Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0053

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

    /* COM/2013/053 final - 2013/0032 (NLE) */

    52013PC0053

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja /* COM/2013/053 final - 2013/0032 (NLE) */


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tadatta ċerti direttivi fil-qasam ta' tassazzjoni hija meħtieġa minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

    It-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea[1] ġie ffirmat mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

    L-Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-Adeżjoni jipprevedi li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013 sakemm l-istrumenti ta' ratifika kollha jkunu ġew depożitati qabel dik id-data.

    L-Artikolu 3(4) tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex, qabel id-dħul, jadottaw miżuri li għalihom hemm referenza, inter alia, fl-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja[2]. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss soġġetta għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni u fid-data ta’ dan.

    L-Artikolu 50 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni jipprevedi li fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f'dan l-Att jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali ġie adottat mill-Kummissjoni, għandhom għal dan il-għan jadottaw l-atti meħtieġa.

    Il-punt 2 tal-Att Finali[3] jirreferi għall-ftehim politiku fuq sett ta' adattamenti biex jiġu adottati mill-istituzzjonijiet li ntlaħaq bejn l-Istati Membri u l-Kroazja fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-Trattat tal-Adeżjoni; Il-Partijiet Għolja Kontraenti tat-Trattat tal-Adeżjoni, stiednu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni, kompluti u aġġornati fejn meħtieġ sabiex titqis l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

    Il-proposta preżenti tkopri d-direttivi kollha tal-Kunsill li jeħtieġu addattament tekniku minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fil-qasam tat-tassazzjoni – tikkorrispondi għal kapitolu 16 tan-negozjati.

    Din hija parti minn serje ta' proposti għal direttivi tal-Kunsill mill-Kummissjoni lill-Kunsill li jiġbru flimkien l-adattamenti tekniċi għad-direttivi tal-Kunsill kif ukoll għad-direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkorrispondu mal-kapitoli ta' negozjati fi proposti separati għal direttivi differenti tal-Kunsill. Din l-istruttura hija mfassla sabiex tkun iffaċilitata t-traspożizzjoni tad-direttivi kkonċernati mill-Istati Membri fl-ordnijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom. Il-pakkett ta’ proposti għal atti legali li l-Kummissjoni ttrażmettiet lill-Kunsill huwa kompost minn din is-serje ta' proposti għal direttivi tal-Kunsill fuq naħa waħda, kif ukoll proposta għal regolament wieħed tal-Kunsill li jkopri r-regolamenti u d-deċiżjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra. Dan huwa f'konformità mal-approċċ li kien ittieħed fil-passat għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija[4].

    Huwa previst li l-atti legali kollha inklużi f’dan il-pakkett se jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-istess data.

    Il-proposta preżenti u l-proposti l-oħra inklużi f’dan il-pakkett se jqisu l-adattamenti tekniċi għall-acquis li kienu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-1 ta’ Settembru 2012. Ir-raġunijiet għal dan huma li jkun provdut biżżejjed żmien għall-proċessi leġiżlattivi involuti fuq naħa, u għat-twettiq tat-traspożizzjoni ta' wara u l-obbligi ta’ notifika mill-Istati Membri rigward direttivi min-naħa l-oħra. L-addattamenti li jistgħu jkunu meħtieġa mal-acquis ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-1 ta' Settembru 2012 se jkunu previsti fl-atti rilevanti nfushom jew magħmula fi stadju aktar tard permezz ta' proċedura xierqa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bi ħsiebha informalment tipprovdi lista ta’ tali leġiżlazzjoni lill-Istati Membri fil-bidu ta' Lulju 2013.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Minħabba li din il-proposta hi ta' natura purament teknika u ma tinvolvix għażliet politiċi, konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati jew valutazzjonijiet tal-impatt ma jagħmlux sens.

    3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

    Il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità huma osservati b’mod sħiħ. L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5 (3) tat-TUE) għax tikkonċerna adattamenti tekniċi għal atti legali li kienu approvati mill-Unjoni. Il-proposta tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) tat-TUE) u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.

    2013/0032 (NLE)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikulari l-Artikolu 50 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)       Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrekjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti fl-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b' maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma jkunx ġie adottat mill-Kummissjoni.

    (2)       L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat tal-Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex titqis l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.

    (3)       Id-Direttivi 83/182/KEE[5], 2003/49/KE[6], 2008/7/KE[7], 2009/133/KE[8] u 2011/96/UE[9] għandhom għalhekk jiġu emendati għaldaqstant,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttivi 83/182/KEE, 2003/49/KE, 2008/7/KE, 2009/133/KE u 2011/96/UE jiġu emendati kif stipulat fl-Anness.

    Artikolu 2

    1.           L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw,sa mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    2.           L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

    Artikolu 4

    Din id-Direttva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

                                                                          

    ANNESS

    TASSAZZJONI

    1.           31983 L 0182: Id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunita għal ċerti mezzi ta’ trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59):

    Fl-Anness, jiżdied dan li ġej:

    'IL-KROAZJA

    – poseban porez na osobne automobile, ostala motorna vozila, plovila i zrakoplove (Zakon o posebnim porezima na osobne automobile, ostala motorna vozila, plovila i zrakoplove)'.

    2.           32003 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49):

    (a) Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 3(a)(iii) wara l-entrata għal Franza:

    – 'porez na dobit in Croatia,'

    (b) Fl-Anness, jiddaħħal dan il-punt li ġej:

    '(ac) kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: "dioničko društvo", "društvo s ograničenom odgovornošću", u kumpaniji kostitwiti oħra taġt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti'.

    3.           32008 L 0007: Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11):

    L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘ANNESS I

    LISTA TAL-KUMPANIJI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 2(1)(A)

    (2) Kumpaniji inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta' Kumpanija Ewropea (SE)*

    (3) Kumpaniji taħt il-liġi tal-Belġju magħrufin bħala:

    (i) société anonyme/naamloze vennootschap

    (ii) société en commandite par actions/commanditaire vennootschap op aandelen

    (iii).société privée à responsabilité limitée/besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid

    (4) kumpaniji taħt il-liġi tal-Bulgarija magħrufa bħala:

    (i) "Акционерно дружество"

    (ii) "Командитно дружество с акции"

    (iii) "Дружество с ограничена отговорност"

    (5) kumpaniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala:

    (i) akciová společnost

    (ii) komanditní společnost

    (iii) společnost s ručením omezeným

    (6) kumpaniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala:

    (i) aktieselskab

    (ii) kommandit-aktieselskab

    (7) kumpaniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala:

    (i) Aktiengesellschaft

    (ii) Kommanditgesellschaft auf Aktien

    (iii) Gesellschaft mit beschränkter Haftung

    (8) kumpaniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala:

    (i) täisühing

    (ii) usaldusühing

    (iii) osaühing

    (iv) aktsiaselts

    (v) tulundusühistu

    (9) kumpaniji taħt il-liġi Irlandiża magħrufa bħala: companies incorporated with limited liability

    (10) kumpaniji taħt il-liġi Griega magħrufin bħala:

    (i) Ανώνυμος Εταιρία

    (ii) Ετερόρρυθμος κατά μετοχάς Εταιρία

    (iii) Εταιρία Περιωρισμένης Ευθύνης

    (11) kumpaniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala:

    (i) sociedad anónima

    (ii) sociedad comanditaria por acciones

    (iii) sociedad de responsabilidad limitada

    (12) kumpaniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala:

    (i) société anonyme

    (ii) société en commandite par actions

    (iii) société à responsabilité limitée

    (13) kumpaniji taħt il-liġi Kroata magħrufa bħala:

    (i) dioničko društvo

    (ii) društvo s ograničenom odgovornošću

    (14) kumpaniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala:

    (i) società per azioni

    (ii) società in accomandita per azioni

    (iii) società a responsabilità limitata

    (15) kumpaniji taħt il-liġi Ċiprijota magħrufa bħala: εταιρείες περιορισμένης ευθύνης

    (16) kumpaniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala: kapitālsabiedrība

    (17) kumpaniji taħt il-liġi Litwana magħrufa bħala:

    (i) akcinė bendrovė

    (ii) uždaroji akcinė bendrovė

    (18) kumpaniji taħt il-liġi Lussemburgiża magħrufa bħala:

    (i) société anonyme

    (ii) société en commandite par actions

    (iii) société à responsabilité limitée

    (19) kumpaniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala:

    (i) részvénytársaság

    (ii) korlátolt felelősségű társaság

    (20) kumpaniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala:

    (i) Kumpaniji ta’ Responsabilità Limitata

    (ii) Soċjetajiet in akkomandita li l-kapital tagħhom jkun maqsum f’azzjonijiet

    (21) kumpaniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala:

    (i) naamloze vennootschap

    (ii) besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid

    (iii) open commanditaire vennootschap

    (22) kumpaniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala:

    (i) Aktiengesellschaft

    (ii) Gesellschaft mit beschränkter Haftung

    (23) kumpaniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala:

    (i) spółka akcyjna

    (ii) spółka z ograniczoną odpowiedzialnością

    (24) kumpaniji taħt il-liġi Portugiża magħrufa bħala:

    (i) sociedade anónima

    (ii) sociedade em comandita por acções

    (iii) sociedade por quotas

    (25) kumpaniji skont il-liġi Rumena magħrufa bħala:

    (i) "societăți în nume colectiv"

    (ii) "societăți în comandită simplă"

    (iii) "societăți pe acțiuni"

    (iv) "societăți în comandită pe acțiuni"

    (v) "societăți cu răspundere limitată"

    (26) kumpaniji skont il-liġi Slovena magħrufa bħala:

    (i) delniška družba

    (ii) komanditna delniška družba

    (iii) družba z omejeno odgovornostjo

    (27) kumpaniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala:

    (i) akciová spoločnosť

    (ii) spoločnosť s ručením obmedzeným

    (iii) komanditná spoločnosť

    (28) kumpaniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala:

    (i) osakeyhtiö – aktiebolag

    (ii) osuuskunta – andelslag

    (iii) säästöpankki – sparbank

    (iv) vakuutusyhtiö – försäkringsbolag

    (29) kumpaniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala:

    (i) aktiebolag

    (ii) försäkringsaktiebolag

    (30) kumpaniji taħt il-liġi tar-Renju Unit magħrufa bħala: companies incorporated with limited liability.

    ________________________

    * ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1. '

    4.           32009 L 0133: Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal fużjonijiet, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpaniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 34):

    L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘ANNESS I

    PARTI A

    LISTA TA’ KUMPANIJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(a)

    (a) kumpaniji inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal Kumpanija Ewropea* u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplementa l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema** u soċjetajiet koperattivi inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) *** u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplementa l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati****;

    (b) (b) kumpaniji taħt il-liġi Belġjana magħrufa bħala "société anonyme"/"naamloze vennootschap", "société en commandite par actions"/"commanditaire vennootschap op aandelen", "société privée à responsabilité limitée"/"besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid""société coopérative à responsabilité limitée"/"coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid", "société coopérative à responsabilité illimitée"/"coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid", "société en nom collectif"/"vennootschap onder firma", "société en commandite simple"/"gewone commanditaire vennootschap", impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali msemmija hawn fuq, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana soġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji Belġjana;

    (c) kumpaniji taħt il-liġi Bulgara magħrufa bħala "събирателното дружество", "командитното дружество", "дружеството с ограничена отговорност", "акционерното дружество", "командитното дружество с акции", "кооперации", "кооперативни съюзи", u "държавни предприятия" kostitwiti taħt il-liġi Bulgara u li jwettqu attivitajiet kummerċjali;

    (d) kumpaniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala "akciová společnost" u "společnost s ručením omezeným";

    (e) kumpaniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala “aktieselskab” u “anpartsselskab” u kumpaniji oħra soġġetti għat-taxxa taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u ntaxxat skont ir-regoli tal-leġislazzjoni dwar it-taxxa ġenerali applikabbli għal “aktieselskaber”;

    (f) il-kumpaniji taħt il-liġijiet Ġermaniżi magħrufa bħala "Aktiengesellschaft", "Kommanditgesellschaft auf Aktien", "Gesellschaft mit beschränkter Haftung", "Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit", "Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft", "Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts" u l-kumpaniji l-oħra kkostitwiti skont il-liġijiet Ġermaniżi bla ħsara għat-taxxa Ġermaniża fuq il-Kumpaniji;

    (g) kumpaniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala: "täisühing", "usaldusühing", "osaühing", "aktsiaselts" u "tulundusühistu";

    (h) kumpaniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġi Irlandiża, korpi reġistrati taħt l-‘Industrial and Provident Societies Act’, ‘building societies’ inkorporati taħt il-‘Building Societies Acts’ u ‘trustee savings banks’ fit-tifsira tat-‘Trustee Savings Banks Act’, 1989;

    (i) kumpaniji taħt il-liġi Griega magħrufa bħala "ανώνυμη εταιρεία" u "εταιρεία περιορισμένης ευθύνης (Ε.Π.Ε.)";

    (j) kumpaniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala "sociedad anónima", "sociedad comanditaria por acciones", "sociedad de responsabilidad limitada", u dawk il-korpi ta' liġi pubblika li joperaw taħt il-liġi privata;

    (k) kumpaniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “sociétés par actions simplifiées”, “sociétés d'assurances mutuelles”, “caisses d'épargne et de prévoyance”, “sociétés civiles” li huma awtomatikament soġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji, “coopératives”, “unions de coopératives”, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża soġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji Franċiża;

    (l) kumpaniji taħt il-liġi Kroata magħrufa bħala: dioničko društvo", "društvo s ograničenom odgovornošću", u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa fuq il-profitt Kroata;

    (m) kumpaniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala “società per azioni”, “società in accomandita per azioni”, “società a responsibilità limitata”, “società cooperative”, “società di mutua assicurazione”, u entitajiet privati u pubbliċi li l-attività tagħhom hija interament jew prinċipalment kummerċjali;

    (n) kumpaniji taħt (“εταιρείες”) il-liġi Ċiprijotta kif definit fil-liġijiet dwar it-taxxa fuq l-introjtu;

    (o) (n) kumpaniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala "akciju sabiedrība" u "sabiedrība ar ierobežotu atbildību";

    (p) kumpaniji inkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja;

    (q) kumpaniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “société coopérative”, “société coopérative organisée comme une société anonyme”, “association d'assurances mutuelles”, “association d'épargne-pension”, “entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l'Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public”, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi tal-Lussemburgu soġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji tal-Lussemburgu;

    (r) kumpaniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: "közkereseti társaság", "betéti társaság", "közös vállalat", "korlátolt felelősségű társaság", "részvénytársaság", "egyesülés", "közhasznú társaság" u "szövetkezet";

    (s) kumpaniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala "Kumpaniji ta’ Responsabilita Limitata" u "Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f’azzjonijiet";

    (t) kumpaniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala “naamloze vennootschap”, “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “open commanditaire vennootschap”, “coöperatie”, “onderlinge waarborgmaatschappij”, “fonds voor gemene rekening”, “vereniging op coöperatieve grondslag” u “vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt”, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Olandiża soġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji Olandiża;

    (u) kumpaniji taħt il-liġi Awstrijakka magħrufa bħala "Aktiengesellschaft", "Gesellschaft mit beschränkter Haftung", u "Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften";

    (v) kumpaniji taħt il-liġi Pollaka magħrufa bħala "spółka akcyjna" u "spółka z ograniczoną odpowiedzialnością";

    (w) kumpaniji kummerċjali jew kumpaniji ta' liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali kif ukoll persuni ġuridiċi oħra li qed jiżvolġu attivitajiet kummerċjali jew industrijali, li huma inkorporati taħt il-liġi Portugiża;

    (x) kumpaniji taħt il-liġi Rumena magħrufa bħala "societăți pe acțiuni", "societăți în comandită pe acțiuni" u "societăți cu răspundere limitată";

    (y) kumpaniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala "delniška družba", "komanditna družba" u "družba z omejeno odgovornostjo";

    (z) kumpaniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala "akciová spoločnosť", "spoločnosť s ručením obmedzeným" u "komanditná spoločnosť";

    (aa) kumpaniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala: "osakeyhtiö"/"aktiebolag", "osuuskunta"/"andelslag","säästöpankki"/"sparbank" u "vakuutusyhtiö"/"försäkringsbolag";

    (ab)        kumpaniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala: "aktiebolag", "bankaktiebolag", "försäkringsaktiebolag", "ekonomiska föreningar", "sparbanker" and "ömsesidiga försäkringsbolag";

    (ac)        kumpaniji inkorporati skont il-liġi tar-Renju Unit.

    __________________________________

    *            ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

    **          ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.

    ***        ĠU L 207, 18.8.2003, p.1.

    **** ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.'

    PARTI B

    LISTA TA’ TAXXI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(c)

    – impôt des sociétés/vennootschapsbelasting fil-Bejġju,

    – корпоративен данък fil-Bulgarija,

    – daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka,

    – selskabsskat fid-Danimarka,

    – Körperschaftsteuer fil-Ġermanja,

    – tulumaks fl-Estonja,

    – taxxa fuq il-kumpaniji [korporattiva] fl-Irlanda,

    – φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοσκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja,

    – impuesto sobre sociedades fi Spanja,

    – impôt sur les sociétés fi Franza,

    – porez na dobit fil-Kroazja,

    – imposta sul reddito delle società fl-Italja,

    – φόρος εισοδήματος f'Ċipru,

    – uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja,

    – pelno mokestis fil-Litwanja,

    – impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

    – társasági adó fl-Ungerija,

    – taxxa fuq l-income f'Malta,

    – vennootschapsbelasting fil-Pajjiżi l-Baxxi,

    – Körperschaftsteuer fl-Awstrija,

    – Podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja,

    – l-imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall,

    – impozit pe profit fir-Rumanija,

    – davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja,

    – daņ z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja,

    – yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja,

    – statlig inkomstskatt fl-Isvezja,

    – corporation tax fir-Renju Unit.'

    5.           32011 L 0096: Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/KEE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8):

    (a) Fl-Anness I, il-Parti A tiġi mibdula b’li ġej:

    'Parti A Lista ta’ kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(a)(i)

    (a) kumpaniji inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal Kumpanija Ewropea (SE)* u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplementa l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema**, u soċjetajiet koperattivi inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE)*** u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplementa l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati****;

    (b) kumpaniji taħt il-liġi Belġjana magħrufa bħala “société anonyme”/“naamloze vennootschap”, “société en commandite par actions”/“commanditaire vennootschap op aandelen”, “société privée à responsabilité limitée”/“besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité limitée”/“coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité illimitée”/“coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid”, “société en nom collectif”/“vennootschap onder firma”, “société en commandite simple”/“gewone commanditaire vennootschap”, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali hawn fuq imsemmija, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana suġġetta għat-taxxa korporattiva Belġjana,

    (c) kumpaniji taħt il-liġi tal-Bulgarija magħrufa bħala: "събирателното дружество", "командитното дружество", "дружеството с ограничена отговорност", "акционерното дружество", "командитното дружество с акции", "неперсонифицирано дружество", "кооперации", "кооперативни съюзи" "държавни предприятия" kostitwiti taħt il-liġi Bulgara u li jwettqu attivitajiet kummerċjali,

    (d) kumpaniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala: "akciová společnost", "společnost s ručením omezeným";

    (e) kumpaniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala ‘aktieselskab’ u ‘anpartsselskab’. Kumpaniji oħra soġġetti għat-taxxa taħt l-Att dwar Taxxa fuq il-Kumpaniji, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u intaxxat skont ir-regoli tal-leġislazzjoni tat-taxxa ġenerali applikabbli għal “aktieselskaber”;

    (f) il-kumpaniji taħt il-liġijiet Ġermaniżi magħrufa bħala "Aktiengesellschaft", "Kommanditgesellschaft auf Aktien", "Gesellschaft mit beschränkter Haftung", "Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit", "Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft", "Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts" u l-kumpaniji l-oħra kkostitwiti skont il-liġijiet Ġermaniżi bla ħsara għat-taxxa Ġermaniża fuq il-Kumpaniji;

    (g) kumpaniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala: "täisühing", "usaldusühing", "osaühing", "aktsiaselts", "tulundusühistu",

    (h) kumpaniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġi Irlandiża, korpi reġistrati taħt l-‘Industrial and Provident Societies Act’, ‘building societies’ inkorporati taħt il-‘Building Societies Acts’ u ‘trustee savings banks’ fit-tifsira tat-‘Trustee Savings Banks Act’, 1989;

    (i) kumpaniji taħt il-liġi Griega magħrufa bħala "ανώνυμη εταιρεία",•"εταιρεία περιορισμένης ευθύνης (Ε.Π.Ε.)" u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Griega soġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji Griega;

    (j) kumpaniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala: "sociedad anónima", "sociedad comanditaria por acciones", "sociedad de responsabilidad limitada", korpi suġġetti għal-liġi pubblika li joperaw taħt il-liġi privata. L-entitajiet l-oħra kkostwititi skont il-liġijiet Spanjoli bla ħsara għal-liġijiet Spanjoli tat-taxxa fuq il-koporazzjonijiet ("Impuesto sobre Sociedades");

    (k) kumpaniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “sociétés par actions simplifiées”, “sociétés d'assurances mutuelles”, “caisses d'épargne et de prévoyance”, “sociétés civiles” li huma awtomatikament soġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji, “coopératives”, “unions de coopératives”, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża soġġetti għat-Taxxa fuq il-Kumpaniji Franċiża;

    (l) kumpaniji taħt il-liġi Kroata magħrufa bħala: dioničko društvo", "društvo s ograničenom odgovornošću", u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa fuq il-profitt Kroata;

    (m) kumpaniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala “società per azioni”, “società in accomandita per azioni”, “società a responsibilità limitata”, “società cooperative”, “società di mutua assicurazione”, u entitajiet privati u pubbliċi li l-attività tagħhom hija interament jew prinċipalment kummerċjali;

    (n) taħt il-liġi Ċiprijotta: "εταιρείες" kif definit fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq id-Dħul,

    (o) kumpaniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala: "akciju sabiedrība", "sabiedrība ar ierobežotu atbildību",

    (p) kumpaniji inkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja;

    (q) il-kumpaniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala "société anonyme", "société en commandite par actions", "société à responsabilité limitée", "société coopérative", "société coopérative organisée comme une société anonyme", "association d'assurances mutuelles", "association d'épargne-pension", "entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l'Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public", u l-kumpaniji l-oħra kkostitwiti skont il-liġijiet tal-Lussemburgu bla ħsara għat-taxxa tal-Lussemburgu fuq il-kumpaniji;

    (r) kumpaniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: "közkereseti társaság", "betéti társaság", "közös vállalat", "korlátolt felelősségű társaság", "részvénytársaság", "egyesülés", "szövetkezet",

    (s) kumpaniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala: "Kumpaniji ta’ Responsabilità Limitata", "Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f'azzjonijiet",

    (t) il-kumpaniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala "naamloze vennnootschap", "besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid", "Open commanditaire vennootschap", "Coöperatie", "onderlinge waarborgmaatschappij", "Fonds voor gemene rekening", "vereniging op coöperatieve grondslag", "vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt", u l-kumpaniji l-oħra kkostitwiti skont il-liġijiet Olandiżi bla ħsara għat-taxxa Olandiża fuq il-kumpaniji;

    (u) (ċ) il-kumpaniji taħt il-liġi Awstrijakka magħrufa bħala "Aktiengesellschaft", "Gesellschaft mit beschränkter Haftung", "Versicherungsvereine auf Gegenseitigkeit", "Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften", "Betriebe gewerblicher Art von Körperschaften des öffentlichen Rechts", "Sparkassen", u l-kumpaniji l-oħra kkostitwiti skont il-liġijiet Awstrijaċi bla ħsara għat-taxxa Awstrijaka fuq il-kumpaniji;

    (v) kumpaniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: "spółka akcyjna", "spółka z ograniczoną odpowiedzialnością",

    (w) kumpaniji kummerċjali jew kumpaniji tal-liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali u kooperattivi u impriżi pubbliċi inkorporati skont il-liġi Portugiża;

    (x) kumpaniji skont il-liġi Rumena magħrufa bħala: "societăţi pe acţiuni", "societăţi în comandită pe acţiuni", "societăţi cu răspundere limitată";

    (y) kumpaniji skont il-liġi Slovena magħrufa bħala: "delniška družba", "komanditna družba", "družba z omejeno odgovornostjo";

    (z) kumpaniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala: "akciová spoločnosť", "spoločnosť s ručením obmedzeným", "komanditná spoločnosť";

    (aa)        il-kumpaniji taħt il-liġijiet Finlandiżi magħrufa bħala "osakeyhtiö"/"aktiebolag", "osuuskunta"/"andelslag","säästöpankki"/"sparbank" u "vakuutusyhtiö"/"försäkringsbolag";

    (ab)        kumpaniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala aktiebolag", "försäkringsaktiebolag", "ekonomiska föreningar", "sparbanker", "ömsesidiga försäkringsbolag", "försäkringsföreningar"

    (ac)    kumpaniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit.

    __________________________

    *            ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

    **          ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.

    ***        ĠU L 207, 18.8.2003, p.1.

    **** ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.'

    (b) Fl-Anness I, Parti B (Lista ta' taxxi msemmija fl-Artikolu 2 (a)(iii)), dan li ġej huwa miżjud wara l-entrata għal Franza:

    '–       porez na dobit in Croatia,'

    [1]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

    [2]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

    [3]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 95.

    [4]               ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.

    [5]               ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59.

    [6]               ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49.

    [7]               ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11.

    [8]               ĠU L 310, 25.11.2009, p. 34.

    [9]               ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8.

    Top