilanċjata ta’ riżorsi lejn is-settur ta’ affarijiet
negozjabbli, nuqqas ta’ domanda u ta' investiment insuffiċjenti li
jħallu l-effetti negattivi tagħhom fuq il-formazzjoni ta’ kapital u
jillimittaw il-potenzjal ta’ tkabbir fuq perjodu ta’ żmien medju. It-tielet,
l-iżbilanċi fis-sens tal-MIP jiġġeneraw effetti negattivi
li jixxerrdu għal fuq l-imsieħba.[15] B’mod
ġenerali, l-effetti li jixxerrdu ma humiex żbilanċ minnhom
infushom, huma jaġixxu bħala fatturi aggravanti ta’
żbilanċi oħra, bħal defiċitis jew bilanċi
pożittivi kbar fil-kont kurrenti. Fil-prattika, il-Kummissjoni irsistiet
biex tevalwa r-riskju makroekonomiku (billi tagħti piż kemm
lill-probabbilità ta' żviluppi sfavorevoli kif ukoll lill-impatt
tagħhom fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-istabilità finanzjarja fuq kull
pajjiż u l-UE u ż-Żona tal-Euro kollha kemm hi), meta jitqiesu sitwazzjonijiet
u d-dinamiċi speċifiċi u meta jitqiesu l-politiki li
jiġu implimentati. [1] Ir-Regolament
(UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv
tas-sorveljanza baġitarja fiż-Żona tal-Euro; Ir-Regolament
1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex
jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi
fiż-Żona tal-Euro; Ir-Regolament (UE) Nru 1175/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li
jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ
tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u
l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika; Ir-Regolament 1176/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar
il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi;
Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li
jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li
tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’
defiċit eċċessiv; Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar
it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati
Membri fiż-Żona tal-Euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda
b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom;
Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni
għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani
baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit
eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro Minkejja li
parti mis-six-pack, id-Direttiva 2011/85/UE tal-Kunsill
tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa
baġitarji tal-Istati Membri ma tiffurmax parti minn dan
l-eżerċizzju ta' rieżami. Hija ssegwi skeda ta’ żmien bi
skadenza għar-rieżami sal-14 ta' Diċembru 2018. [2] Id-diversi regolamenti
jipprevedu rieżami sal-14 ta' Diċembru 2014. [3] COM(2014) 61 finali
tas-6 ta’ Frar 2014. [4] Il-Patt ta' Stabbiltà u
Tkabbir kien inizjalment imwaqqaf fl-1997 sabiex jgħin il-koordinazzjoni
tal-politiki fiskali fost l-Istati Membri biex jiġu evitati li politiki
fiskali mhux sostenibbli jdgħajfu l-politika komuni monetarja li hi
mmirata lejn stabbiltà fil-prezzijiet. Il-Patt jikkonsisti f'żewġ
partijiet. Il-parti preventiva għandha l-għan li tiżgura
s-saħħa li għandhom il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri
biex joħolqu stabbiltà makroekonomika u spazju fiskali biex jindirizzaw
xokkijiet ekonomiċi li jistgħu jinqalgħu. Il-rekwiżit
fil-qalba ta' dan huwa li l-Istati Membri jilħqu u jżommu Objettiv
ta' Terminu Medju, valur referenzjarju baġitarju speċifiku
għall-pajjiż iddefinit f'termini strutturali (jiġifieri
aġġustat ċiklikament u ma jinkludix miżuri ta' darba u
temporanji). L-għan tal-parti korrettiva, il-proċedura ta'
defiċit eċċessiv, huwa li tikkoreġi żbalji ta'
politika baġitarja kbar. Hija ankrata f'limiti għad-defiċit u
d-dejn ta' 3 % u 60 % tal-PDG rispettivament. [5] L-Anness 1.1
jiġbor fil-qosor it-tibdil fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir li
introduċew is-six-pack / two-pack. [6] L-Anness 1.5
jagħti ħarsa ġenerali lejn il-konklużjonijiet tal-eżerċizzju. [7] Ir-Regolament 1174/2011
u r-Regolament 1176/2011. [8] Ara l-Anness II
għad-dettalji. [9] Fil-ħarifa u
x-xitwa 2013-14 il-Kummissjoni ppubblikat żewġ rapporti fuq
il-monitoraġġ speċifiku tal-implimentazzjoni tal-politika fi
Spanja u s-Slovenja. [10] Diġà sar
rieżami formali aktar kmieni din is-sena. Ara COM(2014) 61 finali. [11] Fl-aħħar
tal-programm, Stat Membru jsir suġġett għal proċeduri MIP u
l-analiżi tar-rieżami fil-fond tiddetermina jekk għandux ikun
fil-parti preventiva jew korrettiva tal-MIP. Abbażi tal-esperjenza sa
issa, l-interazzjoni bejn il-MIP u l-programmi ta' aġġustament kienet
mingħajr intoppi. Madankollu, iċ-ċiklu annwali tal-MIP jista'
jimplika dewmien relattivament twil bejn is-sorveljanza msaħħa skont
programm li qed jintemm u l-monitoraġġ skont il-proċedura ta'
żbilanċ eċċessiv (fil-każ li żbilanċi
eċċessivi jkunu għadhom hemm wara li jispicca l-programm),
parzjalment superat minn sorveljanza ta' wara l-programm.
[12] Għal aktar
analiżi tal-progress tal-istrateġija Ewropa 2020, ara
l-Kummissjoni Ewropea,Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussivCOM(2014) 130. [13] Għal
aktar informazzjoni ara l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015,
COM(2014) 906 . [14] Ara COM(2013) 790. [15] Ara Quarterly Report on the Euro Area, 2013 (2) u (3)