This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010IP0056
Taxation of financial transactions European Parliament resolution of 10 March 2010 on financial transaction taxes – making them work
It-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Marzu 2010 dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu
It-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Marzu 2010 dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu
ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 40–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 349/40 |
L-Erbgħa 10 ta’ Marzu 2010
It-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu
P7_TA(2010)0056
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2010 dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu
2010/C 349 E/08
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2009 dwar il-Laqgħa Għolja tal-G20 ta' Londra tat-2 ta' April 2009 (1),
wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Mexxejja maħruġa wara l-Laqgħa Għolja ta' Pittsburgh tal-Grupp tal-Għoxrin (G20) tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar il-Laqgħa Għolja tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009 (2),
wara li kkunsidra l-komunikat tal-laqgħa tal-G20 f'St Andrews tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2009,
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2009, u b’mod partikulari l-paragrafu 15 tagħhom,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President Barroso tal-15 ta' Diċembru 2009 lill-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-ittra tat-18 ta' Jannar 2010 mill-Ministru tal-Finanzi Svediż lill-Presidenza tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' tariffa ta' stabilità fl-Istati Membri,
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta' Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (3),
wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni (COM(2007)0747),
wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-24 ta' Frar 2010 lill-Kummissjoni dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu (O-0025/2010 – B7-0019/2010),
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. |
billi l-Parlament laqa’ l-ħidma investigattiva mibdija fil-livell tal-G20, wara s-Samit ta' Pittsburgh f’Settembru 2009 fir-rigward ta' qafas internazzjonali għal tassazzjoni tat-transazzjonijiet finanzjarji, |
B. |
billi l-Parlament talab progress rapidu biex jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b’mod ġust għall-irkupru ekonomiku u l-iżvilupp minħabba li hemm kostijiet u konsegwenzi sostanzjali li qed jinġarru mill-ekonomija reali, minn dawk li jħallsu t-taxxi, mill-konsumaturi, mis-servizzi pubbliċi u mis-soċjetà b’mod ġenerali, |
C. |
billi l-Kunsill Ewropew enfasizza l-importanza tat-tiġdid tal-kuntratt ekonomiku u soċjali bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-soċjetà li huma jservu u l-importanza li jiġi żgurat li l-pubbliku jibbenefika fi żminijiet tajbin u jkun protett mir-riskju; billi l-Kunsill Ewropew ħeġġeġ, f’dan il-kuntest, lill-FMI biex fir-reviżjoni tiegħu jikkunsidra l-firxa sħiħa ta' għażliet, li jinkludu fost affarijiet oħra imposta globali fuq it-transazzjonijiet finanzjarji; billi, f’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jidentifikaw il-prinċipji ewlenin li l-arranġamenti globali l-ġodda jeħtieġu jirrispettaw, |
D. |
billi bosta Stati Membri talbu taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, |
E. |
billi l-inizjattivi regolatorji l-ġodda, bħalma huma azzjoni kontra r-rifuġji fiskali, it-tneħħija ta' lakuni li ma jkunux evidenti fuq il-karta tal-bilanċ, rekwiżiti għal negozjar fil-kambju u l-użu ta' repożitorji tal-kummerċ għar-reġistrazzjoni tad-derivattivi, biddlu b’mod ċar il-kuntest ta' azzjoni politika f’dan il-qasam, |
F. |
billi l-Kummissjoni, wara l-kwistjonijiet li tqajmu fil-laqgħa bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kummissarju responsabbli għat-tassazzjoni fis-6 ta' Ottubru 2009, u kif ikkonfermat mill-President Barroso fid-dikjarazzjoni tiegħu lill-Parlament fil-15 ta' Diċembru 2009, qiegħda taħdem fuq ideat għal “finanzi innovattivi” fil-kuntest tal-isfidi globali, inklużi taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, sabiex tressaq proposti fi żmien xieraq, |
G. |
billi l-FMI attwalment qed jiġbor opinjonijiet mill-pubbliku dwar il-kwistjoni tat-tassazzjoni tas-settur finanzjarju bħala parti mit-talba li saret mill-G20 fis-Samit ta' Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009, |
H. |
billi t-taxxi u l-imposti fuq it-transazzjonijiet finanzjarji jeżistu f’forom differenti fl-Istati Membri; billi dawn it-taxxi u sisa nazzjonali normalment ikopru biss it-transazzjonijiet ta' assi partikulari; billi l-Belġju u Franza adottaw leġiżlazzjoni dwar taxxa fuq transazzjonijiet ta' muniti fil-livell nazzjonali, iżda se jdaħħluha fis-seħħ biss jekk tkun implimentata fil-livel tal-UE, |
I. |
billi, b’differenza minn forom ta' taxxi oħrajn, it-taxxi indiretti fuq il-ġbir ta' kapital, bħalma huma d-dazju kapitali, il-bolla fuq it-titoli u d-dazju fuq operazzjonijiet ta' ristrutturar, joħolqu diskriminazzjoni, tassazzjoni doppja u diskrepanzi li jinterferixxu mal-moviment ħieles tal-kapital, |
J. |
billi kien hemm żieda kbira u rapida matul l-aħħar għaxar snin fil-volum ta' transazzjonijiet finanzjarji meta mqabbel mal-volum ta' kummerċ ta' prodotti u servizzi, u dan jista’ jiġi spjegat, fost affarijiet oħrajn, bis-suq tad-derivattivi li qed jikber b’rata mgħaġġla ħafna, |
K. |
billi l-mexxejja tal-G20 għandhom responsabilità kollettiva biex jimmitigaw l-impatt soċjali tal-kriżi, kemm fl-istati membri tagħhom kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li ntlaqtu b’mod qawwi bl-effetti indiretti tal-kriżi; billi taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji tikkontribwixxi biex jiġu koperti l-kostijiet iġġenerati mill-kriżi, |
1. |
Huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha taqbel dwar pożizzjoni komuni fil-qafas internazzjonali tal-laqgħat tal-G20 fir-rigward tal-possibilitajiet dwar kif is-settur finanzjarju għandhu jikkontribwixxi b’mod ġust u sostanzjali sabiex iħallas għal kwalunkwe piż li kkawża lill-ekonomija reali jew li huwa assoċjat mal-intervenzjonijiet tal-gvernijiet biex is-sistema bankarja tistabbilizza ruħha; huwa tal-fehma li l-UE, b’mod parallel u konsistenti mal-ħidma tal-G20, għandha tiżviluppa l-istrateġija tagħha stess fir-rigward tal-firxa ta' għażliet possibbli għal azzjoni; |
2. |
Iqis li, sabiex tintlaħaq pożizzjoni koerenti tal-UE bbażata fuq analiżi oġġettiva, il-Kummissjoni għandha telabora, biżżejjed minn qabel is-Samit tal-G20 li jmiss, valutazzjoni tal-impatt ta' taxxa globali fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, filwaqt li tesplora kemm il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi; |
3. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjoni tagħha, tqis bir-reqqa dawn l-aspetti li ġejjin:
|
4. |
Jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni għandha imperattivament tevita li tnaqqas il-kompetittività tal-UE jew li xxekkell l-investiment sostenibbli, l-innovazzjoni u t-tkabbir, li huma ta' benefiċċju għall-ekonomija reali u għas-soċjetà; |
5. |
Jenfasizza l-importanza li titqies in-neċessità li s-settur bankarju jibni kapital b’saħħtu, sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tas-sistema bankarja fir-rigward tal-finanzjament tal-investimenti fl-ekonomija reali; u li jiġi evitat teħid ta' riskju eċċessiv; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jivvalutaw il-potenzjal tal-kontribuzzjoni ta' possibilitajiet differenti ta' taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-UE; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jivvalutaw sa liema punt il-possibilitajiet ikkunsidrati jistgħu jintużaw ukoll bħala mekkaniżmi finanzjarji innovattivi biex jiġi pprovdut appoġġ kemm għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni ta' dan it-tibdil għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll għall-finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P6_TA(2009)0330.
(2) Testi adottati, P7_TA(2009)0028.
(3) ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11.