EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0203

Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (11069/5/2009 – C7-0043/2010 – 2008/0247(COD))
P7_TC2-COD(2008)0247 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil- 15 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv

ĠU C 236E, 12.8.2011, p. 174–174 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/174


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***II

P7_TA(2010)0203

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (11069/5/2009 – C7-0043/2010 – 2008/0247(COD))

2011/C 236 E/37

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11069/5/2009 – C7-0043/2010),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0852),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0509/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kumissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwl qari (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294 (7) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0162/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, 23.4.2009, P6_TA(2009)0285.

(2)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 94.

(3)  ĠU C 79, 27.3.2010, p. 45.


It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
P7_TC2-COD(2008)0247

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-15 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 913/2010.)


Top