This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007IE1257
Opinion of the European Economic and Social Committee on Promoting sustainable productivity in the European workplace
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-promozzjoni tal-produttività sostenibbli fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-promozzjoni tal-produttività sostenibbli fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa
ĠU C 10, 15.1.2008, pp. 72–79
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 10/72 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-promozzjoni tal-produttività sostenibbli fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa”
(2008/C 10/19)
Nhar is-16 ta' Frar 2007, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni proprja dwar Il-promozzjoni tal-produttività sostenibbli fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-17 ta' Lulju 2007. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Kurki.
Matul l-438 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-26 u s-27 ta' Settembru 2007 (seduta tas-26 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'155 vot favur, l-ebda vot kontra u 9 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Flimkien mal-muturi tradizzjonali ta' l-iżvilupp ekonomiku (tkabbir tal-forza tax-xogħol, investiment f'mezzi tal-produzzjoni, żieda fil-livelli ta' l-edukazzjoni) jeħtieġ li jinħolqu elementi ġodda li jkunu kapaċi jiġġeneraw żvilupp sostenibbli. Fl-ewwel lok, għandu jkun hemm żieda fl-iżvilupp tal-produttività fir-rigward tal-livelli attwali. Fit-tieni lok, għandhom jinstabu modi sabiex għallinqas jitwaqqaf it-tnaqqis fil-provvista tax-xogħol. Fit-tielet lok, jeħtieg li d-dinja tax-xogħol issir iktar attraenti. |
|
1.2 |
Il-Kumitat jemmen li huwa l-kompitu ta' l-Unjoni Ewropea li tagħti appoġġ lill-Istati Membri kollha u lill-kumpaniji fl-isforzi tagħhom li jżidu l-produttività sostenibbli, li hija komponent essenzjali ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. Għandha ssir promozzjoni b'mod attiv ta' l-idea li l-innovazzjonijiet kwalitattivi u soċjali mwettqa fuq il-post tax-xogħol għandhom impatt prinċipali fuq is-suċċess tan-negozji. Il-Kumitat jipproponi li dan l-aspett jitqies bħala parti mill-evalwazzjoni u mir-riforma tal-Linji Gwida dwar l-Ekonomija u l-Impjiegi. |
|
1.3 |
Il-Kumitat jirrepeti l-proposta tiegħu li jitfassal indiċi Ewropew li jiddeskrivi l-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol. L-indiċi għandu jinbena fuq kriterji ta' “xogħol ta' kwalità” ibbażati fuq ir-riċerka, u għandu jkun miġbur u ppubblikat b'mod regolari. Indiċi bħal dan jista' jintuża sabiex jinxteħet dawl fuq il-bidliet u t-titjib fil-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa u l-effetti fuq il-produttività. Fl-istess ħin iservi bħala bażi għal inizjattivi ġodda relatati mat-titjib tal-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol. |
|
1.4 |
L-iżvilupp ta' indiċi Ewropew dwar il-kwalità tax-xogħol jeħtieġ il-ħolqien ta' forum wiesa'. Il-kompetenza rikka u varjata li għandu l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rigward l-isfidi tat-tibdil fid-dinja tax-xogħol, u s-soluzzjonijiet li jridu jinstabu, isservi bħala bażi tajba għal forum bħal dan. L-Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol jista' janalizza din il-kwistjoni jekk il-programm ta' ħidma tiegħu jippermetti. |
|
1.5 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkummissjona aktar studji dwar ir-relazzjoni bejn il-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol u l-produttività. Hemm bżonn ta' analiżi iktar fil-fond tal-fatturi li jikkontribwixxu għall-produttività sostenibbli. F'din il-ħidma, l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri ta' l-UE jistgħu jagħmlu użu aħjar mix-xogħol ta' riċerka u ta' analiżi li twettaq mill-Fondazzjoni Ewropea bbażata f'Dublin għal Titjib fil-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol u mill-Aġenzija Ewropea bbażata f'Bilbao għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. |
|
1.6 |
Il-Kumitat jemmen li jkun utli li ssir enfasi fuq l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fuq tipi ġodda ta' ħiliet professjonali u prattiċi tal-ġestjoni f'inizjattivi ta' l-UE dwar l-innovazzjoni u t-taħriġ (per eżempju l-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, programmi ta' Fondi Strutturali, il-Programm Integrat ta' Tagħlim Tul il-Ħajja). F'dan ir-rigward, l-imsieħba soċjali għandhom responsabbiltà prinċipali fit-tħejjija, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-proġetti. |
|
1.7 |
Il-Kumitat jipproponi li l-Istati Membri jimplimentaw programmi li jippromovu l-kwalità u l-produttività tax-xogħol bħala parti mill-programmi tagħhom ta' l-impjiegi u l-politika tagħhom dwar l-innovazzjoni. Bosta pajjiżi għandhom ċentri nazzjonali għall-produttività u ċentri ta' ħidma għar-riċerka li jistgħu jieħdu sehem f'inizjattivi bħal dawn. L-imsieħba soċjali għandhom sehem ewlieni hawnhekk fl-ippjanar tal-proġetti u fit-twettiq prattiku tagħhom. |
|
1.8 |
Huwa essenzjali li d-diskuzzjonijiet u l-inizjattivi konkreti dwar il-produttività sostenibbli jitkomplew fil-fora differenti ta' l-Ewropa, fl-Istati Membri u fil-kumpaniji. Il-Kumitat jista' jagħti kontribut importanti f'dan il-proċess billi jippreżenta l-fehmiet tas-soċjetà ċivili dwar is-suġġett, b'mod partikolari bħala parti mill-opinjonijiet tiegħu dwar il-politika ekonomika, ta' l-impjiegi u ta' l-innovazzjoni. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Żvilupp ekonomiku sostenibbli u rata għolja ta' l-impjiegi huma essenzjali għall-prosperità fl-Ewropa. L-għan ta' l-UE huwa li tassigura “l-iżvilupp sostenibbli ta' l-Ewropa mibni fuq it-tkabbir ekonomiku bilanċjat, l-istabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq b'kompetittività għolja, u jimmiraw li kulħadd jaħdem għall-progress soċjali, b'livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità ta' l-ambjent” (1). Dan jista' jinkiseb billi jiżdied l-iżvilupp tal-produttività mil-livelli attwali fis-setturi kollha ta' l-ekonomija (2). It-tkabbir tal-produttività jżid il-benesseri taċ-ċittadini meta jkun ibbażat fuq it-titjib tal-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol u fuq it-tkabbir ta' l-għadd ta' l-impjiegi. It-tkabbir sostenibbli tal-produttività joffri mod għall-assigurazzjoni tal-finanzi pubbliċi u l-provvista sostenibbli tas-servizzi soċjali u l-kura tas-saħħa għal popolazzjoni li qiegħda tixjiħ. Fl-istess ħin jinħolqu impjiegi ġodda u ta' kwalità. Għaldaqstant, l-iżvilupp tal-produttività sostenibbli jagħti appoġġ lill-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' l-Istrateġija ta' Lisbona. |
|
2.2 |
Il-produttività tax-xogħol kibret b'mod stabbli fl-Ewropa fil-perijodu ta' wara l-gwerra. Anki fl-aħħar tas-snin sittin, ir-rata ta' tkabbir medju tal-produttività tax-xogħol kienet ta' madwar 5 % għal kull siegħa ta' xogħol. Mis-snin tmenin 'il quddiem, it-tkabbir tal-produttività tax-xogħol beda jonqos, u r-rata ta' żvilupp annwali ammontat biss għal madwar 2 % fil-bidu ta' l-2000. Bidliet fiċ-ċifri tal-produttività ta' l-Istati Membri ta' l-UE fis-snin riċenti jistgħu jitfissru minn bosta fatturi li jaġixxu f'direzzjonijiet differenti. It-tkabbir medju tal-produttività tax-xogħol fl-Ewropa tjieb permezz tas-sħubija ta' Stati Membri ġodda, fejn il-livell tal-bidu tal-produttività huwa inqas milli kien fl-Istati Membri l-qodma. Madankollu, mill-1995, fl-Ewropa kien hemm żieda fl-għadd ta' l-impjiegi ta' produttività baxxa. Dawn jinkludu impjiegi b'pagi baxxi fis-settur tas-servizz li ma jirrikjedux kwalifiki professjonali għoljin, kif ukoll bosta impjiegi fejn il-persuni jitqabbdu fuq kuntratti atipiċi. Din it-tendenza kkontribwixxiet għal żvilupp iktar bil-mod tal-produttività (3). |
|
2.3 |
Fil-manifattura, it-tkabbir tal-produttività kien aktar rapidu f'industriji bażati fuq it-teknoloġija. Is-sehem ta' dawn l-industriji fil-manifattura totali huwa żgħir, u l-Kummissjoni temmen li dan huwa sintomatiku tal-problemi potenzjali. Iktar ma jkun kbir is-sehem tagħhom f'termini ta' valur miżjud, iktar dawn jikkontribwixxu għall-produttività u għat-tkattir tad-dħul reali f'ekonomija. Dawn l-industriji huwa mexxejja b'mod invarjabbli fl-innovazzjoni, fil-modernizzazzjoni u fit-tixrid ta' teknoloġiji ġodda, inkluż bejn il-fruntieri (4). |
|
2.4 |
Tkabbir dgħajjef tal-produttività dawn l-aħħar snin fis-settur tas-servizzi privati u pubbliċi jikkostitwixxi biċ-ċar problema serja. Madankollu, wieħed għandu jżomm f'moħħu li huwa iktar diffiċli, jekk mhux impossibbli, li titkejjel il-produttività f'dan is-settur bl-użu ta' l-istess indikaturi bħal fil-manifattura. Minkejja l-fatt li innovazzjonijiet ta' tipi varji, bħall-użu ta' applikazzjonijiet ta' l-ICT, żdiedu fis-servizzi, dan ma rriżultax fi tkabbir tal-produttività fl-istatistika dwar il-produttività. B'mod tipiku, l-innovazzjonijiet f'dan is-settur jiġu introdotti permezz ta' teknoloġija miksuba (ICT, bidliet fl-organizzazzjoni u l-kapital uman) iktar milli permezz ta' nfiq dirett fir-Riċerka u Żvilupp minn ditti tas-servizz innfushom (5). Għaldaqstant, it-twettiq ta' kalkoli mekkaniċi f'paraguni tal-produttività jista' jwassal għal konklużjonijiet ħżiena, sakemm ma jitqiesx il-kontenut attwali ta' setturi differenti. Dan japplika wkoll għas-servizzi pubbliċi, fejn il-miri ta' l-iżvilupp tal-produttività jridu jqisu wkoll l-għanijiet tal-politika soċjali u pubblika kif ukoll il-ħtieġa li tkun iggarantita klima li twassal għall-innovazzjoni u t-tkabbir tal-produttività. |
|
2.5 |
It-titjib ta' l-impjiegi u ż-żieda tal-produttività m'humiex esklussivi b'mod reċiproku. Għall-kuntrarju, flimkien isaħħu l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, relatati maż-żieda ta' l-għadd ta' l-impjiegi ta' kwalità aħjar. Skond l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-impjiegi produttivi huma s-sies ta' xogħol diċenti (6). L-iżvilupp tal-produttività sostenibbli u rata ta' l-impjiegi li kulma tmur qiegħda togħla huma mod fis-sod għat-tnaqqis tas-sehem ta' xogħol mhux iddikjarat fl-ekonomija. |
|
2.6 |
L-istruttura ta' l-ekonomiji ta' l-UE qiegħda tinbidel u teżisti tendenza dejjem tiżdied ta' enfasi fuq il-kapital uman aktar milli fuq il-kapital fiżiku. Skond il-Kummissjoni, id-domanda għax-xogħol fl-UE diġà nbidlet, bi preferenza ta' persunal bi kwalifiki għoljin minn persunal li għandu kompetenzi tradizzjonali. Dan jirrifletti bidliet fil-kontenut ta' l-impjiegi nnfushom iktar milli bidliet fl-allokazzjoni settorjali ta' l-impjiegi. Bejn l-1995 u l-2000, il-ħolqien ta' l-impjiegi f'setturi li jiżviluppaw b'pass mgħaġġel u li huma intensivi f'termini ta' għarfien kien responsabbli għal iktar minn żewġ terzi ta' l-impjiegi ġodda kollha bi kwalifiki għoljin u medji, u għal proporzjon kbir ħafna ta' impjiegi ġodda bi kwalifiki baxxi (7). Is-servizzi tan-negozju, b'mod partikolari, żiedu l-forzi tax-xogħol tagħhom u ser ikollhom sehem ewlieni fil-ġejjieni fil-provvista ta' impjiegi ġodda u fl-ikkumpensar għal telf ta' impjiegi u fir-razzjonalizzazzjoni f'industriji tal-manifattura (8). |
|
2.7 |
Għall-individwu, it-tkabbir tal-produttività jfisser li l-impjiegi jkunu iktar stabbli u li l-ħaddiema jkollhom opportunitajiet aħjar sabiex jagħmlu progress f'xogħolhom u sabiex jiksbu dħul aħjar. Dan itejjeb il-kwalifiki tal-ħaddiema u jsaħħaħ il-ħila tagħhom ta' impjieg f'ambjent li kulma jmur qiegħed jinbidel. |
|
2.8 |
Għall-kumpaniji, huwa kruċjali li jżidu l-produttività tagħhom, il-muftieħ għall-kompetittività tagħhom. Filwaqt li s-swieq dinjin jiddeterminaw il-biċċa l-kbira tal-prezzijiet u l-produttività ma tistax tiżdied b'mod indefinit minn investiment tradizzjonali fil-makkinarju u fit-tagħmir, hemm il-ħtieġa li jintużaw mezzi oħrajn. Għall-kumpaniji, it-tkabbir tal-produttività jfisser li l-ispejjeż jiżdiedu iktar bil-mod, il-kompetittività tal-prezzijiet u l-ammont ta' ħaddiema b'paga jitjiebu, l-impjiegi jkunu iktar siguri (u għaldaqstant iktar mixtieqa), il-kompiti u l-organizzazzjoni jevolvu, jinkiseb iktar valur miżjud għall-klijenti b'inqas riżorsi, jittejjeb il-profitt, isiru possibbli l-iżvilupp u s-sopravivenza fis-suq, u titħejja t-triq għall-investiment u l-iżvilupp ta' attivitajiet. |
|
2.9 |
It-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa b'mod tradizzjonali ddependa fuq l-iżvilupp tal-forza tax-xogħol, il-livell ta' investiment f'mezzi ta' produzzjoni u titjib fil-livelli ta' l-edukazzjoni. Issa dan il-mudell m'għadux jiffunzjona kif suppost. Il-provvista tax-xogħol m'għadhiex qiegħda tiżdied iżda minflok qiegħda tonqos. Il-kumpaniji huma inqas ħerqana minn qabel li jinvestu fil-kapital fiżiku. Ix-xogħol inbidel minn wieħed intensiv f'termini ta' xogħol għal wieħed intensiv f'termini ta' kapital, u l-kapital uman qiegħed isir iktar u iktar importanti. Ix-xogħol manwali bi ftit kwalifiki qiegħed iċedi dejjem aktar postu għal xogħol (ta' għarfien) minn esperti li jeħtieġ taħriġ speċjali. Investiment f'taħriġ bażiku biss m'għadux jikseb qligħ kbir mill-produttività bħal qabel. |
|
2.10 |
It-tkabbir ekonomiku f'xi Stati Membri żdied ukoll permezz ta' l-introduzzjoni ta' miżuri fiskali (eż. tnaqqis fit-taxxi relatati man-negozju u mal-pagi ta' l-impjegati) u żieda fil-konsum privat (eż. l-politika tar-rata ta' l-imgħax, it-tassazzjoni). Madankollu, l-għan għall-użu ta' dawn il-fatturi tat-tkabbir huwa limitat u għandhom ikunu evalwati mill-perspettiva kemm tal-kompetizzjoni tat-taxxa kif ukoll tal-manutenzjoni ta' l-infrastruttura pubblika. |
|
2.11 |
Barra mill-fatturi tat-tkabbir imsemmija hawn fuq, teżisti l-ħtieġa li jinħolqu elementi ġodda li jiġġeneraw it-tkabbir. Fatturi mhux tanġibbli ta' suċċess daħlu f'dan ix-xenarju flimkien ma' oħrajn tanġibbli, b'mod partikolari l-ħila tal-maniġment li jimmotiva lill-ħaddiema u li jagħmel użu mill-ħiliet tagħhom. |
|
2.11.1 |
Fl-ewwel lok għandu jiżdied it-tkabbir tal-produttività ta' l-intrapriżi meta mqabbel mal-livelli preżenti. Dan isejjaħ għal adozzjoni ta' politiki mfasslin għall-ħolqien ta' ambjent favorevoli għat-tkabbir sostenibbli ta' l-intrapriżi u għall-inovazzjoni u sabiex jiżguraw kompetizzjoni ġusta. Dan huwa l-uniku mod sabiex jiżdied id-daqs ġenerali tal-firxa ekonomika. |
|
2.11.2 |
Fit-tieni lok, għandhom jinstabu modi sabiex għallinqas jitwaqqaf it-tnaqqis fil-provvista tax-xogħol. Bosta Stati Membri ser jitilfu 15 % mill-forza tax-xogħol tagħhom fl-għaxar snin li ġejjin. Ir-rati ta' l-impjieg għandhom jinżammu għoljin permezz ta' politika iktar effettiva fir-rigward tal-ħaddiema, l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa, miżuri għar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-familja u miżuri dwar il-ġeneru, u permezz ta' riforma tas-sistemi tal-pensjonijiet. Li l-ħaddiema jingħataw għajnuna sabiex ilaħħqu mal-problemi fuq il-post tax-xogħol u li jżommu l-motivazzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma modi ewlenin li jwasslu lil persuni sabiex jipposponu l-irtirar tagħhom. |
|
2.11.3 |
Fit-tielet lok, id-dinja tax-xogħol teħtieġ li ssir iktar attraenti. Għadd kbir ta' persuni attivi jagħmlu parti mill-grupp ta' età bejn l-40 u l-54 sena, u dan jippreżenta sfida ekonomika konsiderevoli. Fl-istess ħin, huwa ta' importanza suprema li ż-żgħażagħ ma jitħallewx joħorġu mill-iskola u jsiru parti mill-ħajja tax-xogħol. Għandhom jittejbu l-kwalità tax-xogħol u d-disponibbiltà ta' forza tax-xogħol kwalifikata sabiex jiġu sfruttati l-benefiċċji ta' teknoloġija ġdida, innovazzjoni u attivitajiet ta' riċerka u żvilupp. |
|
2.12 |
Il-Kunsill Ewropew b'mod konsistenti enfasizza l-ħtieġa ta' investiment sabiex tittejjeb il-kwalità tax-xogħol, notevolment bl-għajnuna ta' indikaturi tal-kwalità (9). Matul il-Presidenza Finlandiża ta' l-UE tnieda dibattitu dwar l-importanza tal-produttività għall-Istrateġija ta' Lisbona. Il-Finlandja talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex iħejji Opinjoni dwar Il-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol, il-produttività u l-impjieg fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u l-isfidi demografiċi (10). Il-Kumitat adotta l-Opinjoni tiegħu f'Settembru 2006. |
|
2.13 |
Il-Presidenza Ġermaniża ta' l-UE kompliet id-dibattitu dwar il-kwalità ta' ħajja fuq il-post tax-xogħol. It-tema ta' “xogħol ta' kwalità” jagħti xejra prattika lill-objettiv ta' l-Istrateġija ta' Lisbona sabiex jinħolqu iktar impjiegi ta' kwalità tajba (11). Fil-laqgħa informali tal-ministri għall-impjieg u l-ministri għall-affarijiet soċjali f'Berlin f'Jannar 2007, il-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja flimkien enfasizzaw l-importanza ta' “xogħol ta' kwalità” fil-konklużjonijiet tagħhom (12). Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 u tad-9 ta' Marzu, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-importanza ta' “xogħol ta' kwalità” għaż-żieda ta' l-impjiegi fl-Istati Membri u għar-rinfurzar tal-mudell soċjali Ewropew. Skond il-Kunsill, il-prinċipji li fuqhom jinbena “xogħol ta' kwalità” huma d-drittijiet u s-sehem tal-ħaddiema, l-opportunitajiet indaqs, is-sikurezza u l-ħarsien tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol u organizzazzjoni ta' xogħol li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-familja (13). |
|
2.14 |
Il-programmi fuq livell Ewropew iqisu, b'xi mod jew ieħor, l-iżvilupp tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol u l-possibbiltà ta' postijiet tax-xogħol li jlaħħqu ma' l-isfidi sabiex jinbidlu. Sfortunatament, is-soltu joffru proposti separati biss, iktar milli punt ċentrali tal-bidu sabiex iservi ta' gwida għall-azzjoni. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni bejn il-programmi hija waħda dgħajfa, tant li jekk isir xi progress fiha, jew fin-nuqqas tagħha, fil-qasam tal-produttività sostenibbli dan ma jintlemaħx. |
|
2.15 |
Mistoqsija ewlenija hawnhekk hija kif it-tkabbir tal-produttività tal-kumpaniji jista' jiżdied b'tali mod li jagħti appoġġ lir-riżorsi individwali u kollettivi tal-ħaddiema filwaqt li fl-istess ħin jgħinhom sabiex iżommu l-ħila tagħhom tax-xogħol u jibqgħu motivati sabiex jaħdmu fil-preżenza ta' kondizzjonijiet li qegħdin jinbidlu. |
3. Tkabbir tal-produttività sostenibbli bħala fattur sabiex jinkiseb suċċess
|
3.1 |
Meta wieħed janalizza l-produttività u l-impjiegi, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn l-impatt fuq perijodu qasir u fuq perijodu fit-tul. Fil-perijodu qasir, jista' jkun hemm korrelazzjoni negattiva bejn it-tkabbir tal-produttività u l-impjieg. Il-bidla strutturali fl-industrija tidher li żżid it-tkabbir medju tal-produttività tax-xogħol iżda li tnaqqas ir-rata ta' l-impjieg (14). F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa meħtieġ sforz sostanzjali tal-politika dwar is-suq tax-xogħol minħabba li ċerti ħaddiema għandhom kwalifiki li għaddha żmienhom u bħala riżultat ta' dan jisfaw bla xogħol. Għamliet ġodda ta' protezzjoni kontra s-sensji u qgħad huma meħtieġa sabiex il-kompetenzi u l-kapaċitajiet ta' kemm jista' jkun ħaddiema possibbli jkunu jistgħu jintużaw b'mod flessibbli. Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjieg, il-KESE jagħmel bosta rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ ta' l-effikaċja ta' miżuri politiċi (15). |
|
3.2 |
Fil-perijodu fit-tul, huwa possibbli li r-rata ta' l-impjieg tiżdied permezz ta' l-iżvilupp tal-produttività tax-xogħol. B'mod partikolari, l-impatt konġunt tat-teknoloġija u ċerti komponenti tal-kwalità tax-xogħol jiġġeneraw l-iżvilupp, li jżid l-impjiegi u jgħolli r-rata ta' l-impjieg. Madankollu, dan ma jseħħx b'mod awtomatiku; iktar minn hekk jiddependi fuq il-ħila ta' l-industrija li żżid l-intensità ta' żvilupp tax-xogħol u li żżid it-tkabbir tal-produttività fuq perijodu fit-tul, li huma marbutin kemm mal-kwalità fix-xogħol kif ukoll mas-sodisfazzjon tal-ħaddiem lejn l-impjieg (16). |
|
3.3 |
Jeżistu bosta modi li bihom kumpaniji jistgħu jiksbu t-tkabbir tal-produttività. B'mod partikolari xi kumpaniji kwotati fil-borża jevalwaw il-kompetittività fuq il-perijodu qasir fuq il-bażi tal-qligħ u l-ispejjeż ta' kull tliet xhur. Il-metodu ta' “profitti ta' malajr” huwa evidenti fuq il-post tax-xogħol minħabba n-nuqqas ta' investiment produttiv u ma tingħata ebda attenzjoni lill-ħiliet jew lill-abbiltà fix-xogħol tal-ħaddiema. F'xi każijiet, il-kumpaniji m'għandhomx il-ħila finanzjarja li jieħdu azzjoni bħal din. Barra minn hekk, il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg u tal-ħlas ta' sikwit jiġu stabbiliti skond ħtiġiet minimi, b'konsegwenzi soċjali serji għall-perijodu fit-tul. Dan it-tip ta' metodu huwa ta' periklu għall-kompetittività globali ta' l-Ewropa. L-Ewropa ma tistax tirbaħ lill-kompetituri tagħha permezz ta' taħlita ta' xogħol ta' produttività baxxa, kondizzjonijiet ħżiena tax-xogħol u paga baxxa. |
|
3.4 |
B'mod tradizzjonali, l-effiċjenza tal-kapaċità ta' produzzjoni ttejbet permezz tal-modernizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' produzzjoni u l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet ta' produzzjoni sabiex tintlaħaq aħjar id-domanda. Sar investiment fil-makkinarju u fit-tagħmir. Bħala riżultat ta' dan, il-livell ġenerali tal-produttività għola. Il-produttività tista' tiżdied fi stadji żgħar permezz ta' teknika ta' razzjonalizzazzjoni u ta' titjib u bl-iżvilupp ta' prodotti u servizzi permezz ta' l-applikazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni iktar effiċjenti. Madankollu, dan m'huwiex possibbli jekk il-kooperazzjoni fuq il-post tax-xogħol ma tiffunzjonax b'mod effettiv, il-ħaddiema ma jkunux motivati li jaħdmu jew jeżistu nuqqasijiet fl-ambjent tax-xogħol li jfixklu l-attività professjonali. |
|
3.5 |
Sabiex jinżamm it-tkabbir ekonomiku, hemm il-ħtieġa ta' riformi strutturali iktar fil-fond. Il-produttività tista' tiżdied malajr permezz ta' bidla strateġika f'daqqa fejn kumpanija torganizza mill-ġdid kompletament il-mod li bih tiffunzjona u billi tagħmel hekk tkun qiegħda tagħmel użu minn mod ġdid ta' żvilupp. F'dak il-każ, impjiegi li jeħtieġu kwalifiki qodma jisparixxu b'mod inevitabbli, iżda fl-istess ħin jinħolqu impjiegi ġodda, li ta' sikwit ikunu aħjar f'termini ta' kwalità. L-intrapriżi li jbiddlu lilhom infushom joħolqu prodotti ġodda u katini ta' valuri ġodda. Il-fatturi ewlenin f'dan il-proċess huma l-veloċità, l-innovazzjoni, il-ħila ta' bidla u l-involviment tal-ħaddiema fil-proċess. Il-Kumitat u l-Kummissjoni Konsultattiva tiegħu dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) huma involuti b'mod attiv fl-analiżi tal-bidla strutturali, ta' proċessi ta' innovazzjoni u ta' l-użu tat-teknoloġija (17). Il-Kumitat enfasizza l-importanza ta' flessibiltà funzjonali interna fil-promozzjoni ta' proċessi ta' innovazzjoni (18). |
|
3.6 |
Huwa interessanti li wieħed jeżamina l-produttività bħala aspett tal-prestazzjoni ta' kumpanija. Il-prestazzjoni tista' tinqasam f'aspetti interni u esterni. Il-prestazzjoni esterna tkejjel il-ħila tal-kumpanija li ttemm xogħol fl-ambjent tal-madwar. Madankollu, il-produttività tidher l-iktar b'mod ċar bħala karatteristika interna ta' kumpanija, u wkoll waħda li hija assoċjata ma' individwu, magna jew ċellula ta' produzzjoni partikolari (19). |
|
3.7 |
L-aspetti interni tal-prestazzjoni ta' kumpanija huma l-innovazzjoni u l-produttività, li l-prerekwiżiti għalihom huma l-kompetenzi u l-għarfien, is-sodisfazzjon tal-ħaddiema, l-attitudni pożittiva għall-bidla u t-teknoloġija. Minn dawn isegwu l-kwalità u l-effikaċja f'termini ta' valur. L-aspetti esterni huma l-kompetittività, is-sodisfazzjon tal-klijenti u s-sehem tas-suq, li minnhom isegwu l-likwidità, il-profitt u s-solvibilità (ara l-Figura 1). |
Figure 1: Aspects of company performance and how they interlink
|
3.8 |
L-aspetti differenti tal-prestazzjoni jaffettwaw lil xulxin b'mod “spirali”. Per eżempju, it-tkabbir tal-produttività jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż għal kull unità, li bis-saħħa tagħhom tittejjeb il-kompetittività tal-kumpanija. Dan ifisser li l-kumpanija tikseb suċċess fis-suq u li l-profitt ikompli jiżdied. Bħala konsegwenza, il-kumpanija takkumula rikkezzi li jistgħu jintefqu fuq affarijiet bħal taħriġ, mezzi ta' produzzjoni u għodod ta' appoġġ fl-immaniġġjar, fi kliem ieħor għal titjib tal-prerekwiżiti għall-produttività. Dan tista' ssir referenza għalih bħala mod “spirali” 'il fuq tal-produttività. Bl-istess mod, huwa possibbli li jitfisser proċess li jwassal għal mod “spirali” 'l isfel tal-produttività. |
|
3.9 |
Għaldaqstant il-produttività sostenibbli hija kunċett aktar vast mis-sempliċi kejl tal-produttività jew l-analiżi tal-produttività tax-xogħol. Fuq livell ta' kumpanija, il-produttività hija indikatur ta' kemm kumpanija tista' tgħaqqad b'suċċess fatturi differenti ta' produzzjoni għat-titjib ta' l-effiċjenza u ssir kompetittiva fis-suq. Il-produttività sostenibbli tkopri mhux biss l-ambjent fiżiku tax-xogħol iżda wkoll l-ambjent psikosoċjali tax-xogħol, li minnu jirriżultaw l-effiċjenza, il-kreattività u l-innovazzjoni (20). |
|
3.10 |
L-innovazzjoni ta' kumpanija u tal-ħaddiema tagħha hija riflessa fil-ħila li jkunu żviluppati jew imġeddin kunċetti ta' prodotti u servizzi sabiex joħolqu valur miżjud għall-klijenti. L-innovazzjoni hija wkoll il-ħila li wieħed itejjeb b'mod kontinwu l-proċessi ta' tħaddim, ta' produzzjoni u ta' distribuzzjoni flimkien mal-ħaddiema u l-imsieħba. Għaldaqstant, l-innovazzjoni tista' tkun għodda, biċċa tagħmir, magna, taħlita ta' dawn, mudell ta' servizz, mod ġdid ta' twettiq ta' biċċa xogħol qadima, jew soluzzjoni differenti għall-problemi. Il-ħila li wieħed jgħaddi minn bidla hija element ewlieni tal-produttività. |
|
3.11 |
L-organizzazzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati f'kategoriji differenti ta' żvilupp fuq il-bażi tal-ħila innovattiva tagħhom. L-organizzazzjonijiet jistgħu kuxjentement jiżviluppaw il-kapaċità innovattiva tagħhom u jgħaddu minn livell għal ieħor permezz tat-tagħlim. Iktar ma organizzazzjoni tapplika prattiki avvanzati fl-attività tagħha ta' innovazzjoni, iktar ikollha ħila aħjar sabiex timplimenta innovazzjonijiet (21). |
|
3.12 |
Żieda fil-produttività sostenibbli tfisser li kumpaniji u organizzazzjonijiet iħejju għar-riskju tal-ġejjieni billi jantiċipaw bidliet u jadattaw malajr u b'mod flessibbli għall-bidliet. F'dawn il-kumpaniji kulħadd huwa impenjat fl-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet u ta' l-għarfien, il-benesseri tal-ħaddiema jingħata attenzjoni partikolari u l-ħaddiema jkollhom sehem attiv fit-teħid ta' deċiżjonijiet, l-iktar f'deċiżjonijiet li jaffettwaw ix-xogħol li jagħmlu. Il-ħaddiema huma lesti u determinati li jagħtu l-kontribut tagħhom u li jagħmlu l-kompetenzi tagħhom disponibbli sabiex il-kumpanija tikseb iktar suċċess. L-immaniġġjar huwa bbażat fuq rikonoxximent u kooperazzjoni reċiproċi, u mhux fuq pożizzjoni ta' dominanza fir-rigward tal-ħaddiema. Il-maniġers għandhom il-ħila li jaħdmu fi sħubija mal-klijenti, man-netwerk tan-negozju fis-settur tal-kumpanija u maċ-ċentri ta' riċerka. |
|
3.13 |
Kwistjoni ewlenija għall-ġejjieni f'rabta mat-tkabbir tal-produttività u l-intensifikazzjoni tagħha hija l-ħila ta' postijiet tax-xogħol li jfasslu u jadottaw innovazzjonijiet teknoloġiċi u innovazzjonijiet tan-negozju, ta' l-organizzazzjoni u dawk soċjali fil-ħajja tal-post tax-xogħol li jikkomplementawhom. It-tkabbir tal-produttività miksub b'dan il-mod huwa sostenibbli. Jinfluwenza it-tkabbir ekonomiku permezz ta' żewġ modi: permezz tat-titjib tal-produttività fuq perijodu fit-tul ta' postijiet tax-xogħol/kumpaniji u permezz taż-żieda tal-provvista tax-xogħol, hekk kif jiżdiedu l-opportunitajiet u x-xewqa tal-ħaddiema li jibqgħu kemm jistgħu fil-ħajja professjonali. |
4. Produttività sostenibbli fuq il-post tax-xogħol
|
4.1 |
Studju mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (22) jagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn ir-rabta bejn il-kwalità ta' l-ambjent fuq il-post tax-xogħol u l-produttività. Konklużjoni ewlenija tar-riċerka hija li, fil-kondizzjonijiet attwali ta' kompettitività ogħla, is-suċċess ta' kumpanija ma jistax jitkejjel aktar f'termini ta' l-indikaturi tan-negozju biss. |
|
4.2 |
Skond l-istudju, is-sodisfazzjon tal-klijent, it-twettiq ta' l-aħjar relazzjonijiet fi ħdan il-kumpanija, il-kapaċità innovattiva u l-flessibbilità fl-istrutturi ta' l-organizzazzjoni huma fatturi li qegħdin isiru dejjem aktar importanti. Il-konklużjonijiet tar-riċerka juru li hemm rabta mill-qrib bejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol tajba u l-ħidma fin-negozju ta' kumpanija. Il-kwalità ta' l-ambjent tax-xogħol għandu influwenza qawwija fuq il-produttività u l-qligħ. |
|
4.3 |
It-tkabbir tal-produttività fl-Ewropa fl-aħħar snin bl-ebda mod ma jista' jkun deskritt bħala sostenibbli b'mod ċar f'termini kwalitattivi. It-tagħrif u l-prattiki mwettqa fi ħdan l-kumpaniji sabiex itejbu l-kwalità ta' l-ambjent tax-xogħol u jidentifikaw l-effetti pożittivi tiegħu għandhom limitati. Skond l-istudju mill-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib fil-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol, ma kien hemm l-ebda tibdil prinċipali fil-kwalità tax-xogħol lejn naħa jew oħra, meta wieħed iqis kollox (23). L-analiżi u t-tqabbil tal-kondizzjonijiet fl-Istati Membri juru li s-sodisfazzjon fuq il-post tax-xogħol huwa marbut mas-sigurtà ta' l-impjieg, l-ambjent pożittiv fuq il-post tax-xogħol, u opportunitajiet tajba sabiex wieħed jitgħallem u jikber fuq il-post tax-xogħol. In-natura tax-xogħol innifsu qiegħda tinbidel, b'pass aktar mgħaġġel milli kien mistenni, u qiegħda ssir aktar ibbażata fuq it-tagħrif u t-teknoloġija u qiegħda tiżviluppa orjentazzjoni akbar lejn il-klijent. |
|
4.4 |
L-istudju jkompli juri li sar ftit wisq progress sabiex ix-xogħol jersaq qrib il-ħajja fil-familja. L-arranġamenti flessibbli fil-ħin tax-xogħol marbutin mal-ħtiġijiet ta' l-individwu ma nfirxux. Għalkemm is-saħħa fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema Ewropej tjiebet, 35 % tal-ħaddiema għadhom iqisu li s-saħħa u s-sigurtà tagħhom huma mhedda minħabba x-xogħol li jwettqu. L-intensità tax-xogħol qiegħda tiżdied, b'għadd dejjem jiżdied ta' ħaddiema li jaħdmu b'ritmu mgħaġġel u bi skadenzi stretti ħafna. Għalkemm it-twettiq tax-xogħol jeħtieġ l-awtonomija, il-livelli ta' l-awtonomija m'humiex qegħdin jiżdiedu. L-akbar għadd ta' ħaddiema jsibu x-xogħol tagħhom interessanti u jħossu li joffri sfidi ġodda. L-aċċess għat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol ma tjiebx u huwa diffiċli b'mod partikulari għall-ħaddiema li huma akbar fl-età u inqas ikkwalifikati. Waħda mill-bidliet l-aktar importanti fuq il-post tax-xogħol hija l-użu li dejjem qiegħed jiżdied tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni (24). |
|
4.5 |
Fil-ġejjieni, in-nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa jista' jxekkel it-tkabbir tal-produttività. Madankollu, tajjeb li wieħed jiftakar li l-impjiegi tal-ġejjieni u l-ħiliet li jeħtieġu ser ikunu differenti minn dawk ta' llum. Barra minn hekk, modi ġodda ta' l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-applikazzjoni aktar effettivia tat-teknoloġija ser tnaqqas l-ammont tax-xogħol meħtieġ. Ħafna kumpaniji qegħdin jaħdmu f'nisġiet mifruxa madwar l-Ewropa u l-ċaqliq tal-ħaddiema bejn l-Istati Membri qiegħed jiżdied. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat issuġerixxa li, minkejja d-differenzi fl-oqsma edukattivi tagħhom, l-Istati Membri jridu jaħsbu dwarhom infushom li jagħmlu parti minn “żona ta' taħriġ” Ewropea u jagħrfu li hemm dimensjoni Ewropea għall-iżvilupp tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol (25). |
|
4.6 |
Għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jkunu eżaminati aktar mill-qrib liema ħiliet u tagħrif ser ikunu meħtieġa fil-ħajja fuq il-post tax-xogħol fil-ġejjieni, kemm fis-setturi ta' l-impjiegi pubbliċi kemm dawk privati, kif ukoll kif il-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol u l-aspetti produttivi jistgħu jkunu inkorporati fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Strutturi tal-gradi u l-kwalifiki, il-kontenut tal-kurrikula u l-metodi tat-tagħlim, u l-miri tat-tagħlim tul il-ħajja għandhom ikunu ppjanati u mwettqa fuq din il-bażi. Huwa importanti li tkun assigurata l-possibbiltà finanzjarja li wieħed jieħu sehem fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-imsieħba soċjali għandhom rwol kruċjali x'iwettqu fid-diskussjoni dwar dawn is-suġġetti u l-miżuri tat-twettiq. L-imsieħba soċjali Ewropew wettqu sisien tajba billi evalwaw l-aspetti ewlenin tat-tagħlim tul il-ħajja u l-prattiċi nazzjonali (26). |
|
4.7 |
Ta' spiss in-nuqqas ta' ħiliet ma jkunx f'oqsma fejn il-ħiliet jistgħu jitkejlu. Barra l-ħiliet bażiċi, il-ħiliet ewlenin fil-post tax-xogħol tal-ġejjieni ser ikunu per eżempju l-ħiliet interattivi, l-awto-immaniġġjar, il-ħila li titgħallem u li tikseb tagħrif ġdid, il-mod kif tnissel l-essenzjali minn ġemgħa kumplessa ta' tagħrif, u l-ħiliet meħtieġa sabiex wieħed jaħdem f'postijiet tax-xogħol multi-kulturali u f'netwerks. F'dan it-tip ta' ambjent, iż-żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola jew b'nuqqas ta' tagħrif adegwat joħolqu sfida partikolari. |
|
4.8 |
Fl-immaniġġjar tan-negozju, in-nuqqas ta' ħiliet jinstabu b'mod partikulari fl-oqsma tal-ħiliet strateġiċi tan-negozju u l-immaniġġjar innovattiv. L-immaniġġjar tar-riżorsi umani għandu jitqies bħala aspett strateġiku tal-maniġment. Dawn il-ħiliet jistgħu jservu bħala tip ta' stimulu ġdid għat-tkabbir ekonomiku. |
5. Promozzjoni tal-produttività sostenibbli
5.1 Il-politika u l-miżuri prattiċi
|
5.1.1 |
L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kumpaniji kbar b'netwerk ta' sottokuntratturi għandhom il-kapaċità li jwieżnu l-potenzjal għas-suċċess offrut mit-tkabbir tal-produttività sostenibbli. Benefiċjarji oħra huma l-organizzazzjonijiet li jagħtu servizz fis-settur pubbliku u t-tielet settur li jeħtieġu u jridu jkabbru l-produttività tagħhom b'mod sostenibbli u kwalitattiv u jassiguraw li jkomplu jsibu għad-dispożizzjoni tagħhom ħaddiema ta' kwalità għolja u professjonali. |
|
5.1.2 |
It-tkabbir tal-produttività sostenibbli jista' jitħeġġeġ bl-adozzjoni ta' miżuri ta' politika li jimmiraw lejn is-soċjetà kollha, kumpaniji u organizzazzjonijiet pubbliċi, postijiet tax-xogħol u individwi. Minħabba l-firxa wiesgħa tagħhom, il-bidliet soċjali relatati ma' per eżempju t-taħriġ, ir-relazzjonijiet industrijali, il-miżuri sabiex jirrikonċiljaw ix-xogħol mal-familja, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-kura tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, it-taħriġ vokazzjonali, l-adattament mill-ġdid tal-professjoni, il-benefiċċji tal-pensjoni, jew l-opportunitajiet ta' l-irtirar, huma importanti fuq perijodu fit-tul. Il-leġiżlazzjoni tista' tintuża sabiex jiġu stimulati proġetti tajba. B'kuntrast, it-titjib fix-xogħol fil-livell ta' l-individwu għandu impatt mgħaġġel imma waħdu m'huwiex biżżejjed u l-impatt ġenerali fuq il-post tax-xogħol jista' jkun żgħir ħafna. |
|
5.1.3 |
Il-mod l-aktar enerġetiku sabiex jiġi sostnut tkabbir sostenibbli tal-produttività huwa billi jiġu promossi l-prattiċi u l-proċeduri tal-kumpanija u dawk applikati fil-post tax-xogħol b'mod li jagħtu appoġġ aħjar u jseddqu r-riżorsi tal-ħaddiem individwali, ir-riżorsi tal-post tax-xogħol u l-ħiliet innovattivi. L-imsieħba soċjali għadhom rwol speċjali x'iwettqu f'dan ir-rigward. |
|
5.1.3.1 |
Fil-livell Ewropew, l-imsieħba soċjali qablu, fil-programm tax-xogħol ġdid tagħhom għall-2006-2008, li jagħmlu analiżi konġunta ta' l-isfidi ewlenin li għandhom quddiemhom is-swieq tax-xogħol Ewropej (inkluiżi suġġetti bħall-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, il-kompetittività u l-innovazzjoni) (27). Fil-livell nazzjonali, per eżempju, l-organizzazzjonijiet ċentrali ta' l-imsieħba soċjali Finlandiżi waqqfu Grupp ta' Diskussjoni dwar il-Produttività fil-bidu ta' l-2007 bil-għan li jippromovu l-produttività, il-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-produttività. Il-membri tal-grupp ta' diskussjoni huma r-rappreżentanti tal-l-ogħla korpi eżekuttivi mill-organizzazzjoni ċentrali kollha tas-sidien u tal-ħaddiema. F'xi Stati Membri l-imsieħba soċjali jwettqu ħidma attiva fil-programmi nazzjonali ta' l-iżvilupp ta' l-intrapriżi. Studji tajba dwar każi partikulari jistgħu jinstabu fl-Istati Membri kollha (28). |
|
5.1.4 |
F'xi każijiet, il-bidliet fil-leġiżlazzjoni relatati mal-ħarsien ambjentali nisslu l-bżonn ta' innovazzjoni. Per eżempju, il-projbizzjoni ta' l-użu ta' l-asbestos nisslet il-ħtieġa li jinħolqu teknoloġiji sabiex jieħdulu postu, regolamenti aktar stretti dwar il-ħoss nisslu l-iżvilupp ta' tagħmir tekniku b'livelli baxxi ta' l-emissjoni tal-ħoss, ħtiġijiet tat-teknoloġija ta' l-enerġija wasslu għall-introduzzjoni ta' tagħmir ġdid u l-ħtiġijiet ta' l-iżolazzjoni tal-bini wasslu għall-iżvilupp ta' materjali ġodda. Għaldaqstant il-leġiżlazzjoni appoġġjat l-isforzi ta' l-industrija nnifisha u inkoraġġiet l-innovazzjoni. |
|
5.1.5 |
L-Istati Membri adottaw strumenti ekonomiċi differenti sabiex itejbu l-kwalità tal-kondizzjonijiet tax-xogħol jew sabiex jappoġġjaw lill-kumpaniji sabiex jinvestu f'mudelli innovattivi ta' l-organizzazzjoni tax-xogħol. Fost l-istrumenti użati hemm l-għajnuna pubblika u s-sussidji u l-iffinanzjar pubbliku (self vantaġġjuż mill-banek). Bħala eżempju, wieħed jista' jsemmi l-Istrateġija Nazzjonali ta' l-Irlanda dwar il-Post tax-Xogħol, l-Inizjattiva Ġdida dwar il-Kwalità tax-Xogħol imnedija mill-Ġermanja u l-Programm ta' Żvilupp tal-Post tax-Xogħol tal-Finlandja, li taw importanza kbira lill-inizjattiva tal-gvern u l-iffinanzjar pubbliku (29). Il-vantaġġ kbir ta' programmi bħal dawn huwa li x-xogħol ta' żvilupp iseħħ fuq il-postijiet tax-xogħol. Kruċjali għall-programmi huwa l-impenn qawwi għalihom fil-livell politiku u l-motivazzjoni tal-ħaddiema sabiex jieħdu sehem fil-proġetti ta' żvilupp. |
5.2 Indiċi Ewropew dwar il-kwalità tax-xogħol
|
5.2.1 |
Sabiex l-Ewropa tkun kapaċi twieġeb għall-isfidi tal-globalizzazzjoni u twettaq b'suċċess l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona, huwa importanti li jiġi segwit it-titjib fil-kwalità tax-xogħol fl-Istati Membri u fil-livell Ewropew u r-rabtiet tiegħu mat-tkabbir tal-produttività. Għaldaqstant, il-KESE aktar kmieni ssuġerixxa li għal dan il-għan kien meħtieġ indiċi Ewropew li jkejjel il-kwalità tax-xogħol. L-indiċi ser ikun żviluppat bl-applikazzjoni ta' kriterji differenti għal “xogħol ta' kwalità” fuq il-bażi ta' l-istudji rilevanti, u ser ikun miġbur u ppubblikat b'mod regolari (30). Indiċi bħal dan jista' jgħin sabiex jgħolli l-profil tal-bidliet u l-progress u l-effetti tagħhom fuq il-produttività, u fl-istess ħin jifforma l-bażi għal inizjattivi ġodda sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja fuq il-post tax-xogħol. Fil-preżent, il-kwalità tax-xogħol u l-produttività huma analizzati b'modi differenti u organizzazzjonijiet differenti qegħdin jiżviluppaw l-indikaturi tagħhom infushom b'mod indipendenti minn xulxin. L-indiċi Ewropew il-ġdid jista' jinkorpora elementi minn dawn l-indikaturi. |
|
5.2.1.1 |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, fl-2003 twettqet evalwazzjoni tal-progress imwettaq mill-Istati Membri bl-użu ta' sett ta' indikaturi mibnija fuq għaxar dimensjonijiet tal-kwalità tax-xogħol. Minkejja xi progressi, xorta hemm lok għal titjib konsiderevoli. B'mod partikulari, ir-riżultati fit-tkabbir tal-produttività kienu diżappuntanti. Il-konklużjoni kienet li kien hemm il-ħtieġa għal ħidma tal-politika aktar determinata, b'mod speċjali rigward it-tħeġġiġ tal-kumpaniji fit-taħriġ u fl-appoġġ għall-ħila tax-xogħol ta' ħaddiema li qegħdin jikbru fl-età (31). |
|
5.2.1.2 |
Skond il-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib fil-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol (il-Fondazzjoni ta' Dublin), il-kumpaniji u l-postijiet tax-xogħol innovattivi huma kkaratterizzati mill-libertà li wieħed jitgħallem u s-sens ta' awtonomija fuq il-post tax-xogħol, il-ħidma bħala tim, il-possibbiltà li jkun hemm rotazzjoni tal-postijiet tax-xogħol u l-multi-skilling. Għaldaqstant fattur ewlieni jikkonsisti fit-tisħiħ tal-ħiliet tal-ħaddiema u li huma jingħataw il-kapaċità li jkunu involuti b'mod attiv fl-iżvilupp tal-proċessi tal-produzzjoni. Barra minn hekk, fir-rebbiegħa 2007, il-Fondazzjoni nediet riċerka ġdida estensiva dwar ir-rabtiet bejn l-innovazzjoni, il-produttività u l-impjiegi li mistenni ddum tliet snin. L-ewwel stadju huwa relatat mal-ġabra tar-riċerka li diġà teżisti dwar is-suġġett sabiex ikun hemm preparazzjoni għaż-żieda tad-dimensjoni tal-produttività u tal-prestazzjoni fl-Istħarriġ dwar il-Kumpaniji Ewropew li ser isir mill-Fondazzjoni fl-2008. Il-Fondazzjoni hija wkoll attivament involuta fl-iżvilupp ta' indiċi ġdid tal-kwalità tax-xogħol (32). |
|
5.2.1.3 |
Studji mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol dwar l-importanza tal-kwalità tax-xogħol għall-produttività juru biċ-ċar li hemm rabta mill-qrib bejn il-kwalità ta' l-ambjent tax-xogħol, il-produttività u l-ħidma tan-negozju. L-Aġenzija tikkonkludi li, jekk ir-riskji assoċjati mas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ma jkunux studjati fid-dettall fuq il-post tax-xogħol, jew jekk ma jsir xejn sabiex jinstab tarf tagħħom, ikun impossibbli li jinkisbu l-miri tal-produttività (33). Il-kampanja Ewropea ta' din is-sena dwar it-titjib ta' l-għarfien tiffoka fuq il-prevenzjoni ta' problemi muskoloskeletali (MSDs). L-għan huwa wkoll li jiġu identifikati prattiki tajbin għar-rijabilitazzjoni tal-persuni li għandhom dan it-tip ta' problemi. Diġà għaddejjin il-preparazzjonijiet għall-Ġimgħa Ewropea 2008 li ser tiffoka fuq il-valutazzjoni tar-riskji relatati mal-post tax-xogħol. |
|
5.2.1.4 |
Il-programm ta' żvilupp tal-post tax-xogħol imniedi mill-Presidenza Ġermaniża jinkludi proġett ta' riċerka li għandu l-għan li jiddefinixxi b'mod aktar preċiż x'għandna nifhmu b'“xogħol ta' kwalità.” Il-programm jinkludi wkoll indiċi żviluppat mill-Assoċjazzjoni tar-Trejdunjins Ġermaniżi (DGB) għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta' l-impjiegi. L-indiċi huwa bbażat fuq il-valutazzjonijiet tal-ħaddiema nfushom, billi jivvalutaw ix-xogħol tagħhom skond 15-il kriterju. L-għan huwa li l-indiċi jkun ikkalkulat kull sena, u l-ewwel riżultati ser ikun disponibbli fil-Ħarifa ta' l-2007 (34). |
|
5.2.2 |
L-iżvilupp ta' indiċi Ewropew tal-kwalità tax-xogħol jeħtieġ il-ħolqien ta' forum wiesa'. Il-kompetenza rikka u varjata li għandu l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rigward l-isfidi tat-tibdil fid-dinja tax-xogħol, u s-soluzzjonijiet li jridu jinstabu, isservi bħala bażi tajba għal forum bħal dan. L-Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol jista' janalizza din il-kwistjoni jekk il-programm ta' ħidma tiegħu jippermetti. |
Brussell, is-26 ta' Settembru 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, Artikolu I-3(3).
(2) Il-produttività tista' titkejjel f'livelli differenti: per eżempju, ekonomija nazzjonali (livell makro), settur ekonomiku (manifattura, ICT), intrapriża/organizzazzjoni tax-xogħol/unità ta' xogħol, persunal/grupp professjonali, individwu. Il-produttività globali hija l-parti tat-tkabbir tal-produzzjoni li ma tistax tiġi spjegata minn żieda fin-numru tal-fatturi “tradizzjonali” ta' produzzjoni (xogħol, kapital, materji prima, enerġija). Iż-żieda tal-produttività hija r-riżultat ta' l-iżvilupp teknoloġiku, tat-taħriġ tal-ħaddiema, ta' l-iżvilupp ta' l-organizzazzjonijiet jew tat-tibdil li sar fil-metodi ta' ġestjoni u ta' produzzjoni.
(3) Ir-rapport tal-grupp ta' ħidma tal-Kumitat ta' l-Impjieg “Enhancing higher productivity and more and better jobs, including for people at the margins of the labour market”, EMCO/18/171006/EN-final, 2006.
URL: http://ec.europa.eu/employment_social/employment_strategy/pdf/emco_workgroupprod06_en.pdf.
(4) Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Produttività: il-muftieħ tal-kompetittività ta' l-ekonomiji u intrapriżi Ewropej, COM(2002) 262 finali.
(5) Ara n-nota tal-qiegħ nru 4.
(6) Rapport dwar l-impjieg fid-dinja 2004-2005, ILO.
URL http://www.ilo.org/public/english/employment/strat/wer2004.htm.
(7) Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Produttività: il-muftieħ tal-kompetittività ta' l-ekonomiji u intrapriżi Ewropej, COM(2002) 262 finali.
(8) Opinjoni tal-KESE tat-13 ta' Settembru 2006 dwar Is-Servizzi u l-industrija tal-manifattura fl-Ewropa: Interazzjonijiet u impatti fuq l-impjieg, il-kompetittività u l-produttività, rapporteur: is-Sur Calleja (ĠU C 318, 23.12.2006, p. 26).
URL: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:318:0026:0037:ES:PDF.
(9) Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 stabbilixxa l-objettiv ġenerali ta' impjieg totali permezz tal-ħolqien ta' impjiegi aktar numerużi, iżda wkoll ta' kwalità aħjar.
Il-Kunsill Ewropew ta' Nizza (2000) fil-konklużjonijiet tiegħu enfasizza l-bżonn li jitpoġġa enfasi fuq l-oqsma kollha tal-politika soċjali dwar il-promozzjoni tal-kwalità.
Il-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma (2001) enfasizza li l-kisba mill-ġdid ta' impjegar totali tfisser li huwa importanti li l-azzjonijiet ikunu bbażati fuq titjib mhux biss kwantitattiv iżda wkoll kwalitattiv ta' l-impjiegi. Sejjaħ sabiex il-kwalità ta' l-impjieg tiġi inkluża bħala objettiv ġenerali fil-linji gwida għall-impjieg ta' l-2002 u sabiex jitħejjew indikaturi kwantitattivi preċiżi.
Il-Kunsill Ewropew ta' Laeken (2001) innota li l-kwalità ta' l-impjieg huwa kunċett multidimensjonali u li l-indikaturi rakkomandati mill-Kumitat ta' l-impjieg huma bbażati fuq għaxar oqsma ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Sejjaħ sabiex dawn jiġu inklużi, wara l-2002, fl-Istrateġija Ewropea għall-Impjieg. Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Titjib tal-kwalità ta' l-impjieg: analiżi tal-progress riċenti, COM(2003) 728 finali.
(10) L-opinjoni tal-KESE tat-13 ta' Settembru 2006 dwar Il-kwalità ta' ħajja fuq il-post tax-xogħol, il-produttività u l-impjieg fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u l-isfidi demografiċi, rapporteur: is-Sinjura Engelen-Kefer (ĠU C 318, 23.12.2006, p. 157).
URL: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:318:0157:0162:EN:PDF.
(11) Il-prijoritajiet politiċi tal-Ministeru Federali tax-Xogħol u ta' l-Affarijiet Soċjali matul il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill ta' l-UE fl-ewwel nofs ta' l-2007.
URL:http://www.london.diplo.de/Vertretung/london/en/03/News__and__features/EU__Presidency/Political__priorities__FULL__DownloadDatei,property=Daten.pdf.
(12) Il-konklużjonijiet taċ-Chairman imfasslin f'koperazzjoni maż-żewġ presidenzi li ġejjin, il-Portugall u s-Slovenja.
URL: http://www.eu2007.de/en/News/Press_Releases/January/0119BMAS1.html.
(13) Il-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-8/9 ta' Marzu 2007 — Konklużjonijiet tal-Presidenza. Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea 7224/07.
URL:http://www.consilium.europa.eu/cms3_applications/applications/newsroom/LoadDocument.asp?directory=en/ec/&filename=93140.pdf.
(14) Ir-rapport tal-grupp ta' ħidma tal-Kumitat għall-Impjiegi Enhancing higher productivity and more and better jobs, including for people at the margins of the labour market, EMCO/18/171006/EN-final, 2006.
(15) L-opinjoni tal-KESE tal-25 ta' April 2007 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji ta' gwida għall-Politika ta' l-Impjieg ta' l-Istati Membri, rapporteur: is-Sinjura O'Neill (ĠU C 168, 20.7.2007, p. 477).
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/mt/oj/2007/c_168/c_16820070720mt00470049.pdf.
(16) Ara nota fil-qiegħ tal-paġna nru 15.
(17) Opinjoni tal-KESE tal-25 ta' Settembru 2003 dwar Il-Bidla industrijali:is-sitwazzjoni attwali u l-prospettivi, rapporteur: is-Sur Van Iersel, ko-rapporteur: is-Sur Varea Nieto (ĠU C 10, 14.1.2004, p. 105).
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2004:010:0105:0113:EN:PDF.
Opinjoni tal-KESE tad-29 ta' Settembru 2005 dwar Id-Djalogu soċjali u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, essenzjali għall-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla industrijali, rapporteur: is-Sur Zöhrer (ĠU C 24, 31.1.2006, p. 90).
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:024:0090:0094:EN:PDF
Opinjoni tal-KESE ta' l-14 ta' Diċembru 2005 dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Strutturar mill-ġdid u l-impjiegi — l-istrutturar mill-ġdid jiġi antiċipat u akkumpanjat sabiex jiġu żviluppati l-impjiegi: ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea, rapporteur: is-Sur Zöhrer, ko-rapporteur: is-Sur Soury-Lavergne (ĠÙ C 65, 17.3.2006, p. 58).
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:065:0058:0062:EN:PDF.
Opinjoni tal-KESE ta' l-14 ta' Settembru 2006 dwar L-iżvilupp sostenibbli bħala l-mutur għall-bidliet industrijali, rapporteur: is-Sur Siecker, ko-rapporteur: is-Sur Činčera (ĠU C 318, tat-23.12.2006, p. 1).
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:318:0001:0011:EN:PDF.
(18) Opinjoni tal-KESE tal-11 ta' Lulju 2007 dwar Il-flessigurtà (id-dimensjoni ta' flessibiltà interna — in-negozjar kollettiv u r-rwol tad-djalogu soċjali bħala strumenti ta' regolamentazzjoni u r-riforma tas-swieq tax-xogħol), rapporteur: is-Sur Janson.
http://eescopinions.eesc.europa.eu/viewdoc.aspx?doc=//esppub1/esp_public/ces/soc/soc272/mt/ces999-2007_ac_mt.doc.
(19) Rantanen, Hannu. Tuottavuus suorituskyvyn analysoinnin kentässä. L-Università tat-Teknoloġija ta' Lappeenranta, it-Taqsima ta' Lahti ta' l-2005.
(20) Professur Mika Hannula, l-Università tat-Teknoloġija ta' Tampere, lekċer, 29 ta' Jannar 2004.
(21) Bessant, John (2003): High-Involvement Innovation (tradott fil-Finlandiż minn Tuomo Alasoini). Il-ħila innovattiva għandha tmien dimensjonijiet:
|
— |
fehim fl-organizzazzjoni ta' l-importanza strateġika ta' l-attività ta' innovazzjoni li twassal għall-involviment ta' persuni u li hija bbażata fuq stadji żgħar (fehim) |
|
— |
l-organizzazzjoni għandha proċeduri li jippermettu lil persuni li jieħdu sehem fl-attività innovattiva ta' l-organizzazzjoni (li ssir drawwa) |
|
— |
l-attività ta' innovazzjoni ta' l-organizzazzjoni hija mmirata lejn l-għanijiet strateġiċi ta' l-organizzazzjoni (iffukar) |
|
— |
il-maniġment ta' l-organizzazzjoni jipprovdi gwida u appoġġ xierqa għall-attività ta' innovazzjoni ta' l-organizzazzjoni (gwida) |
|
— |
l-istrutturi, il-prattiki u l-proċessi ta' l-organizzazzjoni huma ddisinjati b'tali mod li jkun hemm l-aħjar relazzjoni possibbli ta' appoġġ b'mod reċiproku bejniethom u l-attività ta' innovazzjoni u l-valuri li jiggwidaw lil din ta' l-aħħar (allinjar) |
|
— |
fis-sejbien ta' soluzzjonijiet għal problemi, jeżisti netwerking bejn taqsimiet fi ħdan l-organizzazzjoni u barra l-organizzazzjoni (sejbien ta' soluzzjonijiet għal problemi b'mod komuni) |
|
— |
l-effiċjenza mtejba ppreżentata lill-organizzazzjoni minn innovazzjonijiet hija mmonitorjata, evalwata u żviluppata b'mod kostanti (titjib kontinwu tas-sistema) |
|
— |
l-organizzazzjoni għandha l-ħila li titgħallem b'mod kontinwu u b'mod komprensiv mill-esperjenzi tagħha (l-organizzazzjoni li titgħallem). |
(22) Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol: Il-Kwalità ta' l-Ambjent fuq il-Post tax-xogħol u l-Produttività — Dokument ta' Ħidma (2004).
URL: http://osha.eu.int/publications/reports/211/quality_productivity_en.pdf.
(23) Fondazzjoni Ewropea għal Titjib fil-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol: Ir-Raba' Studju Ewropew dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol (2005).
URL: http://www.eurofound.europa.eu/publications/htmlfiles/ef0698.htm.
(24) Ara nota fil-qiegħ tal-paġna nru 23.
(25) Opinjoni tal-KESE tat-28 ta' Ottubru 2004 dwar It-Taħriġ u l-Produttività, rapporteur: is-Sur Koryfidis (ĠU C 120, 20.5.2005, p. 64).
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2005:120:0064:0075:ES:PDF.
(26) Qafas ta' azzjonijiet għall-iżvilupp tul il-ħajja tal-kompetenzi u l-kwalifiki, Rapport Evalwattiv 2006/ETUC, UNICE, CEEP.
(27) Il-programm ta' ħidma ta' l-imsieħba soċjali Ewropej 2006-2008.
URL: http://www.etuc.org/IMG/pdf/Depliant_EN_HD2006-2008.pdf.
(28) Per eżempju, fis-seduta li saret mill-grupp ta' studju fl-10 ta' Mejju 2007, is-Sur Santo Portera, direttur finanzjarju tal-kumpanija Maltija STMicroelectronics, spjega kif il-kumpanija wieġbet b'suċċess għall-isfidi tal-globalizzazzjoni billi poġġiet enfasi fuq standards etiċi għoljin fil-ħidmiet tagħha, assigurat u tejbet il-ħiliet tal-ħaddiema, ambjent tajjeb fuq ix-xogħol u organizzazzjoni tax-xogħol, u seddqet l-innovazzjoni.
(29) L-Irlanda: www.workplacestrategy.ie, Cathal O'Reagan, fis-seduta li saret fl-10 ta' Mejju 2007.
http://inqa.de, Kai Schäfer, rappreżentant tal-gvern Ġermaniż u l-Presidenza Ġermaniża, fis-seduta li saret fl-10 ta' Mejju 2007.
http://www.mol.fi/mol/en/01_ministry/05_tykes/index.jsp.
(30) Ara n-nota fil-qiegħ tal-paġna.nru 10.
(31) Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Titjib tal-kwalità ta' l-impjieg: analiżi tal-progress riċenti, COM(2003) 728 finali.
(32) www.eurofound.europa.eu; Radoslaw Owczarzak, EMCC, fis-seduta li nżammet fl-10 ta' Mejju 2007.
(33) www.osha.europa.eu; Brenda O'Brien, fis-seduta li nżammet fl-10 ta' Mejju 2007.
(34) http://inqa.de; Kai Schäfer, rappreżentant tal-gvern Ġermaniż u l-Presidenza Ġermaniża, fis-seduta li saret fl-10 ta' Mejju 2007.