This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AE0978
Opinion of the European Economic and Social Committee on the Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions — Overcoming the stigma of business failure — For a second chance policy — Implementing the Lisbon Partnership for Growth and Jobs COM(2007) 584 final
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Negħlbu l-istigma tal-falliment kummerċjali — Lejn politika li tagħti opportunità oħra — Nimplimentaw is-Sħubija ta' Lisbona għat-Tkabbir u għall-Impjiegi COM(2007) 584 finali
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Negħlbu l-istigma tal-falliment kummerċjali — Lejn politika li tagħti opportunità oħra — Nimplimentaw is-Sħubija ta' Lisbona għat-Tkabbir u għall-Impjiegi COM(2007) 584 finali
ĠU C 224, 30.8.2008, p. 23–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 224/23 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Negħlbu l-istigma tal-falliment kummerċjali — Lejn politika li tagħti opportunità oħra — Nimplimentaw is-Sħubija ta' Lisbona għat-Tkabbir u għall-Impjiegi
COM(2007) 584 finali
(2008/C 224/05)
Nhar il-5 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Negħlbu l-istigma tal-falliment kummerċjali — lejn politika li tagħti opportunità oħra — Nimplimentaw is-Sħubija ta' Lisbona għat-Tkabbir u għall-Impjiegi
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta' Mejju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Morgan.
Matul l-445 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta' Mejju 2008 (seduta tad-29 ta' Mejju 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'70 vot favur u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-Kummissjoni ilha tindirizza l-effetti negattivi tal-falliment kummerċjali sa mill-2001. Hija tat prominenza partikolari lill-ħtieġa li jitjiebu l-proċeduri ta' falliment. Minħabba l-kompetenza limitata tagħha f'dan il-qasam, il-Kummissjoni iffukat fuq il-ġbir tad-data dwar il-konsegwenzi legali u soċjali tal-falliment kummerċjali, l-iffaċilitar ta' l-identifikazzjoni, it-tixrid ta' prattiki tajba u l-ħidma fuq għodda ta' twissija bikrija bħala mezz ta' tnaqqis ta' l-istigma tal-falliment. |
1.2 |
Il-KESE japprova l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-ħtieġa li tingħeleb l-istigma tal-falliment kummerċjali. Kundizzjonijiet nazzjonali tajba ta' qafas għall-intraprenditorija huma kruċjali għall-isfruttament sħiħ tal-potenzjal intraprenditorjali ta' l-UE u għall-ħolqien ta' kumpaniji dinamiċi. L-apprezzament soċjetali ta' l-intraprenditorija ta' suċċess, kruċjali għal dan il-għan, għandu jimxi id f'id ma' politika li tippromwovi opportunità oħra għall-intraprendituri li fallew. |
1.3 |
Il-Kummissjoni għandha raġun tafferma li l-ħolqien tal-kummerċ, is-suċċess kummerċjali u l-falliment kummerċjali kollha huma kollha aspetti intrinsiċi ta' l-ekonomija tas-suq. Hija tenfasizza sew li b'riżultat tan-nuqqas ġenerali ta' apprezzament soċjetali u n-nuqqas ta' fehma ta' xi tfisser sewwa sew l-intraprenditorija, id-diffikultà kummerċjali jew il-falliment kummerċjali mhumiex qed jiġu aċċettati bħala r-riżultati ta' żvilupp ekonomiku normali u l-anqas bħala opportunità ta' bidu mill-ġdid. L-UE trid tibdel il-mentalità tagħha. Aktar ma l-istigma tal-falliment tintrabat ma' min kien fallut, aktar aktar issir riskjuża kull intrapriża ġdida, u dan ir-riskju jintrabat mal-parteċipanti kollha interessati fl-intrapriża. |
1.4 |
Il-liġijiet ta' l-Istati Uniti jfittxu li jibbilanċjaw l-interessi tad-debituri, kredituri u s-soċjetà in ġenerali. Il-KESE jemmen li l-Istati Membri għandhom jiġu mħajra biex jilħqu l-istess bilanċ. Il-falliment u n-nuqqas ta' ħlas tad-djun jistgħu joħolqu diffikultajiet enormi għall-kredituri tant li jistgħu jwassalhom għall-falliment. Kumpanija tista' tinħeles mid-dejn sabiex tingħata l-opportunità li terġa' tibda mill-ġdid, madanakollu, fil-konfront tal-kredituri, din is-soluzzjoni tista' tkun waħda ferm inġusta. Il-liġijiet dwar il-falliment iridu jilħqu l-bilanċ ġust. |
1.5 |
Mill-perspettiva tas-soċjetà in ġenerali, iż-żamma sħiħa jew ta' parti mill-intrapriża fil-kummerċ tista' tkun l-aħjar soluzzjoni. Kumpanija potenzjalment vijabbli tista' tħalli redditu għal kull min għandu sehem fiha. Barra minn hekk, jekk kumpanija falluta tinħeles mill-kuraturi fallimentari, l-impjegati jkunu jistgħu iżommu xogħolhom. Intrapenditur fallut li jerġa' jidħol fin-negozju, jerġa' joħloq impjieg ġdid. Kull forma ta' impjieg li jirrużulta minn dawn il-metodi żgur li huwa ta'ġid għas-soċjetà in ġenerali. |
1.6 |
Hemm ħafna metodi ta' kif intrapriża tista' tfalli, anke f'każ ta' intraprenditur li jkollu l-aktar intenzjonijiet tajbin. Il-ħolqien ta' intrapriża vijabbli fil-fażi tat-tnedija tagħha mhuwiex dejjem possibbli. Lil hinn mit-tnedija, mudell kummerċjali difettuż jista' jfisser li l-kumpanija m'għandiex futur. Min-naħa l-oħra, il-kumpaniji potenzjalment vjabbli jistgħu jfallu minħabba żbalji ta' l-intraprendituri jew għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom. Kumpaniji bħal dawn jistgħu u għandhom jiġu salvati mir-riċevituri b'riżultat li ħafna mill-postijiet tax-xogħol isalvaw ukoll. |
1.7 |
Hu importanti li issir distinzjoni bejn il-kumpanija u d-diretturi tagħha. Id-diretturi jistgħu jfallu fl-istess waqt li r-riċevitur ikun qiegħed isalva lill-kumpanija u l-impjegati tagħha. Kumpanija tista' tfalli metal-intraprendituri tagħha jkunu fallew minħabba l-garanziji bankarji li jkunu taw, anke jekk l-imġiba personali tagħhom ma kinitx qarrieqa. Il-Kummissjoni tinsab imħassba dwar dawn l-intraprendituri ġenwini. Żgur li dawn l-intraprendituri jistħoqqilhom opportunità oħra aktar u aktar meta rnexxielhomjoħolqu kummerċ tajjeb iżda xorta fallew jew minħabba n-nuqqas ta' esperjenza jew sforz xorti ħażina; l-ekonomija teħtieġ ħiliethom. Oħrajn, li jfallu minħabba inkompetenza u nuqqas ta' viżjoni x'aktarx li ftit għandhom x'joffru lill-ekonomija, anke jekk jirnexxielhom isibu investituri li jappoġġjawhom. Mhux l-intraprendituri falluti kollha jistħoqqilhom opportunità oħra. |
1.8 |
L-inizjattiva tal-Kummissjoni għenet sabiex twassal għal riforma madwar l-UE. Ħafna Stati Membri diġa' siltu xi ispirazzjoni mill-prattiki tajba u l-konklużjonijiet ta' politika miġbura fil-livell Ewropew. Madwar terz ta' l-Istati Membri ressqu pjanijiet biex jirriformaw il-leġislazzjoni nazzjonali dwar il-falliment. Madankollu, kważi nofs il-pajjiżi ta' l-UE għad iridu jieħdu l-ewwel passi f'din id-direzzjoni. Filwaqt illi l-Kummissjoni għandha kompetenza limitata f'dan is-settur politiku, il-KESE jħeġġiġha biex tuża kull mezz disponibbli sabiex tħeġġeġ lill-ministri tal-finanzi ta' l-Istati Membri biex jintervjenu. Fl-opinjoni tal-KESE, il-progress ta' l-Istati Membri, b'mod ġenerali, ftit li xejn huwa meqjus sodisfaċenti.. |
1.9 |
Il-KESE jilqa' bis-sħiħ il-punti kollha li tqajmu fil-Komunikazzjoni fir-rigward tal-liġi dwar il-falliment, soġġetti dejjem għad-dettalji tal-liġijiet li jidħlu fis-seħħ dwar dan. Dawn jinkludu r-rikonoxximent formali tal-fallimenti ġenwini, it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet legali, l-iskwalifiki u l-projbizzjonijiet bi proċedimenti mgħaġġla. L-għan medju għandu jkun li l-proċeduri ma jtawlux aktar minn sena. |
1.10 |
Il-KESE jemmen li hu importanti ħafna li l-Istati Membri kollha jtemmu r-reviżjoni tal-liġijiet dwar il-fallliment tagħhom bl-inqas dewmien possibbli. B'żieda mat-tibdiliet fil-liġi, huwa importanti ħafna li l-fallimenti jiġu trattati b'urġenza mill-qrati. Il-proċess irid ikun organizzat tajjeb. Dawn it-tibdiliet huma l-mira ewlenija tal-programm “Opportunità Oħra” (Second Chance). |
1.11 |
L-appoġġ attiv lin-negozji f'riskju hu t-tieni messaġġ mniżżel fil-Komunikazzjoni. Fih innifsu m'huwiex parti mill-programm “Opportunità Oħra”. Minflok hu programm maħluq biex jevita l-falliment u biex jipproteġi n-negozji u l-impjiegi. Is-sezzjoni 4.0 tagħti numru ta' eżempji ta' fallimenti kummerċjali li setgħu ġew evitati. F'dan ir-rigward il-punt ewleni tal-Komunikazzjoni hu li tbiegħed fallimenti evitabbli permezz ta' twissija bikrija, id-dispożizzjoni ta' finanzjament temporanju u s-servizzi tal-konsulenti. |
1.12 |
Għall-biċċa l-kbira ta' l-SMEs, dan il-programm m'huwiex prattiku ħafna peress li hemm ftit mekkaniżi għall-identifikazzjoni pro-attiva ta' negozji f'riskju fost l-għexieren ta' eluf ta' SMEs. Madankollu, l-Istati Membri huma mħeġġa biex jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-possibbiltajiet li jeżistu, eż. l-użu Franċiż ta' l-awtoritajiet tal-VAT biex jagħtu twissja bikrija lill-kumpaniji b'possibbiltà ta' problemi ta' likwidità. Il-Kummissjoni tgħid illi l-miżuri ta' appoġġ għandhom jiffukaw fuq il-ħarsien mill-falliment, il-parir espert u l-intervent f'waqtu. Il-problema tqum meta d-diretturi ma jjagħrfux li n-negozju tagħhom jinsab f'riskju. Il-gvernijiet ta' l-Istati Membri jridu jaħdmu mal-professjoni ta' l-accountants u l-organizzazzjoni ta' appoġġ għall-SMEs biex jiżviluppaw dawk il-miżuri pro-attivi li huma adegwati għall-kultura tagħhom ta' l-SMEs. |
1.13 |
Huwa ċar li l-aktar rakkomandazzjoni importanti fil-Komunikazzjoni hi marbuta mar-riforma tal-Liġi dwar il-Falliment. Din hija l-miżura ewlenija li mingħajrha l-programm “Opportunità Oħra” qatt ma jista' jitneda. |
1.14 |
Uħud mir-rakkomandazzjonijiet anqas vinkolanti fil-Komunikazzjoni jistgħu jiġu implimentati mingħajr tibdiliet fil-liġi dwar il-falliment. Meta l-liġi tkun inbidlet, il-miżuri mhux vinkolanti l-oħra proposti mill-Kummissjoni ikunu jistgħu jitwettqu. Il-punt ewlieni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jintilef mingħajr tibdiliet fil-liġi dwar il-falliment. |
1.15 |
Il-KESE jemmen li kull Stat Membru għandu jwieġeb għal din il-Komunikazzjoni billi jinkludi l-proposti tiegħu fil-pjan Nazzjonali għall-istrateġija ta' Lisbona (tapplika l-linja gwida #15). |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Il-Kummissjoni ilha tindirizza l-effetti negattivi tal-falliment kummerċjali sa mill-2001. Hija tat prominenza partikolari lill-ħtieġa li jitjiebu l-proċeduri ta' falliment. Minħabba l-kompetenza limitata tagħha f'dan il-qasam, il-Kummissjoni iffukat fuq il-ġbir tad-data dwar il-konsegwenzi legali u soċjali tal-falliment kummerċjali, l-iffaċilitar ta' l-identifikazzjoni, it-tixrid ta' prattiki tajba u l-ħidma fuq għodda ta' twissija bikrija bħala mezz ta' tnaqqis ta' l-istigma tal-falliment. |
2.2 |
Dan wassal għat-tnedija ta' riforma madwar l-UE. Ħafna Stati Membri diġa' siltu xi ispirazzjoni mill-prattiki tajba u l-konklużjonijiet ta' politika miġbura fl-livell Ewropew. Madwar terz ta' l-Istati Membri ressqu pjanijiet biex jirriformaw il-leġislazzjoni nazzjonali dwar il-falliment. Madankollu, kważi nofs il-pajjiżi ta' l-UE għad iridu jieħdu l-ewwel passi f'din id-direzzjoni. Filwaqt illi l-Kummissjoni għandha kompetenza limitata f'dan is-settur politiku, il-KESE jħeġġiġha biex tuża kull mezz disponibbli sabiex tħeġġeġ lill-ministri tal-finanzi ta' l-Istati Membri biex jintervjenu. Fl-opinjoni tal-KESE, il-progress ta' l-Istati Membri, b'mod ġenerali, ftit li xejn huwa meqjus sodisfaċenti. |
TABELLA A: IL-QAGĦDA ATTWALI FL-ISTATI MEMBRI
I. |
IVA, il-Miżuri jeżistu |
(I) |
Il-miżuri huma parzjalment ippjanati/disponibbli |
L |
L-ebda miżura ma teżisti |
|
Tagħrif/ edukazzjoni |
Strateġija ġenerali |
Pubbliċità tad-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-fallimenti ġenwini |
Restrizzjonijiet mnaqqsa, eċċ. |
Trattament legali aħjar għal min ifalli ġenwinament |
Perjodu qasir ta' ħelsien u/jew għajnuna għall-ħlas tad-dejn |
Proċedimenti ristrutturati |
Spinta lill-appoġġ |
Trawwim tar-rabtiet |
Taħdidiet fis-settur finanzjarju |
Total I + (I) |
Il-Belġju |
L |
L |
(I) |
(I) |
I |
(I) |
L |
L |
L |
L |
4 |
Il-Bulgarija |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
0 |
Ir-Repubblika Ċeka |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
(I) |
L |
L |
L |
1 |
Id-Danimarka |
L |
L |
L |
I |
(I) |
I |
(I) |
L |
L |
L |
4 |
Il-Ġermanja |
(I) |
L |
L |
I |
I |
(I) |
L |
L |
L |
L |
4 |
L-Estonja |
L |
L |
L |
L |
L |
(I) |
(I) |
L |
L |
L |
2 |
L-Irlanda |
L |
L |
L |
L |
L |
I |
I |
L |
L |
L |
2 |
Il-Greċja |
L |
L |
L |
I |
(I) |
(I) |
I |
L |
L |
L |
4 |
Spanja |
L |
L |
L |
L |
I |
I |
I |
L |
L |
L |
3 |
Franza |
L |
L |
L |
L |
(I) |
L |
I |
L |
(I) |
L |
3 |
L-Italja |
L |
L |
L |
I |
I |
(I) |
(I) |
L |
L |
L |
4 |
Ċipru |
L |
L |
(I) |
(I) |
L |
(I) |
(I) |
L |
L |
L |
4 |
Il-Latvja |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
(I) |
L |
L |
L |
1 |
Il-Litwanja |
L |
L |
L |
I |
(I) |
I |
(I) |
L |
L |
L |
4 |
Lussemburgu |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
I |
L |
L |
1 |
L-Ungerija |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
0 |
Malta |
L |
L |
L |
(I) |
(I) |
L |
L |
L |
L |
L |
2 |
L-Olanda |
(I) |
L |
L |
L |
(I) |
(I) |
L |
L |
L |
(I) |
4 |
L-Awstrija |
L |
(I) |
L |
(I) |
(I) |
(I) |
I |
(I) |
(I) |
L |
7 |
Il-Polonja |
L |
L |
L |
L |
(I) |
(I) |
I |
L |
L |
L |
3 |
Il-Portugal |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
0 |
Ir-Rumanija |
L |
L |
L |
(I) |
(I) |
L |
I |
L |
L |
L |
3 |
is-Slovenja |
L |
L |
L |
L |
L |
(I) |
L |
L |
L |
L |
1 |
Is-Slovakkja |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
L |
0 |
Il-Finlandja |
L |
L |
L |
I |
L |
(I) |
I |
I |
L |
L |
4 |
L-Isvezja |
L |
L |
L |
L |
I |
(I) |
I |
L |
L |
L |
3 |
Renju Unit |
L |
L |
I |
I |
I |
I |
I |
L |
L |
L |
5 |
Total I + (I) |
2 |
1 |
3 |
12 |
15 |
17 |
17 |
3 |
2 |
1 |
|
L-Istati Uniti |
L |
L |
L |
I |
(I) |
I |
I |
L |
L |
L |
4 |
2.3 |
It-tabella A meħuda mill-Komunikazzjoni. Il-kolonni 4 sa 6 jirrigwardaw ir-riforma tal-liġijiet dwar il-falliment. It-tabella turi li l-Istati Membri huma attivi ħafna fir-rigward tal-leġislazzjoni waqt li fl-istess ħin turi wkoll li l-liġijiet riveduti daħlu fis-seħħ fi ftit pajjiżi biss. Jekk it-totali taħt il-kolonni qed jirreferu għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni, allura t-total m'għandux ikun ta' 12,15,17 u 17 iżda ta' 6,6,5 u 10. Dan riżultat fqir mis-27 Stat Membru. L-azzjoni kalma jew in-nuqqas ta' azzjoni qed ikunu ta' ħsara għall-attività intraprenditorjali fl-Istati Membri u sakemm ma jseħħux it-tibdiliet meħtieġa, il-possibbiltà tal-falliment ser tibqa' ostakolu importanti għall-intrapriża. |
2.4 |
Fattur ieħor li joħroġ mit-tabella hu li s-sitt kolonni ta' madwar il-kolonni marbutin mal-leġislazzjoni huma bejn wieħed u ieħor vojta. Dan hu kemmxejn sorprendenti għaliex għalkemm il-leġislazzjoni dwar il-falliment għadha ma nbidlitx f'ħafna Stati Membri, minkejja kollox, setgħu ġew applikati miżuri oħra mhux vinkolanti. |
2.5 |
Sabiex ikun jista' jqabbel, il-KESE talab lill-Kummissjoni biex tipprovdi d-data ekwivalenti għal dik mogħtija fit-tabella iżda did-darba fir-rigward ta' l-Istati Uniti. L-Istati Uniti ġew inklużi fit-tabella għar-raġunijiet segwenti:
|
2.6 |
Il-Kodiċi ta' l-Istati Uniti jirrifletti mentalità kompletament differenti minn dik komuni f'ħafna, jekk mhux f'kull Stat Membru. Il-perspettiva legali attwali ta' ħafna mill-Istati Membri turi kemm din il-kwistjoni għadha mhix mifhuma. Il-ħin li qed jinħela biex jinbidlu l-liġijiet dwar il-falliment juru li l-UE għadha ma fehmitx sew il-punt. Bidla fil-mentalità tħaffef l-introduzzjoni ta' liġijiet ġodda. Bl-istess mod, mingħajr bidla bħal din, il-miżuri li mhumiex vikolanti qatt mhu ser jitwettqu. |
2.7 |
Fis-seklu dsatax il-falliment kumerċjali tant kienet stigmatizzat li kien iwassal għas-suwiċidju fost l-intraprendituri falluti. Minkejja li fis-seklu 21 is-suwiċidju naqas, l-istigma soċjali għadha teżisti. Iċ-ċittadini Ewropej iridu jifhmu li l-intraprenditur qed iwettaq ħidma ta' valur għoli anki meta jfalli. Ċertu numru ta' fallimenti hu inevitabbli. Ftit inqas minn tliet kwarti (73,0 %) tad-931 435 intrapriża li tnedew fl-1998 fl-ekonomiji kummerċjali ta' Spanja, il-Finlandja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Isvezja u r-Renju Unit baqgħu jeżistu biss għal sentejn. Ftit inqas min-nofs (49,1 %) ta' l-istess ġabra ta' intrapriżi baqgħu jeżistu għal ħames snin, sa' l-2003. |
2.8 |
Il-Kummissjoni għandha raġun tafferma li l-ħolqien tal-kummerċ, is-suċċess kummerċjali u l-falliment kummerċjali huma kollha parti mill-ekonomija tas-suq. Hija tenfasizza korrettament li minħabba n-nuqqas ġenerali ta' apprezzament tas-soċjetà u n-nuqqas ta' fehma li teżisti f'dan il-qasam, id-diffikultà jew anke l-falliment kummerċjali għadhom mhumiex qed jinftiehmu bħala pass ekonomiku normali u opportunità għal bidu mill-ġdid. L-UE trid tibdel il-mentalità tagħha. .Aktar ma nistigmattizaw lil min xi darba falla aktar ser inpoġġu lil kull intrapriża ġdida f'riskju, riskju li ser jirtuh ukoll il-partijiet interssati kollha fil-qasam ta' l-intrapriża. |
2.9 |
Il-liġijiet ta' l-Istati Uniti jfittxu li jibbilanċjaw l-interessi tad-debituri, l-kredituri u s-soċjetà in ġenerali. Il-KESE hu ta' l-opinjoni li l-Istati Membri għandhom jiġu mħajra jiksbu l-istess bilanċ. Hekk kif ser nispjegaw fir-4 sezzjoni ta' din l-opinjoni, il-falliment u d-djun mhux imħallsa jistgħu joħolqu diffikultajiet enormi għall-kredituri u jwassluhom għall-falliment. Kumpanija tista' tinħeles mid-dejn sabiex tingħata l-opportunità li terġa' tibda mill-ġdid, madanakollu, fil-konfront tal-kredituri, din is-soluzzjoni tista' tkun waħda ferm inġusta. Il-liġijiet dwar il-falliment iridu jilħqu bilanċ ġust. |
2.10 |
Mill-perspettiva tas-soċjetà in ġenerali, iż-żamma sħiħa jew ta' parti mill-intrapriża fil-kummerċ tista' tkun l-aħjar soluzzjoni. Kumpanija potenzjalment vijabbli tista' tħalli redditu għal kull min għandu sehem fiha. |
2.11 |
L-interessi ta' l-impjegati huma protetti b'numru ta' metodi. L-Istati Membri implimentaw id-Direttiva dwar il-Falliment li tipprovdi l-ħlasijiet għall-ħaddiema, f'każ ta' falliment. Jekk kumpanija falluta tinħeles mill-kuraturi tal-falliment, l-impjegati jkunu jistgħu jżommu xogħolhom. Intrapenditur fallut li jerġa' jidħol fin-negozju, jerġa' joħloq impjieg ġdid. Kull forma ta' impjieg li jirrużulta minn dawn il-metodi żgur li huwa ta'ġid għas-soċjetà in ġenerali |
3. Sinteżi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
3.1 Id-dehra pubblika, l-edukazzjoni u l-mezzi tal-massa
3.1.1 |
L-ewwel pass fit-trattament ta' l-effetti negattivi tal-falliment kummerċjali huwa li dan jiġi diskuss pubblikament. Fl-UE l-pubbliku ġenerali ta' sikwit iħares lejn il-falliment bħala kwistjoni kriminali, tkun xi tkun il-kawża. Il-mezzi tal-massa għandhom rwol pożittiv x'jaqdu fit-trattament ta' dan in-nuqqas ta' fehma. It-tagħlimiet li għandhom jinkisbu huma dawn li ġejjin:
|
3.2 Ir-rwol tal-liġi dwar il-falliment
3.2.1 |
Il-bidu mill-ġdid wara falliment jista' jkun ta' sfida minn aspett legali. F'ħafna pajjiżi l-liġi dwar il-falliment għadha titratta l-kulħadd bl-istess mod irrispettivament minn jekk il-falliment kienx qarrieqi jew irresponsabbli jew jekk il-falliment ma kien l-ebda ħtija ovvja tas-sid jew tal-maniġer, jiġifieri ġenwin u bla ħabi. |
3.2.2 |
Għadd ta' regoli jimponu restrizzjonijiet, projbizzjonijiet u skwalifiki fuq il-fallimenti fuq il-bażi biss ta' l-eżistenza ta' proċedimenti ta' falliment. Din l-istrateġija awtomatika ma tikkonsidrax ir-riskji li huma fatt ta' kuljum tal-ħajja kummerċjali u timplika twemmin li l-fallut huwa xi ħadd li fih is-soċjetà ma tista' tpoġġi l-ebda fiduċja jew affidabbiltà. Teħtieġ bidla radikali fir-razzjonalità tal-liġijiet dwar il-falliment fl-UE. Il-punti ewlenin huma kif ġejjin:
|
3.3 Appoġġ attiv għal negozji f'riskju
3.3.1 |
L-istigma tal-falliment fin-negozju hija raġuni waħda għalfejn ħafna mill-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju bi problemi finanzjarji jostru l-problemi tagħhom sakemm ikun tard wisq. Azzjoni f'waqtha hija kruċjali biex tevita l-falliment u salvataġġ huwa f'bosta każi preferibbli għal-likwidazzjoni. Il-lezzjonijiet ewlenin huma:
|
3.4 Appoġġ attiv għall-intraprendituri għal tnedija mill-ġdid wara l-falliment
3.4.1 |
Ir-restrizzjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom l-intraprendituri meta jerġgħu jibdew mill-ġdid — riżorsi, ħiliet rilevanti u appoġġ psikoloġiku — mhumiex indirizzati biżżejjed mill-appoġġ pubbliku. B'mod ġenerali, bidu mill-ġdid jista' jixxekkel minħabba fin-nuqqas ta' riżorsi għall-istabbiliment ta' negozju ġdid, notament ta' mezzi finanzjarji. It-tagħlimiet li għandhom jinkisbu huma:
|
3.5 |
Bħala konklużjoni, kundizzjonijiet nazzjonali tajba ta' qafas għall-intraprenditorija huma kruċjali għall-isfruttament sħiħ tal-potenzjal intraprenditorjali ta' l-UE u għall-ħolqien ta' kumpaniji dinamiċi. L-apprezzament soċjetali ta' intraprenditorija ta' suċċess, kruċjali għal dan il-għan, għandu jimxi id f'id ma' politika li tippromwovi opportunità ġdida għall-intraprendituri li jinsabu f'riskju jew li fallew. |
4. Kummenti ġenerali
4.1 |
Il-KESE japprova l-enfasi mqiegħda mill-Kummissjoni fuq il-ħtieġa li tingħeleb l-istigma tal-falliment kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha raġun tafferma li l-ħolqien tal-kummerċ, is-suċċess kummerċjali u l-falliment kummerċjali huma kollha parti mill-ekonomija tas-suq. .Hija tenfasizza korrettament li minħabba n-nuqqas ġenerali ta' apprezzament tas-soċjetà u n-nuqqas ta' fehma li teżisti f'dan il-qasam, id-diffikultà jew anke l-falliment kummerċjali għadhom mhumiex qed jinftiehmu bħala pass ekonomiku normali u opportunità għal bidu mill-ġdid. |
4.2 |
Madankollu, il-KESE hu ta' l-opinjoni li waqt li ħafna mill-gwida inkorporata fil-Komunikazzjoni hi indispensabbli, partijiet minnha ma jidhirx li huma daqshekk kredibbli. Ir-riżervi tal-Kumitat huma enfasizzati f'punti differenti f'sezzjonijiet 4 u 5 ta' din l-Opinjoni. |
4.3 |
L-għan u l-mira ta' l-attività intraprenditorjali huma li jinħoloq negozju li jkun vantaġġjuż u skalabbli. L-intraprendituri jaħdmu għall-innovazzjoni sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti li, jew m'humiex qed jiġu sodisfatti, jew mhux qed jiġu sodisfatti bl-aktar mod effiċjenti. |
4.4 |
L-intraprenditur jistà jkun hu li jidentifika opportunità kummerċjali. Per eżempju, intraprenditur minn Londra ra opportunità għal negozju ta' importazzjoni/esportazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Indja, li jaqdi l-ħtiġijiet taż-żewġ pajjiżi. B'hekk irnexxielu jimla vojt fis-suq. Intraprendituri oħra jimlew il-vojt fis-suq billi, per eżempju, jiftħu restoranti jew ħwienet tal-parrukkiera f'komunitajiet fejn dawn is-servizzi huma neqsin. |
4.5 |
L-Amazon hu eżempju ewlieni tal-qadi tal-ħtiġijiet bl-aktar mod effiċjenti. Il-ħwienet tal-kotba jeżistu biss għal dawk li għandhom il-ħin u l-inklinazzjoni li jagħtu daqqa t'għajn lill-kotba iżda l-Amazon jaqdi l-ħtiġijiet ta' settur differenti tal-pubbliku li jixtri l-kotba. |
4.6 |
Xi intraprendituri jnedu negozju biex jisfruttaw vantaġġi fix-xjenza u t-teknoloġija. Ħafna drabi dawn l-inizjattivi jitnisslu mill-ħidma ta' l-universitajiet, l-istituti tar-riċerka jew kumpaniji bbażati fuq ix-xjenza. Erba' professuri mill-Università ta' Londra nedew kumpanija li tipprovdi servizzi ta' analiżi ta' l-immaġni bl-użu ta' software speċjalizzat biex itejbu l-metodi li bih jista' jitkejjel l-effett terapewtiku tal-mediċinali li qed jiġu żviluppati. Is-software IP softwaer hu l-qalba ta' dan in-negozju. Wieħed mill-professuri nħatar Direttur Maniġerjali (MD) u jinsab fil-proċess li jiskopri jekk huwiex intraprenditur jew le. |
4.7 |
Sabiex ikun ta' suċċess, l-intraprenditur jeħtieġ fuq kollox tliet affarijiet. L-ewwel u qabel kollox, hu jew hi jrid ikollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa biex jevalwaw tajjeb l-opportunitajiet tas-suq u l-kapaċità li jagħtu l-ħajja lill-proposta kummerċjali, kemm jekk hi restorant ġdid, jew servizz ta' l-ivvjaġġar permezz ta' l-internet jew innovazzjoni fl-applikazzjoni xjentifika revoluzzjonarja. L-ewwel pass fil-ħolqien ta' kull intrapriża huwa li l-intraprenditur juri li l-proġett vijabbli. Dan ifisser l-iżvilupp ta' prodott jew ta' servizz sal-punt fejn ikun hemm klijenti li lesti li jħalsu l-prezz meħtieġ biex in-negozju jagħmel il-profitti u jmantni lilu nnifsu. Dan hu l-mument fejn ħafna minn dawk bix-xewqa intraprenditorjali jfallu. Oħrajn jistgħu jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom u jerġgħu jibdew. Oħrajn ma jitgħallmu qatt. |
4.8 |
It-tieni rekwiżit hu l-finanzjament. Ċerti intrapriżi tant ikunu attraenti li sa mill-bidu nett jirnexxielhom jattiraw l-attenzjoni ta' l-investituri tal- kapital riskjuż. Ħafna investituri tal-kapital riskjuż ma jipparteċipawx sakemm l-intraprenditur ma jsarrafx il-proposta f'“realtà”. Issa għandna l-iskema tal-kapital riskjuż li ġiet proposta mill-BEI iżda l-kapaċità tagħha ser tkun limitata. Is-soltu l-finanzjament isir disponibbli f'partijiet jew f'taqsimiet differenti. Jekk l-ewwel fażi ta' finanzjament twassal għal riżultati tajbin, ikun aktar faċli li jinkiseb finanzjament ta' segwitu. |
4.9 |
Aktar iva milli le, il-finanzjament għall-fażi tat-tnedija jasal mill-familja jew mill-ħbieb. Hemm ukoll is-self mill-banek, iżda l-banek jeħtieġu garanzija. Jekk in-negozju m'għandux assi, il-banek jużaw l-assi ta' l-intraprendituri bħala garanzija. Il-kriżi għall-intraprenditur, il-familja u l-ħbieb tiġi meta joffru garanziji personali. Is-soltu dawn il-garanziji jmorru lil hinn mill-fażi ta' tnedija għaliex il-kumpaniji privati jkunu jiddependu fuq l-appoġġ tal-banek sakemm il-kumpanija ssir ta' dominju pubbliku. Jekk il-bank jiġbor il-garanziji tal-kumpanija, l-intraprenditur jista' jitlef daru. F'ċirkustanzi bħal dawn, obligazzjonijiet ta' taxxa jew ta' sigurtà soċjali jistgħu jgħarrqu s-sitwazzjoni. |
4.10 |
Fl-Opinjonijiet tal-Kumitat dwar “l-Inċentivi fiskali għar-riċerka u l-iżvilupp (R&D)” (1) ħeġġiġna lill-Istati Membri li jeħilsu lill-individwi privati li jinvestu fil-kumpaniji li għadhom jibdew mit-taxxa. Inċentivi fiskali bħal dawn jistgħu jiffaċilitaw il-possibbiltà li l-intraprendituri jikkapitalizzaw in-negozji l-ġodda. |
4.11 |
Wara li tgħaddi l-fażi tat-tnedija ta' negozju ġdid, l-intraprenditur jiddependi mit-tielet prerekwiżit indispensabbli għas-suċċess: mudell kummerċjali vijabbli. Dan hu ċ-ċavetta għall-iżvilupp tan-negozju. Il-mudell jiddependi fuq ġabra ta' proporzjonijiet li jiġbru fihom l-elementi tan-negozju. Il-bejgħ imnaqqas mill-ispejjeż tal-prodott jagħtu marġini gross li, wara t-tnaqqis ta' l-ispejjeż, iħalli profitt ta' qabel it-taxxa tajjeb biżżejjed biex jiġi servut u jitħallas lura s-self lill-banek. Meta mudell kummerċjali ma jaħdimx sewwa, jew meta l-maniġment m'għandux il-ħila jew l-esperjenza biex jimmaniġja l-bejgħ eċċ biex il-kumpanija timxi 'il quddiem, allura jiġri li dawk li pprovdew il-garanziji finanzjarji għandhom il-possibbiltà li jfallu. Żgur li dan it-tip ta' falliment huwa esperjenza ta' tagħlim. Jekk l-intraprenditur ikun tgħallem l-esiġenzi tal-mudell kummerċjali, allura jista' jkun hemm skop li jerġa' jibda mill-ġdid. |
4.12 |
Il-mudelli kummerċjali li kellhom suċċess fil-passat huma dejjem mhedda mill-bidla fil-persunal, il-klijenti, it-teknoloġiji u l-kompetituri. Wara t-tnedija b'suċċess ta' kumpanija, l-intraprendituri l-ħin kollu ser jiffaċċjaw bidla, b'mod partikolari fin-negozji li għandhom x'jaqsmu mat-teknoloġija. L-intraprendituri li jfallu l-prova tal-bidla jistgħu jitgħallmu mill-esperjenza. Oħrajn, l-aktar is-sidien tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni jista' jkun li ma jitgħallmux. |
4.13 |
Ir-rwol ta' l-intraprenditur u tat-tim tiegħu huma ta' importanza assoluta fit-tħaddim tal-mudell kummerċjali. Il-ħiliet fil-ġestjoni tal-finanzi huma indispensabbli. Negozju tajjeb jista' tant ikun ta' suċċess li jinnegozja ż-żejjed sakemm jasal f'punt li ma jkunx jista' jħallas l-kontijiet tiegħu. F'dan il-każ jista' jitqiegħed taħt l-amministrazzjoni tal-kredituri tiegħu. Dawn in-negozji jistgħu joffru kull possibbiltà ta' tnedija mill-ġdid b'suċċess.. |
4.14 |
Nassa finanzjarja oħra tista' tinħoloq meta klijent kbir jiżbalja u ma jħallasx il-kontijiet, u jħalli lill-intraprenditur f'pożizzjoni li ma jistax iħallas il-kontijiet tiegħu u bil-bank lest biex jeskludih. Skond l-istatistiċi tal-Kummissjoni, wieħed minn kull erba' fallimenti hu kkawżat minn ħlasijiet tard. F'każ bħal dan it-tnedija mill-ġdid tista' tkun vijabbli wkoll. Il-vulnerabbiltà ta' kumpaniji żgħar fid-daqs u fiż-żmien hi magħrufa kemm mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni. Il-kwistjoni hi indirizzata mid-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard u ser terġa' tiġi trattata fl-Att dwar il-Kumpaniji Żgħar li jmiss. |
4.15 |
Xi kumpaniji jfallu mingħajr ma jkollhom ħtija u minħabba raġunijiet li ma setgħux ġew antiċipati bħall-effett negattiv mill-avveniment tan-9/11 jew l-impatt ta' kondizzjonijiet klimatiċi estremi. Madanakollu l-kumpaniji ta' l-assigurazzjoni setgħu taffew il-gravità tas-sitwazzjoni. Għalhekk l-organizazzjonijiet li jappoġġjaw lin-negozji ż-żgħar għandhom jitħeġġu jintroduċu l-benefiċċji ta' l-istrumenti prudenti lill-intraprendituri. |
4.16 |
Fi ftit kliem, hemm ħafna metodi kif intrapriża tista' tfalli, anke fil-każ ta' intraprenditur bl-aktar intenzjonijiet tajbin. Jista' ma jkunx possibbli li tinħoloq intrapriża vijabbli fil-fażi tat- tnedija. Lil hinn mit-tnedija, mudell kummerċjali difettuż jista' jfisser li l-kumpanija ma jkolliex futur. Min-naħa l-oħra, kumpaniji potenzjalment vijabbli jistgħu jfallu minħabba l-iżbalji ta' l-intraprendituri kif ukoll għal raġunijiet barra mill-kontroll tagħhom. Kumpaniji bħal dawn jistgħu u għandhom jinħelsu mir-riċevituri u b'hekk ħafna mill-postijiet tax-xogħol jiġu protetti wkoll. |
4.17 |
Hu importanti li niddistingwu bejn il-kumpanija u d-diretturi tagħha. Id-diretturi jistgħu ifallu waqt li r-riċevitur qiegħed isalva l-kumpanija u l-impjegati tagħha. Meta kumpanija tfalli, jista' jiġri li l-intraprendituri jfallu minħabba l-garanziji bankarji li jkunu taw, anke jekk l-imġiba personali tagħhom ma kinitx qarrieqa. Il-Kummissjoni tinsab imħassba dwar dawn l-intraprendituri mhux qarrieqa. Oħrajn, li jfallu minħabba inkompetenza u nuqqas ta' viżjoni x'aktarx li ftit għandhom x'joffri lill-ekonomija, anke jekk jirnexxielhom isibu investituri li jappoġġjawhom. Mhux l-intraprendituri falluti kollha jistħoqqilhom opportunità oħra. |
5. Kummenti speċifiċi
5.1 Id-dehra pubblika, l-edukazzjoni u l-mezzi tal-massa
5.1.1 |
Żgur illi l-aktar messaġġ qawwi li jistgħu jagħtu l-gvernijiet ta' l-Istati Membri lill-pubbliku in ġenerali ser joħroġ mill-bidliet fil-liġi dwar il-falliment. Meta l-liġi tħeġġeġ, b'mod ċar, opportunità oħra għall-intraprendituri, dan ser ikun rifless fil-messaġġi tal-mezzi tal-massa. |
5.1.2 |
Barra minn hekk, il-gvernijiet jistgħu jaħdmu ma' l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li jaħdmu mill-qrib ma' l-intrapriżi intraprenditorjali. Il-professjoni ta' l-accountants żgur li hi l-aktar istituzzjoni involuta, filwaqt li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-kummerċjant indipendenti jistgħu jipparteċipaw ukoll. |
5.1.3 |
Il-Komunikazzjoni ssemmi l-idea ta' programm ta' mertu għal dawk li jerġgħu jibdew mill-ġdid b'suċċess. Jekk l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq jadottaw skemi bħal dawn, jista' jkun hemm appoġġ favorevoli mill-mezzi tal-massa. |
5.2 Ir-rwol tal-liġi dwar il-falliment
5.2.1 |
Il-KESE jilqa' bis-sħiħ il-punti kollha li tqajmu fil-Komunikazzjoni fir-rigward tal-liġi dwar il-falliment, soġġetti dejjem għad-dettalji tal-liġijiet li jidħlu fis-seħħ dwar dan. Dawn il-punti li huma dettaljati fis-sezzjoni 3.2 aktar 'il fuq u jinkludu r-rikonoxximent formali ta' fallimenti mhux qarrieqa, it-tnaqqis ta' restrizzjonijiet legali, l-iskwalifiki u l-projbizzjonijiet bi proċedimenti mgħaġġla li ma jtawlux aktar minn sena. |
5.2.2 |
Il-KESE jemmen li hu importanti ħafna li l-Istati Membri kollha jtemmu r-reviżjoni tal-liġijiet dwar il-fallliment tagħhom bl-inqas dewmien possibbli. B'żieda mat-tibdiliet fil-liġi, huwa importanti ħafna li l-fallimenti jiġu trattati b'urġenza mill-qrati. Il-proċess irid ikun organizzat tajjeb. Dawn it-tibdiliet huma l-mira ewlenija tal-programm “Opportunità Oħra”(Second Chance). |
5.3 Appoġġ attiv għal negozji f'riskju
5.3.1 |
Dan hu t-tieni messaġġ tal-Komunikazzjoni. Fih innifsu m'huwiex parti mill-programm “Opportunità Oħra”. Minflok hu programm maħluq biex jevita l-falliment u biex jipproteġi n-negozji u l-impjiegi. F'dan ir-rigward il-punt ewleni tal-Komunikazzjoni hu li tbiegħed fallimenti evitabbli permezz ta' twissija bikrija, id-dispożizzjoni ta' finanzjament temporanju u s-servizzi tal-konsulenti. |
5.3.2 |
L-unika problema hi li għall-biċċa l-kbira ta' l-SMEs dan il-programm m'huwiex prattiku peress li hemm ftit mekkaniżi għall-identifikazzjoni pro-attiva ta' negozji f'riskju fost l-għexieren ta' eluf ta' SMEs. Madankollu, l-Istati Membri huma mħeġġa biex jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-possibbiltajiet li jeżistu, eż. l-użu Franċiż ta' l-awtoritajiet tal-VAT biex jagħtu twissja bikrija lill-kumpaniji b'possibbiltà ta' problemi ta' likwidità. Il-Kummissjoni tgħid illi l-miżuri ta' appoġġ għandhom jiffukaw fuq il-ħarsien mill-falliment, il-parir espert u l-intervent f'waqtu. Il-problema tqum meta d-diretturi ma jirrealizzawx li n-negozju tagħhom jinsab f'periklu. Il-gvernijiet ta' l-Istati Membri iridu jaħdmu mal-professjoni ta' l-accountants u l-organizzazzjoni ta' appoġġ għall-SMEs biex jiżviluppaw dawk il-miżuri pro-attivi adegwati għall-kultura tagħhom ta' l-SMEs. |
5.3.3 |
Il-KESE ma jissottovalutax id-diffikultajiet involuti fil-provvista ta' dan it-tip ta' appoġġ. Intervent tal-gvern biex ireġġa' lura l-forzi tas-suq jista' jkun potenzjalment kontro-produċenti u jdgħajjef id-dixxiplini tas-suq. |
5.3.4 |
F'kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata jeżisti l-obbligu doppju li l-kontijiet jiġu sottomessi fil-ħin u li l-accountants u l-maniġment jiċċertifikaw li l-kumpanija m'għadhiex fl-inkwiet, jiġifieri tista' tħallas id-djun. L-infurzar ta' dawn id-dixxiplini fuq il-kumpaniji kollha, speċjalment is-sottomissjoni bikrija tal-kontijiet ittejjeb is-sistema ta' allarmi ta' twissija bikrija. |
5.3.5 |
Sa fejn hu possibbli, il-KESE jilqa' dan l-iffukar fuq in-negozji f'riskju għaliex joffri l-prospett ta' konservazzjoni tal-postijiet tax-xogħol u l-kontinwità ta' impjieg. |
5.4 Appoġġ attiv lill-intraprendituri għal tnedija mill-ġdid wara l-falliment
5.4.1 |
Filwaqt li bejn tnax u sbatax-il Stat Membru biddlu jew jinsabu fil-proċess li jbiddlu l-liġijiet tagħhom dwar il-falliment, ma hemm prattikament l-ebda attività fl-Istati Membri fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-grupp tal-Kummissjoni. |
5.4.2 |
Ir-raġuni għal din l-attività limitata hija, għal darb'oħra, li numru tal-proposti jistgħu jidhru bħala mexjin kontra l-forzi tas-suq. Dan hu partikolarment minnu għall-proposti li l-banek għandhom ikunu anqas kawti u li l-awtoritajiet partikolari għandhom joħolqu netwerks ta' appoġġ għall-intraprendituri li qed jerġgħu jibdew mill-ġdid.. |
5.4.3 |
Għandu jkun possibli li l-proposti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri — skemi ta' finanzjar pubbliku, aċċess għas-self għall-persuni li fallew ġenwinament u x-xiri pubbliku — jiġu implimentati mingħajr ħafna problemi anke qabel ma jinbidlu l-liġijiet dwar il-falliment. |
5.4.4 |
Għandu jkun possibbli wkoll li dawk li joffru taħriġ lill-intraprendituri joffru wkoll taħriġ lil dawk li bdew mill-ġdid, skond kif tkun tidher it-talba. |
5.5 Proposti oħra tal-Kummissjoni
5.5.1 |
Il-KESE jappoġġja bil-ferħ is-sit elettroniku l-ġdid tal-Kummissjoni “for a second chance policy at http//ec.europa.eu/sme2chance.” Ser ikun ta' għajnuna b'mod partikolari għall-organizzazzjonijiet involuti fl-appoġġ ta' l-Istati Membri fl-inizjattivi ta' politika intitolata “Ċans Ieħor”. |
5.5.2 |
Waqt l-avveniment tar-Rebbiegħa 2009 ta' l-SMEs, il-Kummissjoni ser titratta t-temi tal-bidu mill-ġdid u ċ-ċans ieħor. Il-KESE jistenna li din l-inizjattiva tagħti impetu ġdid lill-elementi mhux vinkolanti tal-programm Opportunità Oħra. |
Brussell, id-29 ta' Mejju 2008.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS