Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0229

    Programmi ta’ ristrutturazzjoni fis-settur tal-qoton * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta’ ristrutturar] għas-settur tal-qoton (COM(2009)0037 – C6-0063/2009 – 2009/0008(CNS))

    ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 182–182 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 184/182


    L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
    Programmi ta’ ristrutturazzjoni fis-settur tal-qoton *

    P6_TA(2009)0229

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta’ ristrutturar] għas-settur tal-qoton (COM(2009)0037 – C6-0063/2009 – 2009/0008(CNS))

    2010/C 184 E/43

    (Proċedura ta’ konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0037),

    wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u b’mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 anness miegħu dwar il-qoton,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2), subparagrafu 3 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0063/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0200/2009),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

    EMENDA

    Emenda 1

    Proposta għal regolament – att li jemenda

    Premessa 1 a (ġdida)

     

    (1a)

    Ir-riforma li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 wasslet għal tnaqqis drastiku fil-produzzjoni tal-qoton fi Spanja, li pperikolat bil-kbir anke s-sopravivenza ta’ dan is-settur, fattur li esiġa r-ristrutturazzjoni immedjata tal-industrija tal-ħalġ.


    Top