This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AR0028
Opinion of the Committee of the Regions on ‘Clean Power for Transport’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Enerġija nadifa għat-trasport”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Enerġija nadifa għat-trasport”
ĠU C 280, 27.9.2013, pp. 66–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/66 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Enerġija nadifa għat-trasport”
2013/C 280/12
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
— |
jisħaq li din l-opportunità ma tistax titwettaq biss permezz tal-bidliet fis-sistemi tat-trasport iżda wkoll permezz tal-politika tal-enerġija nazzjonali, peress li l-Istati Membri jridu jadottaw politika ta’ investiment fit-tul biex tinbena l-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi; |
|
— |
meta tistabbilixxi l-iskadenzi għall-ħolqien tal-infrastrutturi lokali l-Kummissjoni għandha tikkunsidra mhux biss l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi u klimatiċi ta’ reġjun iżda wkoll l-aħħar żviluppi teknoloġiċi u l-ħidma fir-riċerka u l-iżvilupp, u fl-istess ħin għandha tfassal kalendarju adegwat biex ikun jista’ jinħoloq standard komuni u jintlaħaq qbil dwaru; |
|
— |
jenfasizza li d-deċiżjonijiet politiċi għandhom jikkunsidraw li l-prezzijiet tal-fjuwils iridu jibqgħu jistgħu jintlaħqu minn but iċ-ċittadini, aktar u aktar fi żmien meta d-dħul tal-familji f’ħafna mill-Istati Membri qed jonqos mingħajr waqfien; |
|
— |
jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fl-iżvilupp tal-oqfsa nazzjonali tal-politika tat-trasport u tal-atti amministrattivi u leġislattivi, sabiex jiġi garantit li dawn ikunu jistgħu jiġu applikati b’mod adatt fil-livell lokali u jqisu ċ-ċirkostanzi lokali; |
|
— |
jappella biex l-oqfsa ta’ politika nazzjonali jkun fihom taħlita enerġetika bilanċjata, billi bl-ebda mod m’għandna mmorru minn dipendenza waħda (jiġifieri d-dipendenza miż-żejt ta’ pajjiżi terzi) għal dipendenza oħra (jiġifieri d-dipendenza mill-gass naturali ta’ pajjiżi terzi). |
|
— |
jappella li l-istandards stabbiliti għall-infrastruttura jkunu bbażati fuq l-istandards tal-UE, li huma konformi għalkollox mal-istandards internazzjonali. B’hekk għandu jiġi evitat li l-istandards ikollhom jerġgħu jiġu riveduti; |
|
— |
huwa tal-fehma li l-bidla fl-imġiba tal-konsumaturi hi ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jistgħu jinfluwenzaw il-preferenzi u l-għażliet tal-konsumaturi billi jipprovdu konċessjonijiet għall-benefiċċju tal-konsumaturi; |
|
— |
jenfasizza li r-rekwiżiti għall-bini tal-infrastruttura b’rabta mal-infrastruttura urbana u periurbana għandhom jiġu sostituti b’rekwiżiti li jistabbilixxu l-Istati Membri stess bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. |
|
Relatur |
Is-Sinjura SAIMA KALEV (EE/AE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Jõgeva |
|
Dokumenti ta’ referenza |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Enerġija nadifa għat-trasport: Strateġija Ewropea għall-fjuwils alternattivi COM(2013) 17 final Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi COM(2013) 18 final |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-proposti mressqa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Enerġija nadifa għat-trasport” u jqishom bħala opportunità għall-implimentazzjoni tal-għanijiet stabbiliti fl-inizjattiva ewlenija “Ewropa effiċjenti fir-riżorsi” tal-Istrateġija Ewropa 2020 (1) u fil-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport (2). Però l-Kumitat jisħaq li din l-opportunità ma tistax titwettaq biss permezz tal-bidliet fis-sistemi tat-trasport iżda wkoll permezz tal-politika tal-enerġija nazzjonali, peress li l-Istati Membri jridu jadottaw politika ta’ investiment fit-tul biex tinbena l-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi; |
|
2. |
jaqbel mal-Kummissjoni li t-tqegħid fis-suq jiddependi l-aktar minn jekk jistgħux isiru ekonomiji ta’ skala u minn jekk il-fjuwils alternattivi jistgħux jinxterdu madwar l-UE kollha. Għal dan il-għan hemm bżonn ta’ strateġija uniformi, stabbli u komprensiva kif ukoll ta’ qafas regolatorju li jippromovi l-investimenti, li s’issa għad m’hemmx. Għalhekk, meta tistabbilixxi l-iskadenzi għall-ħolqien tal-infrastrutturi lokali l-Kummissjoni għandha tikkunsidra mhux biss l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi u klimatiċi ta’ reġjun iżda wkoll l-aħħar żviluppi teknoloġiċi u l-ħidma fir-riċerka u l-iżvilupp, u fl-istess ħin għandha tfassal kalendarju adegwat biex ikun jista’ jinħoloq standard komuni u jintlaħaq qbil dwaru; |
|
3. |
jemmen li l-iskadenzi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni (3) huma qosra wisq, billi l-adozzjoni tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u l-atti leġislattivi u amministrattivi rilevanti jirrikjedu kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll analiżi fil-fond, dibattitu u t-tfassil ta’ soluzzjonijiet finanzjarji fil-livell nazzjonali; |
|
4. |
jenfasizza li d-deċiżjonijiet politiċi għandhom jikkunsidraw li l-prezzijiet tal-fjuwils iridu jibqgħu jistgħu jintlaħqu minn but iċ-ċittadini, aktar u aktar fi żmien meta d-dħul tal-familji f’ħafna mill-Istati Membri qed jonqos mingħajr waqfien. Dan japplika wkoll għall-ispejjeż tal-infrastruttura u l-fjuwils alternattivi; |
L-importanza u r-rwol tal-livell lokali u reġjonali
|
5. |
jinnota li l-istrateġija għall-fjuwils alternattivi taħdem favur l-għan tal-politika tat-trasport li jiġu introdotti l-fjuwils alternattivi fl-Istati Membri kollha tal-UE, ħaġa li tinfluwenza b’mod konsiderevoli l-organizzazzjoni u l-użu tat-trasport fil-livell lokali u reġjonali. F'dan il-kuntest, it-tisħiħ tar-rwol tal-politiki reġjonali u lokali ser ikun deċiżiv għall-iżvilupp tal-fjuwils alternattivi fil-qasam tat-trasport; |
|
6. |
Għaldaqstant, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti fl-iżvilupp tal-oqfsa nazzjonali tal-politika tat-trasport u tal-atti amministrattivi u leġislattivi, sabiex jiġi garantit li dawn ikunu jistgħu jiġu applikati b’mod adatt fil-livell lokali u jqisu ċ-ċirkostanzi lokali. B’dan il-mod jiġi żgurat li huma jinkludu wkoll politika għall-fjuwils alternattivi, b’konformità mal-pjani tal-Kummissjoni. Fl-istess ħin għandhom jintużaw l-inizjattivi Ewropej li jeżistu fil-bliet, bħall-Patt tas-Sindki, sabiex jiggwidaw u jsaħħu l-impenji fil-pjani ta' azzjoni tal-enerġija sostenibbli b'rabta mas-sistemi tal-fjuwils alternattivi lokali fit-trasport; |
|
7. |
huwa tal-fehma li l-Kumitat, bħala rappreżentant tal-livell lokali u reġjonali, għandu jżid u jappoġġja d-dibattiti u l-iskambju tal-esperjenzi b’rabta mal-fjuwils alternattivi, bil-għan li l-bliet u r-reġjuni jsiru aktar nodfa u ekoloġiċi. Il-Kumitat għandu jiftaħ ukoll dibattiti dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba taċ-ċittadini u jħeġġuhom jużaw aktar il-vetturi li jaħdmu bil-fjuwils alternattivi; |
|
8. |
jagħmel enfasi fuq il-fehma tal-Kummissjoni li l-azzjoni intensiva min-naħa tal-Unjoni bħala dik li tieħu l-ewwel pass lejn soluzzjonijiet innovattivi ta’ fjuwils alternattivi toħloq opportunitajiet ġodda fis-suq għall-industrija Ewropea, tiggarantixxi l-kompetittività tal-UE fis-swieq dinjija u tista’ toħloq 700 000 impjieg ġdid (4). Dawn jinħolqu fil-livell lokali fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għalhekk għandhom jingħataw il-possibbiltà li jesprimu fehmiethom fil-kuntest tat-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali rilevanti; |
|
9. |
jemmen li l-appoġġ għar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jżid is-sinerġiji u jottimizza l-ispejjeż tal-iżvilupp tal-infrastruttura. B’hekk, pereżempju, iż-żieda fis-setgħat għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni transkonfinali jippermettu l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet; |
|
10. |
jagħmel referenza għall-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-White Paper – Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport” (5), u jappoġġja l-għan tal-White Paper li l-persentaġġ ta’ karozzi li jaħdmu b’mod tradizzjonali jitnaqqas bin-nofs sal-2030 waqt li sal-2050 jitneħħew għalkollox mit-traffiku urban, u li sal-2030 it-traffiku urban fiċ-ċentri urbani l-kbar ikun jaħdem kważi mingħajr CO2; |
Id-dipendenza mill-enerġija ta’ pajjiżi terzi
|
11. |
jappella lill-Kummissjoni biex fil-Proposta għal Direttiva tenfasizza li biex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha, jiġifieri li tiżgura l-indipendenza miż-żejt, l-oqfsa ta’ politika nazzjonali għandu jkun fihom taħlita enerġetika bilanċjata. Bl-ebda mod m’għandna mmorru minn dipendenza waħda (jiġifieri d-dipendenza miż-żejt ta’ pajjiżi terzi) għal dipendenza oħra (jiġifieri d-dipendenza mill-gass naturali ta’ pajjiżi terzi). Il-proposta għad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija għall-fjuwils alternattivi għandha tikkunsidra diversi tipi ta’ materja prima li huma meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dawn il-fjuwils u li huma disponibbli fil-livell lokali u reġjonali; |
Il-finanzjament mill-fondi disponibbli tal-UE
|
12. |
jibża’ li l-applikazzjoni tal-Proposta għal Direttiva tista’ tiffaċċja ostakli finanzjarji, anke jekk parti mill-attivitajiet jiġu ffinanzjati mill-Orizzont 2020, mit-TEN-T jew mis-settur pivat. Fil-futur għandu jkun possibbli wkoll li l-miżuri politiċi għat-trasport nadif jiġu ffinanzjati fil-livell lokali u reġjonali mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. L-ippjanar tal-infiq għall-perjodu finanzjarju li jmiss għandu jikkunsidra l-investimenti meħtieġa sew fil-livell Ewropew u sew f’dak nazzjonali; |
|
13. |
huwa mħasseb dwar il-finanzjament tal-alleanzi transkonfinali, peress li fit-8 ta’ Frar 2013 il-Kunsill Ewropew laħaq qbil dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (6) tal-ġejjieni bil-prijoritajiet baġitarji tal-UE għall-2014-2020 li jipprevedi tnaqqis fil-fondi għall-kooperazzjoni transkonfinali; |
|
14. |
jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi evitat li l-politiki tal-Istati Membri joħolqu effett ta' fruntiera minħabba l-inugwaljanza reġjonali, u għalhekk jirrakkomanda li jiġu stabbiliti mekkaniżmi minimi għall-mitigazzjoni tagħhom (pereżempju, il-ħolqien ta' kurituri prijoritarji għall-fjuwils alternattivi fit-trasport tal-merkanzija, li jiġu kofinanzjati mill-fondi tal-UE); |
|
15. |
ifakkar li fil-fehma tal-KtR (7) anke fir-reġjuni l-aktar żviluppati jista’ jkun hemm bżonn ta’ investimenti fl-infrastruttura biex jiġu pprovduti servizzi bażiċi għaċ-ċittadini, pereżempju fil-qasam tal-ambjent u tat-trasport, u dan hu konformi mal-intenzjoni tal-Kummissjoni li jintużaw il-fjuwils alternattivi fit-trasport. Fir-rigward tal-fondi u l-finanzjament possibbli, il-Bank Ewropew tal-Investiment hu msieħeb importanti biex jinbdew l-investimenti. Hu joffri assistenza teknika u jiffinanzja l-investimenti permezz tas-self EIP; |
|
16. |
jenfasizza li t-tbassir tal-investimenti meħtieġa għandhom ikunu komprensivi u realistiċi, u l-possibbiltajiet ta’ finanzjament mill-fondi differenti tal-UE u fi ħdan l-objettivi tematiċi għall-perjodu 2014-2020 għandhom ikunu ċari u koerenti. L-istess japplika għar-rabtiet li għandhom jiġu maħsuba mal-istrateġiji futuri ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; |
|
17. |
jitlob li fil-perjodu medju u fit-tul l-utenti jħallsu għall-infrastruttura tal-iċċarġjar u t-teħid tal-fjuwil. Is-sussidji pubbliċi għandhom jintużaw biss biex tingħata l-ispinta tal-bidu; |
Standards komuni
|
18. |
jaqbel li n-nuqqas ta’ żvilupp armonizzat tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi jipprevjeni l-iżvilupp ta’ ekonomiji ta’ skala fuq in-naħa tal-provvista, u l-mobbiltà fuq in-naħa tad-domanda. Sabiex jinkiser dan iċ-ċirku vizzjuż, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-iżvilupp ta’ netwerks infrastrutturali ġodda; |
|
19. |
ifakkar li l-Kumitat diġà laqa’ u appoġġja l-pjan ta’ azzjoni ppreżentat fil-“White Paper – Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (8). Din ipproponiet li jinħolqu standards adegwati għall-emissjonijiet ta’ CO2 għall-vetturi kollha li jaħdmu bi fjuwils nodfa, kif ukoll li jitfasslu linji gwida u standards għall-infrastruttura tal-punti ta’ forniment fejn jimtlew il-vetturi li jirrispettaw l-ambjent; |
|
20. |
jaqbel mal-Kummissjoni li għall-penetrazzjoni fis-suq, it-tkabbir ekonomiku u l-użu mifrux tal-fjuwils alternattivi fl-Unjoni Ewropea hemm bżonn ta’ standards tekniċi uniformi, u jiġbed l-attenzjoni li dawn is-soluzzjonijiet għandhom jinsabu minnufih, iżda bil-komprensjoni tal-bżonnijiet ekonomiċi ta' kull Stat Membru. Il-Kumitat jisħaq li meta tistabbilixxi l-iskadenzi għall-bini tal-infrastruttura, il-Kummissjoni għandha tagħti aktar żmien għat-tfassil, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istandards komuni milli huwa previst fid-Direttiva; |
|
21. |
jappella li l-istandards stabbiliti għall-infrastruttura jkunu bbażati fuq l-istandards tal-UE, li huma konformi għalkollox mal-istandards internazzjonali. B’hekk għandu jiġi evitat li l-istandards ikollhom jerġgħu jiġu riveduti. Il-Kumitat jemmen li d-dritt stabbilit fid-Direttiva li l-Kummissjoni tkun tista’ tibdel ir-rekwiżiti tekniċi tal-punti tal-iċċarġjar u tal-punti ta’ forniment permezz ta’ atti ddelegati joħloq l-inċertezza għall-investituri, l-industrija u l-konsumaturi fir-rigward tal-finanzjament ta’ investimenti fit-tul; |
|
22. |
jinnota li l-istandards għall-infrastruttura għandhom ikunu adegwati mil-lat ekonomiku u kompatibbli mal-investimenti eżistenti u l-vetturi li diġà qegħdin fis-suq, filwaqt li jirrikonoxxi l-fatt li ekonomiji ta' skala fi Stati Membri żgħar, reġjuni u lokalitajiet jistgħu ma jirriżultawx fl-użu kosteffettiv ta' diversità ta' karburanti alternattivi; |
|
23. |
jinnota li l-qafas ta’ politika għandu jinkludi rekwiżiti relatati mal-informazzjoni kif ukoll miżuri politiċi u regolatorji għat-twettiq ta’ studji xjentifiċi u għall-istabbiliment ta’ għanijiet u dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, sabiex tinħoloq infrastruttura uniformi fuq livell internazzjonali u jiġi garantit il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija; |
|
24. |
jappoġġja li l-istrateġija tinkludi l-possibbiltajiet kollha filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, mingħajr ma tagħti preferenza lil fjuwil partikolari, u li għandu jkun hemm speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal dawn il-possibbiltajiet. Għalhekk ifakkar li hu importanti li jitfasslu u jintużaw kriterji effettivi għas-sostenibbiltà tal-bijofjuwils. Barra minn hekk, għandha tiġi garantita d-disponibbiltà kummerċjali tal-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni sabiex ma jinkisirx il-bilanċ naturali tal-ambjent, il-provvisti tal-ikel, l-ekonomija tas-suq jew il-bilanċ soċjali, kif diġà saħaq il-KtR fl-istqarrijiet u l-opinjonijiet preċedenti tiegħu (9); |
|
25. |
huwa tal-fehma li r-rekwiżiti għat-tbaħħir għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-IMO; |
L-involviment tas-settur privat
|
26. |
jenfasizza li hemm bżonn urġenti li s-settur privat ikun involut fil-finanzjament tal-infrastruttura, peress li l-intrapriżi huma fost il-benefiċjarji ewlenin potenzjali ta’ din il-Proposta għal Direttiva: huma qed jiġu offruti l-possibbiltà li jimmanifatturaw u jbigħu prodotti ġodda, u b’hekk huma joħolqu u jużaw infrastruttura ġdida għall-fjuwils alternattivi; |
|
27. |
jinnota li fl-implimentazzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni wieħed għandu jevita kemm jista’ jkun li jikkomprometti s-suq ħieles u l-kompetizzjoni. Għandhom jinħolqu inċentivi għall-intrapriżi tas-settur privat, u għandhom jitneħħew il-preokkupazzjonijiet u r-riskji li jeżistu bħalissa; |
|
28. |
sabiex jingħelbu l-ostakli u jitnaqqsu l-ispejjeż, jirrakkomanda li jsiru ftehimiet bejn korpi pubbliċi u operaturi lokali tal-istazzjonijiet tas-servizzi bil-għan li jiżdied l-użu tal-fjuwils alternattivi, b'mod li jużaw l-infrastruttura tad-distribuzzjoni li teżisti diġà, bħal dik li toffri diversi tipi ta' enerġija, u b'hekk jiġi evitat l-irduppjar tal-infrastruttura tad-distribuzzjoni; |
Riżultati li jistgħu jitkejlu
|
29. |
jilqa’ x-xewqa tal-Kummissjoni li tirregola d-deċiżjonijiet politiċi nazzjonali, iżda peress li l-għan ewlieni ta’ din il-Proposta għal Direttiva hu li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u d-dipendenza miż-żejt, fil-pakketti ta’ miżuri politiċi nazzjonali l-Istati Membri m’għandhomx jinkludu biss indikaturi b’rabta mal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi iżda wkoll ir-riżultati mistennija, kemm rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet kif ukoll rigward it-tnaqqis tad-dipendenza miż-żejt u l-introduzzjoni ta’ fjuwils alternattivi. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati fil-livell tal-unitajiet territorjali lokali u reġjonali korrispondenti sabiex jiġu vvalutati l-asimmetriji interni li jista' jkun hemm f'kull Stat Membru; |
|
30. |
jaħseb li t-tkejjil tar-riżultati għandu jsir fuq il-bażi ta’ indikaturi komparabbli u juri l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija (ċiklu tal-ħajja jew tul ta’ ħajja tal-fjuwil) b’mod kemm jista’ jkun wiesa’ – u mhux biss b’rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju; |
It-tniġġis mill-produzzjoni tal-fjuwils
|
31. |
jappella lill-Kummissjoni biex fil-Proposta għal Direttiva tenfasizza li biex jinkiseb l-għan komuni ewlieni, jiġifieri li jitnaqqsu l-gassijiet b’effett ta’ serra, għandu jiġi identifikat liema sorsi tal-enerġija l-aħjar jintużaw. Dan għandu jevita li t-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trasport jitħallas biż-żieda fil-gassijiet b’effett ta’ serra b’riżultat tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jew xi tip ieħor ta’ tniġġis ambjentali; |
|
32. |
jappoġġja r-rispett tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Għalkemm l-istrateġija għandha tindirizza l-fjuwils alternattivi kollha, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, ir-rispett tal-ambjent (enerġija rinnovabbli), l-indipendenza (politika) ekonomika, is-sigurtà tal-provvista u l-aspetti soċjali għandhom jitqiesu wkoll bħala fatturi essenzjali; |
Iż-żoni rurali u ż-żoni b’popolazzjoni baxxa
|
33. |
jenfasizza li t-tranżizzjoni minn fjuwils ibbażati fuq iż-żejt lejn fjuwils alternattivi hi importanti wkoll għaż-żoni rurali, fejn tista’ tkun saħansitra aktar importanti minħabba l-popolazzjoni baxxa tagħhom. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll iż-żoni rurali meta jippjanaw il-politika nazzjonali tagħhom u għandhom ifasslu strateġiji li jipprovdu l-infrastruttura neċessarja biex it-tranżizzjoni lejn l-użu tal-fjuwils alternattivi tirnexxi u biex jintużaw ir-riżorsi lokali li jistgħu jipprovdu dawn il-fjuwils. Il-problemi li jinqalgħu fiż-żoni rurali jistgħu jiffaċċjawhom ukoll iż-żoni b’popolazzjoni baxxa, u għalhekk dawn għandhom jingħataw attenzjoni speċjali; |
It-trasport urban
|
34. |
jisħaq li t-tranżizzjoni lejn politika tat-trasport aktar sostenibbli hi aspett importanti immens rigward it-trasport urban (10), kif diġà enfasizza l-Kumitat f’opinjonijiet preċedenti tiegħu; |
|
35. |
jiġbed l-attenzjoni li fil-bliet u l-agglomerazzjonijiet urbani, l-użu tal-vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi m'għandux ikun ta' detriment għat-trasport pubbliku. L-għan m'għandux ikun li jinħoloq iktar traffiku individwali iżda li jiġu żviluppati iktar faċilitajiet li jħeġġu t-tranżizzjoni lejn mezzi ekoloġiċi ta' trasort b'mod partikolari li jikkumplementaw it-trasport pubbliku. |
|
36. |
jissuġġerixxi li l-KtR jista’ jżid u jappoġġja d-dibattiti u l-iskambju tal-esperjenzi dwar l-użu tal-fjuwils alternattivi fit-trasport urban, sabiex il-bliet ikunu aktar nodfa u ekoloġiċi; |
|
37. |
ifakkar li l-Kumitat diġà tkellem favur it-tfassil ta’ pjani għall-mobbiltà urbana, li fil-futur jistgħu jiġu appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (11); |
|
38. |
jiġbed l-attenzjoni li Strateġija Ewropea għall-fjuwils alternattivi hija opportunità kbira sabiex jingħataw spinta kemm iċ-ċikliżmu kif ukoll it-trasport pubbliku lokali. L-istrateġiji dwar il-mobbiltà elettrika għandhom jinvolvu espliċitament iċ-ċikliżmu u t-trasport pubbliku. |
|
39. |
huwa konvint li l-vetturi ibridi u fuq kollox il-karozzi elettriċi għandhom l-akbar potenzjal immedjat biex jintużaw fil-bliet, mingħajr ma jintesew il-vetturi li jaħdmu b'sistemi bbażati fuq it-teknoloġija tal-idroġenu. Għaldaqstant, il-bliet għandu jkollhom id-dritt li jirregolaw l-użu tagħhom permezz tal-miżuri u l-inċentivi tagħhom stess (mewġa ekoloġika, id-dritt li jużaw karreġġati riservati għat-trasport pubbliku, skontijiet fuq il-ħlas tal-parkeġġ, eċċ.). F’dan il-kuntest il-bliet għandhom jiskambjaw il-prattiki li ħallew il-frott, bil-għan li tinkiseb kwalità tal-ħajja aħjar fil-bliet u b’hekk il-konsumaturi jiġu mħeġġa jużaw aktar il-vetturi li jaħdmu b’sorsi tal-enerġija alternattivi; |
|
40. |
jistenna li użu akbar ta' vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi se jwassal ukoll għal produzzjoni ikbar ta' dawn il-karozzi u l-ħolqien tal-impjiegi f'dan is-settur; jirriferi f'dan il-kuntest għall-Opinjoni tiegħu dwar "Cars 2020"; |
|
41. |
jilqa’ l-iżvilupp kontinwu tat-tekonoloġiji u s-sistemi tat-trasport intelliġenti (STI) fil-livell Ewropew u l-użu tagħhom fil-livell lokali, sabiex jiġu żgurati s-sinerġiji bejn is-sistemi differenti fl-UE kollha, biex jiġu evitati n-nuqqasijiet u biex jiġi żgurat li s-sistema tkopri t-territorju kollu, anke b’rabta mal-użu tal-fjuwils alternattivi; |
Il-bidla fl-imġiba tal-konsumaturi
|
42. |
jinnota li huwa mistenni li meta jibdew jintużaw il-fjuwils alternattivi fl-UE jkun hemm ukoll bidla fl-imġiba tal-konsumaturi fis-sens li dawn jiġu mħeġġa jużaw vetturi li jaħdmu bil-fjuwils alternattivi. F’dan ir-rigward jinħtieġu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni sabiex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-bidliet u l-konsegwenzi potenzjali; |
|
43. |
huwa tal-fehma li l-bidla fl-imġiba tal-konsumaturi hi ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jistgħu jinfluwenzaw il-preferenzi u l-għażliet tal-konsumaturi billi jipprovdu konċessjonijiet addizzjonali għal dawk li għandhom jistabbilixxu l-Istati (għall-benefiċċju tal-konsumaturi) talli jagħżlu forom ta’ trasport sostenibbli. Il-konsumatur irid ikun jista’ jara b’għajnejh il-vantaġġi li joffrulu dawn il-bidliet; |
Magni b’konsum baxx
|
44. |
jinnota li xi studji (12) jindikaw li l-użu ta’ magni b’konsum baxx flimkien ma’ magni ibridi jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Il-Kumitat jirrikonoxxi l-isforzi kbar u ambizzjużi tal-Kummissjoni biex issir bidla u biex tippromovi l-użu ta’ tipi ġodda ta’ fjuwils. Però wieħed għandu jqis li l-magni msemmija jistgħu jintużaw matul perjodu ta’ tranżizzjoni; |
|
45. |
jaqbel li t-titjib kontinwu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mill-vetturi flimkien mal-fjuwils alternattivi għandhom jaqdu rwol kruċjali biex jiggarantixxu l-vijabbiltà ekonomika tal-qasam ta’ politika tal-fjuwils alternattivi b’mod globali u biex jevitaw l-emissjonijiet tas-CO2; |
L-appoġġ tal-produtturi/konsumaturi għall-użu tal-fjuwils alternattivi
|
46. |
jenfasizza li fin-nuqqas ta’ soluzzjoni aċċettata b’mod ġenerali, għandu jkun hemm modi differenti għall-iżvilupp tal-użu tal-fjuwils alternattivi. Pereżempju, l-involviment tal-konsumaturi fin-netwerks tal-enerġija (produtturi tal-enerġija, ħżin u konsumaturi) jista’ jkun ta’ għajnuna (legali) biex jiġi sodisfatt il-bżonn dejjem jikber għall-enerġija minn naħa, u biex tiġi ġestita t-tranżizzjoni mis-sorsi tal-enerġija bbażati fuq il-karbonju lejn sorsi tal-enerġija rinnovabbli; |
Ix-xjenza u r-riċerka
|
47. |
ifaħħar il-fatt li qabel fasslet l-att leġislattiv il-Kummissjoni kkooperat mill-qrib mal-intrapriżi, l-awtoritajiet u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u li l-UE ilha żmien twil tinvesti fl-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-qasam tal-fjuwils alternattivi. Fil-fehma tal-Kumitat, però, il-konsultazzjonijiet għandhom jissoktaw, u għandhom ikomplu wkoll isiru investimenti fir-riċerka għaliex ħafna kwistjonijiet jiġu solvuti b’mod aktar ċar, aħjar u aktar malajr meta l-għanijiet stabbiliti jkunu jridu jintlaħqu; |
|
48. |
jenfasizza li f’opinjoni preċedenti tiegħu dwar l-enerġija rinnovabbli (13) hu diġà qal li l-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp huma importanti immens biex jaċċelleraw l-innovazzjonijiet u l-iżvilupp teknoloġiku. L-iżvilupp ta’ materjali ġodda għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija hu ta’ importanza kbira wkoll b’rabta mat-trasport u l-enerġija nadifa; |
Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità
|
49. |
jaqbel li t-teknoloġiji ġodda, li huma wkoll teknoloġiji għal trasport nadif, jirrikjedu ħafna kapital. Għalhekk, l-attivitajiet fil-livell tal-UE għandhom jimmiraw għall-iżvilupp tal-infrastruttura minima u l-prevenzjoni tal-frammentazzjoni tas-suq. Għaldaqstant, il-proposta tal-Kummissjoni għal pakkett dwar l-enerġija nadifa li jinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi u rekwiżiti infrastrutturali minimi komuni għall-UE kollha sabiex jiżguraw l-ekonomija ċirkolari għall-fjuwils alternattivi fl-UE kollha hi konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; |
|
50. |
jenfasizza li r-rekwiżiti għall-bini tal-infrastruttura (numru ta’ punti tal-iċċarġjar u punti ta’ forniment) b’rabta mal-infrastruttura urbana u periurbana għandhom jiġu sostituti b’rekwiżiti li jistabbilixxu l-Istati Membri stess bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li bħalissa la jidher li hemm direzzjoni ċara għall-iżvilupp tal-fjuwils alternattivi, la saret bidla fl-imġiba tal-konsumaturi u lanqas ma hemm possibbiltajiet ta’ finanzjament għall-iżvilupp tal-infrastruttura; |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
In-nuqqas ta’ żvilupp armonizzat ta’ infrastruttura għall-fjuwils alternattivi mal-Unjoni kollha jipprevjeni l-iżvilupp ta’ ekonomiji ta’ skala fuq in-naħa tal-provvista, u t-trawwim ta’ mobbiltà mal-UE kollha fuq in-naħa tad-domanda. Jeħtieġ li jinbnew netwerks ġodda ta’ infrastruttura, partikularment għall-elettriku, għall-idroġenu u għall-gass naturali (l-LNG u s-CNG). |
In-nuqqas ta’ żvilupp armonizzat ta’ infrastruttura għall-fjuwils alternattivi mal-Unjoni kollha jipprevjeni l-iżvilupp ta’ ekonomiji ta’ skala fuq in-naħa tal-provvista, u t-trawwim ta’ mobbiltà mal-UE kollha fuq in-naħa tad-domanda. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, l-impatt ambjentali u l-ispejjeż, j Jeħtieġ li jinbnew netwerks ġodda ta’ infrastruttura, partikularment għall-elettriku, għall-idroġenu u għall-gass naturali (l-LNG u s-CNG). |
Raġuni
Il-miżuri msemmijin fl-abbozz jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u tas-sustanzi li jniġġsu li jikkawża t-trasport, ħaġa li hi sfida serja u problema reali għall-UE b’mod ġenerali. Fl-istess ħin, għadd ta’ teknoloġiji bbażati fuq il-fjuwils alternattivi għadhom qed jiġu żviluppati jew kważi lesti, u għalhekk huma għaljin ħafna.
Emenda 2
Artikolu 3(1)
Oqfsa ta’ politika nazzjonali
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kull Stat Membru għandu jadotta qafas ta’ politika nazzjonali għall-iżvilupp tas-suq tal-fjuwils alternattivi u l-infrastruttura tagħhom, li jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness I, u mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
Kull Stat Membru għandu jadotta qafas ta’ politika nazzjonali għall-iżvilupp tas-suq tal-fjuwils alternattivi u l-infrastruttura tagħhom, li jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness I, u mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
Raġuni
Inċiż miżjud: it-tkejjil tar-riżultati għandu jsir fuq il-bażi ta’ indikaturi komparabbli u juri l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija (ċiklu tal-ħajja jew tul ta’ ħajja tal-fjuwil) b’mod kemm jista’ jkun wiesa’ – u mhux biss b’rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2.
Emenda 3
Artikolu 3(5)
Oqfsa ta’ politika nazzjonali
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-oqfsa tal-politika nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni [sa mhux aktar tard minn 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-oqfsa tal-politika nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni [sa mhux aktar tard minn 18-il 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. |
Raġuni
Dan jikkonċerna l-ippjanar tal-investimenti fit-tul li għalihom irid jinsab mekkaniżmu ta’ finanzjament sostenibbli, u għalhekk fil-livell nazzjonali għandha ssir analiżi fil-fond li tinkludi l-partijiet interessati u l-ftehimiet amministrattivi.
Emenda 4
Artikolu 3(7)
Oqfsa ta’ politika nazzjonali
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 8 sabiex timmodifika l-lista ta’ elementi pprovduta fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni mogħtija fl-Anness I. |
Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 8 sabiex timmodifika l-lista ta’ dwar l-elementi pprovduta fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni mogħtija fl-Anness I. |
Raġuni
Id-Direttiva tistabbilixxi d-dritt li l-Kummissjoni tkun tista’ tibdel ir-rekwiżiti tekniċi, inklużi l-istandards għall-punti tal-iċċarġjar u l-punti ta’ forniment, f’atti ddelegati. Dan imur kontra l-prinċipju bażiku tad-Direttiva, jiġifieri li tinħoloq ċertezza fit-tul għal dawk li jinvestu fl-infrastruttura kif ukoll għall-industrija u l-konsumaturi. B’dan il-mod il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri jitilfu l-kontroll fuq l-istandards komuni u b’hekk tintilef ukoll iċ-ċertezza tal-investimenti.
Emenda 5
Artikolu 4(1)
Provvista tal-elettriku għat-trasport
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu installati għadd minimu ta’ punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, tal-anqas in-numru mogħti fit-tabella fl-Anness II, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu installati għadd minimu ta’ punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, tal-anqas in-numru mogħti fit-tabella fl-Anness II, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020, liema għadd għandu jiġi stabbilit fil-livell nazzjonali fid-dawl tal-kundizzjonijiet taż-żoni differenti tal-Istati Membri. |
Raġuni
Minflok ma jiġi stabbilit għadd obbligatorju ta’ punti tal-iċċarġjar u ta’ forniment fid-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu huma stess l-għanijiet rilevanti fl-oqfsa ta’ politika tagħhom. B’dan il-mod ikunu jistgħu jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri, pereżempju l-possibbiltajiet ta’ finanzjament, l-iżvilupp teknoloġiku u l-preferenzi tal-konsumaturi.
Emenda 6
Artikolu 4(6)
Provvista tal-elettriku għat-trasport
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Il-punti tal-iċċarġjar kollha ta’ aċċess pubbliku għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ miters intelliġenti kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2(28) tad-Direttiva 2012/27/UE, u għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(2) tal-istess Direttiva |
Il-punti tal-iċċarġjar kollha ta’ aċċess pubbliku għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ miters intelliġenti kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2(28) tad-Direttiva 2012/27/UE, u għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(2) tal-istess Direttiva Il-punti tal-iċċarġjar kollha ta’ aċċess pubbliku għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu ppreparti biex jinkludu sistemi ta' arloġġi intelliġenti, kif definit fl-Artikolu 2(28) tad-Direttiva 2012/27/UE, u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tal-istess Direttiva. |
Emenda 7
Artikolu 11(1)
Traspożizzjoni
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. |
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa [18-il 36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. |
Raġuni
Brussell, 4 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
(1) COM (2011) 21 final.
(2) CdR 101/2011 fin.
(3) COM(2013) 18 final.
(4) COM(2013) 17 final.
(5) CdR 101/2011 fin.
(6) CdR 2182/2012 fin.
(7) CdR 5/2012 fin.
(8) COM(2011) 144 final.
(9) CdR 160/2008 fin.
(10) CdR 650/2012 fin.
(11) CdR 5/2012 fin.
(12) L-Istitut Pollakk tar-Riċerka Strutturali f’Varsavja ppreżenta l-istudji tiegħu dwar dan is-suġġett f’Jannar 2013.
(13) CdR 2182/2012 fin.