Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0165

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu [Popolari] taċ-Ċina

/* KUMM/2011/0165 finali - NLE 2011/0071 */

52011PC0165

/* KUMM/2011/0165 finali - NLE 2011/0071 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu [Popolari] taċ-Ċina


[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 4.4.2011

KUMM(2011) 165 finali

2011/0071 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu [Popolari] taċ-Ċina

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Kuntest tal-Proposta

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) fl-investigazzjoni ta’ evażjoni potenzjali tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

- Il-kuntest ġenerali

Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija riżultat tal-investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-miżuri fis-seħħ kienu imposti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

- Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u stima tal-impatt

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-partijiet interessati kkonċernati permezz tal-proċedura kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom waqt l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament bażiku.

- Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Ma kienx hemm ħtieġa għal għarfien espert estern.

- Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku.

Ir-Regolament bażiku ma fihx dispożizzjonijiet għal valutazzjoni tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu vvalutati.

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Taqsira tal-azzjoni proposta

Fl-20 ta’ Awwissu 2010 il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament (UE) Nru 748/2010 li jiftaħ investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta' evażjoni potenzjali tal-miżuri anti-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 dwar l-importazzjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’importazzjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik permezz ta’ kumpanija Ċiniża suġġetta għal rata ta’ dazju aktar baxxa. It-tnedija tal-ex-ufficio kienet ibbażata fuq xhieda suffiċjenti prima facie li l-miżuri anti-dumping tal-prodott inkwistjoni kienu qed jiġu evitati permezz ta’ riorganizzazzjoni ta’ xejriet u ta’ mezzi tal-bejgħ tal-prodott inkwistjoni.

Il-proposta mehmuża għar-Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni li saret kif ukoll fuq il-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni kkonfermat li saret bidla fix-xejra tal-bejgħ, skont l-Artikoluº13(1) tar-Regolament bażiku.

Għalhekk qed issir proposta biex ikun estiż id-dazju residwu tal-anti-dumping impost permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 fuq il-kumpanija suġġetta għall-investigazzjoni.

Barra minn hekk, sabiex ikun possibbli monitoraġġ aktar dettaljat taċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ fil-kumpaniji li ma kinux parti mill-kampjun, minn issa 'l quddiem, għandha tkun attribwita kodiċi addizzjonali TARIC għal kull kumpanija li mhijiex parti mill-kampjun elenkata fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006.

Huwa għalhekk propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju 2011.

- Bażi legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali.

L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u proporzjonat mal-għan tal-proposta, mhijiex applikabbli.

- Għażla tal-istrumenti

Strumenti proposti: Regolament.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba r-raġuni li ġejja:

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għaliex ir-Regolament bażiku ma jistipulax għażliet alternattivi.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

2011/0071 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu [Popolari] taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”)[1] u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3), 14(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1. PROĊEDURA

2. Miżuri eżistenti

3. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006[2] (ir-Regolament oriġinali), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ). Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, intgħażel kampjun ta' produtturi esportaturi u ġew imposti fuqhom rati ta' dazju individwali li jvarja bejn 4,8 % sa 12,8 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, filwaqt li kumpaniji oħra li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun u elenkati fl-Anness I mar-Regolament oriġinali ngħataw rata ta' dazju ta' 8,4 %. Ġiet imposta rata ta' dazju ta' 28,8 % (rata ta' dazju residwu) fuq kumpaniji Ċiniżi li jew ma ddikjarawx rwieħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

4. Skont ir-regolament (KE) Nru 189/2009[3] u skont l-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali, żdiedu tliet kumpaniji Ċiniżi mal-lista ta’ produtturi mir-RPĊ elenkati fl-Anness I

5. It-tnedija tal-Ex-Officio

6. Ix-xhieda prima facie disponibbli għall-Kummissjoni uriet li, wara li ġew imposti l-miżuri, kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi l-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni li għaliha ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni adegwata għajr l-impożizzjoni tad-dazji fis-seħħ. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ dehret li ġiet mill-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott inkwistjoni li huwa prodott mill-produtturi esportaturi Ċiniżi soġġetti għar-rata ta' dazju residwu permezz ta’ produttur esportatur Ċiniż li qed igawdi minn rata ta’ dazju aktar baxxa, jiġifieri l-kumpanija Xiamen Xingxia Polymers Co., Ltd ("Xiamen") elenkata fl-Anness I tar-Regolament oriġinali.

7. Barra minn dan, l-evidenza tindika l-fatt li l-effetti rimedjali tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq il-prodott inkwistjoni qegħdin jiġu mxekkla f’termini ta’ prezz. Kien hemm biżżejjed xhieda prima facie li l-importazzjoni tal-prodott inkwistjoni saret bi prezzijiet ferm inqas mill-prezz bla danni stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ.

8. Finalment, il-Kummissjoni għandha biżżejjed xhieda prima facie għad-dispożizzjoni tagħha li l-prezzijiet tal-prodott inkwistjoni huma ddampjati meta mqabbla mal-valur normali stabbilit qabel.

9. Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed xhieda prima facie għat-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ppubblikat Regolament (UE) Nru 748/2010[4], f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , li tniedi investigazzjoni dwar l-allegata evażjoni tal-miżuri anti-dumping (ir-Regolament tat-tnedija). Skont l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament tat-tnedija, iddereġiet ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni dikjarati li kienu mmanifatturati minn Xiamen skont il-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku A981 attribwit lilhom biex ikun żgurat li, jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni juru li kien hemm evażjoni, ikunu jistgħu jiġu ntaxxati dazji ta’ anti-dumping bl-ammont xieraq b’lura mid-data tar-reġistrazzjoni tat-tali importazzjonijiet.

10. L-investigazzjoni

11. Il-Kummissjoni uffiċjalment għarrfet lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lil Xiamen, kif ukoll lill-kumpaniji li allegatament qed jesportaw il-prodotti tagħhom permezz ta’ Xiamen (“produtturi esportaturi oħra”) bit-tnedija tal-investigazzjoni u bagħtet il-kwestjonarji. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien kif stipulat fir-Regolament tat-tnedija. Il-partijiet interessati ġew infurmati wkoll li n-nuqqas ta' kooperazzjoni jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li jistgħu jsiru sejbiet fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

12. Ma waslet l-ebda tweġiba mill-produtturi esportaturi l-oħra u waslet tweġiba mhux kompluta mingħand Xiamen.

13. Il-perjodu tal-investigazzjoni

14. Il-perjodu tal-investigazzjoni kopra bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2010 (“il-PI”). Inġabret dejta għall-perjodu bejn Jannar 2006 sa tmiem il-PI biex tkun investigata l-allegata bidla fix-xejra tal-kummerċ u l-aspetti l-oħra stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

15. RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

16. Il-konsiderazzjonijiet ġenerali/il-livell ta’ kooperazzjoni/il-metodoloġija

17. Kif spjegat fil-preambolu (8) hawn fuq, Xiamen bagħtet tweġiba inkompluta u parzjali għall-kwestjonarju. Is-servizzi tal-Kummisssjoni bagħtu ittra lil Xiamen biex jidentifikaw in-nuqqasijiet tat-tweġiba għall-kwestjonarju u talbu tagħrif sħiħ u koerenti li għalih Xiamen ma għamlet l-ebda reazzjoni. Barra minn hekk, Xiamen irrifjutat verifika tad-dejta fuq il-post tagħha proposta.

18. B’riżultat ta’ dan, Xiamen ġiet mgħarrfa li f’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkunsidra lill-kumpanija bħala li mhix tikkoopera, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li s-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli. Xiamen ġiet mgħarrfa wkoll li r-riżultat tal-investigazzjoni jista’ jkun anqas favorevoli milli kieku kienet ikkooperat bis-sħiħ. Xiamen ma għamlet l-ebda reazzjoni għal din l-ittra.

19. Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq u billi ma hemm l-ebda dejta statistika disponibbli biex tiddetermina l-volumi tal-esportazzjoni u l-prezzijiet fuq livell ta’ kumpanija waqt il-PI, is-sejbiet dwar l-allegata evażjoni kellhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku jiġifieri abbażi tax-xhieda mressqa mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istat Membri u t-tweġiba għall-kwestjonarju parzjali mhux verifikat mibgħut minn Xiamen.

20. Il-prodott inkwistjoni

21. Il-prodott inkwistjoni huma xkejjer u basktijiet tal-plastik, li fihom tal-anqas 20 % skont il-piż ta' polietilene u b'kisi ta' ħxuna li taqbiżx il-100 mikrometru (μm), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (kodiċi TARIC 3923 21 00 20, 3923 29 10 20 u 3923 29 90 20).

22. Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

23. Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-evażjoni fis-seħħ twettqet billi ġie analizzat jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn kumpaniji individwali fir-RPĊ u l-Unjoni, b’riżultat ta’ xi prassi, ta’ xi proċess jew ta’ ħidma, li għaliha ma kienx hemm raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazju, u fejn hemm xi evidenza ta’ ħsara jew l-effetti rimedjanti tad-dazju qed jixxekklu f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott inkwistjoni, u fejn hemm evidenza ta’ dumping f’paragun mal-valuri normali li kienu ġew stabbiliti qabel għall-prodott simili.

24. Minħabba li d-dejta tal-Eurostat ma tistax tintuża biex tiddetermina l-volumi tal-esportazzjoni fil-livell ta’ kumpanija billi hija mogħtija biss dejta aggregata għall-pajjiż kollu filwaqt li tipi oħra ta’ dejta statistika mhix disponibbli, intużaw il-volumi tal-esportazzjoni u l-prezzijiet irrapportati minn Xiamen fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju parzjali.

25. Skont it-tagħrif mingħand Xiamen, il-bejgħ lill-Unjoni żdied b’mod speċjali wara l-impożizzjoni tal-miżuri f’Settembru 2006. Għal xi perjodi, l-esportazzjonijiet irduppjaw, meta mqabbla mal-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni użat fl-investigazzjoni oriġinali (l-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) u l-prezzijiet irrapportati kienu anqas mill-prezz immirat medju tal-UE stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali.

26. Nuqqas ta’ raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping

27. Minbarra ż-żieda fil-volum ta' bejgħ, kien innutat li skont it-tagħrif mibgħut fl-investigazzjoni oriġinali tal-eżerċizzju tat-teħid ta' kampjuni, Xiamen iddikkjarat li ma kellhiex kumpaniji relatati u li ma kinitx tipproduċi barra mill-fabbrika prinċipali. Fit-tweġiba tagħha parzjali għall-kwestjonarju kontra l-evażjoni, Xiamen irrapportat li waqt il-PI hija kkuntrattat ċerti partijiet tal-produzzjoni, bħall-istampar bil-kulur jew l-ippakkjar (bagging) u li xi kultant tbigħ il-materja prima lill-kumpaniji kkuntrattati.

28. It-tweġiba għall-kwestjonarju parzjali kkonfermat li l-kumpaniji kkuntrattati msemmija minn Xiamen huma l-esportaturi l-oħra li, skont ix-xhieda prima facie, allegatament kienu qed jidderieġu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Madankollu, it-tweġiba żvelat ukoll li dan mhuwiex każ ta’ arranġament ta’ kkuntrattar fejn il-pussess tal-materja prima u l-prodott lest jibqa’ fil-kumpanija skont l-ordni tal-kuntratt, imma każ li jmur lil hinn mir-raġunijiet li ġejjin.

29. Fil-każijiet kollha rrapportati bħala “parzjalment ipproċessati”, il-ħlas mill-klienti Ewropej kien irrapportat li ma sarx lil Xiamen imma sar fil-kontijiet bankarji taż-żewġ kumpaniji allegatament involuti fid-direzzjonar (channelling). Dan il-bejgħ jammonta għal aktar minn 20 % tal-bejgħ kollu tal-UE fl-2009. Barra minn hekk, il-lista tat-transazzjonijiet ta’ bejgħ imressqa minn Xiamen turi metodoloġiji ta’ fatturazzjoni differenti fl-istruttura alfanumerika u fit-tul. Dwar il-bejgħ irrapportat bħala “parzjalment ipproċessat” minn waħda miż-żewġ kumpaniji, li jirrappreżenta l-maġġoranza ta’ dak il-bejgħ, jidher li n-numru tal-fattura jinkludi żewġ ittri li jirreferu għall-isem tal-kumpanija li allegatament qed tagħmel id-direzzjonar. Barra minn hekk, iż-żewġ kumpaniji jinsabu madwar 1 000 km 'l bogħod minn Xiamen, ħaġa li tixħet dubji fuq il-ġustifikazzjoni ekonomika ta’ tali arranġament.

30. Minbarra dan, ma jistax jiġi eskluż li ġie affettwat aktar bejgħ minn dak identifikat fil-lista dettaljata tat-transazzjonijiet mibgħuta minn Xiamen minħabba l-allegat direzzjonar billi skont statistiċi tal-produzzjoni u l-kapaċità mibgħuta minn Xiamen, aktar minn 40 % tal-produzzjoni tagħha fl-2007, l-2008 u l-2009 kienu ddikkjarati bħala ikkuntrattati.

31. Ġie innutat ukoll li bejgħ irrapportat bħala “parzjalment ipproċessat” waqaf f’Ottubru 2009, jiġifieri wara li l-awtoritajiet tad-dwana f’ċerti Stati Membri rrifjutaw l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju anti-dumping individwali ta’ Xiamen għal ċerti importazzjonijiet apparentament prodotti mill-produtturi esportaturi l-oħra.

32. Dan għalhekk iwassal għall-konklużjoni li kienet seħħet bidla fix-xejra tal-kummerċ wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott inkwistjoni li għaliha ma hemm l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-iskartar tar-rata fis-seħħ tad-dazju residwu tal-anti-dumping.

33. Ix-xkiel tal-effett remedjali fuq il-ħsara tad-dazju anti-dumping

34. Iż-żieda tal-importazzjonijiet iddikkjarati f’isem Xiamen kienet l-aktar f’termini ta’ kwantitajiet. Skont it-tweġiba għall-kwestjonarju, Xiamen kważi rduppjat il-bejgħ lill-UE fl-2007 u l-2008, meta mqabbel mal-bejgħ irrapportat waqt il-PI oriġinali, li prinċipalment kien minħabba l-involviment tal-produtturi esportaturi l-oħra. Il-paragun tal-prezz immirat medju tal-UE stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali u l-prezz medju ddifferenzjat tal-esportazzjoni rrapportat waqt il-PI juri tnaqqis fil-bejgħ.

35. Huwa għalhekk konkluż li l-prassi spjegata hawn fuq xekklet l-effetti remedjali fuq il-ħsara tal-miżuri kemm f'termini ta' kwantitajiet kif ukoll tal-prezzijiet.

36. Xhieda ta' dumping

37. Fl-aħħarnett, skont l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm xhieda ta’ dumping b’rabta mal-valur normali stabbilit qabel.

38. Il-paragun tal-valur normali medju ddifferenzjat kif stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali (il-valur normali mill-pajjiż analogu tal-Malasja) u l-valur medju ddifferenzjat tal-prezz tal-esportazzjoni waqt il-PI fis-seħħ kif irrapportat minn Xiamen fit-tweġiba għall-kwestjonarju parzjali turi marġni ta' dumping li jaqbeż il-marġni ta' dumping stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali għal kumpaniji li ma kinux fil-kampjun.

39. MIŻURI

40. Minħabba dan ta’ hawn fuq u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ġie konkluż li seħħet bidla fix-xejra tal-kummerċ, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ir-rata tad-dazju residwu tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni li joriġinaw mir-RPĊ għandha għalhekk tiġi estiża għall-importazzjonijiet tal-istess prodott iddikjarat li huwa mmanifatturat minn Xiamen. F’termini prattiċi, il-kodiċi addizzjonali TARIC A999 għandu jkun iddikkjarat għal dawk l-importazzjonijiet permezz tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

41. Barra minn hekk, sabiex ikun possibbli monitoraġġ aktar dettaljat taċ-cirkolazzjoni tal-kummerċ fil-pajjiżi li ma kinux parti mill-kampjun minn issa 'l quddiem, għandha tkun attribwita kodiċi addizzjonali TARIC għal kull kumpanija li mhijiex parti mill-kampjun elenkata fl-Anness I tar-Regolament oriġinali.

42. Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipulaw li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tat-tnedija, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati ikkunsinnati minn Xiamen.

43. ŻVELAR

44. Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom il-Kunsill kellu ħsieb li jestendi d-dazju residwu tal-anti-dumping li hemm fis-seħħ, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u jiġu mismugħa. Ma waslu ebda kummenti li kienu jiġġustifikaw bidla fil-konklużjonijiet ta’ hawn fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

45. Id-dazju anti-dumping definittiv ta’ 28,8 % applikabbli fuq “il-kumpaniji l-oħra kollha” impost permezz tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 dwar l-importazzjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina huwa b’hekk estiż għal importazzjonijiet iddikjarati li huma mmanifatturati minn XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD.

46. It-tabella fl-Artikolu 1 paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 ser tinbidel b' din it-tabella:

Pajjiż | Kumpanija | Ir-rata ta’ dazju (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | Cedo (Shanghai) Limited u Cedo (Shanghai) Household Wrappings, Shanghai | 7,4 | A757 |

Jinguan (Longhai) Plastics Packing Co., Ltd., Longhai | 5,1 | A758 |

Sunway Kordis (Shanghai) Ltd. u Shanghai Sunway Polysell Ltd., Shanghai | 4,8 | A760 |

Suzhou Guoxin Group Co., Ltd., Suzhou Guoxin Group Taicang Yihe Import & Export Co., Ltd., Taicang Dongyuan Plastic Co., Ltd. u Suzhou Guoxin Group Taicang Giant Packaging Co., Ltd., Taicang | 7,8 | A761 |

Wuxi Jiayihe Packaging Co., Ltd. u Wuxi Bestpac Packaging Co., Ltd., Wuxi | 12,8 | A763 |

Zhong Shan Qi Yu Plastic Products Co Ltd., Zhongshan | 5,7 | A764 |

Huizhou Jun Yang Plastics Co,. Ltd., Huizhou | 4,8 | A765 |

Xinhui Alida Polythene Limited, Xinhui | 4,3 | A854 |

Kumpaniji elenkati fl-ANNESS I | 8,4 | Ara l-ANNESS I. |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 28,8 | A999 |

It-Tajlandja | King Pac Industrial Co., Ltd., Chonburi u Dpac Industrial Co., Ltd., Bangkok | 14,3 | A767 |

Multibax Public Co., Ltd., Chonburi | 5,1 | A768 |

Naraipak Co Ltd. u Narai Packaging (Thailand) Ltd., Bangkok | 10,4 | A769 |

Sahachit Watana Plastic Industry Co., Ltd., Bangkok | 6,8 | A770 |

Thai Plastic Bags Industries Co., Ltd., Nakornpathorn | 5,8 | A771 |

Kumpaniji elenkati fl-ANNESS II | 7,9 | A772 |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 14,3 | A999 |

47. L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 jinbidel bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

48. Id-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1 għandu jinġabar fuq importazzjonijiet irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 748/2010.

49. Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana hawn qed ikunu ordnati biex ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet, kif kien stabbilit skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 748/2010.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 748/2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

ANNESS I: Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw u li mhumiex parti mill-kampjun

Kumpanija | Belt | Kodiċi addizzjonali TARIC |

BAO XIANG PLASTIC BAG MANUFACTURING (SHENZHEN) CO., LTD. | Shenzhen | B014 |

BEIJING LIANBIN PLASTIC & PRINTING CO LTD | Beijing | B015 |

CHANGLE BEIHAI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Zhuliu | B016 |

CHANGLE UNITE PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Changle | B017 |

CHANGLE HUALONG PLASTIC PRODUCTS CO LTD | Changle | B018 |

CHANGLE SANDELI PLASTIC PRODUCTS CO LTD | Changle | B019 |

CHANGLE SHENGDA RUBBER PRODUCTS CO., LTD. | Changle | B020 |

CHANGZHOU HUAGUANG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Wujin | B021 |

CHEONG FAT PLASTIC BAGS (CHINA) PRINTING FACTORY | Shenzhen | B022 |

CHUN HING PLASTIC PACKAGING MANUFACTORY LTD | Hong Kong | B023 |

CHUN YIP PLASTICS (SHENZHEN) LIMITED | Shenzhen | B024 |

CROWN POLYETHYLENE PRODUCTS (INT'L) LTD. | Hong Kong | B025 |

DALIAN JINSHIDA PACKING PRODUCTS CO., LTD | Dalian | B026 |

DONG GUAN HARBONA PLASTIC & METALS FACTORY CO., LTD. | Dongguan | B027 |

DONGGUAN CHERRY PLASTIC INDUSTRIAL, LTD | Dongguan | B028 |

DONGGUAN FIRSTWAY PLASTIC PRODUCTS CO., LTD | Dongguan | B029 |

DONGGUAN MARUMAN PLASTIC PACKAGING COMPANY LIMITED | Dongguan | B030 |

DONGGUAN NAN SING PLASTICS LIMITED | Dongguan | B031 |

DONGGUAN NOZAWA PLASTIC PRODUCTS CO. LTD | Dongguan | B032 |

DONGGUAN RUI LONG PLASTICS FACTORY | Dongguan | B033 |

FOSHAN SHUNDE KANGFU PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Shunde | B034 |

FU YUEN ENTERPRISES CO. | Hong Kong | B035 |

GOLD MINE PLASTIC INDUSTRIAL LIMITED | Jiangmen | B036 |

GOOD-IN HOLDINGS LTD. | Hong Kong | B037 |

HANG LUNG PLASTIC FACTORY (SHENZHEN) LTD | Shenzhen | B038 |

HUIYANG KANLUN POLYETHYLENE MANUFACTURE FACTORY | Huizhou | B039 |

JIANGMEN CITY XIN HUI HENGLONG PLASTIC LTD. | Jiangmen | B040 |

JIANGMEN TOPTYPE PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Jiangmen | B041 |

JIANGMEN XINHUI FENGZE PLASTIC COMPANY LTD. | Jiangmen | B042 |

JIANGYIN BRAND POLYTHENE PACKAGING CO., LTD. | Jiangyin | B043 |

JINAN BAIHE PLASTIC CO., LTD | Jinan | B044 |

JINAN CHANGWEI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Jinan | B045 |

JINAN CHENGLIN PLASTIC PRODUCTS COMPANY LTD. | Jinan | B046 |

JINAN MINFENG PLASTIC CO., LTD. | Jinan | B047 |

JINYANG PACKING PRODUCTS (WEIFANG) CO. LTD | Qingzhou | B048 |

JUXIAN HUACHANG PLASTIC CO., LTD | Liuguanzhuang | B049 |

JUXIAN HUAYANG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD | Liuguanzhuang | B050 |

KIN WAI POLY BAG PRINTING LTD. | Hong Kong | B051 |

LAIZHOU JINYUAN PLASTICS INDUSTRY & TRADE CO., LTD. | Laizhou | B052 |

LAIZHOU YUANXINYIE PLASTIC MACHINERY CO., LTD. | Laizhou | B053 |

LICK SAN PLASTIC BAGS (SHENZHEN) CO., LTD. | Shenzhen | B054 |

LINQU SHUNXING PLASTIC PRODUCTS CO. LTD. | Linqu | B055 |

LONGKOU CITY LONGDAN PLASTIC CORPORATION LTD. | Longkou | B056 |

NEW CARING PLASTIC MANUFACTORY LTD. | Jiangmen | B057 |

NEW WAY POLYPAK DONGYING CO., LTD. | Dongying | B058 |

NINGBO HUASEN PLASTHETICS CO., LTD. | Ningbo | B059 |

NINGBO MARUMAN PACKAGING PRODUCT CO. LTD. | Ningbo | B060 |

POLY POLYETHYLENE BAGS AND PRINTING CO. | Hong Kong | B061 |

QINGDAO NEW LEFU PACKAGING CO., LTD. | Qingdao | B062 |

QUANZHOU POLYWIN PACKAGING CO. LTD | Nanan | B063 |

RALLY PLASTICS CO., LTD. ZHONGSHAN | Zhongshan | B064 |

RIZHAO XINAO PLASTIC PRODUCTS CO., LTD | Liuguanzhuang | B065 |

DONGGUAN SEA LAKE PLASTIC PRODUCTS MANUFACTURING CO., LTD. | Dongguan | B066 |

SHANGHAI HANHUA PLASTIC PACKAGE PRODUCT CO., LTD. | Shanghai | B067 |

SHANGHAI HUAYUE PACKAGING PRODUCTS CO., LTD. | Shanghai | B068 |

SHANGHAI LIQIANG PLASTICS INDUSTRY CO., LTD. | Zhangyan | B069 |

SHANGHAI MINGYE PLASTICS GOODS COMPANY LIMITED | Shanghai | B070 |

SHANGHAI QUTIAN TECHNOLOGY INDUSTRY DEVELOPMENT CO. LTD. | Shanghai | B071 |

SHANTOU ULTRA DRAGON PLASTICS LTD. | Shantou | B072 |

SHAOXING YUCI PLASTICS AND BAKELITE PRODUCTS CO., LTD. | Shangyu | B073 |

SHENG YOUNG INDUSTRIAL (ZHONGSHAN) CO., LTD. | Zhongshan | B074 |

SUPREME DEVELOPMENT COMPANY LIMITED | Hong Kong | B075 |

TAISHING PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. ZHONGSHAN | Zhongshan | B076 |

TIANJIN MINGZE PLASTIC PACKAGING CO., LTD. | Tianjin | B077 |

UNIVERSAL PLASTIC & METAL MANUFACTURING LIMITED | Hong Kong | B078 |

WAI YUEN INDUSTRIAL AND DEVELOPMENT LTD | Hong Kong | B079 |

WEIFANG DESHUN PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Changle | B080 |

WEIFANG HENGSHENG RUBBER PRODUCTS CO., LTD. | Changle | B081 |

WEIFANG HONGYUAN PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Changle | B082 |

WEIFANG HUASHENG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Changle | B083 |

WEIFANG KANGLE PLASTICS CO., LTD. | Changle | B084 |

WEIFANG LIFA PLASTIC PACKING CO., LTD. | Weifang | B085 |

WEIFANG XINLI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Weifang | B086 |

WEIFANG YUANHUA PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Weifang | B087 |

WEIFANG YUJIE PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Weifang | B088 |

WEIHAI WEIQUAN PLASTIC AND RUBBER PRODUCTS CO. LTD. | Weihai | B089 |

WINNER BAGS PRODUCT COMPANY (SHENZHEN) LIMITED | Shenzhen | B090 |

WUI HING PLASTIC BAGS PRINTING (SHENZHEN) COMPANY LIMITED | Shenzhen | B091 |

XIAMEN EGRET PLASTICS CO., LTD. | Gaoqi | B092 |

XIAMEN RICHIN PLASTIC CO., LTD | Xiamen | B093 |

XIAMEN UNITED OVERSEA ENTERPRISES LTD. | Xiamen | B094 |

XIAMEN XINGYATAI PLASTIC INDUSTRY CO. LTD. | Xiamen | B095 |

XINTAI CHUNHUI MODIFIED PLASTIC CO., LTD | Xintai | B096 |

YANTAI BAGMART PACKAGING CO., LTD. | Yantai | B097 |

YANTAI LONGQUAN PLASTIC AND RUBBER PRODUCTS CO. LTD. | Yantai | B098 |

YAU BONG POLYBAGS PRINTING CO., LTD. | Hong Kong | B099 |

YINKOU FUCHANG PLASTIC PRODUCTS. CO., LTD. | Yingkou | B100 |

YONGCHANG (CHANGLE) PLASTIC INDUSTRIES CO., LTD. | Weifang | B101 |

ZHANGJIAGANG YUANHEYI PAPER & PLASTIC COLOR PRINTING & PACKING CO., LTD | Zhangjiagang | B102 |

ZHONGSHAN DONGFENG HUNG WAI PLASTIC BAG MFY | Zhongshan | B103 |

ZHONGSHAN HUANGPU TOWN LIHENG METAL & PLASTIC FACTORY | Zhongshan | B104 |

ZHUHAI CHINTEC PACKING TECHNOLOGY ENTERPRISE CO. LTD | Zhuhai | B105 |

ZIBO WEIJIA PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. | Zibo | B106 |

Xiamen Good Plastic Co., Ltd. | Xiamen | B109 |

[1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[2] ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4.

[3] ĠU L 67, 12.3.2009, p. 5.

[4] ĠU L 219, 20.8.2010, p. 1.

Top