Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0082

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Armenja: servizzi tal-ajru * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2007)0729 – C6-0519/2008 – 2007/0251(CNS))

    ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 188–188 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 87/188


    It-Tlieta, 10 ta’ Marzu 2009
    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Armenja: servizzi tal-ajru *

    P6_TA(2009)0082

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2007)0729 – C6-0519/2008 – 2007/0251(CNS))

    2010/C 87 E/41

    (Proċedura ta' konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0729),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0519/2008),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0049/2009),

    1.

    Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Armenja.


    Top