This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0561
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL 7th FINANCIAL REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the EUROPEAN AGRICULTURAL GUARANTEE FUND 2013 FINANCIAL YEAR
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IS-7 RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT_x000b_EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA'_x000b_GARANZIJA SENA FINANZJARJA 2013
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IS-7 RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT_x000b_EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA'_x000b_GARANZIJA SENA FINANZJARJA 2013
/* COM/2014/0561 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IS-7 RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT_x000b_EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA'_x000b_GARANZIJA SENA FINANZJARJA 2013 /* COM/2014/0561 final */
WERREJ 1............ PROĊEDURA
TAL-BAĠIT. 3 2............ QAGĦDA
FINANZJARJA U ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET. 6 3............ L-IMPLIMENTAZZJONI
TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2013. 8 4............ KUMMENTI DWAR
L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG GĦALL-2013 9 5............ IMPLIMENTAZZJONI
TAD-DĦUL ASSENJAT. 11 6............ ANALIŻI SKONT
IT-TIP TA’ NEFQA.. 12 Anness 1 Anness 2 Anness 3 Anness 4-I Anness 4-II Anness 5 Anness 6 || Proċedura tal-baġit għall-Approprjazzjonijiet tal-FAEG tal-2013 Il-parti tal-baġit tal-FAEG fil-baġit tal-UE mill-2007 sal-2013 Analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG – Sena finanzjarja 2013 Analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG – Sena finanzjarja 2013. Dħul assenjat. C4 Analiżi tal-eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG – Sena finanzjarja 2013. Dħul assenjat. C5 Eżekuzzjoni tal-baġit tal-FAEG skont l-oġġett u skont l-Istat Membru – Sena finanzjarja 2013 Evoluzzjoni tal-analiżi tan-nefqa tal-FAEG fis-snin finanzjarji mill-2007 sal-2013 Nota: Ma' dan ir-rapport huwa mehmuż Dokument ta’ Ħidma dettaljat tal-Kummissjoni. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma (bl-Ingliż) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit tal-internet Europa tad-DĠ Agrikoltura (http://ec.europa.eu/agriculture/cap-funding/financial-reports/eagf/index_en.htm). 1. PROĊEDURA
TAL-BAĠIT[1] 1.1. Proċedura tal-baġit
2013 Fuq il-bażi tal-Abbozz tal-Baġit (DB)
inizjali 2013, inkluż l-Ittra ta’ Emenda relatata miegħu, iż-2
fergħat tal-Awtorità Baġitarja (il-Kunsill u l-Parlament Ewropew) ma
setgħux jilħqu qbil dwar pożizzjoni komuni rigward il-baġit
ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2013 b’konformità
mal-Artikolu 314, il-paragrafi 4 sa 7 tat-TFUE. Għaldaqstant,
fit-23.11.2012 il-Kummissjoni ppreżentat DB 2013 ġdid skont
l-Artikolu 314, il-paragrafu 8 tat-TFUE, li permezz tiegħu
tagħmel ħilitha biex tirrikonċilja l-pożizzjonijiet
taż-żewġ fergħat. Il-baġit 2013 fl-aħħar
ġie adottat wara li ġie kkunsidrat kompromess li ntlaħaq bejn
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward ta' diversi elementi. 1.2. L-Abbozz tal-Baġit
inizjali 2013 u l-Ittra ta’ Emenda 1/2013 L-Abbozz
tal-Baġit inizjali 2013 ġie adottat mill-Kummissjoni u ġie
propost lill-Awtorità Baġitarja fil-15.04.2012. L-approprjazzjonijiet ta’
impenn proposti għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG)
iffinanzjat fl-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013,
jammontaw għal EUR 44 130.3 miljun. Il-Kunsill u
l-Parlament Ewropew adottaw il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward
tal-Abbozz tal-Baġit inizjali 2013 fil-25.07.2012 u t-23.10.2012
rispettivament, u naqqsu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG bi
EUR 335 miljun u bi EUR 43.8 miljun rispettivament. Fid-19.10.2012, il-Kummissjoni adottat l-Ittra ta’
Emenda (AL) Nru 1 għad-DB 2013, u stabbilixxiet
ir-rekwiżiti tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-FAEG għal
EUR 29.8 miljun inqas milli huma fl-Abbozz tal-Baġit. 1.3. Adozzjoni tal-Baġit 2013
Fit-23.11.2012 il-Kummissjoni ppreżentat
Abbozz ġdid tal-Baġit 2013, u stabbilixxiet ir-rekwiżiti
tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-FAEG għal
EUR 44 056.5 miljun. Wara l-preżentazzjoni ta’ dan l-Abbozz
ġdid tal-Baġit 2013, fit-28 u d-29 ta’ Novembru 2012 saru
diskussjonijiet intensivi bejn it-3 partijiet (il-Kummissjoni, il-Kunsill u
l-Parlament Ewropew). Il-Kunsill qabel mal-pakkett ta’ kompromess fis-6 ta’
Diċembru 2012. Fl-aħħar, il-baġit tal-2013 ġie adottat
mill-Parlament Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2012. Il-baġit kien
jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament kif
ġej: –
Approprjazzjonijiet ta' impenn ta'
EUR 43 654.7 miljun u approprjazzjonijiet ta' pagament ta'
EUR 43 660 miljun għal miżuri tas-suq u
għajnuniet diretti agrikoli (qasam ta' politika 05 - Agrikoltura u Żvilupp
Rurali). –
Approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR
274.7 miljun u approprjazzjonijiet ta' pagament ta'
EUR 247.3 miljun għal miżuri veterinarji u fitosanitarji
(qasam ta' politika 17 - Saħħa u Ħarsien tal-Konsumaturi). –
Approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 27.2 miljun
u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 26.9 miljun rispettivament
għas-swieq tas-sajd (qasam ta' politika 11 - Affarijiet Marittimi u Sajd).
L-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn
fil-baġit għall-FAEG kien EUR 43 956.5 miljun u
l-approprjazzjonijiet ta' pagament tiegħu ammontaw għal
EUR 43 934.2 miljun. Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet
ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' pagament tirriżulta mill-fatt li,
għal ċerti miżuri li huma implimentati direttament mill-Kummissjoni,
jintużaw approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn il-miżuri
għandhom x’jaqsmu prinċipalment mal-promozzjoni tal-prodotti
agrikoli, mal-istrateġija politika u l-miżuri ta’ koordinazzjoni
għall-agrikoltura kif ukoll mas-sajd u mal-miżuri veterinarji u
fitosanitarji. B'mod speċifiku, mill-approprjazzjonijiet ta'
impenn tal-FAEG ivvutati għall-qasam ta' politika 05 li jammontaw
għal EUR 43 654.7 miljun, EUR 2 771.4 miljun
kienu previsti għal miżuri tas-suq fil-kapitolu 05 02,
EUR 40 931.9 miljun kienu previsti għal għajnuniet
diretti fil-kapitolu 05 03, - EUR 84.9 miljun kienu previsti
għall-awditjar tan-nefqa agrikola fil-kapitolu 05 07, u EUR 27.3 miljun
għall-istrateġija u l-koordinazzjoni ta' politika fil-kapitolu 05
08. Ara l-Anness 1 għal aktar dettalji. 1.4. Dħul assenjat lill-FAEG[2] Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola
Komuni, id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji skont
id-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità, minn
irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib, huwa indikat bħala
dħul assenjat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Skont dawn
ir-regoli, id-dħul assenjat jista’ jintuża biex ikopri l-finanzjament
ta’ kwalunkwe nefqa tal-FAEG. F’każ li xi parti minn dan id-dħul ma
tintużax, din il-parti tingħadda awtomatikament għas-sena
tal-baġit ta’ wara. Fiż-żmien li ġie stabbilit
il-baġit għall-2013, saret stima ta' dan id-dħul
għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena
tal-baġit 2013, kif ukoll għall-ammont li kien mistenni
jiġi riportat mis-sena tal-baġit 2012 għall-2013. Din
l-istima kienet tammonta għal EUR 1 533 miljun, u tqieset meta
l-Awtorità tal-Baġit adottat il-baġit għall-2013. B’mod
speċifiku: –
Id-dħul mill-korrezzjonijiet ta' wara
l-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet ġie stmat
EUR 389 miljun u EUR 161 miljun rispettivament filwaqt li
d-dħul mill-imposta tal-ħalib ġie stmat EUR 78 miljun.
B’hekk, l-ammont ta’ dħul assenjat li mistenni jinġabar matul is-sena
tal-baġit 2013 ġie stmat EUR 628 miljun. –
L-ammont ta’ d-dħul assenjat li mistenni
jiġi riportat mis-sena tal-baġit 2012 għall-2013 ġie
stmat EUR 905 miljun. Fil-baġit tal-2013, il-Kummissjoni allokat
dan id-dħul, li oriġinarjament kien ġie stmat
EUR 1 533 miljun, għal żewġ skemi. B’mod
speċifiku: –
EUR 500 miljun ġew assenjati għall-fondi
operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u
l-ħaxix, u –
EUR 1 033 miljun ġew assenjati
għall-iskema ta' pagament uniku (għajnuniet diretti). Għal
dawn iż-żewġ skemi, l-Awtorità tal-Baġit eventwalment
ivvutat għal approprjazzjonijiet li jammontaw għal
EUR 267 miljun u għal EUR 30 635 miljun
rispettivament, skont il-proposti tal-Kummissjoni. L-ammont totali
tal-approprjazzjonijiet ivvutati u tad-dħul assenjat imsemmi hawn fuq
jikkorrispondi għal stima totali tal-approprjazzjonijiet disponibbli ta’
EUR 767 miljun għall-fondi operattivi tal-organizzazzjonijiet
tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix, u ta’ EUR 31 668 miljun
għall-iskema ta’ pagament uniku. 1.5. Il-parti tal-baġit
tal-FAEG fil-baġit totali tal-UE Il-parti finali
tal-baġit tal-FAEG (approprjazzjonijiet ta' impenn) fil-baġit totali
tal-UE għal kull sena tal-perjodu 2007-2013 tidher fl-Anness 2. 2. QAGĦDA
FINANZJARJA U ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET 2.1. Ġestjoni
tal-approprjazzjonijiet 2.1.1. Approprjazzjonijiet
disponibbli għas-sena finanzjarja 2013 F’EUR || Taqsima tan-nefqa tal- baġit (1) || Approprjazzjonijiet ta' impenn || Approprjazzjonijiet ta' pagament || It-taqsima tad-dħul tal-baġit (AR) (2) || Tbassir 1. Approprjazzjonijiet inizjali tal-FAEG, li minnhom || 43 956 548 610 || 43 934 188 711 || 1. Approvazzjoni tal-konformità || 389 000 000 1a. Approprjazzjonijiet tal-ġestjoni kondiviża || 43 610 600 000 || 43 610 600 000 || 2. Irregolaritajiet || 161 000 000 1b. Approprjazzjonijiet tal-ġestjoni diretta (3) || 345 948 610 || 323 588 711 || 3. Imposta addizzjonali mill-produtturi tal-ħalib || 78 000 000 2. Baġit ta' Emenda || || || Tbassir totali ta’ AR || 628 000 000 3. Trasferimenti lejn/mill-FAEG matul is-sena || -7 944 450 || -12 869 715 || || 4. Approprjazzjonijiet finali tal-FAEG, li minnhom || 43 948 604 160 || 43 921 318 996 || || 4 a. Approprjazzjonijiet tal-ġestjoni kondiviża || 43 610 250 000 || 43 610 250 000 || || 4b. Approprjazzjonijiet tal-ġestjoni diretta || 338 354 160 || 311 068 996 || || (1) L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit 2013 wara li jitnaqqas id-dħul assenjat li mistenni jinġabar fl-2013, kif ukoll id-dħul assenjat li mistenni jiġi ttrasferit mill-2012 għall-2013 skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. (2) AR: Dħul assenjat li għandu jinġabar. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul li ddaħħal fil-linja tad-dħul (p.m.)[3], iżda l-ammont tal-previżjoni huwa indikat fir-rimarki dwar il-baġit. (3) 79 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom x’jaqsmu man-nefqa għal miżuri veterinarji u fitosanitarji fil-qasam ta’ politika 17 – Saħħa u Ħarsien tal-Konsumaturi. Il-bqija għandhom x’jaqsmu man-nefqa għall-istrateġija u koordinazzjoni ta’ politika fil-qasam ta’ politika 05 – Agrikoltura u Żvilupp Rurali (13 %), u mas-swieq tas-sajd fil-qasam ta’ politika 11 – Affarijiet Marittimi u Sajd (8 %). 2.1.2. Eżekuzzjoni
baġitarja tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja
2013 F’EUR || Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn || Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament Ġestjoni kondiviża (1) || 44 961 909 263.95 || 44 961 909 263.95 Nefqa taħt ġestjoni diretta || 340 229 347.87 || 312 088 996.62 Total || 45 302 138 611.82 || 45 273 998 260.57 (1) Ammonti impenjati. Impenji u pagamenti
mingħajr id-dħul assenjat riċevut għall-ġestjoni
kondiviża: EUR 44 132 955 071.43. Għas-sena
finanzjarja 2013, l-ammont proprju tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li
ntużaw jammonta għal EUR 45 302 138 611.82
filwaqt li dak għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament jammonta għal
EUR 45 273 998 260.57. 2.1.3. Eżekuzzjoni
tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ivvutati – Nefqa tal-ġestjoni
diretta li għamlet il-Kummissjoni F’EUR || Nefqa tal-ġestjoni diretta || Approprjazzjonijiet ta' impenn || Impenji ikkanċellati || Approprjazzjonijiet ta' pagament || Riport għall-2014 (2) Approprjazzjonijiet (C1) (1) || 338 354 160.00 || - || 311 068 995.90 || - Eżekuzzjoni (C1) || 332 522 151.49 || - || 292 180 573.98 || 13 121 493.82 Approprjazzjonijiet imħassra || 5 832 008.51 || - || 3 911 831.14 || - (1) C1 jirreferi għall-approprjazzjonijiet tal-baġit ivvutati. Dan l-ammont jinkludi trasferimenti lejn / mill-FAEG: EUR -7 594 450.00 għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR -12 519 715.10 għal approprjazzjonijiet ta’ pagament (2) Approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss jiġu riportati għall-2014 Għal partiti tal-baġit fit-titoli 11 u 17, l-ammonti li fadal mill-eżekuzzjoni tal-2013 ġew riportati f’partiti tal-baġit li jaqgħu fl-intestatura finanzjarja 2 (mhux FEAG) u fl-intestatura finanzjarja 3 rispettivament. Fil-baġit
tal-2013 kienu previsti approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’
EUR 338.4 miljun għan-nefqa tal-ġestjoni diretta. Fl-2013
ġie impenjat ammont ta’ EUR 332.5 miljun. Il-bilanċ ta’
dawn l-approprjazzjonijiet, EUR 5.8 miljun, ġie ikkanċellat.
79 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn jikkonċernaw il-qasam ta'
politika 17 - Nefqa għal miżuri sanitarji u fitosanitarji. Il-bqija
għandhom x'jaqsmu mal-qasam ta’ politika 05 – Agrikoltura u Żvilupp
Rurali (13 %) u l-qasam ta’ politika 11 – Sajd (8 %). Il-parti l-kbira
tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-FAEG għan-nefqa tal-ġestjoni
diretta tal-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati. Ir-riport
awtomatiku għall-2014, li jirrigwarda biss approprjazzjonijiet mhux
differenzjati, jammonta għal EUR 13.1 miljun. 2.2. Pagamenti ta’ kull xahar 2.2.1. Pagamenti ta' kull xahar
lill-Istati Membri bil-ġestjoni kondiviża 2.2.1.1. Pagamenti ta’ kull xahar
għall-provvediment tan-nefqa Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005
tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni[4], fl-Artikolu 15 jistipula li “il-Kummissjoni
għandha tagħmel pagamenti ta’ kull xahar ... għan-nefqa
effettwata mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri matul
ix-xahar ta’ referenza”.
Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull
Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara
dak li fih tkun saret in-nefqa. Il-pagamenti ta’ kull xahar huma rimborż
tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li tkun diġà saret, u jkunu
disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mibgħuta
mill-Istati Membri[5].
L-aġġornament tan-nefqa u tad-dħul li jsir kull xahar fil-kotba
huwa suġġett għal kontrolli u korrezzjonijiet abbażi
tad-dikjarazzjoni dettaljata[6]. Barra
minn hekk, dawn il-pagamenti jsiru finali wara l-verifika tal-Kummissjoni skont
il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontabilità tal-kontijiet. Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri
mis-16.10.2012 sal-15.10.2013 huma koperti mis-sistema ta’ pagamenti ta’ kull
xahar. Il-pagamenti li jifdal isiru direttament mill-Kummissjoni għal
għadd limitat ta’ miżuri. Għas-sena finanzjarja 2013, l-ammont nett
totali tal-pagamenti ta' kull xahar imwettqa, wara t-tnaqqis tal-approvazzjoni
u korrezzjonijiet oħra, kien EUR 44 132 955 071.43. 2.2.1.2. Deċiżjonijiet dwar
il-pagamenti ta’ kull xahar għall-2013 Għas-sena finanzjarja 2013, il-Kummissjoni
adottat tnax-il deċiżjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar. Barra
minn hekk, deċiżjoni addizzjonali dwar pagamenti ta' kull xahar, li
taġġusta dawk li ngħataw diġà għan-nefqa totali li
saret matul is-sena, ġiet adottata f’Diċembru 2013. 3. L-IMPLIMENTAZZJONI
TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2013 3.1. L-użu
tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG L-implimentazzjoni
tal-baġit ammontat għal EUR 45 302.1 miljun. Din
in-nefqa ġiet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali
tal-baġit, u bl-użu tad-dħul assenjat lill-qasam ta’ politika 05
– Agrikoltura u Żvilupp Rurali, magħmul mill-ammont kollu ta'
EUR 1 245.6 miljun riportat mill-2012 u minn parti mid-dħul
assenjat miġbur fl-2013 li jammonta għal EUR 118.7 miljun
minn total ta' EUR 829 miljun. Fil-qasam ta’ politika 05 – Agrikoltura u
Żvilupp Rurali, in-nefqa għal miżuri tas-suq ammontat għal
EUR 3 193.2 miljun, u għall-għajnuniet diretti
ammontat għal
EUR 41 658.3 miljun. In-nefqa mġarrba għal ċerti
miżuri tas-suq u għajnuniet diretti qabżet l-approprjazzjonijiet
ivvotati tal-baġit, u kienet parzjalment koperta bi trasferimenti ta’
approprjazzjonijiet minn partiti oħra tal-baġit, u parzjalment
mid-dħul li kien assenjat lill-baġit tal-FAEG. Barra minn hekk, l-ammont totali ta’
implimentazzjoni msemmi qabel jinkludi nefqa għall-qasam ta' politika 11 -
Miżuri tas-suq tas-sajd ta' EUR 32.2 miljun (approprjazzjonijiet
ta' impenn), kif ukoll nefqa li tammonta
għal EUR 265.9 miljun għall-qasam ta’ politika 17 -
Miżuri veterinarji u fitosanitarji (approprjazzjonijiet ta' impenn). Għal dettalji
dwar l-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam ta’ politika tista' tara
l-Anness 3. L-Anness 5
jagħti tqassim tan-nefqa għall-miżuri tas-suq, il-pagamenti
diretti u l-awditjar tan-nefqa agrikola, skont l-oġġett u skont
l-Istat Membru. 4. KUMMENTI
DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG GĦALL-2013 Hawn isfel jidher
kummentarju fil-qosor dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet
tal-baġit tal-FAEG għall-2013, kif ukoll dwar l-użu
tad-dħul assenjat disponibbli fl-2013, ibbażat fuq dettalji ppreżentati
fl-Anness 3. 4.1. Kapitolu 05 02: Interventi
fis-swieq agrikoli 4.1.1. Daħla Il-pagamenti totali
għal dan il-kapitolu tal-baġit jammontaw
għal EUR 3 193.2 miljun, u ġew iffinanzjati
mill-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit li jammontaw għal
EUR 2 771.4 miljun, bi dħul assenjat li jammonta għal EUR
532.5 miljun li ntuża biex tiġi koperta n-nefqa mġarrba
fis-settur tal-frott u l-ħaxix (NB: Id-dettalji għal dan is-settur
jidhru fil-punt 4.1.3 hawn isfel) u minn trasferimenti ta’
approprjazzjonijiet minn partijiet oħra tal-baġit tal-FAEG, li
jammontaw għal EUR 162.7 miljun. Il-bilanċ tad-dħul
assenjat li jifdal miġbur fl-2013, li jammonta għal EUR 710.2
miljun, ġie riportat għall-2014. Fil-partiti bl-approprjazzjonijiet
tal-baġit li nefqu inqas milli mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli
ġew trasferiti għal partiti oħra tal-baġit sabiex ikopru
n-nefqa addizzjonali skont kif meħtieġ. 4.1.2. Programmi tal-ikel L-infiq nieqes tal-approprjazzjonijiet previsti
fil-baġit tal-2013 għall-programmi tal-ikel jammonta għal EUR
8.5 miljun, u jirriżulta mill-fatt li Stat Membru wieħed iltaqa’ ma’
diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-programm tiegħu lejn tmiem is-sena
baġitarja. Ta’ min jinnota li l-2013 kienet l-aħħar sena ta'
implimentazzjoni ta’ programmi tal-ikel fi ħdan l-FAEG. 4.1.3. Frott u ħxejjex In-nefqa għal dan is-settur tammonta
għal EUR 1 138.1 miljun, u l-implimentazzjoni eċċessiva
tiegħu kienet primarjament dovuta għan-nefqa mġarrba mill-Istati
Membri għall-għajnuna lill-gruppi ta’ produtturi
għar-rikonoxximent preliminari. Fir-rigward tal-fondi operattivi
għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, li għandhom l-għan li
jiffinanzjaw il-programmi tagħhom ta' titjib fil-kwalità tal-produzzjoni,
promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni, il-ħtiġijiet totali
kkalkulati biex tiġi koperta n-nefqa mbassra li mistennija jġarrbu
l-Istati Membri kkonċernati jammontaw għal EUR 767 miljun. Minn dan
l-ammont totali, l-Awtorità tal-Baġit tat l-approprjazzjonijiet li kienu
jammontaw għal EUR 267 miljun minħabba li qieset
id-dħul stmat li jammonta għal EUR 500 miljun li kien
ġie assenjat għall-finanzjament ta' din l-iskema fil-baġit
tal-2013. Eventwalment, l-Istati Membri ġarrbu pagamenti li jammontaw
għal EUR 726.8 miljun, u li kienu ammonti inqas meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet
disponibbli tal-baġit, l-aktar minħabba li naqsu l-pagamenti
tat-tieni ħlas parzjali tal-pjanijiet approvati fl-2012, peress li xi
Stati Membri kienu għamlu stima eċċessiva fit-tbassir tal-infiq
tagħhom. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri
għall-għajnuna lil gruppi ta’ produtturi għal rikonoxximent
preliminari qabżet l-approprjazzjonijiet tal-baġit b’madwar EUR 90.4
miljun, minħabba l-għadd kbir ta’ gruppi ta' produtturi li daħlu
f'din l-iskema f’ċerti Stati Membri. Fil-baġit għall-2013 għall-Iskema
tal-Frott għall-Iskejjel kien hemm eżekuzzjoni nieqsa ta' madwar EUR
23.3 miljun, prinċipalment minħabba li ċerti Stati Membri
ġarrbu nefqa li kienet inqas mill-allokazzjoni baġitarja tagħhom
għas-sena skolastika 2011/12. Rigward is-sena skolastika 2012/2013 li
bdiet fl-01/08/2013, in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri sa tmiem is-sena
tal-baġit 2013 kienet dik prevista fil-baġit tal-2013. 4.1.4. Il-prodotti tas-settur
tal-vitikultura Is-settur tal-inbid ġie riformat, sa mis-sena
baġitarja 2009. Attwalment, il-miżura prinċipali li
tħalliet f’dan is-settur hija l-programmi nazzjonali ta’ appoġġ
għall-inbid. Għall-miżuri l-oħra kollha, il-baġit 2013
kien jinkludi approprjazzjonijiet maħsuba biex ikopru l-bilanċi
stmati ta’ pagamenti li għadhom pendenti. Rigward il-programmi nazzjonali ta’
appoġġ, erba’ Stati Membri ġarrbu nefqa kemxejn aktar baxxa meta
mqabbla mal-ammonti previsti fil-programmi tagħhom. Madankollu,
il-programmi l-oħra kollha previsti f'din l-iskema ġew implimentati
bis-sħiħ, u dan irriżulta f'implimentazzjoni globali ta' aktar
minn 98.1 % tal-approprjazzjonijiet previsti tal-2013. Barra minn hekk,
għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli li ntemmet fl-2011, l-Istati Membri
ġarrbu nefqa ferm iżgħar għall-ħlas ta’ bilanċi
li għadhom pendenti, u dan wassal għal nefqa inqas b’madwar
EUR 4.6 miljun tal-approprjazzjonijiet tal-baġit. 4.1.5. Ħalib u prodotti
tal-ħalib Matul is-sena baġitarja ma nxtara f'intervent
l-ebda butir jew trab tal-ħalib xkumat. Fir-rigward tal-għajnuna
għall-ħżin privat għall-butir, l-approprjazzjonijiet
previsti fil-baġit tal-2013 jammontaw għal EUR 9 miljun
filwaqt li n-nefqa mġarrba tammonta għal EUR 7.1 miljun
minħabba ż-żmien medju iqsar tal-ħżin
għall-kwantitajiet ikkonċernati ta’ butir. Fir-rigward tal-ħalib għall-iskejjel,
il-kwantitajiet imqassma mill-Istati Membri kkonċernati kważi kollha
kienu aktar baxxi mill-kwantitajiet miżmuma fil-baġit tal-2013, u dan
wassal għal nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet korrispondenti
ta' madwar EUR 10.8 miljun. 4.1.6. Ċanga u vitella In-nefqa għal dan is-settur tammonta
għal EUR 6.5 miljun għal pagamenti ta’ rifużjonijiet
għaċ-ċanga u l-vitella u għal annimali ħajjin, meta
mqabbla mal-approprjazzjonijiet ta’ EUR 7.1 miljun tal-baġit tal-2013
għal dawn il-pagamenti, u dan wassal għal nuqqas globali ta'
eżekuzzjoni ta’ madwar EUR 0.6 miljun. 4.2. Kapitolu 05 03:
Għajnuniet diretti L-approprjazzjonijiet ivvutati għal dan
il-kapitolu tal-baġit tal-2013 jammontaw għal
EUR 40 931.9 miljun, filwaqt li l-pagamenti diretti jammontaw
għal madwar
EUR 41 658.3 miljun. Parti mill-iskema ta’ pagament uniku kienet
diġà prevista li tiġi ffinanzjata minn dħul assenjat, u
għalhekk dan wassal għall-implimentazzjoni eċċessiva li
kienet koperta parzjalment minn dan id-dħul u parzjalment minn
trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ivvotati minn partiti oħrajn
tal-baġit. 4.3. Kapitolu 05 07: Awditjar
tan-nefqa agrikola 4.3.1. Artiklu 05 07 01:
Kontroll tan-nefqa agrikola Dan l-Artikolu jinvolvi l-miżuri li
ttieħdu sabiex jissaħħu l-mezzi ta’ kontroll fuq il-post u biex
jittejbu s-sistemi ta’ verifika sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ frodi u
ta' irregolaritajiet b’dannu għall-baġit tal-Unjoni. Dan jinkludi
wkoll l-ammonti kreditati fil-baġit tal-FAEG permezz tal-korrezzjonijiet ibbażati
fuq il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontabilità u fuq il-proċedura
dwar it-tnaqqis/sospensjoni ta’ pagamenti akkont bil-quddiem. L-Unjoni Ewropea ffinanzjat miżuri b'mod
dirett, l-aktar għax-xiri ta’ immaġnijiet bis-satellita fi ħdan
il-qafas tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) billi
impenjat l-ammont kollu ta’ EUR 6.8 miljun previst fil-baġit
tal-2013 għal miżuri ta' monitoraġġ u ta' prevenzjoni -
Pagamenti diretti mill-Unjoni Ewropea. Rigward l-approvazzjoni tal-kontabilità
tal-kontijiet tas-snin preċedenti, u għall-kuntrarju
tal-korrezzjonijiet negattivi mistennija, il-Kummissjoni għamlet
korrezzjonijiet ġenerali pożittivi fl-ammonti tal-Istati Membri
għal madwar EUR 3.4 miljun, inkluż il-korrezzjonijiet
negattivi imposti fuq l-Istati Membri mill-penali għax jinqabżu
l-iskadenzi tal-pagamenti. Il-baġit tal-2013 kien jinkludi
approprjazzjonijiet li jammontaw għal – EUR 200 miljun
għall-approvazzjoni negattiva ta’ korrezzjonijiet tal-kontijiet.
Il-Kummissjoni għalqet dan il-kont bit-trasferiment ta’
approprjazzjonijiet ivvotati li jammontaw għal EUR 203.6 miljun
minn partiti oħra tal-baġit. Fir-rigward tal-approvazzjoni tal-konformità
tal-kontijiet tas-snin preċedenti, l-Awtorità tal-Baġit kienet tat
approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 108.3 miljun fir-rigward
tal-korrezzjonijiet pożittivi tal-approvazzjoni tal-konformità tas-snin
preċedenti f'din il-partita. Madankollu, fl-2013 il-Kummissjoni ħadet
deċiżjonijiet li jinvolvu korrezzjonijiet pożittivi ta’ madwar
EUR 109.1 miljun favur l-Istati Membri. L-infiq żejjed ta’
EUR 0.8 miljun li jirriżulta kien iffinanzjat bi trasferiment
minn partiti oħra tal-baġit. 5. IMPLIMENTAZZJONI
TAD-DĦUL ASSENJAT 5.1. Dħul assenjat lill-FAEG Id-dħul assenjat li fil-fatt ġie
ttrasferit mill-2012 għall-2013 jammonta għal EUR 1
245.6 miljun, inkluż il-bilanċ tar-Ristrutturar tas-Settur
taz-Zokkor, u dan intuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa
tas-sena baġitarja 2013, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament
Finanzjarju. Kif juri l-Anness 4-II, dan l-ammont ikopri n-nefqa ta’
EUR 143.5 miljun għall-fondi operattivi
għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u
l-ħxejjex, u n-nefqa ta’ EUR 1 102.2 miljun għall-iskema ta’
pagament uniku. Rigward dak li għandu x'jaqsam mad-dħul
assenjat miġbur fl-2013, l-Anness 4-I juri li dan id-dħul jammonta
għal madwar EUR 829 miljun, u li dan joriġina minn: –
Il-korrezzjonijiet tal-proċedura
tal-approvazzjoni tal-konformità li tammonta għal madwar
EUR 593.6 miljun. –
Id-dħul minn irregolaritajiet li jammonta
għal madwar EUR 155.1 miljun. –
Il-ġbir tal-imposti tal-ħalib li jammonta
għal madwar EUR 80.2 miljun. Parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2013
li jammonta għal EUR 118.7 miljun intuża fi żmien
is-sena finanzjarja sabiex ikopri n-nefqa mġarrba għall-fondi
operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u
l-ħxejjex. Il-bilanċ tad-dħul assenjat miġbur
fl-2013, li jammonta għal EUR 710.2 miljun, ġie ttrasferit
awtomatikament fil-baġit tal-2014 sabiex jiffinanzja
l-ħtiġijiet baġitarji ta’ dik is-sena. Għad-dettalji tista' tara l-Annessi 4-I
u 4-II. 6. ANALIŻI
SKONT IT-TIP TA’ NEFQA In-nefqa totali tal-FAEG tammonta għal
EUR 45 302.1 miljun. Minn hawn 'il quddiem, din in-nefqa hija mqassma
skont il-kategoriji ewlenin tar-rappurtar, flimkien mal-perċentwali li
dawn jirrappreżentaw fin-nefqa totali tal-FAEG għall-2013: Ħżin In-nefqa għall-ħżin tammonta
għal EUR 25.1 miljun, jiġifieri 0.06 % tan-nefqa totali.
Dan l-ammont jirrappreżenta l-aktar in-nefqa mġarrba
għall-ħżin privat tal-butir u taż-żejt
taż-żebbuġa. Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni In-nefqa għar-rifużjonijiet ta’
l-esportazzjoni tammonta għal EUR 62.4 miljun,
jiġifieri 0.1 % tan-nefqa totali, u din kienet tirrigwarda
prinċipalment iċ-ċanga, it-tjur, il-laħam tal-majjal u
l-prodotti li mhumiex inklużi fl-Anness I. Miżuri oħra tas-suq Flimkien mal-ħżin u r-rifużjonijiet
tal-esportazzjoni, in-nefqa għal miżuri oħra tas-suq tammonta
għal EUR 3 217.2 miljun, jiġifieri 7.1 %
tat-total tas-sena. Din il-kategorija tkopri n-nefqa li hija prinċipalment
relatata mal-programmi tal-ikel, iż-żejt taż-żebbuġa,
il-frott u l-ħxejjex, l-inbid, il-pjanti tessili, il-POSEI u l-ħaxixa
tal-imrar, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, iċ-ċanga u
l-vitella, il-laħam tal-majjal u t-trobbija tan-naħal. Din in-nefqa
tinkorpora ammonti minuri oħra u tinkludi l-korrezzjonijiet li ġejjin
mill-approvazzjoni tal-kontabilità. Pagamenti diretti In-nefqa għall-pagamenti diretti tammonta
għal EUR 41 658.3 miljun, jiġifieri 92 % tat-total. Nefqa tal-ġestjoni diretta Din in-nefqa, li tammonta għal EUR 340.2
miljun, (f'approprjazzjonijiet ta' impenn), jiġifieri 0.8 %
tat-total, tħallset direttament mill-Kummissjoni u tkopri l-aktar in-nefqa
relatata ma’ miżuri veterinarji u fitosanitarji, kif ukoll mal-kontabilità
tal-azjendi agrikoli, sondaġġi dwar l-istrutturi tal-azjendi
agrikoli, informazzjoni dwar il-PAK, eċċ. Żvilupp rurali b'dik li kienet
il-Garanzija tal-FAEGG Ma tista' ssir l-ebda approprjazzjoni ta’ impenn
għal dawn il-programmi. L-Istati Membri issa qed jagħlqu dawn
il-programmi u qed jirkupraw ammonti li ma tħallsux meta suppost. L-ammont
finali nett irkuprat f'dan l-Artikolu jammonta għal madwar
EUR 1 miljun. L-evoluzzjoni ta’ din l-analiżi skont it-tip
ta’ nefqa għall-perjodu 2007-2013 hija ppreżentata fl-Anness 6. [1] Din
il-proċedura hija ppreżentata fl-Anness 1. [2] Dawn
l-ammonti mhumiex miktuba fil-linji tad-dħul tal-baġit
(oġġett 670 għad-dħul assejnat lill-FAEG), iżda
huma msemmija fil-kummenti baġitarji ta' dan l-oġġett. [3] p.m.: “pour mémoire”. [4] ĠU L
209, 11.8.2005, p. 1. [5] Dawn
id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa ta' kull xahar jiġu trażmessi
mill-Istati Membri permezz tad-dikjarazzjoni tal-10 jum tax-xahar N+1. [6] Id-dikjarazzjonijiet
dettaljati jiġu trażmessi kull xahar mill-Istati Membri (permezz
tat-tabella 104) fl-20 jum tax-xahar N+1.