This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010IP0150
Electric cars European Parliament resolution of 6 May 2010 on electric cars
Il-Karozzi elettriċi Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2010 dwar il-karozzi elettriċi
Il-Karozzi elettriċi Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2010 dwar il-karozzi elettriċi
ĠU C 81E, 15.3.2011, p. 84–89
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 81/84 |
Il-Ħamis, 6 ta' Mejju 2010
Il-Karozzi elettriċi
P7_TA(2010)0150
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-karozzi elettriċi
2011/C 81 E/17
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Rkupru tal-UE, b'mod partikolari l-“Inizjattiva tal-karozzi ekoloġiċi” ta' Novembru 2008,
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, li tistabbilixxi limitu minimu ta' 10 % ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fit-trasport,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 443/2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri,
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Urbana tat-30 ta' Settembru 2009,
wara li kkunsidra l-laqgħa informali tal-Kunsill li saret f'San Sebastian fid-9 ta' Frar 2010,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” tat-3 ta' Marzu 2010,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija Ewropea għal vetturi nodfa u li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti tas-27 ta' April 2010,
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tas-16 ta' Frar 2010 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-vetturi elettriċi (O-0019/2010 – B7-0016/2010, O-0020/2010 – B7-0015/2010),
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi l-isfidi li jinvolvu t-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet tas-CO2 u sustanzi oħra li jniġġsu, u l-volatilità tal-pezzijiet tal-fjuwils wasslu għall-iżvilupp teknoloġiku ta' batteriji u sistemi ta' ħżin ta' enerġija, u għal kuxjenza akbar fis-suq ta' dawn il-kwistjonijiet, li kollha kemm huma ħolqu ambjent pożittiv għall-iżvilupp tal-vetturi elettriċi fid-dinja kollha, |
B. |
billi l-vettura elettrika hija innovazzjoni sinifikanti b'potenzjal kbir fis-suq, b'mod partikolari fuq perjodu twil ta' żmien, u billi l-kapaċità li wieħed jidħol malajr f'dan is-suq, bi prodotti ta' kwalità għolja u livell ġeneralizzat ta' standardizzazzjoni, se tiddetermina l-mexxejja futuri tiegħu, |
C. |
billi l-vetturi elettriċi qed jikkontribwixxu għall-prijoritajiet ta' Ewropa 2020 li tiġi żviluppata ekonomija bbażata fuq l-għerf u l-innovazzjoni u li tiġi promossa ekonomija li tuża r-riżorsi b'mod aktar effiċjenti, li tagħmel inqas ħsara lill-ambjent u li tkun aktar kompetittiva, |
D. |
billi fil-laqgħa informali tal-Kunsill li saret f'San Sebastian fid-9 ta' Frar 2010, il-ministri tal-kompetittività tal-UE qablu mal-Kummisjoni dwar il-ħtieġa li l-UE tadotta strateġija komuni dwar il-vetturi elettriċi, |
E. |
billi hemm bosta raġunijiet politiċi għalfejn għandhom jiġu innovati s-sistemi ta' propulsjoni (elettriċi jew ibridi), jiġifieri:
|
F. |
billi l-medja tat-taħlita tal-enerġija tal-UE għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika eżistenti fl-Ewropa hija tali li tagħmel il-vetturi elettriċi u l-ibridi li jistgħu jitqabbdu mad-dawl għażla ewlenija fl-istrateġija usa' biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, u billi t-tranżizzjoni favur sistema ta' trasport li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti u li tkun sostenibbli għandha tkun prijorità tal-UE jekk irridu li sal-2050 nilħqu l-mira ta' sistema ta' trasportazzjoni li fil-parti l-kbira tagħha ma tinvolvix emissjonijiet tal-karbonju, |
G. |
billi hemm numru ta' sfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati biex tiġi appoġġjata l-introduzzjoni b'suċċess fis-suq tal-vetturi elettriċi, b'mod partikolari:
|
H. |
billi hemm potenzjal ikkonfermat offrut mill-karozzi elettriċi f'termini ta' kapaċità ta' ħżin, li jippermetti titjib fl-użu ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu fid-dawl tal-benefiċċji offruti min-netwerks ta' distribuzzjoni intelliġenti, |
I. |
billi l-Komunikazzjoni dwar il-Karozzi Nodfa ssemmi fil-qosor il-bżonnijiet tal-industrija għal ħiliet li qed jiżviluppaw meta ssir it-tranżizzjoni minn vetturi konvenzjonali għal dawk elettriċi, filwaqt li ma tindirizzax l-effetti fuq l-impjiegi kkawżati minn dik it-tranżizzjoni, u billi se jkun neċessarju approċċ ikkoordinat biex jingħelbu l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema tas-settur tal-karozzi, |
J. |
billi diġà hemm bosta pajjiżi u reġjuni li bdew jintroduċu infrastrutturi ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi, |
K. |
billi l-Istati Mmbri tal-UE bdew jintroduċu programmi nazzjonali ta' appoġġ għall-vetturi elettriċi bil-ħsieb li jiddaħħlu fis-suq Komunitarju, |
L. |
billi l-industrija u r-riċerka f'pajjiżi kompetituri rċevew appoġġ konsiderevoli, u billi fl-UE dan l-eżempju għandu jiġi segwit, |
M. |
billi r-reviżjoni tal-politika ta' investiment fl-infrastruttura tal-UE fl-2010 tipprovdi opportunità eċċellenti biex issir it-tranżizzjoni favur investiment infrastrutturali f'teknoloġiji aktar nodfa u avvanzati, l-iktar in-netwerks ta' distribuzzjoni intelliġenti, |
N. |
billi fl-Ewropa n-numru għoli ta' bliet u żoni urbani b'densità għolja ta' popoplazzjoni joffri kundizzjonijiet adattati għat-tnedija mgħaġġla tal-karozza elettrika, b'mod li joffri lill-produtturi Ewropej il-possibilità li jsiru mexxejja bikrija fis-suq, |
O. |
billi l-produzzjoni ta' vetturi elettriċi tista' tikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u tiżgura l-vijabilità fuq perjodu twil ta' żmien tal-industrija tal-karozzi Ewropea, ibbażata fuq vetturi b'emissjonijiet baxxi, |
1. |
Jinnota l-prijorità mogħtija lill-iżvilupp ta' vetturi elettriċi mill-Presidenza Spanjola fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kompetittività li jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjan ta' azzjoni għal vetturi nodfa u li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti, li jkun jinkludi t-titjib tan-netwerks ta' distribuzzjoni intelliġenti, u jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija Ewropea għal vetturi nodfa u li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti tas-27 ta' April 2010; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-eżistenza ta' suq uniku għall-vetturi elettriċi, filwaqt li jiggarantixxu l-koordinament effiċjenti tal-politiki fil-livell tal-UE, biex jiġu evitati l-impatti negattivi soċjali u fuq l-impjiegi tat-tranżizzjoni favur sistema tat-trasport mingħajr emissjonijiet tal-karbonju u wkoll biex tiġi evitata l-eżistenza ta' skemi u standards inkompatibbli li ma jkunux interoperabbli; |
3. |
Jenfasizza li l-iżvilupp tal-vetturi elettriċi għandu jkun ibbilanċjat sew u kkonċepit fil-qafas ta' politika ta' mobilità sostenibbli futura, fejn inter alia jkunu kruċjali t-tnaqqis tal-aċċidenti, l-użu tal-ispazju, il-konġestjoni mnaqqsa, il-konsum totali tal-enerġija, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-emissjonijiet tal-ħsejjes u tal-gassijiet, filwaqt li jenfasizza li l-iżvilupp tal-mobilità elettrika għandha tinkludi l-karozzi elettriċi, ir-roti elettriċi, it-trams, il-ferroviji, eċċ.; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu azzjoni konġunta fir-rigward ta':
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi kalkolu komprensiv tal-emissjonijiet globali ta' CO2 mill-vetturi elettriċi, filwaqt li tqis il-bidliet antiċipati fil-produzzjoni tal-kapaċitajiet ta' elettriku u ħżin sal-2050; |
6. |
Jenfasizza li l-vetturi elettriċi jirrappreżentaw avvanz teknoloġiku li jirrikjedi strateġiji integrati ta' innovazzjoni u ta' żvilupp teknoloġiku, permezz ta' finanzjament adegwat u l-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp f'firxa dejjem tikber ta' oqsma importanti, bħall-batteriji u l-infrastrutturi (inkluża l-integrazzjoni man-netwerks ta' distribuzzjoni tal-elettriku); jilqa' f'dan il-kuntest il-miżuri ta' ekoinnovazzjoni disponibbli għall-produtturi, iżda jinsab imħasseb minħabba d-diffikultajiet li qed ikun hemm fl-implimentazzjoni tagħhom; |
7. |
Ifakkar fil-konklużjoni tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-1 ta' Marzu 2010 li tirreferi għall-proposta li daqt se tagħmel il-Kummissjoni għal Pjan Ewropew ta' Riċerka u Innovazzjoni orjentat lejn il-kummerċ li għandu jikkumplimenta l-istrateġiji nazzjonali tal-innovazzjoni, u li jkun jinkludi l-promozzjoni ta' għodda u inizjattivi b'potenzjal qawwi, bħal swieq ewlenin u akkwisti pubbliċi prekummerċjali, u aċċess aħjar għall-finanzi b'mod partikolari għall-SMEs permezz ta' mobilizzazzjoni aħjar tal-istrumenti tal-kapital ta' riskju; |
8. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex gradwalment jissostitwixxu l-flotta ta' vetturi bil-kombustjoni tas-servizzi pubbliċi tagħhom b'vetturi elettriċi, b'mod li jistimulaw id-domanda permezz tal-akkwisti pubbliċi; u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jintroduċu l-infrastruttura hekk kif jibdew jitħaddmu l-istandards; |
9. |
Ifakkar li skont il-Pjan ta' Rkupru, l-Inizjattiva tal-Karozzi Ekoloġiċi tappoġġja l-iżvilupp ta' forom ġodda u sostenibbli ta' trasport fit-toroq, fejn il-karozzi elettriċi ġew identifikati bħala prijorità; |
10. |
Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi standard Ewropew sal-2011 għall-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi li jiggarantixxi l-interoperabilità u s-sikurezza tal-infrastrutturi, u jiddefendi t-twaqqif ta' standards tekniċi għas-sistemi tal-iċċarġjar, inklużi kategoriji differenti ta' vetturi; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel ħilitha biex ikun hemm standards globali kull fejn ikun possibbli u biex tiżgura li l-istandard tal-iċċarġjar jinkoraġġixxi teknoloġiji moderni, bħall-iċċarġjar intelliġenti u l-istandards ta' komunikazzjoni miftuħa u jkun konsistenti mal-mandati fir-rigward tal-istrutturi tal-użu ta' arloġġi tad-dawl intelliġenti; |
11. |
Huwa konvint li l-istandardizzazzjoni se tippermetti proċess ta' approvazzjoni sempliċi mingħajr kumplikazzjonijiet u se tikkontribwixxi biex tħaffef l-introduzzjoni fis-suq u t-tixrid ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju fl-UE, b'mod li żżid il-kompetittività tal-industrija tal-mobilità tal-UE permezz tat-tnaqqis tal-ispejjeż ta' żvilupp għall-produtturi u l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju mit-trasport fit-toroq; |
12. |
Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tal-vetturi elettriċi, tal-infrastrutturi u tal-metodi ta' ċċarġjar m'għandhiex tfixkel milli jkun hemm aktar innovazzjoni, l-iktar fl-oqsma tal-mobilità elettrika jew tal-magni konvenzjonali tal-vetturi; |
13. |
Jitlob li jkun hemm rekwiżiti armonizzati għall-approvazzjoni ta' vetturi elettriċi, b'rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza, kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-utenti finali, u li dawn ir-rekwiżiti jiġu inklużi fil-qafas tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi billi jsir obbligatorju r-Regolament 100 tal-UNECE; jappoġġja b'mod qawwi l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tar-rekwiżiti tas-sikurezza f'każijiet ta' ħbit għall-vetturi elettriċi u jappoġġja l-attenzjoni li qed tagħti lill-kwistjoni tas-sikurezza tal-karozzi elettriċi għal utenti vulnerabbli tat-toroq; |
14. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li sal-2010 tippreżenta linji gwida koordinati dwar l-inċentivi għax-xiri tal-vetturi elettriċi; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaħsbu għal pakkett adegwat ta' inċentivi għall-implimentazzjoni ta' netwerk vast ta' ċċarġjar, skont mudelli armonizzati tal-mobbiltà elettrika; |
15. |
Jenfasizza li l-pakketti ta' għajnuna pubblika pprovduta lill-kumpaniji jeħtieġ li jkunu marbuta ma' sett ta' kundizzjonijiet ċari soċjali, teknoloġiċi, ekonomiċi u ta' kriterji tal-effiċjenza ambjentali, u jistenna mill-Kummissjoni li twettaq valutazzjonijiet ex-post ta' għajnuna finanzjarja ta' dan it-tip; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippermetti struttura settorjali Ewropea bil-għan li timmaniġġa t-tranżizzjoni soċjali involuta f'politika tal-mobbiltà b'użu baxx tal-karbonju u li tikkoordina miżuri ta' antiċipazzjoni biex tiżgura rkupru sostenibbli fl-industrija tal-karozzi u tnaqqas kwalunkwe impatt soċjali; jesiġi li jittieħdu passi effikaċi biex it-tibdil fis-settur awtomottiv u fil-katina ta' provvista ikun antiċipat, f'koordinament mal-persuni interessati kollha, partikolarment permezz tal-varar mill-ġdid tal-pjattaforma CARS-21 bi grupp ta' ħidma speċifiku dwar il-kwistjonijiet soċjali; |
17. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw għalkollox l-użu tal-fond ta' Globalizzazzjoni u fondi strutturali oħra bħall-Fond Soċjali Ewropew, biex jinċentiva l-ksib ta' ħiliet ġodda u sforzi ta' taħriġ immirati sewwa u r-reorjentament tat-taħriġ settorjali u tal-istrutturi edukattivi biex jintlaqa' għall-ħtiġijiet emerġenti ta' ħiliet li jirriżultaw minn din it-teknoloġija; |
18. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Kunsill Ewropew tal-Ħiliet Settorjali, bil-għan li jinħoloq netwerk tal-osservatorji nazzjonali tal-Istati Membri; |
19. |
Jiddefendi l-implimentazzjoni ta' pjattaforma tal-informazzjoni u koordinament konġunti bejn l-atturi, proġetti u inizjattivi Ewropej u t-twaqqif ta' osservatorju (il-livell dinji) dwar il-mobbiltà elettrika, li jiffoka fuq il-mudelli tan-negozju, it-teknoloġiji tal-vetturi u tal-iċċarġjar u l-integrazzjoni man-netwerks elettriċi intelliġenti, filwaqt li jlaqqa' flimkien il-persuni interessati l-aktar rilevanti, inizjattivi mmexxija mill-industrija u/jew mill-politika; |
20. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-politika fiskali fit-tul li hija meħtieġa għall-promozzjoni ta' vetturi nodfa u b'użu effiċjenti tal-enerġija, u jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi viżjoni komuni fit-tul dwar kwistjonijiet bħal dawn relatati mas-CO2, bl-antiċipazzjoni tat-tibdiliet strutturali li jirriżultaw mill-bidla mill-fjuwils konvenzjonali għall-elettriku u l-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija tal-mobbiltà elettrika biex jikkunsidraw ir-riżorsi, l-enerġija u l-bilanċ ambjentali tal-vetturi elettriċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-vetturi, mill-produzzjoni sar-rimi, inkluż ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-batteriji; |
22. |
Jiġbed l-attenzjoni għad-disponibbiltà tal-materja prima meħtieġa għal-produzzjoni tal-batteriji u l-komponenti, li tqajjem il-kwistjonjiet tal-ispejjeż ta' produzzjoni ogħla u d-dipendenza tal-UE; Jistieden lill-Industrija biex tagħmel ħilitha ħalli tuża r-riżorsi disponibbli u jistieden lill-Kummissjoni biex tiffinanzja r-riċerka applikata skont il-Programmm Kwadru kurrenti u dak tal-ġejjieni dwar il-materja prima użata għall-batteriji elettriċi, biex tinkoraġġixxi netwerk aħjar bejn is-surveys ġeoloġiċi tal-UE u tippromwovi l-ħiliet u t-teknoloġiji f'dan is-settur bil-għan li tingħata spinta l-esplorazzjoni għal depożiti ġodda tal-materja prima; |
23. |
Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta' kampanji ta' informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-vantaġġi, possibbiltajiet u aspetti prattiċi tal-vetturi elettriċi; |
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-sħab soċjali u lill-industrija. |