This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007AE0808
Opinion of the European Economic and Social Committee on the Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on common rules for the operation of air transport services in the Community (recast) COM(2006) 396 final — 2006/0130 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità (riformulazzjoni) COM(2006) 396 finali — 2006/0130 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità (riformulazzjoni) COM(2006) 396 finali — 2006/0130 (COD)
ĠU C 175, 27.7.2007, p. 85–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 175/85 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità (riformulazzjoni)”
COM(2006) 396 finali — 2006/0130 (COD)
(2007/C 175/20)
Nhar il-15 ta' Settembru 2006, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 80(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar il- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-operat ta' servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità (riformulazzjoni).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta' Mejju 2007. Ir-rapporteur kien is-Sur McDonogh.
Matul l-436 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 u l-31 ta' Mejju 2007 (seduta tal-31 ta' Mejju 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'58 vot favur, u 4 astensjonijiet.
Rakkomandazzonijiet:
1. |
Il-linji kollha ta' l-ajru OSP (Obbligazzjonijiet tas-Servizz Pubbliku) għandhom ikunu meħtieġa li jidħlu f'garanzija ta' esekuzzjoni. |
2. |
Għandu jkun hemm Ftehim dwar Livell ta' Servizz bejn l-ajruporti li huma moqdija mit-titjiriet ta' l-OSP u l-Istat Kontraenti. |
3. |
Kumpens ogħla minn dak ippreżentat fir-Regolament [KE] 261/2004 għandu jkun disponibbli għall-passiġġieri ta' l-OSP, peress li m'hemm l-ebda alternattiva oħra ta' trasport disponibbli. |
4. |
Il-proċess ta' tfigħ ta' l-offerti għall-OSP għandu jkollu mill-inqas żewġ offerti. |
5. |
Għat-titjiriet Ewropej, il-vjaġġ tar-ritorn għandu jqum daqs il-vjaġġ 'il barra. Jekk hemm differenza konsiderevoli bejn il-vjaġġ 'l barra u lura dan għandu jiġi ġġustifikat. |
6. |
Għandu jkun possibbli li l-biljetti ta' l-OSP ikunu rrifondati kif inhuma l-biljetti kollha ta' l-ajru, soġġetti għall-kondizzjonijiet. |
7. |
Il-kalkoli tan-nollijiet għandhom jidhru b'mod ċar fuq il-biljetti bħat-taxxi, l-ispejjeż ta' l-ajruport eċċ. |
8. |
|
9. |
Ir-referenza għall-ferroviji ta' veloċità għolja għandha tibqa' peress li f'xi Stati Membri ma jeżistux. |
10. |
Il-Kummissjoni għandha twettaq verifikazzjoni sabiex tassigura li r-regolaturi nazzjonali ta' l-avjazzjoni qegħdin jaqdu dmirhom b'manjiera ġusta u li l-ebda mill-azzjonijiet tagħhom ma jista' jkollha effett ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni. |
11. |
Għandha tiġi introdotta sistema ta' kontroll tas-sigurtà unika (one stop security) kif proposta oriġinarjament mill-Kummissjoni għal dawk il-passiġġieri għaddejjin mill-ajruporti Ewropej. |
12. |
Din għandha tinkludi modifika fl-eżami analitiku tal-passiġġieri fl-ajruporti sabiex tiġi inkluża sistema fast track (tal-bijometriċi) li tiffaċilita l-passiġġieri regolari. |
13. |
Biljetti li jinxtraw iktar minn xahar qabel għandu jkollhom perijodu ta' riflessjoni sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jikkanċellawhom mingħajr penali fi żmien 48 siegħa. Fil-każ li jkun hemm kanċellazzjoni ta' biljett, il-klijent għandu jkun intitolat ukoll għal rimborż tat-taxxi kollha ta' l-ajru. |
1. Introduzzjoni
1.1 |
Iktar minn għaxar snin mit-tnedija tiegħu, it-tielet pakkett ġeneralment qeda r-rwol tiegħu, li ppermetta l-espansjoni mingħajr preċedent tat-trasport ta' l-ajru fl-Ewropa. Monopolji antiki twarrbu, il-kabotaġġ intra-komunitarju ġie introdott, u l-kompetizzjoni fis-swieq kollha ġiet intensifikata għall-benefiċċju tal-konsumaturi. |
1.2 |
Minkejja dan is-suċċess, il-biċċa l-kbira tal-linji ta' l-ajru Komunitarji qegħdin ikomplu jsofru minn kapaċità żejda u mill-frammentazzjoni eċċessiva tas-suq. L-applikazzjoni inkonsistenti tat-tielet pakkett fl-Istati Membri kollha u r-restrizzjonijiet li għadhom japplikaw fuq is-servizzi ta' l-ajru intra-komunitarji qegħdin jissarrfu f'dawn l-effetti li ġejjin: |
1.3 |
In-nuqqas ta' sitwazzjoni bl-istess kondizzjonijiet għal kulħadd: l-effiċjenza tas-suq qiegħda tintlaqat minn distorsjonijiet fil-kompetizzjoni (eż l-applikazzjoni li tvarja fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-liċenzja ta' l-operat; diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi ta' l-ajru ta' l-UE fuq il-bażi tan-nazzjonalità; trattament diskriminatorju fir-rigward ta' rotot lejn pajjiżi terzi; eċċ. |
1.4 |
L-applikazzjoni inkonsistenti tar-regoli li jirregolaw il-kiri ta' l-ajruplani minn pajjiżi terzi bl-ekwipaġġ, bid-distorsjonijiet konsegwenti tal-kompetizzjoni u l-implikazzjonijiet soċjali. |
1.5 |
Passiġġieri li m'humiex qegħdin jibbenefikaw kompletament mis-suq intern minħabba fin-nuqqas ta' trasparenza fil-prezzijiet jew prassi diskriminatorji fuq il-bażi tal-post tar-residenza. |
2. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta
2.1 |
L-għan tal-proposta huwa li tirrevedi u tikkonsolida r-regolamenti. |
2.2 |
Il-proposta ssaħħaħ is-suq intern billi tippromovi ambjent iktar kompetittiv u b'hekk it-trasportaturi ta' l-ajru Ewropej ikunu jistgħu jlaħħqu mal-kompetituri internazzjonali tagħhom. |
2.3 |
Xi wħud mill-bidliet proposti jistgħu jkollhom impatt fuq l-ambjent, peress li ser ikollhom l-inklinazzjoni li jħeġġu iktar espansjoni tat-traffiku ta' l-ajru. Il-KESE huwa konxju li t-tkabbir kontinwu tat-traffiku ta' l-ajru qiegħed isir kawża sinifikanti taż-żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u bħalissa qiegħed jipprepara opinjoni dwar dan is-suġġett. Għandu x'għandu jsir f'dan il-kuntest, madankollu, il-Kumitat jappoġġja r-rinfurzar ta' sitwazzjoni bl-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fis-settur tal-linji ta' l-ajru kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta attwali. |
3. Evalwazzjoni ta' impatt
3.1 |
M'hijiex l-intenzjoni tar-reviżjoni tat-tielet pakkett li tbiddel il-qafas leġislattiv b'mod radikali, iżda li tagħmel serje ta' aġġustamenti sabiex tindirizza l-problemi identifikati. |
3.2 |
L-għażla ta' “l-ebda bidla” ma taffettwax it-tliet regolamenti attwali li jiffurmaw it-tielet pakkett tas-suq intern ta' l-avjazzjoni. |
3.3 |
L-għażla “tal-bidla” tinkludi serje ta' tibdiliet lit-tielet pakkett sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni omoġenea u effettiva tar-regoli tagħha. Din għandha tinkludi wkoll modifika fl-eżami analitiku tal-passiġġieri fl-ajruporti sabiex tiġi inkluża sistema fast track (tal-bijometriċi) li tiffaċilita l-passiġġieri regolari. |
3.4 |
L-abbozz tar-regolament ser jassigura applikazzjoni effiċjenti u omoġenea tal-leġislazzjoni komunitarja għas-suq intern ta' l-avjazzjoni permezz ta' kriterji ta' applikazzjoni aktar stretti u preċiżi (eż. għal-liċenzji ta' l-operat, il-kiri ta' ajruplani, obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku u regoli għad-distribuzzjoni tat-traffiku). Isaħħaħ ukoll is-suq intern billi jneħħi kull restrizzjoni li għadha teżisti fuq l-għoti ta' servizzi ta' l-ajru li jkunu ġejjin minn ftehimiet bilaterali antiki bejn l-Istati Membri u permezz ta' l-għoti lill-Komunità tad-dritt li tinnegozja drittijiet tat-traffiku intra-komunitarju ma' pajjiżi terzi. Isaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur permezz tal-promozzjoni tat-trasparenza fil-prezz u n-non-diskriminazzjoni. |
3.5 |
L-esperjenza tat-tielet pakkett għas-suq intern ta' l-avjazzjoni wriet li l-leġislazzjoni m'hijiex interpretata u applikata b'mod uniformi fl-Istati Membri. Din is-sitwazzjoni xxekkel l-eżistenza ta' sitwazzjoni verament bl-istess kondizzjonijiet bejn it-trasportaturi ta' l-ajru komunitarji. |
3.6 |
Il-proposta tipprovdi għas-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni. |
4. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta
4.1 |
It-tisħiħ tal-ħtiġijiet għall-għotja u r-revoka tal-liċenzja ta' l-operat. Is-saħħa finanzjarja ta' l-ajruplani qiegħda tiġi kontrollata b'livelli ta' severità differenti, peress li dan jiddependi mill-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja. |
4.2 |
Il-proposta tirrekjedi li l-Istati Membri jsaħħu s-superviżjoni tal-liċenzji ta' l-operat u li jissospenduhom jew jirrevokawhom meta ma jibqgħux jintlaħqu r-rekwiżiti tar-regolament (Artikoli 5 sa 10). |
4.3 |
Il-proposta ġiet abbozzata b'tali mod li tippermetti l-possibilità ta' estensjoni fil-ġejjieni tal-kompetenzi ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (EASA) għas-superviżjoni tas-sikurezza u/jew l-għoti tal-liċenzji sabiex tiġi assigurata s-superviżjoni l-aktar effiċjenti u konsistenti tat-trasportaturi ta' l-ajru. |
5. Il-proposta ssaħħaħ il-ħtiġijiet għall-kiri ta' l-ajruplani
5.1 |
Il-kiri ta' ajruplani bl-ekwipaġġ minn pajjiżi terzi jipprovdi flessibilità importanti. Madankollu, din il-prassi għandha xi żvantaġġi u tista' twassal għal riskji serji ta' sikurezza bħalma wrew bosta inċidenti reċenti. |
5.2 |
Il-valutazzjoni tas-sikurezza ta' l-ajruplani mikrijin minn pajjiżi terzi ma ssirx bl-istess rigorożità fl-Istati Membri kollha. Għalhekk huwa kruċjali li l-Artikolu 13 (kiri bi/mingħajr ekwipaġġ) jiġi infurzat kompletament mill-awtorità tal-liċenzji. |
6. Il-proposta tiċċara r-regoli applikabbli għall-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku (OSP)
6.1 |
Ir-regoli applikabbli għall-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku ġew riveduti sabiex jitħaffef il-piż amministrattiv, jiġi evitat rikors eċċessiv għall-OSP, u jinġibdu aktar kompetituri lejn il-proċeduri tat-tfigħ ta' l-offerti. |
6.2 |
Sabiex jiġi evitat rikors eċċessiv għall-OSP, il-Kummissjoni tista' teħtieġ, f'każi individwali, il-produzzjoni ta' rapport ekonomiku li jispjega l-kuntest ta' l-OSP u l-verifika ta' l-adegwatezza tagħhom għandha titwettaq b'reqqa partikulari meta jkunu maħsuba biex ikunu imposti fuq rotot li huma diġà moqdija minn servizzi tal-ferrovija ta' veloċità għolja b'ħin ta' l-ivvjaġġar ta' inqas minn tliet sigħat. Il-proċeduri tat-tfigħ ta' l-offerti ġew immodifikati billi ġie estiż il-perjodu massimu ta' konċessjoni minn tlieta għal erba' snin. |
7. Il-kompetizzjoni
7.1 |
Sabiex tiġi assigurata l-koerenza bejn is-suq intern u l-aspetti esterni tiegħu, inklużi dawk tas-Sema Uniku Ewropew, l-aċċess mil-linji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi għas-suq intra-komunitarju għandu jkun ġestit b'mod koerenti permezz ta' negozjati fuq livell komunitarju. |
7.2 |
Ser jitneħħew ir-restrizzjonijiet li baqa' mill-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri, u dan ser jassigura n-non-diskriminazzjoni fir-rigward tal-qsim tal-kodiċi u l-ipprezzar minn trasportaturi ta' l-ajru komunitarji fuq rotot lejn pajjiżi terzi li jinvolvu punti fi Stati Membri għajr dawk tagħhom stess. |
8. Il-proposta tippromovi trasparenza fil-prezzijiet għall-passiġġieri u mġiba li twassal għal prezzijiet ġusti
8.1 |
Il-pubblikazzjoni ta' nollijiet li jeskludu t-taxxi, imposti u spejjeż oħra u saħansitra soprataxxi għall-fjuwil saret prassi mxerrda li xxekkel it-trasparenza tal-prezzijiet. Trasparenza insuffiċjenti tal-prezzijiet twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u għalhekk il-konsumaturi jbatu medja ta' nollijiet ogħla. Il-Kummissjoni għadha wkoll tosserva każi ta' diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-post tar-residenza. |
8.2 |
Fil-proposta, in-nollijiet ta' l-ajru għandhom jinkludu kull taxxa, imposta u ħlas applikabbli u t-trasportaturi ta' l-ajru għandhom jipprovdu lill-pubbliku b'informazzjoni komprensiva dwar in-nollijiet u rati ta' l-ajru tagħhom u l-kondizzjonijiet mehmuża. |
8.3 |
In-nollijiet ta' l-ajru għandhom jiġu ffissati mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-post tar-residenza jew tan-nazzjonalità tal-passiġġier fi ħdan il-Komunità. Barra minn hekk, għall-aċċess għan-nollijiet ta' l-ajru ta' trasportaturi, m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-post ta' l-istabbiliment ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar. |
8.4 |
In-nollijiet ta' l-ajru għandhom ikunu ppreżentati b'mod ċar. Bħalissa, qiegħed ikun hemm ħafna spejjeż addizzjonali li jistgħu jżidu n-noll totali b'mod sinifikanti; fosthom, ta' min isemmi b'mod partikulari l-ispejjeż ta' l-ajruport li ġieli l-linji ta' l-ajru jgħolluhom sabiex itejbu l-profitt tagħhom. Fl-Ewropa, ta' sikwit ikun hemm distorsjoni tan-nollijiet minħabba d-differenzi bejn il-valuti minkejja li din għandha titnaqqas bl-introduzzjoni ta' l-Euro. Minkejja dan, huwa diffiċli li tispjega kif huwa irħas li ttir lejn postijiet bħal Londra, Ruma, Madrid u mhux viċi versa. Din id-differenza fin-nollijiet bejn il-vjaġġi 'l barra u lura hija ripetuta madwar l-Ewropa fuq il-biċċa l-kbira tar-rotot. |
8.5 |
Naqblu kompletament mal-proposta li l-EASA jkollha l-fondi u l-istaff xierqa u li tingħata l-poter ta' regolamentazzjoni mandatorja fil-pajjiżi kollha ta' l-UE. Aħna pproponejna dan fid-dokument preċedenti tagħna (1). |
8.6 |
L-OSP huma neċessarji u għadhom mixtieqa sabiex iħeġġu lis-servizzi għaż-żoni li huma iktar iżolati. Madankollu, ir-regoli u r-regolamenti tal-linji ta' l-ajru li għandhom l-OSP ma kinux stretti biżżejjed. Minkejja li l-OSP tiddikjara n-numru ta' titjiriet u n-numru ta' postijiet bil-qiegħda fuq l-ajruplani, jidher li ma kien hemm l-ebda penali imposti f'każijiet meta t-titjiriet jonqsu li jżommu mal-ħin stipulat jew ikollhom dewmien. |
Brussell, 31 ta' Mejju 2007.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS
(1) ĠU C 309, 16.12.2006, p. 51-54.