Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0315

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

/* KUMM/2011/0315 finali - COD 2011/0150 */

52011PC0315

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill /* KUMM/2011/0315 finali */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-Kuntest tal-proposta

· Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-istandardizzazzjoni Ewropea tirriżulta mill-kooperazzjoni volontarja bejn l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra li jikkollaboraw fi ħdan sistema bbażata fuq is-sinċerità, fuq it-trasparenza u fuq il-kunsens. Għall-industrija Ewropea, l-istandards huma sommarju tal-aħjar prattika f'qasam speċifiku, għaliex jiġbru fihom l-għarfien espert kollettiv tal-atturi parteċipanti.

Fil-ġejjieni, l-istandardizzazzjoni Ewropea se jkollha rwol kruċjali f'varjetà kbira ta' oqsma, iżjed wiesgħa minn dik tal-lum, li tkun mifruxa mill-appoġġ tal-kompetittività Ewropea, il-ħarsien tal-konsumaturi, it-titjib tal-aċċessibbiltà għal dawk b'diżabbiltà u għall-anzjani sal-indirizzar tat-tibdil fil-klima. Biex il-ħtiġijiet li jevolvu f'kwalunkwe oqsma jiġu indirizzati malajr, se tkun meħtieġa sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea effiċjenti u teknikament moderna. Din is-sistema se tkompli tibni fuq il-karatteristiċi t-tajbin tas-sistema kurrenti, iżda trid tkun ukoll flessibbli li taddatta ruħha biex tirrispondi għall-isfidi li ġejjin, kif u meta dawn jinħolqu.

Fl-istrateġija tagħha EWROPA 2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv [COM(2010)2020], il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li ttejjeb il-metodu ta' twaqqif tal-istandards u l-użu tal-istandards fl-Ewropa biex tagħti vantaġġ lill-istandards Ewropej u internazzjonali lill-kompetittività tal-industrija Ewropea fuq medda ta’ żmien twil u għall-kisba ta' miri politiċi importanti f'oqsma bħalma huma l-e-gvern, l-e-saħħa-e u l-e-aċċessibbiltà.

Fil-21 ta' Ottubru 2010, il-Parlament Ewropew adotta rapport dwar il-ġejjieni tal-istandardizzazzjoni Ewropea [A7-0276/2010] li wera li r-reviżjoni tal-istandardizzazzjoni Ewropea għandha żżomm l-elementi tagħha li rnexxew, tirmedja n-nuqqasijiet u ssib il-bilanċ bejn id-dimensjonijiet Ewropej, nazzjonali u internazzjonali. Barra minn hekk, tirrikonoxxi li l-interoperabbiltà hija kruċjali għall-innovazzjoni u l-kompetittività, speċjalment fis-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).

Fil-komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' April 2011 dwar "l-Att dwar is-Suq Uniku: Tnax-il lieva li jagħtu spinta lit-tkabbir u l-fiduċja", fost it-tnax-il azzjoni ewlenini prijoritarji tagħa li għandhom jiġu adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE qabel tmiem l-2012, il-Kummissjoni inkludiet it-twessiegħ tas-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea biex tinkorpora s-servizzi.

· Il-kuntest ġenerali

L-Istandards u l-istandardizzazzjoni huma għodda politiċi effettivi ħafna għall-UE. Minkejja li l-istandards u l-istandardizzazzjoni għandhom benefiċċji ħafna iktar mifruxin għall-ekonomija Ewropea, jintużaw bħala strumenti politiċi li jiżguraw, fost affarijiet oħra, it-tħaddim tas-suq waħdieni tal-prodotti, l-interoperabbiltà tan-netwerks u tas-sistemi, b'mod partikolari fil-qasam tal-ICT, livell għoli ta' ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, u aktar innovazzjoni u inklużjoni soċjali.

Fis-soċjetà diġitali l-istandards huma essenzjali biex jiżguraw l-interoperabbiltà tan-netwerks u s-sistemi, speċjalment fil-qasam tal-ICT. F'soċjetà diġitali, is-soluzzjonijiet ICT jintużaw f'kull settur ekonomiku kif ukoll fil-ħajja tagħna ta' kuljum. Is-soluzzjonijiet, l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-ICT iridu jkunu jistgħu jikkomunikaw bejniethom. iridu jkunu interoperabbli. L-interoperabbiltà titlob l-standards

L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti ħafna fit-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti industrijali. L-istandards Ewropej jieħdu post l-istandards nazzjonali li ħafna drabi jkunu konfliġġenti u b'hekk joħolqu t-tfixkil tekniku għal suq nazzjonali.

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, jeżistu żewġ (2) tipi ta' standards. L-istandards Ewropej li se jiġu żviluppati fuq talba tal-Kummissjoni, abbażi ta' hekk imsejjaħ "mandat", li huma mitluba li jikkompilawhom l-ESOs, u l-istandards Ewropej oħrajn li ġew żviluppati fuq l-inizjattiva ta' atturi oħra (negozji, korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, partijiet interessati, eċċ.).

Din il-proposta tindirizza tliet problemi kbar:

1. F'dinja u f'soċjetà li qegħdin jinbidlu b'mod mgħaġġel, speċjalment f'dawk is-setturi li huma kkaratterizzati minn prodotti li għandhom ħajja qasira u ċikli ta' żvilupp qosra, l-istandards iridu jlaħqu mal-iżvilupp teknoloġiku rapidu. Ċerti partijiet interessati jistħqu li l-proċess sħiħ tal-ħolqien ta' standards Ewropej żviluppati fuq it-talba tal-Kummissjoni jimxi wisq bil-mod. Il-konsegwenza negattiva ewlenija ta' proċess ta' stabbilizzazzjoni ta' standards li jimxi bil-mod huwa li jibqgħu effettivi l-istandards nazzjonali konfliġġenti, u dawn jistgħu joħolqu ostakoli tekniċi fil-katina tal-provvista, jew jistgħu jkunu ta' tfixkil għall-kummerċ jekk l-istandard nazzjonali jintuża bħala strument ta' protezzjoni. Konsegwenza oħra tkun li, fin-nuqqas ta' standards armonizzati, in-negozji ma jkunux jistgħu jużaw l-istandard relevanti biex jikkonferixxu preżunzjoni ta' konformità u jridu juru konformità mar-rekwiżiti essenzjali skont il-modulu ta' stima għall-konformità stabbilit fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. F'kull każ, in-negozji ma jistgħux jiffrankaw l-ispejjeż minħabba l-framentazzjoni tas-suq intern jew minħabba l-proċeduri għall-istima tal-konformità. Standards nazzjonali konfliġġenti, jew in-nuqqas ta' standards armonizzati jwasslu għal spejjeż ta' tranżazzjonijiet ogħla u spejjeż ogħla għal kull unità minħabba l-ħtieġa li jkunu prodotti lottijiet differenti. L-industrija tirreaġixxi għal din is-sitwazzjoni billi tistabbilixxi toroq ta' standardizzazzjoni informali biex jiġu żviluppati b'mod mgħaġġel l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom firxa internazzjonali u jiżguraw l-interoperabbiltà.

2. L-SMEs jiltaqgħu ma' għadd ta' problemi rigward l-istandards u l-istandardizzazzjoni. Waħda mill-problemi ewlenin, skont bosta partijiet interessati, hija li l-SMEs għandhom rappreżentanza żgħira b'mod ġenerali, fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni, speċjalment fuq livell Ewropew. Barra minn hekk, l-istandards ħafna drabi jkollhom x'jaqsmu mas-sikurezza u l-benessri taċ-ċittadini, mal-effiċjenza tan-netwerks, mal-ambjent u ma' oqsma oħra tal-politika pubblika. Minkejja li l-istandards għandhom rwol importanti fis-soċjetà, l-opinjoni tal-partijiet interessati soċjali mhijiex integrata biżżejjed fil-proċess tal-istandardizzazzjoni fl-UE. Biex tiġi indirizzata l-problema ta' nuqqas ta' rappreżentanza tal-SMEs u partijiet interessati soċjali fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni, jitħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs u lill-partijiet interessati soċjali. Il-kriterji tal-eliġibbiltà għal dawn l-għotjiet finanzjarji, il-kundizzjonijiet fuq l-użu tagħhom u t-tipi ta' għotjiet finanzjarji jvarjaw ħafna. Xi organizzazzjonijiet jirċievu l-għotjiet għall-azzjonijiet filwaqt li oħrajn jirċievu wkoll għotjiet biex joperaw. L-iżjed konsegwenza negattiva tal-problema ta' nuqqas ta' parteċipazzjoni min-naħa tal-SMEs u l-partijiet interessati soċjali hija n-nuqqas ta' influwenza li jistgħu jkollhom fuq il-proċess.

3. Fil-qasam tal-ICT, bosta standards li jiżguraw l-interoperabbiltà ma jitħaddmux fid-dettal mill-ESOs iżda minn organizzazzjonijiet oħrajn li jiżviluppaw l-istandards (minn hawn 'il quddiem "forums u konsorzji globali"). Eżempju ħaj ta' dan huma l-istandards tal-Internet u tal-World Wide Web. L-organizzazzjonijiet tradizzjonali li jistabbilixxu l-istandards ma jidħlux fil-qasam tal-ICT, l-iżjed minħabba nuqqas ta' għarfien espert speċjalizzat ħafna, u għalhekk fil-present, parti kbira tax-xogħol fuq l-istandardizzazzjoni huwa magħmul barra mis-sistema formali tal-istandardizzazzjoni Ewropea u minn dik Internazzjonali. Fil-present, huwa possibbli biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali li wieħed jirreferi għall-"Istandards tal-Forums u l-Konsorzji" fil-akkwist pubbliku, li hu soġġett għad-Direttiva 2004/18/KE. Peress li dawn l-istandards ma jidħlu f'ebda waħda mill-kategoriji tal-istandards li jistgħu jirreferu għalihom l-awtoritajiet pubbliċi fis-sejħiet tagħhom għall-offerti, l-awtoritajiet pubbliċi prudenti joqogħdu attenti li ma jirreferux għal dawn l-istandards. Il-konsegwenza ta' dan hija li l-ITC li jixtru dawn jista' ma jkunx interoperabbli mal-ITC li jinxtara minn awtoritajiet oħrajn. Minħabba din id-diffikultà, ħafna drabi l-awtoritajiet pubbliċi ma jkunux jistgħu jiddefinixxu l-istrateġiji u l-arkitetturi tal-ICT tagħhom, u dan jinkludi l-interoperabbiltà transkonfinali fost l-organizzazzjonijiet.

· Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Din il-proposta tissostitwixxi parti mid-Direttiva 98/34/KE u tħassar id-Deċiżjonijiet 1673/2006/KE u 87/95/KE.

· Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Din l-inizjattiva timplementa l-Inizjattivi Ewlenin tal-Ewropa 2020 dwar l-Unjoni Innovattiva [COM(2010)546], il-Politika Industrijali [COM(2010)614], Aġenda Diġitali għall-Ewropa [COM(2010)245], u Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza [COM(2011)21]. Timplimenta wkoll l-Att dwar is-Suq Uniku [COM(2011)206], kif ukoll l-Istrateġija tad-Diżabbiltà 2010-2020 [COM(2010)636]. Hija tifforma parti minn inizjattiva Strateġika CWP 2011.

2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

· Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali fil-mira u profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu

Saru żewġ konsulti mal-pubbliku ġenerali fl-2009 u l-2010 filwaqt li konsulta iżjed speċifika mal-awtoritajiet nazzjonali, ma' Organizzazzjonijiet għall-Istandards Ewropej, ma' Korpi għall-Istandards Nazzjonali, ma' organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati u mal-Forums u l-Konsorzji saret fl-2010. Fl-2009, ġiet adottata l-white paper dwar "L-immodernizzar tal-Istandardizzazzjoni tal-ICT fl-UE – It-Triq għall-Quddiem".

Barra minn hekk, dan ir-regolament ikompli jibni fuq il-ħidma ta' grupp espert indipendenti, il-Bord Espert għar-Reviżjoni tas-Sistema Ewropea tal-Istandardizzazzjoni (EXPRESS), magħmul minn 30 espert minn organizzazzjonijiet għall-istandards Ewropej, nazzjonali u internazzjonali, fl-industrija, tal-SMEs, tal-NGOs, tat-trejdunjins, fil-qasam akkademiku, il-forums u l-konsorzji u l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stati Membri tal-UE. EXPRESS bagħat ir-rapport tiegħu "L-istandardizzazzjoni għal Ewropa kompetittiva u innovattiva: viżjoni għall-2020" lill-Kummissjoni Ewropea fi Frar tal-2010.

Sommarju tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati

Ir-risposti waqt il-konsultazzjonijiet, il-white paper dwar "L-Immodernizzar tal-Istandardizzazzjoni tal-ICT fl-UE – It-Triq għall-Quddiem" ir-rapport tal-EXPRESS "L-Istandardizzazzjoni għal Ewropa kompetittiva u innovattiva: viżjoni għall-2020" u r-rapport tal-Parlament Ewropew jikkostitwixxu l-bażi għall-għażliet politiċi li eventwalment intgħażlu.

Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-internet mit-23/03/2010 sal-21/05/2010. Il-Kummissjoni rċeviet 483 tweġiba. Ir-riżultati jinsabu fuq http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/public-consultation/index_en.htm.

· Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza

Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal parir espert estern.0

· L-istima tal-impatt

L-istima tal-impatt u t-taqsira eżekuttiva jagħtu ħarsa ġenerali tal-għażliet differenti.

Jilħqu l-kriterji ta' effikaċja, effiċjenza u konsistenza biss it-taħlitiet tal-għażliet politiċi 1.A (limiti taż-żmien għat-twassil tal-istandards Ewropej) ma' 1.C (proċeduri trasparenti u ssimplifikati għal standards armonizzati u standards oħrajn Ewropej mitluba mill-Kummissjoni), u l-għażliet politiċi 2.C (issaħħaħ il-pożiżżjoni tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet interessati soċjali fi ħdan l-ESOs billi tagħti l-possibbiltà ta' għotja finanzjarja għall-operazzjoni) ma' 3.B (ir-referenzjar tal-"Istandards tal-Forums u l-Konsorzji" fil-akkwist pubbliku). Għalhekk, dawn it-tliet (4) għażliet jikkostitwixxu s-sisien ta' din il-proposta.

Il-Kummissjoni wettqet stima tal-impatt elenkata fil-Programm ta' Ħidma, li r-rapport tagħha huwa disponibbli fuq          http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/index_en.htm.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Sinteżi tal-azzjoni proposta

1. Il-kooperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni ssir aktar trasparenti;

2. L-użu ta' standards żviluppati minn organizzazzjonijiet oħra fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jkun possibbli fil-akkwist pubbliku, sakemm dawn l-istandards jikkonformaw ma' sett ta' kriterji bbażati fuq il-prinċipji tad-WTO għall-proċessi ta' standardizzazzjoni internazzjonali, f'oqsma fejn ma jeżistux standards Ewropej, fejn l-istandards Ewropej ma rnexxilhomx jiġu adottati fis-suq jew fejn dawn l-istandards ma għadhomx jintużaw.

3. L-ippjanar se jittejjeb: il-Kummissjoni se ttella' Programm ta' Ħidma annwali li jidentifika l-prijoritajiet għall-istandardizzazzjoni u l-mandati meħtieġa.

4. L-SMEs u l-partijiet soċjali interessati għandu jkollhom rappreżentanza ikbar fl-istandardizzazzjoni Ewropea, u se jiġi garantit l-appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet soċjali interessati.

5. Ikun hemm tnaqqis tal-piż amministrattiv minn fuq il-Kummissjoni u l-ESOs, pereżempju permezz tal-possibbiltà ta' simplifikazzjoni robusta ta' somom kbar ta' flus, li biċ-ċar ma jkollha ebda rabta ma' kwalunkwe verifika tal-kostijiet attwali ta’ implimentazzjoni. Din il-proposta tikkostitwixxi moviment ieħor lejn sistema msejsa fuq il-produzzjoni, bbażata fuq id-definizzjoni ta' indikaturi u għanijiet (outputs u outcomes) li jkun sar qbil dwarhom. Il-ħeffa u l-effiċjenza tal-proċess tat-twaqqif tal-istandards jistgħu jkunu parti minn dawn l-għanijiet.

6. Minkejja li l-istandards Ewropej huma diġà użati b'mod mifrux għat-trasport u l-loġistika, għas-servizzi postali u n-netwerks u servizzi elettroniċi, l-istandards volontarji Ewropej ma kellhomx rwol daqshekk prominenti fl-appoġġ tat-tlestija tas-suq waħdieni tas-servizzi. Għalhekk din il-proposta fl-ambitu tagħha tinkludi standards ta' servizz biex il-Kummissjoni tkun tista' toħroġ il-mandati li jitolbu l-iżvilupp ta' standards tas-servizzi Ewropej u biex tkun tista' tiffinanzja parti mill-ispiża ta' dan l-iżvilupp.

· Bażi legali

L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

· Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin.

L-istandardizzazzjoni Ewropea tappoġġja l-leġiżlazzjoni Ewropea li twaqqaf is-Suq Waħdieni u tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kompetittività tal-industrija Ewropea. L-armonizzazzjoni tal-istandards tal-prodotti fuq livell Ewropew tegħleb id-diffikultajiet tekniċi tal-kummerċ li jistgħu jirriżultaw minn standards nazzjonali konfliġġenti. Għalhekk, il-problemi marbutin mal-istandardizzazzjoni f'livell Ewropew jeħtieġu soluzzjoni fuq livell Ewropew.

Azzjoni mill-UE tikseb aħjar l-għanijiet tal-proposta għal din/dawn ir-raġuni(jiet).

L-għan li jkun żgurat it-tħaddim tas-suq intern permezz tat-tnaqqis tal-ostakoli għall-kummerċ fl-UE kkawżat minn standards tal-prodotti nazzjonali differenti ma jistax jinkiseb sew mill-Istati Membri. Inħass għalhekk li jkun xieraq skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, fid-dawl tad-daqs u l-effetti tal-problema, li dan jinkiseb fil-livell tal-UE.

L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti ħafna fit-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti industrijali. L-istandards Ewropej jieħdu post l-istandards nazzjonali li ħafna drabi jkunu konfliġġenti u b'hekk joħolqu t-tfixkil tekniku biex prodott jidħol f'suq nazzjonali. L-istandards armonizzati jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-konformità ma standard Ewropej "armonizzat" tiggarantixxi l-livell meħtieġ ta' sikurezza tal-prodotti. Iżda l-użu ta' standards armonizzati għadu mhuwiex obbligatorju u manifattur jista' juża kwalunkwe soluzzjoni teknika oħra li turi li l-prodott tiegħu jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali.

Matul il-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt, ħafna għażliet mhux leġiżlattivi kienu mwarrba għal raġunijiet marbutin mas-sussidjarjetà kif stipulati fid-dettall fil-valutazzjoni tal-impatt.

Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjaretà.

· Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja(in).

Il-proposta tikkonċerna biss it-tħaddim tal-istandardizzazzjoni f'livell Ewropew u l-kooperazzjoni bejn korpi għall-istandardizzazzjoni nazzjonali biex jiġu evitati standards nazzjonali konfliġġenti.

Din il-proposta ma twassal għal ebda piż amministrattiv ġdid għall-operaturi ekonomiċi, għall-gvernijiet nazzjonali, jew għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u ċ-ċittadini.

· L-għażla tal-istrumenti

L-istrumenti proposti: regolament.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġejja(in).

L-għażliet issuġġeriti u l-entrati dwar is-simplifikazzjoni ma jirrikjedux emenda tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Dan l-istrument jikkonċerna biss l-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej, il-kooperazzjoni fost il-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, l-involviment ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet soċjali interessati mill-istandardizzazzjoni Ewropea, u l-Kummissjoni. Għaldaqstant, f'dan il-każ, Direttiva ma tkunx strument xieraq.

L-istrument legali jkollu jkun wieħed li jista' jiġi applikat b'mod ġenerali, speċjalment dik il-parti li tittratta dwar l-użu tal-istandards tal-Forums u l-Konsorzji fix-xiri, li trid tkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-istrument leġiżlattiv ikun fih għadd ta' obbligi li jkunu applikabbli direttament għall-organizzazzjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, għall-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet soċjali interessati mill-istandardizzazzjoni Ewropea u l-Kummissjoni. Għalhekk, l-iżjed strument legali xieraq huwa regolament. Għażliet alternattivi ma kinux jilħqu l-għanijiet proposti.

4. IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT

L-implikazzjonijiet baġitarji huma stabbiliti fl-istqarrija finanzjarja.

5. Informazzjoni addizzjonali

· Simplifikazzjoni

Il-proposta tipprovdi għal simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

L-istandardizzazzjoni se tinfirex ukoll mas-servizzi. L-amministrazzjoni finanzjarja tiġi ssimplifikata. Għal aktar dettalji, ara hawn taħt.

Il-proposta hi inkluża fil-programm b'reviżjoni regolari tal-Kummissjoni għall-aġġornament u s-simplifikazzjoni tal-acquis tal-UE u l-Programm tagħha ta' Ħidma u Leġiżlazzjoni li jaqa' taħt ir-referenza 2010/ENTR/0021.

· Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

· Klawżola tal-analiżi/reviżjoni/sunset

Il-proposta tinkludi klawżola ta’ eżami.

· Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni li tirrigwarda ż-ŻEE u għaldaqstant għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Europea.

· Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Din il-proposta timmira li tirrevedi u tgħaqqad:

1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjoni, billi jitħassru d-dispożizzjonijiet (li ma għadhomx jintużaw) kważi kollha u tiġi introdotta sistema ġdida li fil-qasam tal-akkwist pubbliku tippermetti l-użu ta' standards tal-ICT li jkunu ġew żviluppati minn organizzazzjonijiet oħra barra l-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropea.

2. Id-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (li biha l-artikoli kollha marbutin man-notifikazzjoni ta' abbozzi ta' regolamenti tekniċi huma barra l-ambitu tal-proposta u ma jinbidlux), permezz tal-miżuri li ġejjin: il-kooperazzjoni Ewropea dwar l-istandardizzazzjoni titwessa' biex tinkludi l-istandards tas-servizzi, il-kooperazzjoni fost il-korpi għall-istandardizzazzjoni ssir aktar trasparenti, l-SMEs u l-partijiet interessati soċjali jkollhom rappreżentanza ikbar fl-istandardizzazzjoni Ewropea, u l-appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs u lill-partijiet interessati soċjali tkun garantita.

3. Id-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE dwar il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea. Il-prinċipji ewlenin ta' din id-Deċiżjoni ma jinbidlux iżda jiddaħħlu dawn l-affarijiet ġodda li ġejjin li jikkonformaw mar-Regolament Finanzjarju l-ġdid: ikun hemm tnaqqis tal-piż amministrattiv minn fuq is-servizzi operattivi u l-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropea, pereżempju permezz tal-possibbiltà ta' simplifikazzjoni robusta ta' somom kbar ta' flus, li biċ-ċar ma jkollha ebda rabta ma' kwalunkwe verifika tal-kostijiet attwali ta’ implimentazzjoni. Din il-proposta tikkostitwixxi moviment ieħor lejn sistema msejsa fuq il-produzzjoni, bbażata fuq id-definizzjoni ta' indikaturi u għanijiet (outputs u outcomes) li jkun sar qbil dwarhom. Il-ħeffa u l-effiċjenza tal-proċess tal-istabbiliment tal-istandards huma parti minn dawn l-għanijiet.

2011/0150 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta' att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1]

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) L-għan ewlieni tal-istandardizzazzjoni hija d-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet volontarji tekniċi jew tal-kwalità li jistgħu jikkonformaw magħhom prodotti, proċessi tal-produzzjoni jew servizzi attwali jew fil-futur. L-istandardizzazzjoni tista' tkopri diversi suġġetti, bħall-istandardizzazzjoni ta’ livelli jew daqsijiet differenti ta’ prodott partikolari jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fis-swieq tal-prodotti jew tas-servizzi fejn il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà ma’ prodotti jew sistemi oħra huma essenzjali.

(2) L-istandardizzazzjoni Ewropea tagħti spinta wkoll lill-kompetittività tal-impriżi speċjalment billi tiffaċilita l-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi, l-interoperabbiltà tan-netwerks, il-mezzi tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni. L-standards ikollhom effett ekonomiku pożittiv, pereżempju billi jippromwovu interpenetrazzjoni ekonomika fis-suq intern u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ prodotti jew swieq ġodda u kundizzjonijiet tal-provvista mtejba. L-istandards b'hekk iżidu l-kompetizzjoni u jbaxxu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-bejgħ, bir-riżultat li huma ta’ benefiċċju għall-ekonomiji b’mod ġenerali. L-istandards jistgħu jżommu u jtejbu l-kwalità, jipprovdu l-informazzjoni u jiżguraw l-interoperabbiltà u kumpatibbiltà u b’hekk iżidu l-valur għall-konsumaturi.

(3) L-istandards Ewropej għandhom jibqgħu jkunu adottati mill-entitajiet Ewropej ta’ twaqqif tal-istandards, jiġifieri l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI).

(4) L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti ħafna fis-suq intern, prinċipalment permezz tal-preżunzjoni tal-konformità tal-prodotti li jkunu se jitpoġġew fis-suq minħabba li r-rekwiżiti essenzjali ta' dawn il-prodotti jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(5) L-istandardizzazzjoni Ewropea hija mmexxija permezz ta' qafas legali speċifiku li jikkonsisti minn tliet atti legali separati, jiġifieri d-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi[2], id-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea[3], u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjoni[4]. Iżda l-qafas regolatorju preżenti ma baqax aġġornat mal-iżviluppi fl-istandardizzazzjoni Ewropea f'dawn l-aħħar għexur ta' snin. Għalhekk, il-qafas regolatorju għandu jiġi ssimplifikat u addattat biex ikun ikopri aspetti ġodda tal-istandardizzazzjoni li jirriflettu l-aħħar żviluppi fl-istandardizzazzjoni Ewropea u l-isfidi tal-ġejjieni. Dan jikkonċerna partikolarment l-iżviluppi li saru fl-istandards tas-servizzi u l-evoluzzjoni tal-prodotti tal-istandardizzazzjoni barra l-istandards formali.

(6) Biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-istandards u l-istandardizzazzjoni bħala għodda politika tal-Unjoni, tinħtieġ sistema ta' standardizzazzjoni effikaċi u effiċjenti li tipprovdi politika flessibbli u trasparenti li trawwem kunsens fost il-parteċipanti kollha u li tkun finanzjarjament vijabbli.

(7) Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern[5] tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali li jiffaċilitaw il-libertà tal-istabbiliment għall-fornituri tas-servizzi u l-moviment liberu tas-servizzi filwaqt li tinżamm il-kwalità għolja tas-servizzi. Din tobbliga lill-Istati Membri li, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' standards volontarji Ewropej bl-għan li jkunu ffaċilitati l-kompatibbiltà fost is-servizzi pprovduti minn fornituri fi Stati Membri differenti; l-informazzjoni lir-riċevitur tas-servizz, u l-kwalità tal-provvediment tas-servizz. Iżda d-Direttiva 98/34/KE tapplika biss għall-istandards tal-prodotti filwaqt li l-istandards tas-servizzi mhumiex espliċitament koperti minnha. Iżda d-distinzjoni bejn servizzi u oġġetti qed issir inqas relevanti fir-realtà tas-suq intern. Fil-prattika mhuwiex dejjem possibbli li wieħed jaħmel distinzjoni ċara bejn l-istandards tal-prodotti u l-istandards tas-servizzi. Bosta standards tal-prodotti fihom komponent ta' servizz filwaqt li l-istandards tas-servizzi ta' sikwit ikunu marbutin b'xi mod mal-prodotti. Għalhekk jeħtieġ li l-qafas legali jiġi addattat għal dawn iċ-ċirkostanzi ġodda billi jitwessa' l-ambitu tiegħu biex ikopri l-istandards tas-servizzi.

(8) L-iżvilupp ta' standards volontarji fis-servizzi għandu jitmexxa mis-suq fejn jirbħu l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi u tal-partijiet interessati li jkunu affettwati mill-istandard b'xi mod, dirett jew indirett, u jridu jqisu l-interess pubbliku u jkunu msejsa fuq il-kunsens. Dawn għandhom jiffukaw primarjament fuq is-servizzi marbutin mal-prodotti u mal-proċessi.

(9) Il-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropea huma tant soġġetti għal-liġi tal-kompetizzjoni li jistgħu jitqiesu bħala impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi skont it-tifsira tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat.

(10) Fl-Unjoni, l-istandards nazzjonali jiġu adottati minn korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, u dan jista' jwassal għal standards konfliġġenti u tfixkil tekniku fis-suq intern. Għaldaqstant jeħtieġ, fl-interess tas-suq intern u għall-effiċaċja tal-istandardizzazzjoni fl-Unjoni, li jiġi kkonfermat l-iskambju regolari tal-informazzjoni preżenti fost il-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, dwar il-ħidma attwali u tal-ġejjieni fuq l-istandardizzazzjoni. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir skont l-Anness 3 għall-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 80/271/KEE tal-10 ta' Diċembru 1979 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet Multilaterali li rriżultaw min-negozjati kummerċjali ta' bejn l-1973 u 1979[6].

(11) L-iskambju regolari tal-informazzjoni fost il-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni ma għandux ifixkel lill-korpi għall-istandardizzazzjoni milli jikkonformaw ma' obbligi u impenji oħrajn, u b'mod partikolari mal-Anness 3 għall-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ.

(12) L-istandards jistgħu jgħinu lill-politika Ewropea tindirizza l-isfidi l-kbar soċjali bħat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli tar-riżorsi, it-tixjiħ, u l-innovazzjoni b'mod ġenerali. Bit-tmexxija tal-iżvilupp ta' standards Ewropej jew internazzjonali għall-oġġetti u t-teknoloġiji f'dawn is-swieq li qegħdin jespandu, l-Ewropa tista' toħloq vantaġġ kompetittiv għall-kumpaniji tagħha u tiffaċilita l-kummerċ.

(13) L-istandards huma għodda importanti għall-impriżi u speċjalment għal dawk żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem "SME") li, minkejja dan, mhumiex involuti biżżejjed fis-sistema ta' standardizzazzjoni u għalhekk hemm ir-riskju li l-istandards ma jqisux il-bżonnijiet u l-interessi tal-SME. Għaldaqstant, huwa essenzjali li tiżdied ir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni ta' dawn fil-proċess ta' standardizzazzjoni, partikolarment fil-kumitati tekniċi.

(14) L-istandards Ewropej huma ta' interess kruċjali għall-kompetittività tal-SMEs li, b'danakollu ma għandhomx biżżejjed rappreżentanza b'mod ġenerali f' attivitajiet ta' standardizzazzjoni, b'mod partikolari f'livell Ewropew. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiżgura rappreżentanza xierqa tal-SME fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropea minn entità li għandha l-kwalifiki xierqa.

(15) L-istandards jistgħu jkollhom impatt kbir fuq is-soċjetà b'mod partikolari fuq is-sikurezza u l-benessri taċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza tan-netwerks, fuq l-ambjent, u fuq oqsma oħra tal-politika pubblika. Għalhekk jeħtieġ li niżguraw li jkunu msaħħa r-rwol u l-feħmiet tal-partijiet interessati soċjali fit-tfassil tal-istandards permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, tal-ambjent u tal-partijiet interessati soċjali.

(16) Kemm jista' jkun, l-istandards għandhom iqisu l-impatti ambjentali tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi. Iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka tal-Kummissjoni żviluppa għodda importanti u disponibbli għall-pubbliku li permezz tagħhom issir valutazzjoni ta' dawn l-impatti tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi.

(17) Il-vijabbiltà tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea tiddependi fuq l-attenzjoni li biha jiġu ppjanati talbiet futuri għall-iżvilupp ta' standards. Dan l-ippjanar jista' jittejjeb, partikolarment billi l-partijiet interessati jagħtu l-fehmiet tagħhom. Peress li d-Direttiva 98/34/KE diġà tistipula dwar il-possibbiltà li l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni jfasslu d-dettalji tal-istandards Ewropej, jixraq li jiġi stabbilit ippjanar aħjar u iktar trasparenti f'programm ta' ħidma annwali li jkun fih ħarsa ġenerali tat-talbiet kollha għall-istandards li l-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta lill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni.

(18) Bosta Direttivi li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti jispeċifikaw li l-Kummissjoni tista' titlob l-adozzjoni mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropea ta' standards armonizzati Ewropej li abbażi tagħhom tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli. Iżda ħafna minn dawn l-atti leġiżlattivi fihom varjetà kbira ta' dispożizzjonijiet dwar oġġezzjonijiet għal dawn l-istandards meta dawn tal-aħħar ma jkoprux jew ma jkoprux għal kollox, ir-rekwiżiti applikabbli kollha. Dispożizzjonijiet diverġenti li jirriżultaw fl-inċertezza għall-operaturi ekonomiċi u l-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropea jinsabu b'mod partikolari fid-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv[7]; id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili[8]; id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u s-sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplussivi[9]; id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni[10]; id-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-lifts[11]; id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni[12]; id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl[13]; id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi[14]; id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni[15]; u d-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi[16]. Għalhekk jeħtieġ li f'dan ir-Regolament tkun inkluża l-proċedura uniformi stipulata fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE[17], u li jitħassru d-dispożizzjonijiet relevanti f'dawk id-Direttivi.

(19) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jużaw fis-sħiħ il-medda kollha tal-istandards relevanti meta jkunu qegħdin jixtru xi hardware, software u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, pereżempju billi jagħżlu standards li jistgħu jiġu implimentati mill-fornituri interessati kollha, dan jagħti lok għal iżjed kompetizzjoni u jitnaqqas ir-riskju ta' saturazzjoni. Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali[18] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi[19] jispeċifikaw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-akkwist pubbliku għandhom jiġu fformulati b'referenza għal standards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi oħrajn ta' referenza teknika stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandards jew – fejn dawn ma jeżistux – għal standards nazzjonali, approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali marbutin mat-tfassil, il-kalkolu u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-użu tal-prodotti, jew l-ekwivalenti. Iżda l-istandards fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ħafna drabi jiġu żviluppati minn organizzazzjonijiet oħra għall-iżvilupp tal-istandards u ma jidħlu f'ebda kategoriji ta' standards u approvazzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. Għalhekk jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li l-ispeċifikazzjonijiet għal-akkwist pubbliku jkunu jirreferu għall-istandards fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala reazzjoni għall-evoluzzjoni mgħaġġla fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex ikun iffaċilitat il-forniment ta' servizzi transkonfinali, biex titħeġġeġ il-kompetizzjoni u għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-innovazzjoni.

(20) Għadd ta' standards fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ma ġewx żviluppati skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness 3 tal-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċedura għall-għażla tal-istandards fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jista' jintuża fil-akkwist pubbliku, li tinvolvi konsultazzjoni wiesgħa ma' firxa kbira tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistipula r-rekwiżiti, f'għamla ta' lista ta' attributi, għal dawn l-istandards u l-proċessi ta' standardizzazzjoni marbutin magħhom. Dawn l-attributi għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-objettivi tal-politika pubblika u l-bżonnijiet tas-soċjetà, u għandhom jissejsu fuq il-kriterji żviluppati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-istandardizzazzjoni.

(21) Biex jinagħtaw spinta ikbar l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni bejn is-soluzzjonijiet standardizzati, ir-rikonoxximent ta' speċifikazzjoni teknika partikolari ma għandux jiskwalifika speċifikazzjoni teknika li qed tikkompeti ma' din tal-ewwel milli tkun rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Kull rikonoxximent għandu jkun soġġett għall-karatteristiċi li jkunu qegħdin jitwettqu u għall-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni teknika tkun akkwistat livell minimu ta' aċċettazzjoni fis-suq. L-aċċettazzjoni fis-suq ma għandhiex tiġi interpretata li l-ispeċifikazzjoni teknika inkwistjoni tkun ġiet implimentata ħafna fis-suq.

(22) L-istandards magħżula fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)[20] li tistabbilixxi, għall-perjodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u li jipprovdi soluzzjonijiet komuni u maqsuma għall-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà.

(23) Jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fejn ikun xieraq li jitħeġġeġ l-użu tal-konformità mal-istandards speċifikati fil-livell tal-Unjoni, jew li jkun hemm obbligu għal dan, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fis-suq uniku u biex ikun hemm iktar libertà tal-għażla għall-utenti. F'ċirkostanzi oħra, jista' jiġri wkoll li l-istandards Ewropej speċifikati ma jkunux għadhom jissodisfaw il-bżonnijiet tal-konsumaturi jew ikunu qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi[21] tipperemetti lill-Kummissjoni, fejn ikun hemm bżonn, li titlob lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu standards, biex jistabbilixxu lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jħeġġu l-użu tagħhom, jew li jagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom obbligatorja, jew li jneħħu standards u/jew speċifikazzjonijiet minn dik il-lista.

(24) Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni milli jkomplu jiżviluppaw l-istandards fil-qasam tat-tekonoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u milli jżidu l-kooperazzjoni tagħhom ma' korpi oħra li jiżviluppaw l-istandards, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, sabiex tiġi żgurata l-koerenza u tiġi evitata l-frammentazzjoni jew id-duplikazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet.

(25) Id-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tistabbilixxi r-regoli dwar il-kontribut tal-Unjoni għall-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li l-istandards Ewropej u prodotti oħra tal-istandardizzazzjoni Ewropea jiġu żviluppati u riveduti b'appoġġ tal-għanijiet, il-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni. Għall-iskop tas-simplifikazzjoni amministrattiva u baġitarja, jixraq li f'dan ir-Regolament jiġu inkorporati d-dispożizzjonijiet ta' dik id-Deċiżjoni b'konformità mar-Regolament Finanzjarju ġdid propost.

(26) Fid-dawl tal-ambitu wiesa' ħafna tal-istandardizzazzjoni Ewropea fl-appoġġ tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tat-tipi differenti ta’ attivitajiet tal-istandardizzazzjoni, jinħtieġ li jkun hemm arranġamenti differenti għall-finanzjament. Dan jittratta prinċipalment għotjiet mingħajr sejħiet għall-proposti lill-korpi Ewropej u nazzjonali tal-istandardizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[22] u l-Artikolu 168(1)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[23]. Minbarra dan, l-istess dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-korpi li, filwaqt li mhumiex rikonoxxuti bħala korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni f'dan ir-Regolament, ingħataw mandat f'att bażiku u huma inkarigati bit-twettiq ta' xogħol preliminari b'appoġġ għall-istandardizzazzjoni Ewropea b'kooperazzjoni mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni.

(27) Billi l-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jipprovdu għajnuna kontinwa lill-attivitajiet tal-Komunità, dawn għandu jkollhom segretarjati ċentrali effettivi u effiċjenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tagħti għotjiet lil dawk il-korpi, li l-iskop tagħhom huwa wieħed ta’ interess ġenerali Ewropew, bla ma tapplika, fil-każ tal-għotjiet operattivi, il-prinċipju tat-tnaqqis annwali msemmi fl-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

(28) Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013)[24], id-Deċiżjoni Nru 1926/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013)[25] u r-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+)[26] diġà joffru l-possibbiltà li jingħata appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-SMEs, il-konsumaturi u l-interessi ambjentali fl-istandardizzazzjoni, fil-waqt li għotjiet speċifiċi jingħataw lill-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-interessi soċjali fl-istandardizzazzjoni. Il-finanzjament skont id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE, id-Deċiżjoni Nru 1936/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 614/2007 se jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2012. Huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-istandardizzazzjoni Ewropea li l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs, il-konsumaturi u l-interessi ambjentali u soċjali tkompli tiġi mħeġġa. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom għan ta' interess Ewropew ġenerali u, minħabba l-mandat speċifiku tagħhom li l-organizzazzjonijiet nazzjonali bla profitt tawhom, jikkostitwixxu netwerk Ewropew li jirrappreżenta l-korpi bla profitt attivi fl-Istati Membri u li jippromwovu l-prinċipji u l-politiki konsistenti mal-għanijiet tat-Trattati. Minħabba li kuntest li joperaw fih u l-għanijiet statutorji tagħhom, l-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-SMEs, il-konsumaturi u l-interessi ambjentali u soċjali fl-istandardizzazzjoni Ewropea, għandhom rwol permanenti li huwa essenzjali għall-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tagħti għotjiet lil dawk il-korpi bla ma tapplika, fil-każ tal-għotjiet operattivi, il-prinċipju tat-tnaqqis annwali msemmi fl-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

(29) Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni għandu jkun ukoll kapaċi jkopri attivitajiet preliminari jew attivitajiet anċillari fir-rigward tat-twaqqif ta’ standards jew prodotti oħra tal-istandardizzazzjoni. Dan huwa meħtieġ b'mod partikolari għax-xogħol li jinvolvi r-riċerka, it-tħejjija ta’ dokumenti preliminari għal-leġiżlazzjoni, it-twettiq ta’ testijiet bejn laboratorji differenti u l-validazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-istandards. Il-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali għandha tkompli permezz ta' programmi marbuta mal-kooperazzjoni u l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni magħhom. Sabiex jittejjeb l-aċċess għas-swieq u tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi fl-Unjoni, għandu jkun hemm il-possibilità li jingħataw għotjiet lil korpi oħra permezz ta’ sejħiet għall-proposti jew, fejn ikun il-każ, bl-għoti ta' kuntratti.

(30) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jipprova jistabbilixxi standards jew prodotti oħra tal-istandardizzazzjoni, jiffaċilita l-użu tagħhom mill-intrapriżi permezz tat-traduzzjoni tagħhom fil-lingwi varji tal-Unjoni, isaħħaħ il-koeżjoni tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiżgura aċċess ġust u trasparenti għall-istandards Ewropej għall-parteċipanti tas-suq kollha fl-Unjoni. Dan huwa importanti b'mod speċjali fir-rigward ta' każijiet fejn l-użu tal-istandards jippermetti konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(31) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun hemm il-possibilità tal-użu tal-kompetenza neċessarja, partikolarment fil-qasam tal-verifika u tal-ġestjoni finanzjarja, kif ukoll tal-mezzi ta’ appoġġ amministrattiv li jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni fuq bażi regolari r-relevanza tal-attivitajiet li jirċievu l-finanzjament mill-Unjoni biex jiġu żgurati l-utilità u l-impatt tagħhom.

(32) Jeħtieġ ukoll li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet, kif ukoll biex jiġu rkuprati fondi li jkunu tħallsu mingħajr ma kienu dovuti f'konformità mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej[27] u (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontroll u l-ispezzjonijiet fuq il-post immexxija mill-Kummissjoni għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u minn irregolaritajiet oħra[28], u mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF)[29].

(33) Sabiex taġġorna l-listi ta' korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, biex tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-iżvilupp teknoloġiku u biex jiġu adattati l-kriterji għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet interessati fis-soċjetà għal iktar żviluppi fir-rigward tan-natura tagħhom mingħajr qligħ u r-rappreżentattività tagħhom, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 20 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-emendi tal-Annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(34) Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni tad-dokumenti rilevanti f’ħin xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(35) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali rigward il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni[30].

(36) Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-istandard relevanti għadu ma wassalx għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(37) Il-proċedura tal-eżami għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi deċiżjoni bħal din ikollha l-konsegwenzi fuq il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli.

(38) Ladarba l-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew ma tistax issir b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u tista', għalhekk, minħabba l-iskala tagħha, tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tiegħu.

(39) Id-Direttivi 98/34/KE, 89/686/KEE, 93/15/KEE, 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(40) Id-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE u d-Deċiżjoni 87/95/KEE għandhom għalhekk jiġu revokati,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1  Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, it-twaqqif ta' standards Ewropej u prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea għal prodotti u servizzi li jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki ir-rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem "ICT") u l-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) ‘standard’ tfisser speċifikazzjoni teknika għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda minn dawn li ġejjin:

(a) ‘standard internazzjonali’ tfisser standard adottat minn korp internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

(b) ‘standard Ewropew’ tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni;

(c) ‘standard armonizzat’ tfisser standard Ewropew adottat fuq il-bażi ta' talba mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(d) ‘standard internazzjonali’ tfisser standard adottat minn korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

(e) ‘standard ICT’ tfisser standard fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

(2) ‘Prodott tal-istandardizzazzjoni Ewropea’ tfisser kwalunkwe speċifikazzjoni teknika oħra li mhix standard Ewropew, adottata minn korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni għall-applikazzjoni ripetuta u kontinwa u li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja;

(3) ‘abbozz ta’ standard’ tfisser dokument li jkun fih it-test tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jkollhom x’jaqsmu ma’ suġġett partikolari, li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat għall-adozzjoni skont il-proċedura tal-istandards relevanti, kif dan id-dokument ikun jinsab wara x-xogħol ta’ tħejjija u kif ikun ġie ċċirkolat għall-kummenti jew l-iskrutinju tal-pubbliku;

(4) ‘speċifikazzjoni teknika’ tfisser speċifikazzjoni f'dokument li jistipula wieħed minn dawn:

(a) il-karatteristiċi meħtieġa minn prodott, inkluż il-livelli tal-kwalità, il-prestazzjoni, l-interoperabbiltà, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi r-rekwiżiti applikabbli għall-prodott fir-rigward tal-isem li jinbiegħ bih, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tal-ittestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u l-ittikkettjar u l-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-konformità;

(b) il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni użati għall-prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 38(1) tat-Trattat, il-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, u l-prodotti mediċinali, kif ukoll il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti oħra, fejn dawn ikolhom effett fuq il-karatteristiċi tagħhom;

(c) il-karatteristiċi rikjesti minn servizz inkluż il-livelli tal-kwalità, ir-rendiment, l-interoperabbiltà, is-sikurezza, inklużi r-rekwiżiti applikabbli fuq il-fornitur fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata lir-riċevitur, kif imsemmi fl-Artikolu 22(1) sa (3) tad-Direttiva 2006/123/KE;

(d) il-metodi u l-kriterji għall-evalwazzjoni tar-rendiment tal-prodotti tal-bini, kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE[31], f'rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(5) ‘prodott’ tfisser kull prodott immanifatturat b’mod industrijali u kull prodott agrikolu, inklużi prodotti tal-ħut;

(6) ‘servizz’ tfisser kull attività ekonomika ta' impjieg awtonomu normalment ipprovdut b’rimunerazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 57 tat-Trattat;

(7) ‘korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni’ tfisser korp li hemm referenza għalih fl-Anness I;

(8) "Korp għall-istandardizzazzjoni internazzjonali" tfisser l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC) u l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU);

Kapitolu II It-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati

Artikolu 3  It-trasparenza tal-programmi ta' ħidma tal-korpi tal-istandardizzazzjoni

1. Mill-inqas darba fis-sena, kull korp Ewropew u nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu jistabbilixxi l-programm ta' ħidma tiegħu. Dak il-programm ta' ħidma għandu jkun fih informazzjoni dwar l-istandards u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea li biħsiebu jħejji jew jemenda, li qed iħejji jew jemenda u li adotta fil-perjodu preċedenti, sakemm dawn ma jkunux traspożizzjonijiet identiċi jew ekwivalenti ta' standards internazzjonali jew Ewropej.

2. Għal kull standard u prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni l-programm ta' ħidma għandu jindika:

(a)     is-suġġett;

(b)     l-istadju li fih jinsab l-iżvilupp tal-istandards u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea;

(c)     ir-referenzi ta' kull standard internazzjonali meħud bħala bażi.

3. Kull korp Ewropew u nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu jagħmel il-programm ta' ħidma tiegħu disponibbli fuq il-websajt tiegħu jew kwalunkwe websajt oħra disponibbli pubblikament u jagħmel avviż dwar l-eżistenza tal-programm ta' ħidma f'pubblikazzjoni nazzjonali jew, fejn xieraq, pubblikazzjoni Ewropea tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni.

4. Mhux iktar tard mill-waqt tal-pubblikazzjoni tal-programm ta' ħidma tiegħu, kull korp Ewropew jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu jinnotifika l-eżistenza tal-programm lill-korpi Ewropew jew nazzjonali l-oħra tal-istandardizzazzjoni u lill-Kummissjoni.

5. Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni ma jistgħux joġġezzjonaw għall-inklużjoni ta' suġġett għall-istandardizzazzjoni fil-programm ta' ħidma ta' korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

Artikolu 4  Trasparenza tal-istandards

1. Kull korp Ewropew jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu jibgħat kull abbozz ta' standards nazzjonali, standards Ewropej u prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni lill-korpi Ewropej jew nazzjonali l-oħra tal-istandardizzazzjoni u lill-Kummissjoni, fuq talba tagħhom.

6. Kull korp Ewropew jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu minnufih iwieġeb u jqis kull kumment li jasallu mingħand korpi Ewropej jew nazzjonali oħra tal-istandardizzazzjoni u mill-Kummissjoni dwar kull tali abbozz.

7. Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)     il-pubblikazzjoni tal-abbozzi tal-istandards b'tali mod li l-partijiet stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom l-opportunità jibagħtu l-kummenti tagħhom;

(b)     jippermettu lil korpi nazzjonali oħra tal-istandardizzazzjoni jkunu involuti b'mod passiv jew attiv fl-attivitajiet ippjanati billi jibagħtu osservatur.

Artikolu 5  Parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fl-istandardizzazzjoni Ewropea

1. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa tal-intrapriżi żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem 'SMEs'), tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati ambjentali u soċjali, partikolarment permezz tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III, fil-livell tal-iżvilupp tal-politika u mill-inqas fl-istadji li ġejjin tal-iżvilupp tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea:

(a) il-proposta u l-aċċettazzjoni ta' punti ġodda fl-aġenda ta' ħidma;

(b) id-diskussjoni teknika dwar il-proposti;

(c) it-tressiq ta' kummenti dwar l-abbozzi;

(d) ir-reviżjoni ta' standards Ewropej eżistenti jew prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea eżistenti;

(e) it-tixrid tal-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea adottati, u l-promozzjoni tagħhom.

8. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa, fil-livell tekniku, tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet u entitajiet legali oħra, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'qasam ġdid b'implikazzjonijiet politiċi jew tekniċi sinifikanti, jekk l-entitajiet legali kkonċernati pparteċipaw fi proġett marbut ma' dak il-qasam u li kien iffinanzjat mill-Unjoni fi programm ta' qafas multiannwali għal attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Kapitolu III L-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea b'appoġġ tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni

Artikolu 6 Il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma ta' standardizzazzjoni Ewropea li jindika l-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea li biħsiebha titlob mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 7.

9. Il-programm ta' ħidma tal-istandardizzazzjoni Ewropea msemmi fil-paragrafu 1 għandu jispeċifika l-għanijiet u l-politiki speċifiċi għall-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea l-oħra li l-Kummissjoni biħsiebha titlob mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni. F'każi ta' urġenza l-Kummissjoni tista' toħroġ it-talbiet mingħajr ebda avviż minn qabel.

Artikolu 7  It-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni

1. Il-Kummissjoni tista' titlob lil korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni wieħed jew iktar biex jabbozza standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni qabel data ta' skadenza stabbilita. Dawn għandhom ikunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku u bbażati fuq il-kunsens.

10. Il-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni relevanti għandu jindika, fi żmien xahar wara li jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, jekk hux se jaċċettaha.

11. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni, fi żmien tliet xhur wara li jirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għotja għall-abbozzar ta' standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

12. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet li jsiru għall-iżvilupp tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 8  Oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati

1.           Meta Stat Membru jqis li standard armonizzat ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti li huwa l-għan tiegħu li jkoprihom u li huma stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni, għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

2.           Meta l-Kummissjoni tqis li l-oġġezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġġustifikati, għandha tiddeċiedi:

(a) ali ma tippubblikax ir-referenzi għall-istandard armonizzat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew li tippubblikahom b'restrizzjoni;

(b) li żżomm b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard armonizzat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew li tirtirahom.

3.           Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni kkonċernat dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jiġu riveduti l-istandards armonizzati kkonċernati.

4.           Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 18(2).

5.           Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(3).

Kapitolu IV Standards fil-qasam tal-ICT

Artikolu 9  Rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċit fil-qasam tal-ICT

Fuq proposta minn awtorità pubblika msemmija fid-Direttiva 2004/18/KE jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirrikonoxxi bħala standards tal-ICT, speċifikazzjonijiet tekniċi li mhumiex standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 10  L-użu tal-istandards tal-ICT fl-akkwisti pubbliċi

L-istandards tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9 għandhom jikkostitwixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni msemmija fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, u r-Regolament (KE) Nru 2342/2002.

Kapitolu V Il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea

Artikolu 11 Il-finanzjament tal-korpi tal-istandardizzazzjoni mill-Unjoni

1.           Il-finanzjament mill-Unjoni jista' jingħata lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għall-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni li ġejjin:

(a) l-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej jew tal-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea li huma meħtieġa u adatti għall-appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(b) il-verifika tal-kwalità u tal-konformità mal-politika u l-legiżlazzjoni korrispondenti tal-Unjoni, tal-istandards Ewropej jew tal-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea;

(c) ir-rendiment tal-ħidma preliminari jew anċillari f'rabta mal-istandardizzazzjoni Ewropea, inkluż studji, attivitajiet ta' kooperazzjoni, seminars, evalwazzjonijiet, analiżijiet komparattivi, ħidma ta' riċerka, xogħol fil-laboratorju, testijiet f'laboratorji differenti, xogħol ta' evalwazzjoni tal-konformità u miżuri li jiżguraw li l-perjodi għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea jitqassru;

(d) l-attivitajiet tas-segretarjati ċentrali tal-korpi tal-istandards Ewropej, bħalma huma l-iżvilupp tal-politika, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet għall-istandardizzazzjoni, l-ipproċessar ta' xogħol tekniku u l-għoti ta' informazzjoni lill-partijiet interessati;

(e) it-traduzzjoni, fejn meħtieġa, tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea użati b'appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'lingwi uffiċjali tal-Unjoni barra l-lingwi operattivi tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew, f'każijiet iġġustifikati kif suppost, f'lingwi oħra barra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni,

(f) it-tfassil ta' informazzjoni biex tispjega, tinterpreta u tissimplifika l-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea, inkluż it-tfassil ta' gwidi għall-utenti, informazzjoni tal-aħjar prassi u azzjonijiet ta' promozzjoni;

(g) attivitajiet għat-twettiq ta' programmi ta' assistenza teknika, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-promozzjoni u l-iżvilupp tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni u tal-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea fost il-partijiet interessati fl-Unjoni u fil-livell internazzjonali.

2.           Il-finanzjament mill-Unjoni jista' jinagħta lil:

(a) korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1, li jwettqu flimkien mal-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni;

(b) korpi oħrajn li ngħataw mandat biex iwettqu x-xogħol imsemmi fil-punti (a), (c) u (g) tal-paragrafu 1, b'kooperazzjoni mal-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni.

Artikolu 12  Il-finanzjament ta' Organizzazzjonijiet Ewropej oħra mill-Unjoni

Il-finanzjament mill-Unjoni jista' jingħata lill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III għall-attivitajiet li ġejjin:

(a) il-funzjonament ta' dawn l-organizzazzjonijiet u tal-attivitajiet tagħhom marbuta mal-istandardizzazzjoni Ewropea u internazzjonali, inklużi l-ipproċessar tal-ħidma teknika u l-għoti tal-informazzjoni lill-membri u lil partijiet interessati oħra;

(b) għarfien espert legali u tekniku, inklużi studji, f'rabta mal-evalwazzjoni tal-ħtieġa għal standards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-iżvilupp tagħhom;

(c) il-parteċipazzjoni f'xogħol tekniku fl-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea li huma meħtieġa u adatti għall-appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(d) il-verifika tal-kwalità u tal-konformità mal-politika u l-legiżlazzjoni korrispondenti tal-Unjoni, tal-istandards Ewropej u tal-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea;

(e) il-promozzjoni tal-istandards Ewropej u tal-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea, u l-informazzjoni dwar l-istandards fost il-partijiet interessati u l-użu tagħhom.

Artikolu 13  Arranġamenti finanzjarji

1. Il-finanzjament mill-Unjoni għandu jingħata fl-għamla ta':

(a) għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti, jew kuntratti wara li jsiru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku, lil:

(i)      korpi Ewropej u nazzjonali tal-istandardizzazzjoni biex iwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1);

(ii)      korpi identifikati b'att bażiku, skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 biex iwettqu, f'kollaborazzjoni mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, ix-xogħol imsemmi fl-Artikolu 11(1)(c) ta' dan ir-Regolament;

(b) għotjiet wara sejħa għall-proposti, jew kuntratti wara li jsiru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku, lil korpi oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 11(2)(b) biex iwettqu, b'kollaborazzjoni mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni:

(i)      il-produzzjoni u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 11(1)(a);

(ii)      il-ħidma preliminari jew anċillari msemmija fl-Artikolu 11(1)(c);

(iii)     l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1)(g).

(c) għotjiet wara sejħa għall-proposti lill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III biex iwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 12.

13. L-attivitajiet tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta':

(a) għotjiet għall-azzjonijiet;

(b) għotjiet għall-finanzjament tal-ħidmiet għall-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni u għall-organizzazzjonijiet imsemmijin fl-Anness III, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Fil-każ tat-tiġdid, l-għotjiet operattivi ma għandhomx jitnaqqsu awtomatikament.

14. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-arranġamenti għall-finanzjament imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dwar l-ammonti tal-għotjiet u, fejn ikun meħtieġ, dwar il-perċentaġġ massimu ta’ finanzjament skont it-tip ta’ attivita'.

15. Ħlief f'każi ġġustifikati, l-għotjiet imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) u (b) li jinagħtaw għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni għandhom ikunu f'somma sħiħa li titħallas meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea mitluba mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 jiġu adottati jew riveduti f'perjodu ta' żmien li mhux iktar mill-perjodu speċifikat fit-talba msemmija fl-Artikolu 7;

(b) SMEs, organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet interessati ambjentali u soċjali għandhom ikunu rappreżentati b'mod xieraq fil-ħidma Ewropea tal-istandardizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

16. L-għanijiet komuni ta' kooperazzjoni u l-kundizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji marbuta mal-għotjiet li jingħataw lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni u lill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III għandhom ikunu ddefiniti fil-ftehimiet ta' qafas ta' sħubija ffirmati mill-Kummissjoni u minn dawk il-korpi u l-organizzazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' dawn il-ftehimiet.

Artikolu 14  Immaniġġjar

L-approprjazzjonijiet iddeterminati mill-awtorità tal-baġit għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż amministrattivi marbuta mat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-ispezzjoni, il-verifika u l-valutazzjoni, li jkunu direttament meħtieġa għall-iskopijiet tal-Artikoli 11, 12 u 13, inklużi l-istudji, il-laqgħat, l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ pubblikazzjoni, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-informatika għall-iskambju tal-informazzjoni kif ukoll kull spiża oħra għall-assistenza amministrattiva u teknika li l-Kummissjoni tista' tuża għall-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni.

Artikolu 15  Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra frodi, korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, jekk jiġu individwati irregolaritajiet, permezz ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (KE) Nru 1073/1999.

17. Għall-attivitajiet tal-Unjoni ffinanzjati skont dan ir-Regolament, il-kunċett ta' irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe inadempjenza ta' xi obbligu kuntrattwali li jkunu r-riżultat ta' att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li jkollhom, jew jista' jkollhom l-effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni jew baġits amministrati minnha b'nefqa mhux ġustifikata.

18. Kull ftehim u kull kuntratt li jsir bis-saħħa ta' dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-monitoraġġ u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe rappreżentant li hija tawtorizza, u għall-verifiki mill-Qorti tal-Awdituri, li jekk ikun meħtieġ, għandhom isiru fuq il-post.

Kapitolu VI Atti ddelegati, il-kumitat u r-rappurtar

Artikolu 16  Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 17 fir-rigward ta' emendi għall-Annessi, sabiex:

(a) taġġorna l-lista ta' korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni stipulati fl-Anness I;

(b) tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards fil-qasam tal-ICT stipulati fl-Anness II għall-iżviluppi tekniċi;

(c) tadatta l-kriterji għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-imsieħba soċjali stipulati fl-Anness III għall-iktar żviluppi fir-rigward tan-natura bla qligħ tagħhom u r-rappreżentattività tagħhom.

Artikolu 17 Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

19. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta' Jannar 2013.

20. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

21. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.

22. Att delegat adottat skont l-Artikoli 16(5) u 32 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġġedded b'xahrejn oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18  Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

23. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

24. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

25. Meta l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi tterminata mingħajr riżultat meta, fil-perjodu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi ta' membri tal-kumitat jitolbu hekk.

Artikolu 19 Rapporti

1. Il-Korpi għall-Istandardizzazzjoni Ewropea għandhom jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun fih tagħrif iddettaljat dwar dawn li ġejjin:

(a) L-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6, 11 u 13;

(b) Ir-rappreżentanza tal-SMEs, tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u tal-ambjent u partijiet interessati soċjali f'korpi għall-istandardizzazzjoni nazzjonali.

26. L-organizzazzjonijiet imsemmijin fl-Anness III li rċivew finanzjament skont dan ir-Regolament għandhom jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom. Dan ir-rapport għandu b'mod partikolari jkun fiħ tgħarif iddettaljat dwar is-sħubija ta' dawn l-organizzaqzzjonijiet u l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 12.

27. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni tar-relevanza tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni li qegħdin jieħdu finanzjament mill-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Kapitolu VII Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 20 Emendi

1. Id-disposizzjonijiet li ġejjin huma mħassra:

(a) l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/686/KEE;

(b) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/15/KEE;

(c) l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/9/KE;

(d) l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/25/KE;

(e) l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 95/16/KE;

(f) l-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/23/KE;

(g) l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/22/KE;

(h) l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2007/23/KE;

(i) l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/105/KE;

(j) L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/23/KE.

28. Id-Direttiva 98/34/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) Tħassru il-paragrafi 6 sa 10 tal-Artikolu 1 u l-Artikoli 2, 3 u 4;

(b) fl-Artikolu 6(1), tħassru l-kliem, "mar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet għall-istandards imsemmijin fl-Annessi I u II;

(c) Fl-Artikolu 6(3) tħassar l-ewwel inċiż;

(d) Tħassru l-punti (a), (b) u (e) tal-Artikolu 6(4);

(e) Fl-Artikolu 11, it-tieni sentenza tinbidel bis-sentenza li ġejja: "Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-istatistiċi annwali dwar in-notifiki li tirċievi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.".

(f) L-Annessi I u II huma mħassra.

Artikolu 21 Korpi Nazzjonali għall-istandardizzazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi tagħhom għall-istandardizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni u kull aġġorniment li jsir għal dik il-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

F'atti tal-Unjoni li jipprevedu preżunzjoni ta' konformità ma' rekwiżiti essenzjali permezz tal-applikazzjoni tal-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 98/34/KE, ir-referenzi għad-Direttiva 98/34/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament, minbarra r-referenzi għall-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 5tad-Direttiva 98/34/KE.

Fejn att ieħor tal-Unjoni jipprevedi proċedura għall-oġġezzjoni kontra standards armonizzati, l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament ma jkunx japplika għal dak l-att.

Artikolu 23  Tħassir

Id-Deċiżjonijiet Nru 1673/2006/KE u 87/95/KE huma mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 24  Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President                                                                       

ANNESS I

IL-KORPI EWROPEJ TAL-ISTANDARDIZZAZZJONI

1.         Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni

2.         CENELEC – Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika

3.         ETSI Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni

ANNESS II

REKWIŻITI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA' SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI FIL-QASAM TAL-ICT

1.           l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew aċċettati fis-suq u l-implimentazzjoni tagħhom ma tfixkilx l-interoperabbiltà mal-implimentazzjoni ta' standards eżistenti Ewropej jew internazzjonali. L-aċċettazzjoni fis-suq tista' tintwera b'eżempji operazzjonali ta' implimentazzjonijiet konformi mingħand bejjiegħa differenti.

2.           l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt li hija soċjetà professjonali, industrija jew assoċjazzjoni tal-kummerċ jew kwalunkwe organizzazzjoni ta' sħubija li fi ħdan iż-żona tagħha ta' għarfien tiżviluppa standards fil-qasam t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni u li mhijiex korp Ewropew, nazzjonali jew internazzjonali, permezz ta' proċessi li jissodisfaw il-kriterji li jmiss

(a)     onestà:

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati fuq il-bażi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet aċċessibli għall-partijiet interessati kollha fis-suq jew swieq affettwati mill-istandard

(b)     kunsens:

il-proċess ta’ standardizzazzjoni kien kollaborativ u bbażat fuq il-kunsens u ma kienx favur xi parti interessati partikolari. Il-kunsens ifisser ftehim ġenerali, li huwa kkaratterizzat mill-assenza ta’ oppożizzjoni sostnuta għal kwistjonijiet sostanzjali minn kwalunkwe parti importanti tal-interessi ikkonċernati u bi proċess li jinvolvi li jitfittex li jitqiesu l-fehmiet kollha tal-partijiet ikkonċernati u biex jiġu rrikonċiljati xi argumenti kunfliġġenti Il-kunsens ma jimplikax unanimità.

(c)     trasparenza

(i)      kull informazzjoni li tikkonċerna diskussjonijiet tekniċi u t-teħid tad-deċiżjonijiet ġiet arkivjata u identifikata.

(ii)      informazzjoni dwar attivitajiet ta' standardizzazzjoni (ġodda) tħabbret b'mod globali permezz ta' mezzi xierqa u aċċessibbli.

(iii)     il-parteċipazzjoni tal-kategoriji kollha ta' partijiet interessati intalbet bil-għan li jinkiseb bilanċ

(iv)     il-kummenti mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u ngħataw risposta.

3.           l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jirriflettu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     manutenzjoni: L-appoġġ u l-manutenzjoni kontinwi ta’ speċifikazzjonjiet pubblikati huma ggarantiti fuq perjodu twil.

(b)     disponibilità: L-ispeċifikazzjonijiet huma disponibbli pubblikament għall-implimentazzjoni u għall-użu b'kundizzjonijiet raġonevoli (inkluż għal ħlas raġonevoli jew mingħajr ħlas).

(c)     id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali essenzjali għall-implimentazzjoni ta’ speċifikazzjonjiet huma lliċenzjati lil applikanti fuq bażi raġjonevoli (ġusta) u mhux diskriminatorja ((F) RAND), li tinkludi, għad-diskrezzjoni tad-detentur tad-drittijiet intelletwali, l-għoti tal-proprjetà intellettwali essenzjali mingħajr kumpens.

(d)     rilevanza:

(i)      l-ispeċifikazzjonijiet huma effettivi u rilevanti;

(ii)      jeħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet iwieġbu għall-ħtiġijiet tas-suq u r-rekwiżiti regolatorji;

(e)     newtralità u stabbiltà:

(i)      meta jkun possibbli l-istandards għandhom ikunu diretti lejn il-prestazzjoni aktar milli bbażati fuq id-disinn jew karatteristiċi deskrittivi;

(ii)      l-ispeċifikazzjonijiet ma jxekklux is-suq jew jillimitaw il-possibilitajiet għall-implimentaturi biex jiżviluppaw il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni bbażati fuqhom.

(iii)     l-ispeċifikazzjonijiet huma bbażati fuq żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi avvanzati.

(f)      kwalità:

(i)      il-kwalità u l-livell ta' dettall huma biżżejjed biex jippermettu l-iżvilupp ta' varjetà ta' implimentazzjonijiet ta' prodotti u servizzi interoperabbli li qegħdin jikkompetu magħhom;

(ii)      l-interfaċji standardizzati mhumiex moħbija jew ikkontrollati minn ħadd ħlief l-organizzazzjonijiet li adottae l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

ANNESS III

ORGANIZZAZZJONIJIET EWROPEJ TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(g) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-SMEs fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(i)      mhijiex governattiva u ma tagħmilx qligħ.

(ii)      tkun tħaddan bħala l-għanijiet u l-attivitajiet statutorji tagħha r-rappreżentanza tal-interessi tal-SMEs fil-proċess ta’ standardizzazzjoni fil-livell Ewropew;

(iii)     tkun ingħatat mandat minn organizzazzjonjiet li ma jagħmlux profitt li jirrapreżentaw lill-SME f’għall-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, biex tirrappreżenta l-interessi tal-SME fil-proċess ta' standardizzazzjoni fil-livell Ewropew.

(h) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-konsumaturi fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(i)      mhijiex governattiva, ma tagħmilx qligħ, u hija indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew minn kunflitti ta' interessi oħrajn,

(ii)      tkun tħaddan bħala l-għanijiet u l-attivitajiet statutorji tagħha r-rappreżentanza tal-interessi tal-konsumaturi fil-proċess ta’ standardizzazzjoni fil-livell Ewropew;

(iii)     tkun ingħatat mandat minn organizzazzjonjiet nazzjonali tal-konsumatur li ma jagħmlux qliegħ f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, biex tirrappreżenta l-interessi tal-konsumaturi fil-proċess ta' standardizzazzjoni fil-livell Ewropew.

(i) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-interessi ambjentali fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(i)      mhijiex governattiva, ma tagħmilx qligħ, u hija indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew minn kunflitti ta' interessi oħrajn,

(ii)      tkun tħaddan bħala l-għanijiet u l-attivitajiet statutorji tagħha r-rappreżentanza tal-interessi tal-konsumaturi fil-proċess ta’ standardizzazzjoni fil-livell Ewropew;

(iii)     tkun ingħatat mandat minn organizzazzjonjiet ambjentali nazzjonali li ma jagħmlux qliegħ f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, biex tirrappreżenta l-interessi ambjentali fil-proċess ta' standardizzazzjoni fil-livell Ewropew.

(j) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-interessi soċjali fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(i)      mhijiex governattiva, ma tagħmilx qligħ, u hija indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew minn kunflitti ta' interessi oħrajn,

(ii)      tkun tħaddan bħala l-għanijiet u l-attivitajiet statutorji tagħha r-rappreżentanza tal-interessi soċjali fil-proċess ta’ standardizzazzjoni fil-livell Ewropew;

(iii)     tkun ingħatat mandat minn organizzazzjonjiet soċjali nazzjonali li ma jagħmlux qliegħ f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, biex tirrappreżenta l-interessi soċjali fil-proċess ta' standardizzazzjoni fil-livell Ewropew.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu(i) ta’ mmaniġġjar previst(i)

2.           MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

              2.2.    Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit ta’ nefqa affettwata/i

              3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA 1.1. It-titolu tal-proposta

Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1.2. Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[32]

It-Titolu 2 – Intrapriża – Kapitolu 02 03: Suq intern għall-prodotti u l-politiki settorjali

1.3. In-natura tal-proposta

Il-proposta hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

Ta' min wieħed jinnota li l-ammonti stabbiliti f'din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva ma humiex ta' ħsara għall-proposta tal-Kummissjoni li ġejja dwar il-qafas finanzjarju multiannwali ta' wara l-2013. L-aproprjazzjonijiet baġitarji allokati għal din l-azzjoni se jiġu proposti mill-Kummissjoni fil-proċedura baġitarja annwali. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni finanzjarja hija limitata għal sena waħda (2013).

1.4. Objettivi 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

L-għan speċifiku Nru 1

Biex jiġi rrevedut b’mod kontinwu l-acquis eżistenti tas-suq intern u tiġi proposta azzjoni ġdida leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva fejn jixraq.

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistenni/mistennija

Il-proposta tistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-istandardizzazzjoni Ewropea. Fiha għadd ta’ elementi mingħajr impatti baġitarji (eż il-kooperazzjoni bejn il-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali ta’ standardizzazzjoni u l-Kummissjoni) kif ukoll bażi legali għall-iffinanzjar ta’ parti mill-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mwettqa mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropea - CEN, CENELEC u ETSI (minn hawn 'l quddiem imsejħa “ESOs”) u l-bażi legali għall-appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-interessi tal-SMEs, tal-konsumaturi, dawk ambjentali u soċjali.

L-iffinanzjar ta' parti mis-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea permezz tal-ESOs huwa vitali għas-suq intern u għandu jitkompla. Minkejja dan, is-sistema għandha ssir iktar effiċjenti. Minn naħa, il-miżuri jittieħdu biex jaċċeleraw l-elaborazzjoni tal-istandards Ewropej mitluba mill-Kummissjoni. L-għodod finanzjarji se jintużaw biex jinkoraġġixxu l-ESOs biex ifittxu kunsens iktar attivament dwar is-suġġetti kuntenzjużi u biex jirrevedu xi proċessi interni. Min-naħa l-oħra, din il-proposta tinkludi trasferiment lejn arranġament iktar sempliċi, iktar mgħaġġel u iktar stabbli biex tiżdied l-effiċjenza tal-appoġġ finanzjarju mogħti mill-UE. Sett ta' arranġamenti sinifikament iktar sempliċi u inqas burokratiċi għandhom inaqqsu l-piż amministrattiv impost fuq is-servizzi operattivi u l-benefiċjarji. Dan il-piż jipprevjeni lis-servizzi milli jużaw ir-riżorsi tagħhom fuq għanijiet ta' politika u fuq implimentazzjoni f’waqtha, filwaqt li jimplika wkoll burokrazija eċċessiva għall-ESOs. Din il-proposta tirriforma l-iffinanzjar tal-ESOs billi tinkludi l-possibbiltà li dan jinbidel għal sistema bbażata fuq il-prestazzjoni, abbażi tad-definizzjoni ta' indikaturi u objettivi li dwarhom sar qbil (outputs u outcomes), u li ssir simplifikazzjoni tas-somom grossi, separati b'mod ċar minn kwalunkwe verifika tal-ispejjeż reali ta’ implimentazzjoni.

L-appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-interessi tal-SMEs, il-konsumaturi, dawk ambjentali u soċjali għandu jitkompla wkoll. Sa issa, dawn kienu ffinanzjati permezz ta' diversi programmi, li l-biċċa l-kbira minnhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2013 Konsegwentement, huwa xieraq li dawn l-iskemi ta' appoġġ jiġu ssimplifikati u raggruppati skont l-istess bażi legali. Il-kriterji għall-eliġibilità għal dawn l-għotjiet, il-kundizzjonjiet għall-użu tagħhom u t-tip ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji huma allinjati u addattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-grupp korrispondenti ta' partijiet interessati sabiex, pereżempju, l-għotjiet operattivi jkunu jistgħu jingħataw lil organizzazzjoni Ewropea waħda f'kull qasam ekonomiku jew soċjali.

Il-prinċipji ta' tnaqqis gradwali għall-għotijiet operattivi li mhumiex għotjiet skont l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju, ma japplikawx għall-ESOs, skont id-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea Din l-eċċezzjoni għandha tinżamm fil-futur.

Barra minn hekk, il-filosofija bażika tal-għotjiet operattivi hija li għandhom jipprovdu appoġġ temporanju għal organizzazzjoni biex iħalluha tikseb l-indipendenza finanzjarja fit-terminu itwal. Madankollu, din id-degressività tikkontradixxi l-politika tal-UE skont liema l-pożizzjoni tal-SMEs u tal-partijiet interessati tas-soċjetà għandhom jissaħħu sabiex jiżguraw l-inklużività tas-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea. F’każ possibbli li fil-futur jiġu żviluppati iktar standards Ewropej, se jiżdied ix-xogħol tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet interessati fis-sistema ta' standarizzazzjoni Ewropea. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom rwol permanenti li huwa essenzjali għall-attivitajiet u l-politiki tal-UE minħabba fil-kuntest li joperaw fih u l-għanijiet statutorji tagħhom. Huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-istandardizzazzjoni Ewropea li l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs, il-konsumaturi u l-interessi ambjentali u soċjali tkompli tiġi mħeġġa. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom għan ta' interess Ewropew ġenerali u, minħabba l-mandat speċifiku li tawhom l-organizzazzjonijiet nazzjonali ta' bla qligh, jew permezz tar-rappreżentanza esklussiva tagħhom tal-interessi tal-SME u tal-partijiet interessati soċjali, jikkostitwixxu netwerk Ewropew li jirrappreżenta l-korpi li ma jagħmlux qligħ attivi fl-Istati Membri u li jippromwovu l-prinċipji u l-politiki konsistenti mal-għanijiet tat-Trattati. Minħabba l-kuntest li joperaw fih u l-għanijiet statutorji tagħhom, l-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw lill-SMEs, lill-konsumaturi u l-interessi ambjentali u soċjali fl-istandardizzazzjoni Ewropea, għandhom rwol permanenti li huwa essenzjali għall-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-perjodu ta' żvilupp ta' standard idum bejn sena (1) u tliet (3) snin, u dan jirrikjedi impenn lejn il-proċess tekniku fuq medda ta' żmien twil. Il-parteċipazzjoni attiva u kontinwa f'kumitat tekniku jew fi grupp ta' ħidma tirrikjedi impenn ta' ħin sinifikanti ħafna fuq medda ta' żmien itwal. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi estiża l-eċċezzjoni għall-prinċipju tad-degressività għall-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw lill-SMEs, lill-konsumaturi, u l-interessi ambjentali u soċjali.

1.4.4. Indikaturi ta’ riżultati u impatt

(1) L-għadd ta' standards Ewropej adottati mill-ESOs wara talba mill-Kummissjoni;

(2) Iż-żmien bejn l-aċċettazzjoni, min-naħa tal-ESOs, tat-talba għall-abbozzar ta' standard Ewropew u l-adozzjoni formali tal-istandard;

(3) Ir-rata reali ta' parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-interessi tal-SMEs, il-konsumaturi, dawk ambjentali u soċjali fil-proċess tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

(4) Il-bidliet reali għall-istrutturi u l-governanza tal-istandardizzazzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-għadd ta' standards adottati, il-ħeffa tal-issettjar tal-istandards u l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-interessi tal-SMEs, il-konsumaturi, dawk ambjentali u soċjali fil-proċess tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

1.5. Raġunijiet għall-proposta 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandhom jitħarsu għal żmien qasir u fit-tul

Ir-rekwiżiti li jridu jintlaqgħu mill-proposta jistgħu jitqassru kif ġej;

(1) L-istandardizzazzjoni Ewropea hija għodda importanti u effettiva biex tappoġġja l-leġiżlazzjoni u l-politika Ewropea. Hi għandha u se jkollha impatt sinifikanti fl-irfid tas-suq ewlieni ta' oġġetti u servizzi u fil-prevenzjoni tal-ħolqien tal-ostakoli għall-kummerċ fi ħdan l-UE. Għalhekk, l-adozzjoni tal-istandards Ewropej mill-ESOs għandha titkompla u tiġi kkofinanzjata mill-UE. Barra minn hekk, il-bażi legali għandha mhux biss tkopri l-istandards fuq il-prodotti iżda wkoll l-istandards fuq is-servizzi.

(2) L-istandardizzazzjoni fi ħdan l-UE tagħmel kontribut sinifikanti lill-ekonomija Ewropea. L-użu tal-istandards huwa għodda sinifikanti biex in-negozji jżidu l-kompetittività tagħhom. Għalhekk huwa importanti li l-istandards iżommu mal-pass taċ-ċikli tal-iżvilupp tal-prodotti li kull ma jmorru dejjem iżidu fil-ħeffa, u t-titjib tal-veloċità tal-issettjar tal-istandards Ewropej.

(3) L-istandards għandhom jaffettwaw dejjem iktar gruppi fis-soċjetà Ewropea, inklużi n-negozji ta' kull tip u bosta ċittadini individwali. Standard huwa r-riżultat ta' kunsens milħuq minn dawk li jipparteċipaw fl-iżvilupp tiegħu. Firxa biżżejjed wiesgħa ta' parteċipanti hija essenzjali biex jiġi aċċettat standard kemm min-negozji kif ukoll mill-konsumaturi. Il-proposta għandha tiżgura li s-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea għalhekk issir kemm jista' jkun inklużiva, bl-imsieħba kollha impenjati għal sistema msejsa fuq il-valuri ewlenin tal-ftuħ, it-trasparenza u s-solidità xjentifika, u permezz ta' proċess ta' titjib kontinwu tal-istrutturi u l-governanza tal-istandardizzazzjoni.

(4) L-istandards iridu jkunu disponibbli biex jiżguraw l-interoperabbilità bejn is-servizzi u l-applikazzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u komunikazzjoni sabiex l-Ewropa tkun tista' tikseb il-benefiċċji kollha tal-ICT. L-standards tal-ICT l-iktar rilevanti żviluppati minn forums jew konsorzji speċjalizzati għandu jkollhom rwol iktar prominenti fid-dominji fejn l-ESOs mhumiex attivi, meta l-istandards ESO ma jkunux ġew adottati mis-suq jew meta dawn l-istandards ikunu skadew. Konsegwentement, dawn l-istandards għandhom ikunu rikonoxxuti formalment sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi għall-għanijiet ta' akkwist pubbliku.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti ħafna fit-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti industrijali. L-istandards Ewropej jieħdu post l-istandards nazzjonali li ħafna drabi jkunu konfliġġenti u b'hekk joħolqu t-tfixkil tekniku għal suq nazzjonali. L-istandards Ewropej jistgħu jiġu maqsuma f’żewġ kategoriji:

a) Standards Ewropej żviluppati fuq talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' hekk imsejjaħ "mandat" li jitlob lill-ESOs ifasslu speċifikazzjonijiet tekniċi ta' natura normattiva li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-mandat. Dawn l-istandards jistgħu jiġu suddiviżi f’żewġ kategoriji:

- Standards armonizzati Ewropej li jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-konformità ma' standard Ewropew "armonizzat" tiggarantixxi l-livell meħtieġ ta' sikurezza tal-prodotti. Iżda l-użu ta' standards armonizzati għadu mhuwiex obbligatorju u manifattur jista' juża kwalunkwe soluzzjoni teknika oħra li turi li l-prodott tiegħu jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali. Il-persentaġġ ta' standards armonizzati Ewropej fl-aħħar żewġ deċennji żdied minn 3,55% għal 20% fl-2009.

- Standards Ewropej oħrajn ta' appoġġ għall-politiki Ewropej.

b) L-istandards Ewropej li jifdal huma adottati mingħajr leġiżlazzjoni tal-UE b'inizjattiva tal-impriżi, NSBs jew partijiet interessati oħrajn, jew fuq talba tal-Kummissjoni.

L-istandards Ewropej u standards speċjalment armonizzati huma is-sisien għall-iffunzjonar tas-suq intern għall-prodotti. Minkejja dan, l-elaborazzjoni tal-istandards hija attività li tinvolvi ħafna xogħol u tieħu ħafna ħin li ssir minn esperti nazzjonali. Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tistabbilixxi l-bażi legali għas-sostenn finanzjarju għas-Segretarjati Ċentrali tal-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropea bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-istandards armonizzati u li tiġi promossa l-istandardizzazzjoni Ewropea fil-livell internazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea u l-EFTA jistabbilixxu Ftehimiet Qafas ta' Sħubija (FPAs) ma’ kull ESO, li skonthom il-proposti għall-iffinanzjar jistgħu jiġu indirizzati lill-Kummissjoni. L-FPAs jiffissaw ir-regoli amministrattivi u finanzjarji dwar l-iffinanzjar tal-attivitajiet ta' standardizzazzjoni u jistabbilixxu l-kuntest ġenerali u t-termini li skonthom l-appoġġ finanzjarju jista' jiġi allokati. Din id-Deċiżjoni tieħu post id-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE.

1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Din il-proposta tqis l-evalwazzjonijiet li saru fil-kuntest tad-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE li tirreferi għalihom l-istima tal-impatt..

1.5.4. Koerenza u possibbilment sinerġija ma’ strumenti oħra rilevanti

Din il-proposta hija totalment koerenti ma' strumenti oħra rilevanti, jiġifieri l-atti kollha leġiżlattivi stabbiliti f'Anness 4 tal-istima tal-impatt mehmuża.

1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

Proposta ta' tul ta' zmien bla limitu

1.7. Il-metodu/i ta’ mmaniġġjar previst(i)[33]

Immaniġġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni

2. MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR 2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

L-għanijiet komuni ta' kooperazzjoni u l-kondizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji li jirrigwardaw l-għotjiet li jingħataw lill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet l-oħra msemmija fil-proposta se jkunu ddefiniti fil-ftehimiet qafas ta' sħubija, li se jkunu ffirmati mill-Kummissjoni u minn dawn l-korpi u l-organizzazzjonijiet skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Dawn il-ftehimiet kif ukoll il-ftehimiet ta' għotjiet se jispeċifikaw ir-regoli tal-monitoraġġ u tar-rapportaġġ.

Barra minn hekk, il-proposta tobbliga l-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet l-oħra msemmija fil-proposta biex jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-obbligazzjonijiet tagħhom.

2.2. Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i)

Il-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropea għandhom bażi finanzjarja solida. Is-sejħiet għall-proposti għall-organizzazzjonijiet l-oħra msemmija fil-proposta se jkun fihom kriterji ta' selezzjoni finanzjarja sabiex jipprevjenu kwalunkwe riskju finanzjarju. Konsegwentement, l-ebda riskji finanzjarji ma setgħu jiġu identifikati.

2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Il-metodi ta' kontrol previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Dawn se jkunu speċifikati f'iktar dettall fil-ftehimiet qafas ta' sħubija u l-ftehimiet ta' għotjiet li se jkunu ffirmati mill-Kummissjoni u l-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet l-oħra msemmija fil-proposta. Il-proposta tispeċifika b'mod ċar li kull ftehim u kull kuntratt li jsir bis-saħħa ta' dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-monitoraġġ u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe rappreżentant li hija tawtorizza, u għall-verifiki mill-Qorti tal-Awdituri, li jekk ikun meħtieġ, għandhom isiru fuq il-post.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Din il-proposta tinkludi dispożizzjoni li skontha l-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, b’kontrolli effettivi u bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu mingħajr jedd u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b’pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u diżważivi, skont ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit ta’ nefqa affettwata/i

· Linji ta' baġit ta' nefqa eżistenti

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

DA/NDA ([34]) || minn pajjiżi tal-EFTA[35] || minn pajjiżi kandidati[36] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || Artikolu 02 03 04 — Standardizzazzjoni u approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni || DA || IVA || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba: L-Artikolu 02 03 04 għandu jkun maqsum f'żewġ artikoli separati:

– L-Artikolu 02 03 04 01 għandu jissostitwixxi l-Artikolu 02 03 04 preċedenti u għandu jinkludi l-krediti ppjanati għalih, li jkopru l-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni tas-CEN, is-CENELEC u l-ETSI;

– L-Artikolu 02.03.04.02 għandu jikkonsisti mill-krediti li ġejjin li ttieħed impenn għalihom u li tħallsu skont l-artikoli 02.02.01, 17.02.02.00 u 07.03.07 fuq attivitajiet marbutin mal-istandardizzazzjoni. Se jiġu ttrasferiti għal fuq il-linja baġitarja l-ġdida 02.03.04.02, 2,1 miljun EUR mil-linja baġitarja 02.02.01; 1,4 miljun EUR mil-linja baġitarja 17.02.02.00; u 0,2 miljun EUR mil-linja baġitarja 07.03.07.

– L-artikoli 02.02.01, 17.02.02.00 u 07.03.07 se jitnaqqsulhom l-ammonti ta' hawn fuq, li jikkorrispondu ma' attivitajiet ta' standardizzazzjoni, fil-programmazzjoni finanzjarja L-artikoli tal-aħħar jitnaqqsulhom l-ammonti li jikkorrispondu ma' attivitajiet ta' standardizzazzjoni.

– Il-krediti għall-għotjiet lil organizzazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw il-partijiet interessati tas-soċjetà fil-qasam tal-istandardizzazzjoni huma inklużi f'artikoli oħra baġitarji (eż. 04.03.03.02).

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Differenzjata/mhux differenzjata || Minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || Artikolu 02 03 04 01 — Appoġġ għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mwettqa mis-CEN, is-CENELEC u l-ETSI || DA || IVA || LE || LE || LE

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || L-Artikolu 02 03 04 02 - Appoġġ għal organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet interessati tas-soċjetà fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni. || DA || IVA || LE || LE || LE

3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa[37] 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

|| || || Sena N[38] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Snin N+4 sa 6 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Artikolu 02 03 04 01 — Appoġġ għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mwettqa mis-CEN, is-CENELEC u l-ETSI || Impenji || (1) || 23.5 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ħlasijiet || (2) || 9 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

L-Artikolu 02 03 04 02 - Appoġġ għal organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet interessati tas-soċjetà fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni. || Impenji || (1a) || 3.7 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ħlasijiet || (2a) || 3.7 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[39] || || || || -- || -- || -- || -- || --

Artikolu 02 01 04 02 - || || (3) || 0.2 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Għall-informazzjoni biss, il-linji li ġejjin se jitnaqqsu (dawn l-ammonti mhumiex riflessi fit-totali): || || || || || || || || || ||

L-artikolu 02.02.01 (l-intestatura 1a) || Impenji || || -2.1 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ħlasijiet || || -2.1 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

L-artikolu 17.02.02.00 (l-intestatura 3b) || Impenji || || -1.4 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ħlasijiet || || -1.4 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

L-artikolu 07.03.07 (l-intestatura 2) || Impenji || || -0.2 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ħlasijiet || || -0.2 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1.a tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =1+1a +3 || 27.4 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 12.9 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

EUR miljuni (sa tliet (3)punti deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Snin N+4 sa 6 || TOTAL

DG: ENTR, SANCO, MARKT, MOVE, ENV u INFSO ||

Ÿ Riżorsi umani || 3.5 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.3 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

TOTAL || Approprjazzjonijiet || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total ta' impenji = Ħlasijiet totali) || 3.8 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- ||

EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali)

|| || || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017-2020 || TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 3.8 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ħlasijiet || 3.8 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

3.2.2. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi

Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn isfel:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

Jindikaw l-objettivi u l-outputs ò || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Snin N+4 sa 6 || TOTAL

OUTPUTS

Tip ta’ output[40] || Spiża medja tal-output || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru totali ta’ outputs || Total Spiża

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1: Biex jiġi rrevedut b’mod kontinwu l-acquis eżistenti tas-suq intern u tiġi proposta azzjoni ġdida leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva fejn jixraq. || || || || || || || || || || || || || || || ||

Sekretarjat ċentrali tal-ESOs || (A) || 3.35 || 3 || 10 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Traduzzjoni tal-istandards || (b) || 0.55 || 2 || 1.1 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Ħidma ta' standardizzazzjoni (li tinkludi l-ICT) || (c) || 0.4 || 25 || 11 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Il-promozzjoni tal-istandards Ewropej. || (D) || 0.1 || 1 || 0.1 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Verifiki, valutazzjonijiet u proġetti speċifiċi || (E) || 0.8 || 1 || 0.8 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Studji u assistenza teknika || (D) (E) || 1.2 || 0 || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Promozzjoni u żvilupp tal-Kodiċijiet Ewropej || (D) (E) || 0.5 || 1 || 0.5 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Sostenn ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs || (A) sa (E) || 2.0 || 1 || 2.0 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Sostenn ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati soċjali || (A) sa (E) || 0.75 || 2 || 1.5 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

SPIŻA TOTALI || 36 || 27 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

3.2.3. L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn isfel:

EUR miljuni (sa tliet (3) punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Snin N+4 sa 6 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 3.5 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Nefqa amministrattiva oħra || 0.3 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Total parzjali tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 3.8 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

’Il barra mill-INTESTATURA 5 [41]of the multiannual financial framework || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || 0.2 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

Total parzjali ’il barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.2 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

TOTAL || 4 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ rizorsi umani, kif spjegat hawn isfel:

L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Snin N+4 sa 6

Ÿ Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni) || 2.9 || -- || -- || -- || -- || -- || --

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || --

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || --

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || --

 Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[42] ||

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 0.6 || -- || -- || -- || -- || -- || --

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || --

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || --

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || --

Linji oħra tal-baġit (ispeċifika) || 0 || -- || -- || -- || -- || -- || --

TOTAL || 7 || -- || -- || -- || -- || -- || --

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titlu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa jagħmlu tajjeb għalihom il-persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew li ntbagħat jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ allokoazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li qed jimmaniġġja skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni ta’ inkarigi li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || L-implimentazzjoni tar-Regolament (i.e. l-immaniġġjar tal-attivitajiet ta' standardizzazzjoni u l-finanzjament tagħhom, inkluż dwar l-ICT, u l-immaniġġjar tal-għotjiet lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet interessati tas-soċjetà).

Persunal estern || L-Esperti Nazzjonali Ssekondati għandhom jikkontribwixxu għall-aġġornament tal-attivitajiet ta' standardizzazzjoni, inkluż dwar l-ICT. L-aġenti kuntrattwali se jwettqu prinċiparjament l-ħidmiet eżekuttivi.

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. Xi krediti jistgħu jitneħħew minn titoli oħra baġitarji għat-titolu 2 (Intrapriża) kif stabbilit fit-Taqsima 3.1.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ terzi

Il-proposta tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Snin N+4 sa 6 || Total

Speċifika l-entità ta’ kofinanzjament || EFTA || EFTA || EFTA || EFTA || EFTA || EFTA || EFTA || EFTA

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0.7 || -- || -- || -- || -- || -- || -- || --

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet fuq id-dħul.

[1]               ĠU C […], […], p. […].

[2]               ĠU L 24, 21.7.1998, p. 37.

[3]               ĠU L 315, 15.11.2006, p. 9.

[4]               ĠU L 36, 7.2.1987, p. 31.

[5]               ĠU L 376, 27.12.2006.

[6]               ĠU L 71, 17.3.1980, p. 1.

[7]               ĠU L 399, 7.2.1987, p. 31.

[8]               ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.

[9]               ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1.

[10]             ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.

[11]             ĠU L 213, 7.9.1995, p. 1.

[12]             ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1.

[13]             ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.

[14]             ĠU L 154, 14.6.2007, p. 1

[15]             ĠU L 264, 8.10.2009, p. 12

[16]             ĠU L 122, 16.5.2009, p. 6.

[17]             ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

[18]             ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

[19]             ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

[20]             ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

[21]             ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

[22]             ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[23]             ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

[24]             ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

[25]             ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.

[26]             ĠU L 149, 9.6.2007, p. 1.

[27]             ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[28]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[29]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[30]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[31]             ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

[32]             ABM: Activity-Based Management [Immaniġġjar Abbażi ta’ Attività] – ABB: Activity-Based Budgeting [Ibbaġittjar Abbażi ta’ Attività].

[33]             Dettalji ta’ modi ta’ maniġment u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[34]             AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[35]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[36]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[37]             L-ammonti stabbiliti fit-tabelli tat-taqsima 3.2 għandhom jiġu adattati għall-inflazzjoni u eventwalment jiġu aġġustati skont dan.

[38]             Is-sena N hija s-sena li fiha x'aktarx tibda l-implimentazzjoni tal-proposta, jiġifieri l-2013.

[39]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel kienu intestaturi "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[40]             Outputs huma prodotti u servizzi li għandhom ikunu pprovduti (eż: numru ta’ skambji ffinanzjati ta’ studenti, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.). (A)= appoġġ amministrattiv, (B)= servizzi tradotti, (C)= xogħol reali ta' standardizzazzjoni, (D)= promozzjoni u pubbliċità, inklużi konferenzi u (E)= servizzi oħra intellettwali

[41]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel kienu intestaturi "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[42]             AK= Aġent ta’ Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); AL= Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonmali Sekondat;

Top