Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DP0236

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski (2013/2019(IMM))

    ĠU C 65, 19.2.2016, p. 180–181 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/180


    P7_TA(2013)0236

    Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski (2013/2019(IMM))

    (2016/C 065/26)

    Il-Parlament Ewropew

    wara li kkunsidra t-taba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski, li tressqet fis-16 ta' Jannar 2013 mill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja, b'rabta ma' talba tat-2 ta' Jannar 2013 mill-Kap tal-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Kwartieri Ġenerali Nazzjonali tal-Pulizija, f'isem l-awtorità tal-Kap Spettur tal-Pulizija, u mħabbra fil-plenarja fl-4 ta' Frar 2013,

    wara li sema' lil Jacek Olgierd Kurski bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,

    wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7, 7b(1) u 7c, flimkien mal-Artikolu 10b, tal-Att Pollakk tad-9 ta' Mejju 1996 dwar it-twettiq tal-mandat ta' deputat jew senatur,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0187/2013),

    A.

    billi l-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Jacek Olgierd Kurski, b'rabta mal-possibilità ta' azzjoni legali fir-rigward ta' offiża allegata;

    B.

    billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' pajjiżhom;

    C.

    billi l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jgħid illi, matul it-terminu parlamentari, Membri tal-Parlament ma jistgħux jiġu soġġetti għal responsabilità kriminali mingħajr ma qabel tittneħħielhom l-immunità mill-Parlament;

    D.

    billi Jacek Olgierd Kurski huwa akkużat minn reat relatat mat-traffiku skont l-Artikolu 92(1) tal-Att tal-20 ta' Mejju 1971 li jistabbilixxi Kodiċi ta' Reati (Ġurnal Pollakk tal-Liġijiet 2010 Nru 46, partita 275, kif emendat);

    E.

    billi l-azzjoni allegata m'hijiex marbuta b'mod dirett u ovvju mat-twettiq min-naħa ta' Jacek Olgierd Kurski tad-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew u lanqas ma tikkostitwixxix opinjonijiet espressi jew voti fil-kuntest tat-twettiq ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

    F.

    billi huwa ċar li l-akkuża bl-ebda mod mhi relatata mal-pożizzjoni ta' Jacek Olgierd Kurski bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

    G.

    billi mhemm l-ebda raġuni biex wieħed jissospetta l-eżistenza ta' fumus persecutionis;

    1.

    Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jacek Olgierd Kurski;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat kompetenti tiegħu minnufih lill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja u lil Jacek Olgierd Kurski.


    (1)  Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195; sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391; sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-345/05 Mote v Parlament [2008] ECR II-2849; sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929, sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06 Gollnisch v Parlament, [2010] ECR II-1135, sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C-163/10 Patriciello (pubblikazzjoni pendenti fl-ECR).


    Top