Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0265

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013 – C7-0166/2013 – 2013/0900(NLE))

    ĠU C 65, 19.2.2016, p. 256–256 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/256


    P7_TA(2013)0265

    Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013 – C7-0166/2013 – 2013/0900(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2016/C 065/50)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 14(2)(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C7-0166/2013),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-prospettiva tal-elezzjonijiet tal-2014 u l-proposta tiegħu għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew annessa magħha (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 74f u 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0213/2013),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill Ewropew u lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika tal-Kroazja, u, għal finijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


    (1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0082.


    Top