EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42013D0119

2013/119/UE: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas- 6 ta’ Marzu 2013 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

ĠU L 65, 8.3.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/119(1)/oj

8.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/21


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-6 ta’ Marzu 2013

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

(2013/119/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ tlettax-il Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2013. Jeħtieġ isir il-proċess ta’ ħatriet ġodda għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2019.

(2)

Ġie propost li l-mandat tas-Sinjura Mariyana KANCHEVA u tas-Sinjura Ingrīda LABUCKA kif ukoll tas-Sur Alfred DITTRICH u tas-Sur Nicholas James FORWOOD jiġu mġedda.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta l-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tas-Sinjura Mariyana KANCHEVA u tas-Sinjura Ingrīda LABUCKA kif ukoll tas-Sur Alfred DITTRICH u tas-Sur Nicholas James FORWOOD għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandhom jinħatru Mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2019:

Is-Sur Alfred DITTRICH,

Is-Sur Nicholas James FORWOOD,

Is-Sinjura Mariyana KANCHEVA,

Is-Sinjura Ingrīda LABUCKA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2013.

Il-President

R. MONTGOMERY


Top