This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52004AR0096
Opinion of the Committee of the Regions on the ‘Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on establishing the guidelines for the second round of the Community Initiative EQUAL concerning transnational cooperation to promote new means of combating all forms of discrimination and inequalities in connection with the labour market “Free movement of good ideas”’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' linji ta' gwida għat-tieni edizzjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar i l-koperazzjoni transnazzjonali fil-promozzjoni ta' mezzi ġodda biex tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni u nuqqas ta' ugwaljanza f'dak li hu s-suq tax-xogħol “Tixrid ħieles ta' l-ideat tajbin”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' linji ta' gwida għat-tieni edizzjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar i l-koperazzjoni transnazzjonali fil-promozzjoni ta' mezzi ġodda biex tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni u nuqqas ta' ugwaljanza f'dak li hu s-suq tax-xogħol “Tixrid ħieles ta' l-ideat tajbin”
ĠU C 318, 22.12.2004, p. 15–16
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
22.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 318/15 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' linji ta' gwida għat-tieni edizzjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar i l-koperazzjoni transnazzjonali fil-promozzjoni ta' mezzi ġodda biex tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni u nuqqas ta' ugwaljanza f'dak li hu s-suq tax-xogħol “Tixrid ħieles ta' l-ideat tajbin”
(2004/C 318/04)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,
Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-twaqqif ta' linji ta' gwida għat-tieni edizzjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar i l-koperazzjoni transnazzjonali fil-promozzjoni ta' mezzi ġodda biex tintemm kull forma ta' diskriminazzjoni u nuqqas ta' ugwaljanza f'dak li hu s-suq tax-xogħol “Tixrid ħieles ta' l-ideat tajbin” KOM(2003) 840 finali,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta' Jannar 2004 li tikkonsultah dwar dan is-suġġett, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-President tas-6 ta' Novembru 2003 li titlob lill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali biex tħejji Opinjoni dwar dan is-suġġett,
Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni (KtR 96/2004 rev 1) adottat fit-30 ta' April 2004 mill-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika u Soċjali (rapporteur: Kllr Peter Moore, Kunsill ta' Sheffield City (UK/ELDR)),
adotta l-Opinjoni segwenti b'mod unanimu fil-55 sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta' Ġunju (Laqgħa tas-16 ta' Ġunju).
1. Kummenti
Il-Kumitat tar-Reġjuni
1.1 |
jqis li EQUAL hija għodda fost l-aktar importanti biex tnissel u xxerred it-tiġdid fil-qasam ta' l-impiegi u l-politika soċjali; |
1.2 |
jisħaq li l-awtoritajiet lokali taw l-appoġġ tagħhom bis-sħiħ lill-EQUAL mill-bidu nett, peress li tipprovdi opportunità sinifikanti fit-titjib u aktar żvilupp tal-politika soċjali u ta' l-impjiegi fl-livelli lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali japprovaw ukoll l-kunċett ta' partnership f'EQUAL, skond il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba; |
1.3 |
jqis li l-integrazzjoni tat-teknoloġija innovattiva u l-iżvilupp ta' metodu prattiku u kompetenzi fuq medda twila ta' żmien għandhom ikunu għanijiet ewlenin. Jemmen li dak li jinkiseb m'għandux ikun maqtugħ mill-prassi prinċipali, iżda għandu jkun biċċa waħda biex jiżdiedu dimensjonijiet ġodda u tiżdied l-effiċjenza. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu sehemhom biex tissawwar prassi ġdida fis-sistemi lokali ta' provvista ta' servizzi u n-networks ta' politika lokali; |
1.4 |
jisħaq li l-kwistjoni tal-komunità Roma hija ta' rilevanza u importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Bit-tkabbir ser ikunu l-akbar grupp ta' minoranza etnika li jiddistingwi ruħu fl-Unjoni Ewropea. Minkejja passat ta' 700 sena ta' għejxien fi ħdan it-truf ta' l-UE l-komunità Roma tibqa' x'aktarx wieħed mill-aktar gruppi diskriminati fost iċ-ċittadini Ewropej. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom dmir kruċjali x'jaqdu huma u jindirizzaw il-kwistjonijiet li għandha quddiemha l-komunità Roma, fatt li huwa magħruf mir-rappreżentanti nfushom ta' l-għaqdiet Ewropej Roma; |
1.5 |
jisħaq ukoll il-fenomenu importanti tat-traffikar tat-tfal u n-nisa; jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ir-rwol kruċjali li jġibu 'l quddiem il-ġid tal-komunità u għandhom jindirizzaw il-konsegwenzi personali (eż. appoġġ lill-vittma) u soċjali (eż. prevenzjoni tal-kriminalità) tat-traffikar tal-persuni u dan l-aspett ta' l-industrija tas-sess, f'dan ir-rigward, jisħaq il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom il-fondi u r-riżorsi meħtieġa kif xieraq; |
1.6 |
jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitqiesu bħala sħab ewlenin fit-twettiq ta' EQUAL u fl-integrazzjoni ta' dak li tikseb. |
2. Rakkomandazzjonijiet
Il-Kumitat tar-Reġjuni
2.1 |
jilqa' l-introduzzjoni ta' stadju ta' konferma għal Azzjoni 2; jirrakkomanda li l-attività ta' Azzjoni 3 (tixrid u integrazzjoni) tista' tkun intergrata bl-istess mod biex tgħin li jiġu indirizzati problemi ta' fondi biex jinstabu l-imsieħba peress li Azzjoni 3 fiha nnifisha m'għandiex ħafna minn dawk it-tipi ta' outputs li ġeneralment il-persuni li joffru l-fondi jkunu qiegħdin iffittxu; (i.e.benefiċjarji ta' appoġġ b'attività diretta); |
2.2 |
jilqa' l-opportunità li titwessa' s-sħubija biex ssir ħidma ma' l-istati li se jissieħbu – xi regolamenti finanzjarji xekklu xi daqsxejn il-potenzjal ta' dan fl-ewwel edizzjoni; |
2.3 |
jqis li fl-esperimentazzjoni dwar il-ħarsien mill-qgħad, il-kwalità ta' l-impjiegi, u l-ħolqien dirett ta' impjiegi, l-Partnerships għall-Iżvilupp għandhom jiġu mħeġġa jħarsu lejn l-esperjenza u kull prassi tajba minn l-ewwel edizzjoni – b'mod partikolari xi tagħlima li wieħed ikun ħa, meta xi mod kif wieħed iħares lejn problema ma jkunx ħadem; |
2.4 |
jisħaq l-importanza li l-ħaddiema jinżammu għal aktar żmien fix-xogħol– l-għarfien ta' dan mill-Kummissjoni huwa milqugħ tajjeb minħabba t-tendenza ġenerali tal-popolazzjoni li qed issir anzjana, iżda wkoll fir-rigward ta' żoni bi tradizzjoni ta' industrija kbira fejn ħafna mill-ħaddiema l-aktar anzjani kellhom, jew għad għandhom il-ħtieġa li, jitħarrġu mill-ġdid biex iżommu posthom fis-settur tas-servizzi u industriji oħra; |
2.5 |
jqis li huwa importanti li wieħed jgħaraf id-diffikultà li jimpenja lil min iħaddem biex iġib 'il quddiem id-diversità, iżda jħeġġeġ it-tagħlim mill-aqwa prassi żviluppata skond l-ewwel edizzjoni mal-medda ta' l-Istati Membri; |
2.6 |
jilqa' l-appoġġ li ser jingħata biex jiġu indirizzati l-isfidi emerġenti tal-problemi li għandha l-komunità Roma u l-vittmi tat-traffikar; jqis li dawn u sfidi oħra li qed jitfaċċaw ma' l-UE kollha għandhom jiġu indirizzati fi ħdan kuntest xieraq fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali, u ma jkollhomx impatt negattiv fejn gruppi oħra jeħtieġu li jiġu kkunsidrati; |
2.7 |
jemmen li jeħtieġ li l-pajjiżi kollha jżommu ma' l-istess skeda ta' xogħol biex jitħaffef it-twaqqif ta' sħubija trans-nazzjonali f'ħin xieraq, b'perijodi ta' rendiment li jibdew fl-istess waqt biex wieħed jiżgura li tkun sħubija effettiva. Dan ma seħħx fl-ewwel edizzjoni. Nilqgħu l-istqarrija mtennija tal-Kummissjoni dwar l-importanza ta' dan; |
2.8 |
jilqa' l-opportunità li jibni fuq in-network tematiku b'ħidma fi gruppi fuq livell nazzjonali u Ewropew fit-tieni edizzjoni, u jistenna li l-Kummissjoni tara aktar benefiċċji minn dan fit-tieni edizzjoni u impatt akbar. Il-kunċett ta' network tematiku b'ħidma fi gruppi żviluppa kemmxejn bil-mod matul l-ewwel edizzjoni. Il-KtR jemmen li l-Awtoritajiet Amministrattivi għandhom rwol ewlieni fl-appoġġ tagħhom tal-Partnerships għall-Iżvilupp biex jieħdu sehem u jkunu proattivi fl-identifikazzjoni tan-nies u l-politika ewlenin biex wieħed jieħu kull ma jista' mill-impatt tal-ħidma li ngħatat bidu mill-Għaqdiet. Aktar integrazzjoni tkun ta' siwi bejn il-gruppi ta' ħidma fin-Network temariku, dawk li huma responsabbli mit-tħejjija ta' dokumenti ta' l-Istati Membri u ta' l-Ewropa marbuta mal-politika Ewropea ta' Strateġija għall-Impieg u l-Inklużjoni Soċjali. Dan jiffaċilita l-integrazzjoni, li hija identifikata bħala sfida. |
2.9 |
jilqa' l-proposti dwar l-integrazzjoni, li jiżguraw l-input minn EQUAL għal dawk li jfasslu l-politika u l-programmi ta' Objectives 1, 2 u 3; jirrikomanda li l-gruppi fin-networks tematiċi għandhom isiru formalment parti minn dan. |
2.10 |
jqis bħala importanti li ma jintilfux il-benefiċċji tax-xogħol transnazzjonali wara l-2006 fil-qasam ta' l-impjiegi, u għalhekk jirrikomanda l-inklużjoni ta' element trans-nazzjonali fil-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għall-programmi FSE minflok il-programmi t'issa (kif ukoll fi ħdan il-programm reġjonali ERDF). |
Brussel, 16 ta' Ġunju, 2004.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Peter STRAUB