This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42014D0680
2014/680/EU, Euratom: Decision of the Representatives of the Governments of the Member States of 24 September 2014 appointing Judges to the Court of Justice
2014/680/UE, Euratom: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 24 ta' Settembru 2014 li taħtar imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja
2014/680/UE, Euratom: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 24 ta' Settembru 2014 li taħtar imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja
ĠU L 284, 30.9.2014, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2021
30.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/45 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-24 ta' Settembru 2014
li taħtar imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja
(2014/680/UE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
billi:
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il imħallef u erba' avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja waslu biex jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2015. Hu meħtieġ li jsiru ħatriet ġodda għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021. |
(2) |
Is-Sur Koen LENAERTS u s-Sinjura Rosario SILVA DE LAPUERTA ġew proposti bil-ħsieb li jiġu mġedda l-funzjonijiet tagħhom ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
(3) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Koen LENAERTS u tas-Sinjura Rosario SILVA DE LAPUERTA għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għandhom jinħatru mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021:
— |
Is-Sur Koen LENAERTS |
— |
Is-Sinjura Rosario SILVA DE LAPUERTA |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.
Il-President
S. SANNINO