This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0331
Proposal for a COUNCIL IMPLEMENTING REGULATION extending the definitive anti-dumping duty imposed by Council Implementing Regulation (EU) No 791/2011 on imports of certain open mesh fabrics of glass fibres originating in the People's Republic of China to imports of certain open mesh fabrics of glass fibres consigned from Malaysia, whether declared as originating in Malaysia or not
Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jestendi d-dazju definittiv tal-anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru791/2011 dwar ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le
Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jestendi d-dazju definittiv tal-anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru791/2011 dwar ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le
/* COM/2012/0331 final - 2012/0160 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jestendi d-dazju definittiv tal-anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru791/2011 dwar ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le /* COM/2012/0331 final - 2012/0160 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet għall-proposta u
l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna
l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri
tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku") fl-investigazzjoni
dwar il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri tal-anti-dumping imposti
mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 dwar
l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina ("ir-RPĊ"), fl-importazzjonijiet ikkunsinjati
mill-Malasja. Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija riżultat tal-investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu. Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-miżuri fis-seħħ attwalment kienu imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta' esperti esterni. Il-valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tirriżulta mill-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda jinkludi lista eżawrjenti ta' kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Taqsira tal-azzjoni proposta Fl-10 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 1135/2011, dwar il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2011 dwar importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ, fl-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le. Il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku li fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kienu qegħdin jiġu evitati permezz ta' trasbord mill-Malasja. Din it-talba tressqet fis-27 ta’ Settembru 2011 minn Saint Gobain Adfors CZ s.r.o., Tolnatext Fonalfeldolgozo es Muszakiszövet-gyarto Bt., Valmieras 'Stikla Skiedra' AS u Vitrulan Technical Textiles GmbH, erba' produtturi fl-Unjoni ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq dak li ħareġ mill-investigazzjoni, li kkonferma li kien qed isir trasbord mill-Malasja ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw miċ-Ċina u li ġew sodisfatti l-kriterji l-oħrajn kollha li jistabbilixxu evażjoni skont kif stabbilit fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Huwa għalhekk propost li l-miżuri tal-anti-dumping li hemm fis-seħħ għal ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinjat mill-Malasja. Id-dazju jikkorrispondi għad-dazju li japplika għall-pajjiż kollu fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ (62.9%). Id-dazju għandu jitħallas mid-data tat-tnedija tal-investigazzjoni. Tlieta mill-produtturi li kkoperaw fil-Malasja talbu li jiġu eżentati mill-estensjoni possibbli tal-miżuri. Għal dawn it-tliet kumpaniji li ma kkoperawx għalkollox u li nstabu li kienu qegħdin iħaddmu prassi li tmur kontra l-miżuri, ġie propost li dawn ma jiġux eżentati. Ir-Regolament tal-Kunsill relevanti għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mid-9 ta’ Awwissu 2012. Il-bażi legali Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali. Ma tapplikax indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini, huwa minimizzat u proporzjonat għall-għan tal-proposta. L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: Regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati minħabba r-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jistipulax għażliet alternattivi. 4. L-IMPLIKAZZJONI
BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. 2012/0160 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li jestendi d-dazju definittiv
tal-anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE)
Nru791/2011 dwar ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet
b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati
mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar
il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta'
dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] ("ir-Regolament
bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: 1. Il-PROĊEDURA 1.1. Il-miżuri
eżistenti (1) Bir-Regolament (UE)
Nru 791/2011[2],
("ir-Regolament oriġinali"), il-Kunsill impona dazju
anti-dumping definittiv ta' 62.9% fuq importazzjonijiet ta’ ċerti
drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li
joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘ir-RPĊ)
għall-kumpaniji l-oħrajn kollha ħlief dawk imsemmija
fl-Artikolu 1(2) u fl-Anness 1 ta' dak ir-Regolament. Dawn
il-miżuri minn issa 'l quddiem se jissejħu "il-miżuri fis-seħħ"
u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri
mir-Regolament oriġinali minn issa 'l quddiem se tissejjaħ
"l-investigazzjoni oriġinali". 1.2. It-talba (2) Fis-27 ta' Settembru 2011,
il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont
l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga
l-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq
l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina u biex l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja
miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Malasja, kemm
jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, isiru
soġġetti għar-reġistrazzjoni. (3) Din it-talba tressqet minn
Saint-Gobain Adfors CZ s.r.o., Tolnatext Fonalfeldolgozo es
Muszakiszovet-gyarto Bt., Valmieras "Stikla Skiedra" AS u Vitrulan
Technical Textiles GmbH, erba' produtturi fl-Unjoni ta' ċerti drappijiet
b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. (4) It-talba kien fiha biżżejjed
evidenza prima facie li, wara li ġew imposti l-miżuri
fis-seħħ, kien hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li
jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-RPĊ u l-Malasja lejn l-Unjoni, li
għaliha ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika
suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tal-miżuri
fis-seħħ. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ allegatement nibtet
mit-trasbord ta' ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ vija l-Malasja. (5) Barra minn hekk, l-evidenza enfasizzat
il-fatt li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ kienu qed
jiddgħajfu kemm f'termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezz. L-evidenza
wriet li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Malasja saret bi
prezzijiet aktar baxxi mill-prezz li ma jikkawżax dannu stabbilit
fl-investigazzjoni oriġinali. (6) Fl-aħħar nett, kien
hemm evidenza li l-prezzijiet ta' ċerti drappijiet b’malja miftuħa
tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mill-Malasja kienu
l-oġġett tad-dumping b'rabta mal-valur normali stabbilit
għall-prodott simili matul l-investigazzjoni oriġinali. 1.3. L-inizjazzjoni (7) Meta wara konsultazzjoni
mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat li hemm
biżżejjed evidenza prima facie biex jingħata bidu
għal investigazzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament
bażiku, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni skont ir-Regolament (UE)
Nru 1135/2011[3]
(“ir-Regolament tat-tnedija”). Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5)
tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, skont ir-Regolament tat-tnedija,
ordnat ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana biex jiddokumentaw l-importazzjonijiet
ta' ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Malasja. 1.4. L-investigazzjoni (8) Il-Kummissjoni avżat
uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tal-Malasja, lill-produtturi
esportaturi f’dawk il-pajjiżi, lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni li
huma kkonċernati u lill-industrija tal-Unjoni, dwar it-tnedija
tal-investigazzjoni. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi
fir-RPĊ u fil-Malasja li taf bihom il-Kummissjoni jew li kienu
ppreżentaw ruħhom qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-premessa 14
tar-Regolament tat-tnedija. Il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll
lill-importaturi fl-Unjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità
li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ
fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta' tnedija. (9) Tliet
produtturi esportaturi fil-Malasja, u tliet importaturi mhux relatati fl-Unjoni
ippreżentaw ruħhom u bagħtu t-tweġibiet
għall-kwestjonarji. (10) Il-kumpaniji li ġejjin
wieġbu l-kwestjonarji u sussegwentement twettqu żjarat ta' verifika
fl-istabbilimenti tagħhom: Produtturi esportaturi fil-Malasja: –
GFTex Fiberglass Manufacturer Sdn Bhd, Selangor, –
Gold Fiberglass Sdn. Bhd, Selangor, u –
GRI Fiberglass Industries, Selangor. 1.5. Il-Perjodu ta’ Investigazzjoni (11) Il-perjodu ta’ investigazzjoni
kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008
sat-30 ta’ Settembru 2011 (“il-PI”). Id-dejta inġabret
għall-PI sabiex tipi investigata, fost oħrajn, il-bidla allegata
fix-xejra tal-kummerċ. Inġabret dejta aktar dettaljata
għall-perjodu tar-rappurtaġġ bejn
l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011
(‘il-PR’) sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà tal-eżistenza
tad-dumping u l-possibbiltà li l-effett rimedjali tal-miżuri
fis-seħħ qed jiddgħajjef. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-INVESTIGAZZJONI 2.1. Kunsiderazzjonijiet
ġenerali (12) Skont l-Artikolu 13(1)
tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta'
evażjoni saret billi ġie analizzat b'mod suċċessiv jekk
kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, il-Malasja u
l-Unjoni; jekk din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ nibtitx minn xi
prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni
valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr
għall-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta’ dannu jew
jekk l-effetti rimedjali tad-dazju kinux qed jiddgħajfu f'termini ta'
prezzijiet u/jew ta' kwantitajiet tal-prodott simili; u jekk kienx hemm
evidenza ta’ dumping b'rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel
għall-prodott simili, jekk neċessarju skont id-dispożizzjonijiet
tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. 2.2. Il-prodott ikkonċernat u
l-prodott investigat (13) Il-prodott ikkonċernat
huwa kif definit fl-investigazzjoni oriġinali: Drappijiet b'malja
miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula
ta' aktar minn 1.8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu
aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski
tal-ħġieġ tal-fibra (fibreglass), li joriġinaw
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt
il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00. (14) Il-prodott investigat huwa
l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda
jiġi kkunsinjat mill-Malasja, sew jekk iddikjarat li joriġina
mill-Malasja u sew jekk le. (15) L-investigazzjoni wriet li
d-drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, kif
definiti hawn fuq, esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ u dawk ikkunsinjati
lill-Unjoni mill-Malasja għandhom l-istess karatteristiċi
bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu, u
għalhekk għandhom jitqiesu bħala prodotti simili fi ħdan
it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku 2.3. Il-grad ta’ kooperazzjoni u
d-determinazzjoni tal-volumi tal-kummerċ Il-Malasja (16) Kif iddikjarat
fil-premessa (10), tliet produtturi esportaturi fil-Malasja ppreżentaw
t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. (17) Sussegwentement, twettqu
żjarat ta’ verifika fuq il-post għal dawn it-tliet produtturi
esportaturi. (18) It-tliet produtturi
esportaturi Malasjani kienu jkopru 75 % tal-esportazzjonijiet totali
tal-prodott investigat mill-Malasja lejn l-Unjoni fil-PR kif irrappurtat
fil-COMEXT[4].Il-volumi
globali tal-esportazzjoni kienu bbażati fuq il-COMEXT. (19) Wieħed mit-tliet
produtturi esportaturi Malasjani, ma kkoperax aktar wara l-ewwel jum
taż-żjara tal-verifika u għalhekk ġie applikat
l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. (20) Għar-raġunijiet
spjegati fil-premessi (34) u (52) sa (59) hawn taħt, instab li
l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku
għaż-żewġ kumpaniji l-oħra kienet ġustifikata
wkoll. Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (21) Il-produtturi esportaturi
Ċiniżi ma kkooperawx. Għalhekk, is-sejbiet fir-rigward
tal-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ mir-RPĊ lejn l-Unjoni u l-esportazzjonijiet
tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn il-Malasja kellhom isiru
parzjalment abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1)
tar-Regolament bażiku. Ġiet użata d-dejta tal-COMEXT biex
jiġu ddeterminati l-volumi globali tal-importazzjoni mir-RPĊ lejn
l-Unjoni. L-istatistika nazzjonali Ċiniżi u Malasjani ntużaw
biex jiġu stabbiliti l-esportazzjonijiet globali lejn il-Malasja
mir-RPĊ. Id-dejta ġiet ivverifikata wkoll ma' dejta dettaljata dwar
l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet
doganali tal-Malasja. (22) Il-volum ta’ importazzjonijiet
rreġistrati fl-istatistika tal-Malasja u taċ-Ċina kopra grupp
akbar ta’ prodotti mill-prodott ikkonċernat jew il-prodott investigat.
Madankollu, minħabba d-dejta tal-COMEXT u d-dejta li pprovdew it-tliet
produtturi esportaturi Malasjani, jista' jiġi stabbilit li parti
sinifikanti minn dan il-volum tal-importazzjoni kienet tkopri l-prodott
ikkonċernat. Għaldaqstant, din id-dejta setgħet tintuża
biex tiġi stabbilita bidla fix-xejra tal-kummerċ. 2.4. Il-bidla fix-xejra
tal-kummerċ L-importazzjonijiet lejn fl-Unjoni ta' ċerti
drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ (23) L-importazzjonijiet
tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu b’mod drammatiku
wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji fi Frar 2011[5] u tal-miżuri definittivi f’Awwissu 2011 (ir-Regolament
oriġinali). (24) Min-naħa l-oħra,
it-total tal-esportazzjonijiet tal-prodott investigat mill-Malasja lejn
l-Unjoni żdiedu b'mod sinifikanti fl-2011. Skont il-COMEXT,
l-esportazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni żdiedu drastikament is-sena
l-oħra filwaqt li kienu f’livelli insinifikanti fis-snin ta' qabel. Din
ix-xejra hija kkonfermata wkoll mill-istatistika korrispondenti tal-Malasja
fir-rigward tal-esportazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni ta' drappijiet
b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. (25) It-tabella 1 turi
l-kwantitajiet ta’ importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja
miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ u l-Malasja lejn
l-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2008
sat-30 ta’ Settembru 2011. Il-volumi tal-importazzjonijiet miljuni ta' m2. || 2008 || 2009 || 2010 || 1/10/2010 – 30/9/2011 ir-RPĊ || 307,82 || 294,98 || 383,76 || 282,03 il-Malasja || 0,02 || 0,04 || 0,02 || 76,10 Sors: L-istatistika tal-COMEXT (26) Id-dejta ta' hawn fuq turi
biċ-ċar li l-importazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni kienu
f’livelli negliġibbli għall-perjodu mill-2008 sal-2010. Madankollu,
fl-2011, wara l-impożizzjoni tal-miżuri, l-importazzjonijiet
għolew f’daqqa u sa ċertu punt ħadu post l-esportazzjonijiet
mir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni f'termini ta' volum. Barra minn hekk, minn
mindu ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, it-tnaqqis
tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni kien wieħed sinifikanti
(26 %). L-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn
il-Malasja (27) Matul l-istess perjodu, tista'
tiġi osservata wkoll, żieda drammatika fl- esportazzjonijiet
mir-RPĊ lejn il-Malasja ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ. Minn ammont relattivament żgħir fl-2008
(4,65 miljun m2), l-esportazzjonijiet żdiedu
għal 32.78 miljun m2 fil-PR. Din ix-xejra hija
kkonfermata wkoll mill-istatistika korrispondenti tal-Malasja fir-rigward
tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja ta' drappijiet b'malja
miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. Tabella 2: L-esportazzjonijiet ta'
drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ
lejn il-Malasja mill-1 ta’ Jannar 2008
sat-30 ta’ Settembru 2011 || 2008 || 2009 || 2010 || 1/10/2010 – 30/9/2011 Kwantità (miljun m2) || 4,65 || 5,78 || 5,94 || 32,78 Bidla annwali (%) || || 24% || 2,8% || 452% Indiċi (2008=100) || 100 || 124 || 128 || 705 Sors: L-istatistika
Ċiniża (28) Biex tiġi stabbilita
x-xejra tal-fluss kummerċjali ta' ċerti drappijiet b'malja
miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mir-RPĊ lejn il-Malasja,
ġew ikkunsidrati kemm l-istatistiki Malasjani kif ukoll dawk
Ċiniżi. Id-dejta ta' dawn iż-żewġ pajjiżi hija
disponibbli biss fuq livell ta' grupp ta' prodotti ogħla mill-prodott
ikkonċernat. Madankollu, minħabba d-dejta tal-COMEXT u d-dejta
pprovduta mit-tliet esportaturi Malasjani li kkoperaw inizjalment jista'
jiġi stabbilit li parti sinifikanti kienet tkopri l-prodott
ikkonċernat. Għalhekk, din id-dejta tista' tiġi kkunsidrata. (29) It-Tabelli 1 u 2 ta' hawn
fuq juru biċ-ċar li t-tnaqqis drastiku ta' esportazzjonijiet
Ċiniżi ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ lejn l-Unjoni kien segwit minn żieda sinifikanti
ta' esportazzjonijiet Ċiniżi ta' drappijiet b'malja miftuħa
tal-fibri tal-ħġieġ lejn il-Malasja b'żieda drastika
sussegwenti ta' esportazzjonijiet Malasjani ta' drappijiet b'malja miftuħa
tal-fibri tal-ħġieġ lejn l-Unjoni fil-PI. L-investigazzjoni
żvelat ukoll li waqt l-importazzjoni lejn il-Malasja kwantitajiet addizjonali
ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ
mir-RPĊ lejn il-Malasja ġew iddikjarati taħt kodiċijiet
differenti minn dawk koperti mill-investigazzjoni. Skont dikjarazzjonijiet
doganali għall-importazzjonijiet dawk il-kwantitajiet addizzjonali
ġew iddikjarati taħt il-kodiċijiet 7019 11 000 u 7019 40 000. Il-volumi tal-produzzjoni fil-Malasja (30) It-tliet kumpaniji li kkoperaw
inizjalment twaqqfu bejn Novembru 2010 u Marzu 2011 u bdew
jipproduċu u jesportaw lejn l-Unjoni biss wara l-impożizzjoni tal-miżuri
provviżorji fi Frar 2011. Qabel Frar 2011, il-Malasja ma kinitx
tipproduċi drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ. 2.5. Il-konklużjoni dwar
il-bidla fix-xejra tal-kummerċ (31) It-tnaqqis ġenerali
fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni u ż-żieda parallela
tal-esportazzjoni mill-Malasja lejn l-Unjoni u ż-żieda
fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja wara l-impożizzjoni
tal-miżuri provviżorji fi Frar 2011 u tal-miżuri definittivi
f'Awwissu 2011 jikkostitwixxu bidla fix-xejra kummerċjali bejn
il-pajjiżi msemmija hawn fuq, minn naħa u l-Unjoni, min-naħa
l-oħra. 2.6. In-natura tal-prattika ta’
evażjoni (32) L-Artikolu 13(1)
tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet
minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx
raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti
għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, proċess
jew ħidma jinkludu, fost oħrajn, il-kunsinja tal-prodott
suġġett għall-miżuri vija pajjiżi terzi u l-immuntar
ta’ partijiet permezz ta’ operazzjoni ta’ mmuntar fl-Unjoni jew f'pajjiż
terz. Għal dan l-għan ġiet stabbilita l-eżistenza ta’
operazzjonijiet ta’ mmuntar skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament
bażiku. Trasbord (33) L-esportazzjonijiet iddikjarati tal-kumpaniji Malasjani li
kkooperaw inizjalment kienu jammontaw għal madwar 75 %
tal-esportazzjonijiet totali tal-Malasja lejn l-Unjoni. Il-bqija
tal-esportazzjonijiet jistgħu jiġu attribwiti lill-produtturi
Malasjani li ma kkoperawx fl-investigazzjoni jew lill-prattiki ta' trasbord.
Wieħed mill-importaturi fl-Unjoni li kkooperaw kien ġab drappijiet
tal-malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ minn esportatur
Malasjan li ma kienx ikkoopera f'din l-investigazzjoni. (34) Kif
stabbilit fid-dettall fil-premessi (52) sa (59) hawn isfel, it-tliet
kumpaniji li kkooperaw inizjalment kienu infurmati fuq il-post li jistgħu
jiġu soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18
tar-Regolament bażiku għaliex instab li dawn kienu pprovdew
informazzjoni qarrieqa. B'mod partikolari, l-evidenza ssuġġeriet li
żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw inizjalment ma żvelawx
ir-relazzjoni ta' bejniethom. Apparti hekk, il-kumpaniji mmanipulaw u biddlu xi
dokumenti bħal pereżempju dikjarazzjonijiet bankarji, filwaqt li hemm
dubji dwar jekk xi fatturi tax-xiri u vawċers ta' ħlas bankarju
humiex ġenwini. Barra minn hekk tnejn minnhom ma wrewx l-oriġini
tal-materja prima użata għall-produzzjoni tad-drappijiet b’malji
miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ esportati lejn l-Unjoni.
Fl-aħħar nett, abbażi tal-informazzjoni miksuba
mill-awtoritajiet Malasjani, il-prodotti jistgħu jikkwalifikaw għaċ-ċertifikat
tal-oriġini waqt li jkunu qed jiġu esportati jekk issir bidla
fil-klassifikazzjoni tal-kodiċi bejn il-materja prima impurtata li tkun
ġiet użata fil-proċess tal-produzzjoni u l-prodotti lesti
esportati. L-evidenza li nstabet matul iż-żjarat ta' verifika
ssuġġeriet li, fil-mument tal-importazzjoni tagħhom lejn
il-Malasja, xi kwantitajiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ mir-RPĊ, ġew ddikjarati taħt
kodiċijiet li mhumiex koperti mill-investigazzjoni, mentri fil-mument
tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni kienu kklassifikati taħt
żewġ kodiċi NM li huma koperti mill-investigazzjoni. Dan
jispjega l-kwantitajiet addizzjonali ta’ drappijiet b'malja miftuħa
tal-fibri tal-ħġieġ esportati mill-Malasja lejn l-Unjoni kif
ikkonfermat mis-sejbiet fir-rigward tal-bidla fix-xejra tal-kummerċ kif
deskritt fil-premessa (29) hawn fuq. (35) Għaldaqstant,
l-eżistenza ta' trasbord ta' prodotti ta' oriġini Ċiniża
mill-Malasja, hija kkonfermata. Operazzjonijiet ta’ mmuntar u/jew ta’ tlestija (36) Billi l-Artikolu 18
tar-Regolament bażiku ġie applikat għat-tliet kumpaniji li
kkooperaw inizjalment, ma setax jiġi stabbilit jekk dawn humiex involuti
f'operazzjonijiet ta’ mmuntar. 2.7. Nuqqas ta’ raġuni valida
jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr
għall-impożizzjoni tad-dazju tal-anti-dumping (37) L-investigazzjoni ma
żvelat l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika
oħra għat-trasbord għajr għall-evażjoni
tal-miżuri fis-seħħ għal ċerti drappijiet b'malja
miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw fir-RPĊ.
Ma nstab l-ebda element, għajr għad-dazju, li seta' jitqies
bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord, partikolarment
fir-rigward tat-trasport u t-tagħbija mill-ġdid tal-prodott
ikkonċernat mir-RPĊ vija l-Malasja. 2.8. Id-dgħajfien tal-effett
rimedjali tad-dazju tal-anti-dumping (38) Biex jiġi vvalutat jekk,
f'termini ta' kwantitajiet u prezzijiet, il-prodotti importati, dgħajfux
l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet
ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ
li joriġinaw fir-RPĊ, ġiet użata d-dejta tal-COMEXT,
għax kienet ikkunsidrata bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar
il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tat-tliet produtturi
esportaturi li kkooperaw inizjalment, fejn l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku
kien applikat, u tal-kumpaniji li ma kkooperawx. Il-prezzijiet kif stabbiliti
ġew imqabbla mal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu stabbilit
għall-produtturi tal-Unjoni fil-premessa (74) tar-Regolament
oriġinali. (39) Iż-żieda
tal-importazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni minn 20 000 m2
fl-2010 għal 76 miljun m2 fil-perjodu minn April sa
Settembru 2011, kienet meqjusa sinifikanti f'termini ta' kwantitajiet. (40) Il-paragun tal-livell
tal-eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u
l-prezz medju ppeżat tal-esportazzjoni (aġġustat
għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni u l-aġġustamenti
tal-kwalità stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali) wera bejgħ
sinifikanti taħt il-prezz . Għaldaqstant ġie konkluż li
l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiddgħajfu
kemm f'termini ta' kwantitajiet kif ukoll ta’ prezzijiet. 2.9. L-evidenza ta' dumping (41) Fl-aħħar nett, skont
l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat
jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b'rabta mal-valur normali stabbilit qabel
għall-prodotti simili. (42) Fir-Regolament oriġinali,
il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-Kanada, li
f’dik l-investigazzjoni nstab li kien pajjiż b’ekonomija tas-suq adegwata
li hija analoga għar-RPĊ. Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament
bażiku, ġie kkunsidrat xieraq li jintuża l-valur normali kif
stabbilit qabel fl-investigazzjoni oriġinali. (43) Il-prezzijiet
tal-esportazzjonijiet mill-Malasja kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli,
jiġifieri fuq il-prezz medju tal-esportazzjonijiet ta' ċerti
drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ matul il-PR
kif irrappurtat fil-COMEXT. Dan kien minħabba l-applikazzjoni
tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għat-tliet esportaturi li
kkooperaw inizjalment, biex b’hekk id-dejta tagħhom ma setgħetx
tintuża sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet. (44) Biex jiġi żgurat
tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret
konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti
għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità
tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.
Għalhekk, saru aġġustamenti għad-differenzi fit-trasport,
l-assikurazzjoni, l-ispejjeż anċillari, l-ispejjeż tal-ippakkjar
u l-ħlasijiet tal-bank. Billi l-Artikolu 18 tar-Regolament
bażiku ġie applikat għat-tliet produtturi li kkooperaw
inizjalment, l-aġġustamenti kellhom jiġu stabbiliti fuq
l-aħjar fatti disponibbli. Għalhekk, l-aġġustament
għal dawn il-konċessjonijiet kien ibbażat fuq perċentwali
kkalkulat bħala d-differenza bejn il-valur CIF totali fuq il-valur totali
tal-fabbrika tat-tranżazzjonijiet kollha li t-tliet produtturi Malasjani
pprovdew fil-PR . (45) Skont l-Artikoli 2(11) u
2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi ġew
pparagunati l-valur normali medju ppeżat kif stabbilit fir-Regolament
oriġinali u l-prezzijiet medji ppeżati tal-esportazzjonijiet matul
il-PR ta’ din l-investigazzjoni, espress bħala perċentwali tal-prezz
CIF f'dazju mhux imħallas tal-fruntiera tal-Unjoni. (46) Il-paragun tal-valur normali
medju ppeżat u l-prezzijiet medji ppeżati tal-esportazzjonijiet kif
stabbiliti żvela d-dumping. 3. IL-MIŻURI (47) Minħabba dak li ntqal
hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq
l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ kien ġie evitat
permezz tat-trasbord mill-Malasja skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament
bażiku. (48) Skont l-ewwel sentenza
tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri
fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li
joriġinaw mir-RPĊ għandhom jiġu estiżi
għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinjat mill-Malasja, sew
jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja u sew jekk le. (49) Fid-dawl tan-nuqqas ta'
kooperazzjoni f'din l-investigazzjoni, il-miżuri li jridu jiġu
estiżi għandhom ikunu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament
(UE) Nru 791/2011 għall-"kumpaniji l-oħrajn kollha",
li huwa dazju definittiv tal-anti-dumping ta' 62,9% applikabbli
għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju. (50) Skont l-Artikoli 13(3) u
14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipula li kull miżura estiża
għandha tapplika għall-importazzjonijiet li jkunu daħlu
fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tat-tnedija,
għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet
reġistrati ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Malasja. 4. IT-TALBIET
GĦALL-EŻENZJONI (51) It-tliet kumpaniji fil-Malasja
li wieġbu għall-kwestjonarju talbu eżenzjoni mill-possibbiltà
ta’ miżuri estiżi skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament
bażiku. (52) Kif imsemmi
fil-premessa (19) waħda mill-kumpaniji ma kkooperatx aktar wara
l-ewwel jum taż-żjara tal-verifika. Anki matul dak il-jum ta'
verifika, il-kooperazzjoni kienet insuffiċjenti. B’mod partikolari,
il-kumpanija naqset milli tipprovdi l-biċċa l-kbira tad-dokumenti ta'
sostenn li ntalbulha bħall-karti tal-produzzjoni, l-istokkijiet u
l-kontijiet tal-enerġija tagħha. Min-naħa l-oħra,
il-materja prima miżmuma fl-impjant tal-kumpanija kienet f'livelli baxxi
ħafna li ma jiġġustifikawx il-livelli ta' produzzjoni
ddikjarati, filwaqt li fil-maħżen ma kien hemm l-ebda prodotti lesti
maħżuna. Barra minn hekk, il-fatturi tax-xiri ppreżentati
kellhom l-istess format bħal blokk ta' fatturi b'numri stampati minn qabel
li nstab fl-istabbilimenti tal-kumpanija. Dan ix-xebh issuġġerixxa li
hemm mnejn li l-fatturi tax-xiri tal-kumpanija mhumiex ġenwini. Barra minn
hekk, l-evidenza ssuġġeriet li l-kumpanija ma żvelatx ir-relazzjoni
tagħha ma' esportatur Malasjan ieħor li kien qed jikkoopera
fl-investigazzjoni wkoll. Aktar speċifikament, id-dokumenti marbuta
mal-produttur Malasjan l-ieħor li kkoopera inizjalment instabu
fl-istabbilimenti tal-ewwel kumpanija meta dik ir-relazzjoni ma kinitx
ġiet żvelata minn dawk il-kumpaniji. (53) Skont l-Artikolu 18(4)
tar-Regolament bażiku, il-kumpanija ġiet infurmata bl-intenzjoni li
tiġi injorata l-informazzjoni li ressqet hi stess u din ingħatat
limitu ta' żmien sabiex tipprovdi l-kummenti tagħha. Il-kumpanija ma
pprovdietx kummenti, u għalhekk skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament
bażiku, is-sejbiet rigward din il-kumpanija kienu bbażati fuq
il-fatti disponibbli. (54) Il-kooperazzjoni tat-tieni
kumpanija matul iż-żjara tal-verifika kienet insuffiċjenti.
Il-kumpanija ċaħdet għal diversi drabi l-aċċess
għal dejta kruċjali bħar-rapporti tal-produzzjoni u tar-rekord
tal-istokkijiet. Il-materja prima miżmuma fl-impjant tal-kumpanija kienet
f'livelli baxxi ħafna meta mqabbla mal-livelli tal-produzzjoni ddikjarati
u mal-istokk tal-prodotti lesti maħżuna fil-maħżen.
Il-kumpanija naqset ukoll milli tipprovdi evidenza rigward l-oriġini
tal-materja prima użata fil-produzzjoni tad-drappijiet b'malja
miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ esportati lejn l-Unjoni. (55) Skont l-Artikolu 18(4)
tar-Regolament bażiku, il-kumpanija ġiet infurmata bl-intenzjoni li
tiġi injorata l-informazzjoni li ressqet hi stess u din ingħatat
limitu ta' żmien sabiex tipprovdi l-kummenti tagħha. Fil-kummenti
tagħha il-kumpanija affermat li t-tlitt ijiem ippjanati
għaż-żjara ta’ verifika kienu ftit wisq u ma kinux
biżżejjed għall-kumpanija biex tipprovdi d-dejta u d-dokumenti
mitluba kollha mit-tim tal-investigazzjoni. Il-kumpanija ammettiet ukoll li
f'bosta drabi ċaħdet l-aċċess għad-dejta lit-tim
tal-investigazzjoni, filwaqt li kkonfermat li l-persuni li kienu qed
jirrappreżentaw lill-kumpanija matul iż-żjara ta’ verifika
kellhom, fil-biċċa l-kbira tad-drabi, jiksbu l-permess tad-diretturi
tagħhom sabiex jagħtu l-aċċess għad-dejta lit-tim
tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-kumpanija ammettiet li
r-rappreżentanti tal-kumpanija ma kellhom l-ebda involviment
mad-dipartiment tal-kontabilità filwaqt li kkonfermat li d-diretturi
tal-kumpanija ma pparteċipawx għaliex skont huma kienu okkupati. (56) L-ispjegazzjonijiet
tal-kumpanija jikkonfermaw il-konklużjoni li l-kumpanija fixklet serjament
l-investigazzjoni. Il-kumpanija kienet ġiet infurmata dwar id-dati
taż-żjara ta' verifika bil-quddiem sew u hija kienet qablet
magħhom. Minkejja li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni huma n-negozju
ewlieni tal-kumpanija, id-diretturi tagħha, ma kinux preżenti. Matul
iż-żjara ta’ verifika kien hemm dewmien deliberat u mhux
ġustifikat biex ġiet ipprovduta d-dejta u d-dokumenti mitluba filwaqt
li l-fatt li ġie mċaħħad l-aċċess
għad-dejta, ikkawża aktar dewmien u tfixkil għat-tlestija
tal-verifika fiż-żmien stipulat. Għaldaqstant, skont
l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonjiet
rigward din il-kumpanija kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. (57) Il-kooperazzjoni tat-tielet
kumpanija matul iż-żjara ta' verifika kienet insuffiċjenti
filwaqt li pprovdiet informazzjoni qarrieqa. Instab li l-kumpanija kellha
dikjarazzjonijiet bankarji manipulati filwaqt li naqset milli tagħti prova
li l-vawċers tal-ħlas bankarju tagħha kienu dokumenti
ġenwini. Ir-rekords tal-kontabilità tagħha kienu meqjusa inaffidabbli
għaliex kien fihom bosta diskrepanzi serji fir-rigward tar-riporti
tal-bilanċi tal-ftuħ u tal-għeluq tagħhom. L-istokkijiet
tal-materja prima kienu f'livelli baxxi meta mqabbla mal-livelli
tal-produzzjoni iddikjarati u l-istokkijiet tal-prodotti lesti
maħżuna fil-maħżen. Il-kumpanija naqset ukoll milli
tipprovdi evidenza rigward l-oriġini tal-materja prima użata fil-produzzjoni
tad-drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ
esportati lejn l-Unjoni. L-evidenza ssuġġeriet ukoll li l-kumpanija
ma kinitx żvelat ir-relazzjoni tagħha mal-ewwel esportatur Malasjan
għaliex instabu ċerti dokumenti li jappartjenu għat-tielet
kumpanija fl-istabbilimenti tal-ewwel kumpanija. (58) Skont l-Artikolu 18(4)
tar-Regolament bażiku, il-kumpanija ġiet infurmata bl-intenzjoni li
tiġi injorata l-informazzjoni li ressqet hi stess u din ingħatat
limitu ta' żmien sabiex tipprovdi l-kummenti tagħha. Fil-kummenti
tagħha l-kumpanija affermat li ma kellhiex esperjenza f'dan it-tip ta'
żjarat ta' verifika li, fil-fehma tagħhom, tispjega n-nuqqasijiet
misjuba. Hija affermat ukoll li kienet qagħdet attenta għad-dokumenti
li ntalbu u li ngħataw lit-tim tal-investigazzjoni, partikolarment
għad-dikjarazzjonijiet bankarji u l-provi tal-ħlasijiet għaliex
ma kinitx ġiet infurmata uffiċjalment mill-awtoritajiet Malasjani
bl-identità tat-tim investigattiv. Madankollu, il-kumpanija amettiet li
l-persunal tagħha kien biddel il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet bankarji
iżda li dan sar allegatament minħabba l-fatt li l-kumpanija kienet
ferm ikkonċernata bil-kunfidenzjalità tad-dejta tagħha,
bil-possibbiltà ta' sabutaġġ u li xi dokumenti tagħha
joħorġu fil-beraħ. (59) L-ispjegazzjonijiet
addizzjonali li pprovdiet il-kumpanija ma kinux tali li jwasslu għal xi
tibdil fil-konklużjoni li l-kumpanija kienet ipprovdiet informazzjoni
qarrieqa tul l-investigazzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 18(1)
tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward ta' din il-kumpanija kienu
bbażati fuq il-fatti disponibbli. (60) Fid-dawl tas-sejbiet li
ħarġu dwar il-bidla fix-xejra kummerċjali u fil-prattiki
tat-trasbord, kif stabbilit fil-premessi (31) sa (35) hawn fuq, u filwaqt
li titqies in-natura tal-informazzjoni qarrieqa kif stabbilit fil-premessi (52)
sa (59) hawn fuq, l-eżenzjonijiet mitluba minn dawn it-tliet kumpaniji,
skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, ma setgħux
jingħataw. (61) Mingħajr ħsara
għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, produtturi oħra
fil-Malasja li ma ppreżentawx ruħhom f’dan il-proċediment u li
ma esportawx il-prodott investigat lejn l-Unjoni fil-PR u li jikkunsidraw li
jagħmlu talba għall-eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping
estiż, skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku, ser
ikollhom jimlew kwestjonarju sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi
jekk eżenzjoni tistax tkun ġustifikata. Din l-eżenzjoni tista’
tingħata wara l-valutazzjoni tal-qagħda tas-suq għall-prodott
ikkonċernat, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu
tal-kapaċità, l-akkwist u l-bejgħ u l-probabbiltà tat-tkomplija
tal-prattiki li għalihom ma hemmx raġuni valida jew
ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u l-evidenza ta’ dumping.
Il-Kummissjoni normalment twettaq ukoll żjara ta’ verifika fil-post. It-talba
għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih, bl-informazzjoni
rilevanti kollha, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li
għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ. (62) Meta eżenzjoni tkun
mistħoqqa, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
tipproponi l-emenda tal-miżuri estiżi fis-seħħ kif ikun
xieraq. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija tkun immonitorjata
biex tkun żgurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fiha. 5. L-IŻVELAR (63) Il-partijiet kollha
interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali
li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex
jikkummentaw. Kienu kkunsidrati l-kummenti orali u miktuba li tressqu
mill-partijiet. L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati ma ta lok
għal modifika tas-sejbiet definittivi. (64) Wieħed mill-importaturi
li kkoperaw saqsa jekk tistax tiġi kkunsidrata l-possibilità li jiġu
applikati rati ta' dazju differenti fuq importazzjonijiet reġistrati ta'
drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ tal-importaturi
li kkoperaw fil-proċedimenti u ta' dawk li ma kkoperawx. It-talba
ġiet miċħuda għaliex fir-Regolament bażiku mhemm
l-ebda bażi legali li tippermetti tali distinzjoni. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-dazju definittiv tal-anti-dumping
applikabbli għall- "kumpaniji l-oħrajn kollha" impost
permezz tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 791/2011 fuq
importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ,
ta’ daqs taċ-ċellula ta’ iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif
ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2,
esklużi d-diski tal-ħġieġ tal-fibra, li joriġinaw
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa b'dan estiż
għall-importazzjoni ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri
tal-ħġieġ, ta' daqs taċ-ċellula ta’ iktar minn
1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn
35 g/m2, esklużi diski tal-ħġieġ tal-fibra,
ikkunsinjati mill-Malasja, sew jekk dikjarati bħala li joriġiniw
mill-Malasja u sew jekk jew le, u li bħalissa jaqgħu taħt
il-kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00. (kodiċi TARIC 7019 51 00
11 u 7019 59 0011). 2. Id-dazju estiż permezz
tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jinġabar
għall-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li
joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, irreġistrati skont
l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1135/2011 u
l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. 3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod
ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar
id-dazji doganali. Artikolu 2 1. It-talbiet għall-eżenzjoni
mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1, isiru bil-miktub f'waħda
mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn
persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob
l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej: European
Comission
Directorate-General for Trade
Directorate H
Office: N-105 04/92
1049 Brussels Belgium
Fax (32 2) 295 65 05. 2. B’konformità mal-Artikolu 13(4)
tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta
mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b'deċiżjoni l-eżenzjoni ta’
importazzjonijiet minn kumpaniji li ma evitawx il-miżuri tal-anti-dumping
imposti mir-Regolament (UE) Nru 791/2011, mid-dazju estiż bl-Artikolu 1. Artikolu 3 L-awtoritajiet tad-dwana huma b'dan ordnati li
jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont
l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1135/2011. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1. [3] ĠU L 292, 10.11.2011, p. 4. [4] Il-COMEXT hija bażi ta' dejta dwar l-Istatistika
tal-Kummerċ Barrani mmexxija mill-EUROSTAT. [5] ĠU L 43, 17.2.2011, p. 9.