Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0212(01)

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5 ; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11 ; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14 ; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31 ; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14 ; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12 ; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13 ; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5 ; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15 ; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9 ; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2 ; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15 ; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20 )

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/5


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20)

2010/C 35/06

Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

REPUBBLIKA ĊEKA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 57 tal-1.3.2008

Permessi ta' residenza:

 

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002,

Povolení k pobytu

(Permess ta’ residenza, stiker uniformi mwaħħla fuq id-dokument tal-ivjaġġar – maħruġ mill-1 ta’ Mejju 2004 liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal soġġorn permanenti jew twil (ir-raġuni rilevanti tar-residenza hija indikata fuq l-istiker)

 

Oħrajn:

Průkaz o pobytu rodinného příslušníka občana Evropské unie

(Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea – maħruġa liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi – membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE għal soġġorn temporanju – ktejjeb blu, maħruġ mis-27 ta’ April 2006)

Průkaz o povolení k trvalému pobytu

(Karta ta’ residenza permanenti, ktejjeb aħdar – maħruġa mis-27 ta’ April 2006 liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi – membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini taż-ŻEE/l-Isvizzera (sal-21 ta’ Diċembru 2007)

Potvrzení o přechodném pobytu na území

(Ċertifikat ta’ residenza temporanja, dokument li jintewa – maħruġ mis-27 ta’ April 2006 liċ-ċittadini tal-UE/ŻEE/l-Isvizzera)

Povolení k pobytu

(Permess ta’ residenza, stiker imwaħħla fuq id-dokument tal-ivjaġġar – maħruġ mill-15 ta’ Marzu 2003 sat-30 ta’ April 2004 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza permanenti)

Průkaz o povolení k pobytu pro cizince

(Permess ta’ residenza, ktejjeb aħdar – maħruġ mill-1996 sal-1 ta’ Mejju 2004 liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza permanenti, mill-1 ta’ Mejju 2004 sas-27 ta’ April 2006 għal residenza temporanja jew permanenti għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE u għaċ-ċittadini taż-ŻEE/l-Isvizzera u l-membri tal-familja tagħhom)

Průkaz o povolení k pobytu pro cizince

(Permess ta’ residenza, ktejjeb aħdar – maħruġ mid-data ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fiż-żona Schengen liċ-ċittadini taż-ŻEE/l-Isvizzera u lill-membri tal-familja tagħhom)

Poznámka: V případě držitelů povolení k pobytu ve formě knížky je relevantní kategorie pobytu indikována v cestovním dokumentu formou otisku razítka:

(Nota: Fil-każ ta’ detenturi ta’ permessi tar-residenza fil-forma ta’ ktejjeb, indikazzjoni tal-kategorija relevanti tar-residenza titpoġġa fid-dokumenti tal-ivvjaġġar fil-forma ta’ timbru)

Přechodný pobyt od … do …/Residenza temporanja valida minn … sa …,

Trvalý pobyt v ČR od …/Residenza Permanenti valida ta’ …,

Rodinný příslušník občana Evropské unie/Membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE

Průkaz povolení k pobytu azylanta

(Permessi tar-residenza għall-persuni mogħtija ażil, ktejjeb griż – maħruġ lill-persuni li ngħataw ażil)

Průkaz oprávnění k pobytu osoby požívající doplňkové ochrany

(Permess ta’ residenza għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja, ktejjeb isfar – maħruġa għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja)

 

Dokumenti oħrajn:

Cestovní doklad Úmluva z 28. července 1951

(Dokument tal-ivjaġġar Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 – maħruġ mill-1 ta’ Jannar 1995 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku))

Cizinecký pas

(Passaport ta’ barrani – jekk jinħareġ għal persuna bla Stat (immarkat fuq il-paġni ta’ ġewwa b’timbru uffiċjali bil-kliem “Úmluva z 28. září 1954/Konvenzjoni tat-28 ta’ Settembru 1954” – maħruġ fis-17 ta’ Ottubru 2004 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku))

Seznam cestujících na školní výlet v rámci Evropské unie

(Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea, dokument f’forma ta’ karta maħruġ mill-1 ta’ April 2006)

L-ISVIZZERA

Emenda għal-lista ppubblikata fil-ĠU C 331, 31.12.2008

L-ewwel inċiż tat-Taqsima I, punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

viża nazzjonali tal-kategorija D li tiddikjara “Vaut comme titre de séjour” (valida bħala permess tar-residenza)


Top