Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0041

    Allokazzjoni ta' FISIM għad-determinazzjoni tad-DGN * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b'mod indirett (FISIM) għad-determinazzjoni tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) użat għall-għanijiet tal-baġit tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji (COM(2009)0238 – C7-0049/2009 – 2009/0068(CNS))

    ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 97–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 349/97


    It-Tlieta 9 ta’ Marzu 2010
    Allokazzjoni ta' FISIM għad-determinazzjoni tad-DGN *

    P7_TA(2010)0041

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b'mod indirett (FISIM) għad-determinazzjoni tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) użat għall-għanijiet tal-baġit tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji (COM(2009)0238 – C7-0049/2009 – 2009/0068(CNS))

    2010/C 349 E/21

    (Proċedura leġislattiva speċjali – Konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0238),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1) u l-Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0022/2010),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

    TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

    EMENDA

    Emenda 1

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    L-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett skont l-Artikolu 1 għandha tapplika minħabba d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom mill-1 ta’ Jannar 2005 to sal-31 ta’ Diċembru 2006.

    imħassar

    Emenda 2

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 3

    L-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett skont l-Artikolu 1 għandha tapplika minħabba d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom mill- 1 ta’ Jannar 2007 .

    L-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett skont l-Artikolu 1 għandha tapplika minħabba d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom mill- 1 ta’ Jannar 2010 .


    (1)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

    (2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


    Top