Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0125

    Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja (COM(2009)0384 – C7-0003/2010 – 2009/0107(COD))
    P7_TC1-COD(2009)0107 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ta' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

    ĠU C 81E, 15.3.2011, p. 173–174 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 81/173


    L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
    Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja ***I

    P7_TA(2010)0125

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja (COM(2009)0384 – C7-0003/2010 – 2009/0107(COD))

    2011/C 81 E/31

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0384),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 161 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0003/2010),

    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 294(4) u 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Novembru 2009,

    wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0055/2010),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stipulata hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    L-Erbgħa, 5 ta’ Mejju 2010
    P7_TC1-COD(2009)0107

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ta' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 539/2010.)


    Top