Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0468

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma tal-impenji fil-kummerċ tas-servizzi * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim taħt il-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma tal-impenji fil-kummerċ tas-servizzi mniżżla fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (COM(2008)0220 — C6-0202/2008 — 2008/0087(CNS))

    ĠU C 9E, 15.1.2010, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 9/74


    Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma tal-impenji fil-kummerċ tas-servizzi *

    P6_TA(2008)0468

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim taħt il-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma tal-impenji fil-kummerċ tas-servizzi mniżżla fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (COM(2008)0220 — C6-0202/2008 — 2008/0087(CNS))

    2010/C 9 E/15

    (Proċedura ta' konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0220),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0202/2008),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ghall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0337/2008),

    1.

    Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.


    Top