Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009IP0131

    Il-parteċipazzjoni tal-impjegati f'kumpaniji bi statut Ewropew Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 12 ta' Marzu 2009 dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati f'kumpaniji bi statut Ewropew u miżuri oħra li jakkumpanjaw

    ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 133–133 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 87/133


    Il-Ħamis, 12 ta’ Marzu 2009
    Il-parteċipazzjoni tal-impjegati f'kumpaniji bi statut Ewropew

    P6_TA(2009)0131

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2009 dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati f'kumpaniji bi statut Ewropew u miżuri oħra li jakkumpanjaw

    2010/C 87 E/25

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bl-isem “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” - “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (COM(2008)0394) u l-Programmi ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2008 u l-2009,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.

    billi Statut għall-Kumpanija Privata Ewropea (SPE) jiffaċilita n-negozju tal-SME fis-suq intern, iżda jkun ukoll aċċessibbli għal kumpaniji akbar,

    1.

    Jistieden lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 138 tat-Trattat KE, biex tibda konsultazzjoni mas-sieħba soċjali, bil-ħsieb li jkunu evalwati u fejn meħtieġ issimplifikati, maħluqa jew imsaħħa id-dispożizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fis-suq intern;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt tal-istatuti eżistenti tal-kumpaniji Ewropej u d-deċiżjonijiet relevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (per eżempju il-każijiet “Daily Mail u General Trust”, “Sevic Systems”, “Inspire Art”, “Überseering”, and “Cartesio”) fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-bordijiet ta' kumpaniji u l-evitar possibbli tad-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti jew tad-tidwir possibbli magħhom;

    3.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi transkonfinali fir-rigward tat-tmexxija korporattiva, il-liġi tat-taxxa u l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fi programmi ta' żamma ta' ishma li jkollhom x'jaqsmu mal-konsultazzjoni proposta fuq imsemmija; jitlob li possibilment ikun hemm reviżjoni u/jew proposti ġodda biex jiġu diskussi mal-Kunsill u l-Parlament;

    4.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa jekk iddaħħalx regola għall-istatut tal-SPE skont liema r-rimborż ta' self jew kontribuzzjoni oħra minn azzjonist għandha tkun subordinata fejn kontribuzzjoni fil-kapital azzjonali kienet tkun aktar xierqa (jiġifieri f'każ ta' livell għoli ħafna ta' dejn tal-kumpanija nnifisha); jemmen li għandha titqies l-introduzzjoni ta' regola li permezz tagħha azzjonist għandu jirritorna r-rimborż mogħti jekk ikun tħallas f'perjodu qrib l-insolvenza tal-kumpanija;

    5.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    Top