EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42008X0723(01)

Ir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ riskji tan-nar

ĠU L 194, 23.7.2008, p. 14–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/34(2)/oj

23.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 194/14


 

It-testijiet oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali taħt il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi kkontrollat fl-aktar verżjoni riċenti tad-dokument ta’ status tan – NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ riskji tan-nar

Addendum 33: Ir-Regolament Nru. 34

Reviżjoni 1

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Supplement 2 għas-serje ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: 11 ta’ Ġunju 2007

WERREJ

IR-REGOLAMENT

1.

L-Ambitu

2.

L-Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.

L-Approvazzjoni

4.

Id-Definizzjonijiet

5.

Ir-rekwiżiti għat-tankijiet tal-karburant likwidu

6.

It-test tat-tankijiet tal-karburant likwidu

7.

Id-Definizzjonijiet

8.

Ir-rekwiżiti għall-istallazzjoni ta’ tank tal-karburant likwidu li jkun approvat

9.

It-testijiet fuq il-vettura

10.

Il-modifiki tat-tip ta’ vettura

11.

Il-konformità tal-produzzjoni

12.

Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

13.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

14.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ l-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

L-ANNESSI

L-Anness I –

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tank għall-karburant likwidu u dwar il-prevenzjoni tar-riskji tan-nar fil-każ ta’ kolliżjoni mill-quddiem/mill-ġenb/minn wara skond ir-Regolament Nru. 34

L-Anness II –

L-arranġamenti tal-marki ta’ l-approvazzjoni

L-Anness III –

Test tal-kolliżjoni minn quddiem kontra ostakolu

L-Anness IV –

Il-proċedura tat-test tal-kolliżjoni minn wara

L-Anness V –

L-ittestjar tat-tankijiet tal-karburant magħmula minn materjal tal-plastik

Appendiċi 1 –

It-test tar-reżistenza għan-nar

Appendiċi 2 –

Id-dimensjonijiet u d-data teknika tal-briks li jirreżistu n-nar

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament japplika:

1.1.

IL-PARTI I: għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O (1) fir-rigward tat-tank(ijiet) għall-karburant likwidu.

1.2.

IL-PARTI II: fuq talba tal-manifattur għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O approvati skond il-Parti I ta’ dan ir-Regolament mgħammra b’tank(ijiet) għall-karburant likwidu fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji tan-nar fil-każ ta’ kolliżjoni minn quddiem/mill-ġenb/minn wara.

1.3.

Fuq talba tal-manifattur, il-vetturi minbarra dawk imsemmija aktar ‘il fuq fil-paragrafu 1.2 jistgħu jiġi approvati skond dan ir-Regolament.

2.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura għal parti ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif xieraq.

2.2.   Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:

2.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-oġġetti speċifikati fil-paragrafu 4.2 u/jew 7.2. In-numri u/jew simboli li jidentifikaw it-tip ta’ magna u t-tip ta’ vettura għandhom ikunu speċifikati;

2.2.2.

tpinġija/ijiet li turi/juru l-karatteristiċi tat-tank tal-karburant u li tispeċifika/jispeċifikaw il-materjal li huwa/huma magħmul/in minnu;

2.2.3.

tpinġija tas-sistemi sħaħ tal-proviżjon tal-karburant, li turi l-post ta’ kull komponent fil-vettura; u

2.2.4.

għall-applikazzjoni skond il-Parti II ta’ dan ir-Regolament, disinn ta’ l-istallazzjoni elettrika li turi l-post tagħha u kif inhi mwaħħla mal-vettura.

2.3.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

2.3.1.

Rappreżentant tal-vettura għat-tip ta’ vettura li se tkun approvata jew il-partijiet tal-vettura li s-servizz tekniku jqis li huma neċessarji għat-testijiet ta’ l-approvazzjoni;

2.3.2.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’tank magħmul mill-materjal tal-plastik: seba’ tankijiet addizzjonali, bl-aċċessorji tagħhom;

2.3.3.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’tank magħmul minn materjal ieħor: żewġ tankijiet addizzjonali, bl-aċċessorji tagħhom.

3.   L-APPROVAZZJONI

3.1.   Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-Parti I u/jew tal-Parti II hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

3.2.   Kull tip approvat għandu jingħata numru ta’ l-approvazzjoni li l-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jikkostitwixxu n-numru tas-serje l-aktar reċenti ta’ emendi inkorporati fir-Regolament fid-data tal-ħruġ ta’ l-approvazzjoni. Parti Kuntraenti tista’ madankollu tassenja l-istess numru ta’ l-approvazzjoni lil bosta tipi ta’ vettura kif definit fil-paragrafu 4.2 u/jew 7.2 jekk it-tipi ikunu varjanti ta’ l-istess mudell bażiku bil-kondizzjoni li kull tip ikun ittestjat separatament u jinstab li jħares il-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.3.   L-avviż ta’ l-approvazzjoni jew taċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u permezz ta’ tpinġijiet, li jagħtu d-dettalji msemmija fil-paragrafi 2.2.2, 2.2.3 u 2.2.4 hawn fuq (provduti mill-applikant għall-approvazzjoni) f’format mhux akbar minn A 4 (210 × 297 mm) jew mitwija f’dak il-format u fuq skala xierqa.

3.4.   F’post speċifikat fuq il-formola ta’ l-approvazzjoni għandha titwaħħal għal kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvata skond dan ir-Regolament, b’mod li jidher ħafna u f’post li jkun aċċessibbli b’mod faċli, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

3.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

3.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit b’ “RI”, jekk il-vettura tkun approvata skond il-parti I tar-Regolament, jew b’“RII” jekk il-vettura tkun approvata skond il-partijiet I u II tar-Regolament, sing u n-numru ta’ l-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 3.4.1.

3.5.   Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvata, taħt Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 3.4.1 m’għandux għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ in-numri addizzjonali, in-numri ta’ l-approvazzjoni u s-simboli tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament għandhom jinkitbu fil-kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 3.4.1.

3.6.   Il-marka ta’ l-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

3.7.   Il-marka ta’ l-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew ‘il fuq mid-data tal-vettura li jwaħħal il-manifattur.

3.8.   L-Anness II ta’ dan ir-Regolament jipprovdi eżempji ta’ l-arranġamenti tal-marka ta’ l-approvazzjoni.

IL-PARTI I –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURA FIR-RIGWARD TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT TAGĦHA

4.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta’ din il-Parti tar-Regolament:

4.1.

“approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tankijiet tal-karburant likwidu tagħha;

4.2.

“tip ta’ vettura” tfisser vetturi li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

4.2.1.

l-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali (metall/plastik) tat-tank(ijiet);

4.2.2.

fil-vetturi tal-kategorija M1 (1) il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura bil-kondizzjoni li din ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.10;

4.3.

“kompartiment tal-passiġġier” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni ta’ l-okkupant magħluq minn saqaf, art, ħitan tal-ġenb, bibien, glejżing ta’ barra, paratija ta’ quddiem, u l-pjanura tal-paratija tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjanura ta’ l-appoġġ tad-dahar tas-sedil ta’ wara;

4.4.

“tank” tfisser it-tank(ijiet) diżinjat biex jikkontjeni l-karburant likwidu, kif definit fil-paragrafu 4.6, użat primarjament għat-tmexxija tal-vettura bl-esklużjoni ta’ l-aċċessorji tiegħu (pajp tal-mili, jekk dan ikun element separat, toqba tal-mili, għatu, l-istrument tal-kejl, konnessjonijiet mal-magna jew biex isir kumpens għall-pressa interjuri żejda, eċċ.;

4.5.

“kapaċità tat-tank tal-karburant” tfisser il-kapaċità tat-tank tal-karburant kif speċifikata mill-manifattur; u

4.6.

“karburant likwidu” tfisser karburant li huwa likwidu f’kondizzjonijiet normali ta’ temperatura u pressa.

5.   IR-REKWIŻITI GĦAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

5.1.   It-tankijiet għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jirreżistu l-korrożjoni.

5.2.   It-tankijiet għandhom jissodisfaw, meta jkunu mgħammra bl-aċċessorji kollha, li normalment ikunu mwaħħla magħhom, it-testijiet taċ-ċarċir imwettqa skond il-paragrafu 6.1 bi pressa interna relattiva daqs id-doppju tas-sovrapressa tal-ħidma, iżda f’kull każ mhux inqas minn sovrapressa ta’ 0,3 bar.

It-tankijiet għall-vetturi magħmula minn materjal tal-plastik jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit jekk ikunu għaddew mit-test deskritt fl-Anness V, paragrafu 2.

5.3.   Kull pressa żejda jew kwalunkwe pressa li hija aktar mill-pressa tal-ħidma għandha tkun kumpensata awtomatikament minn tagħmir xieraq (toqob ta’ l-arja, valvoli tas-sigurtà, eċċ.).

5.4.   It-toqob ta’ l-arja għandhom ikunu diżinjati b’tali mod li jipprevjenu kwalunkwe riskju tan-nar. B’mod partikolari, kwalunkwe karburant, li jista’ jċarċar meta t-tank(ijiet) ikun(u) qed jimtela(jimtlew) m’għandux ikun jista’ jaqa’ fuq is-sistema ta’ l-egżost. Għandu jiġi mmexxi lejn l-art.

5.5.   It-tank(ijiet) m’għandux(mgħandhomx) ikun(u) pożizzjonat(i) fi, jew minn, superfiċje (art, ħajt, paratija) tal-kompartiment tal-passiġġier jew kompartiment ieħor li jkun integrat miegħu(magħhom).

5.6.   Għandha tkun provduta taqsima biex tissepara l-kompartiment ta’ l-okkupant mit-tank(ijiet). It-taqsima jista’ jkun fiha aperturi separati (eż., biex takkomoda l-fili) kemm-il darba dawn jiġu rranġati sabiex, matul il-kondizzjonijiet normali ta’ l-użu, il-karburant ma jkunx jista’ jimxi liberament mit-tank(ijiet) lejn il-kompartiment ta’ l-okkupanti jew kompartiment ieħor li jkun integrat miegħu.

5.7.   Kull tank għandu jkun imwaħħal tajjeb u mqiegħed b’tali mod li jiżgura li kwalunkwe karburant li jċarċar mit-tank jew mill-aċċessorji tiegħu jaqa’ ma’ l-art u mhux fil-kompartiment ta’ l-okkupanti matul il-kondizzjonijiet normali ta’ l-użu.

5.8.   Il-fetħa tal-mili m’għandhiex tkun tinsab fil-kompartiment ta’ l-okkupanti, fil-kompartiment tal-bagolli jew fil-kompartiment tal-magna.

5.9.   Il-karburant m’għandux jaħrab mill-għatu tat-tank jew mit-tagħmir provdut biex jikkumpensa għall-pressa żejda matul il-kors prevedibbli tal-ħidma tal-vettura. Fil-każ li l-vettura tinqaleb, jista’ jkun tollerat it-taqtir kemm-il darba dan ma jaqbiżx it-30 g/min; dan ir-rekwiżit għandu jkun verifikat fit-test preskritt fil-paragrafu 6.2.

5.9.1.   L-għatu tal-mili tal-karburant għandu jitwaħħal mal-pajp tal-mili.

5.9.1.1.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.9.1 jitqiesu bħala sodisfatti jekk jittieħdu passi għall-prevenzjoni ta’ l-emissjonijiet evaporattivi eċċessivi u għaċ-ċarċir tal-karburant kkawżat minn għatu tal-mili nieqes.

Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

5.9.1.1.1.

għatu tal-mili tal-karburant li jinfetaħ u jingħalaq awtomatikament, li ma jistax jitneħħa,

5.9.1.1.2.

karatteristiċi tad-diżinn li jevitaw l-emissjonijiet evaporattivi eċċessivi u ċ-ċarċir tal-karburant fil-każ ta’ għatu tal-mili nieqes,

5.9.1.1.3.

kwalunkwe provvediment ieħor li għandu l-istess effett. Eżempji jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, għatu tal-mili bir-rabta, għatu tal-mili bil-katina jew wieħed li juża l-istess ċavetta biex jissakkar l-għatu tal-mili u biex tinxtegħel il-magna. F’dan il-każ iċ-ċavetta għandha tkun tista’ titneħħa mill-għatu tal-mili biss meta jkun imsakkar. Iżda, l-użu ta’ għatu tal-mili marbut jew ta’ dak marbut bil-katina waħdu mhux biżżejjed għall-vetturi l-oħra li mhumiex tal-kategoriji M1 u N1.

5.9.2.   is-siġill bejn l-għatu tal-mili u l-pajp tal-mili għandu jinżamm f’postu sew. Meta jingħalaq, l-għatu għandu jintrabat sew f’postu mas-siġill u l-pajp tal-mili.

5.10.   It-tankijiet għandhom jiġu istallati b’tali mod li jiġu protetti kontra l-konsegwenzi ta’ kolliżjoni fuq quddiem jew wara tal-vettura; m’għandu jkun hemm l-ebda parti li tisporġi ‘l barra, truf ippuntati, eċċ ħdejn it-tank.

5.11.   It-tank tal-karburant u l-partijiet tiegħu ta’ aċċessorji għandhom ikunu diżinjati u armati fil-vettura b’tali mod li jiġi evitat kwalukwe periklu li jieħu n-nar minħabba l-eletriku statiku. Jekk meħtieġ, jistgħu jiġu pprovduti miużra/miżuri għad-dissipar tal-karika. Il-manifattur għandu juri lis-servizz tekniku l-miżura/miżuri li tiggarantixxi/jiggarantixxu li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti.

5.12.   It-tank(ijiet) tal-karburant għandu(għandhom) ikun(u) magħmul(in) minn materjal metalliku li jirreżisti n-nar. jista’ (Jistgħu) ikun(u) magħmul(in) minn materjal tal-plastik bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti ta’ l-Anness V jkunu mħarsa.

6.   IT-TESTIJIET TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

6.1.   It-test idrawliku

It-tank għandu jkun suġġett għal test idrawliku tal-pressa interna li għandu jitwettaq fuq unità iżolata li tkun mgħammra bl-aċċessorji kollha tagħha. It-tank għandu jimtela kollu b’likwidu mhux fjammabbli (per eżempju bl-ilma). Wara li tinqata’ l-komunikazzjoni kollha ma’ barra, il-pressa għandha tiżdied bil-mod, permezz tal-pajp li minnu l-karburant jidħol fil-magna, sakemm tilħaq pressa interna relattiva daqs id-doppju tal-pressa għall-ħidma u f’kull każ mhux inqas minn pressa żejda ta’ 0,3 bar, li għandha tinżamm għal minuta waħda. Matul dan il-ħin il-qoxra tat-tank m’għandhiex tinqasam jew iċċarċar; iżda tista’ tkun deformata b’mod permanenti.

6.2.   It-test tal-qlib

6.2.1.   It-tank u l-aċċessorji kollha tiegħu għandhom jintramaw fuq armatura għat-test b’mod li jikkorrispondi mal-mod ta’ l-istallazjoni fil-vettura li għaliha huwa maħsub it-tank: dan japplika wkoll għas-sistemi għall-kumpens tal-pressa żejda interna.

6.2.2.   L-armatura għat-test għandha ddur fuq assi li jkunu paralleli ma’ l-assi lonġitudinali tal-vettura.

6.2.3.   It-test jitwettaq bit-tank mimli sa 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu u wkoll 30 fil-mija tal-kapaċità tiegħu b’likwidu li ma jaqbadx b’densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment (l-ilma jista’ jkun aċċettat).

6.2.4.   It-tank għandu jinqaleb mill-pożizzjoni installata tiegħu b’90° lejn il-lemin. It-tank għandu jibqa’ f’din il-pożizzjoni għal mill-inqas ħames minuti. Imbagħad it-tank għandu jinqaleb b’90° oħra fl-istess direzzjoni. It-tank għandu jinżamm f’din il-pożizzjoni, fejn ikun għal kollox ta’ taħt fuq, għal mill-inqas ħames minuti oħra. It-tank għandu jiddawwar lura fil-pożizzjoni normali tiegħu. Il-likwidu tat-test li ma jkunx mar lura mis-sistema ta’ l-arja għat-tank għandu jitneħħa u jekk hemm bżonn jerġa’ jimtela. It-tank għandu jinqaleb b’90° fid-direzzjoni opposta u jitħalla għal mill-inqas ħames minuti f’din il-pożizzjoni.

It-tank għandu jinqaleb b’90° oħra fl-istess direzzjoni. Din il-pożizzjoni għal kollox ta’ taħt fuq għandha tinżamm għal mill-inqas ħames minuti. Wara dan, it-tank għandu jiddawwar lura fil-pożizzjoni normali tiegħu.

Ir-rata ta’ rotazzjoni għal kull inkrement suċċessiv ta’ 90 għandha sseħħ fi kwalunkwe interval ta’ żmien minn minuta sa 3 minuti.

IL-PARTI II –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURA FIR-RIGWARD TAL-PREVENZJONI TAR-RISKJI TAN-NAR FIL-KAŻ TA’ KOLLIŻJONI

7.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din il-Parti tar-Regolament:

7.1.

“approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji tan-nar;

7.2.

“tip ta’ vettura” tfisser vetturi li mhumiex differenti fl-aspetti essenzjali bħal:

7.2.1.

l-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali (metall/plastik) tat-tank(ijiet);

7.2.2.

Fil-vetturi tal-kategorija M1 (1) il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura kemm-il darba din ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.10;

7.2.3.

il-karatteristiċi u l-pożizzjoni tas-sistema tal-proviżjon tal-karburant (pompa, filtri, eċċ.); u

7.2.4.

il-karatteristiċi u l-pożizzjoni ta’ l-istallazzjoni elettrika kemm-il darba dawn ma jkollhom l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-testijiet tal-kolliżjoni preskritti f’dan ir-Regolament;

7.3.

“il-pjan trasversali” tfisser il-pjan trasversali vertikali li huwa perpendikolari għall-pjan lonġitudinali medju tal-vettura;

7.4.

“massa mingħajr tagħbija” tfisser il-piż tal-vettura miexja, mhux okkupata u mhux mgħobbija iżda mimlija bil-karburant, bil-likwidu għat-tkessiħ tal-magna, bil-lubrikanti, bl-għodda u b’rota żejda (jekk provduta bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura);

8.   IR-REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TA’ TANK APPROVAT TAL-KARBURANT LIKWIDU

8.1.   L-installazzjoni tal-karburant

8.1.1.   it-tankijiet għall-karburant likwidu għandhom ikunu approvati skond il-Parti I (ta’ dan ir-Regolament.

8.1.2.   Il-komponenti għall-istallazzjoni tal-karburant għandhom ikunu mħarsa b’mod xieraq minn partijiet tal-qafas jew tal-bodi tal-vettura kontra l-kuntatt ma’ l-ostakoli possibbli fl-art. Din il-protezzjoni mhix meħtieġa jekk il-komponenti taħt il-vettura ikunu aktar ‘il bogħod mill-art mill-parti tal-qafas jew tal-bodi quddiemhom.

8.1.3.   Il-pajpijiet u l-partijiet kollha l-oħrajn ta’ l-installazzjoni tal-karburant għandhom ikunu akkomodati fil-vettura f’postijiet protetti bl-aħjar mod possibbli. Il-movimenti ta’ tagħwiġ, u vibrazzjonijiet ta’ l-istruttura jew ta’ l-unità tat-tmexxija tal-vettura, m’għandhomx jissoġġettaw il-komponenti ta’ l-installazzjoni tal-karburant għall-frizzjoni, kompressjoni jew forza oħra mhux normali.

8.1.4.   Il-konnessjonijiet ta’ pajpjijet li jitgħawġu jew ta’ pajpijiet flessibbli b’partijiet riġidi ta’ l-istallazzjoni tal-karburant għandhom ikunu diżinjati u mibnija b’tali mod li ma jippermettux ċarċir taħt il-kondizzjonijiet varji ta’ l-użu tal-vettura, minkejja l-movimenti ta’ tagħwiġ u minkejja l-vibrazzjonijiiet ta’ l-istruttura jew ta’ l-unità tat-tmexxija tal-vettura.

8.1.5.   Jekk il-fetħa tal-mili tkun tinstab fuq il-ġenb tal-vettura, l-għatu tal-mili m’għandux, meta jkun magħluq, jisporġi lilhinn mis-superfiċji tal-bodi li huma ħdejh.

8.2.   L-Installazzjoni Elettrika

8.2.1.   Il-wajers elettriċi minbarra l-wajers akkomodati fil-komponenti li huma vojta minn ġewwa għandhom jitwaħħlu ma’ l-istruttura tal-vettura jew mal-ħitan jew mal-partizzjonijiet qrib fejn iwasslu. Il-punti fejn jgħaddu mill-ħitan jew mill-partizzjonijiet għandhom ikunu protetti b’mod sodisfaċenti sabiex jitrażżan il-qtugħ ta’ l-insulazzjoni.

8.2.2.   L-istallazzjoni elettrika għandha tkun diżinjata, mibnija u armata b’tali mod li l-komponenti tagħha jkunu jistgħu jirreżistu l-fenomeni tal-korrożjoni li jkunu esposti għalihom.

9.   IT-TESTIJIET FUQ IL-VETTURA

Fit-test ta’ l-impatt minn quddiem kontra ostakolu mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, fit-test ta’ l-impatt laterali mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness IV tar-Regolament Nru. 95, is-serje ta’ emendi 01, u fit-test ta’ l-impatt minn wara mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness IV ta’ dan,

9.1.

m’għandux ikun hemm aktar minn ċarċira ħafifa ta’ likwidu fl-installazzjoni tal-karburant fil-kolliżjoni;

9.2.

jekk ikun hemm ċarċir kontinwu fl-istallazzjoni tal-karburant wara l-kolliżjoni, ir-rata taċ-ċarċir m’għandhiex taqbeż it-30 g/min; jekk il-likwidu mill-installazzjoni tal-karburant jitħallat ma’ likwidi mis-sistemi l-oħrajn, u jekk id-diversi likwidi ma jkunux jistgħu jiġu separati u identifikati faċilment, iċ-ċarċir kontinwu għandu jkun evalwat mill-fluwidi kollha miġbura;

9.3.

m’għandu jseħħ l-ebda nar miżmum mill-karburant.

9.4.

Matul u wara l-impatti deskritti fil-paragrafu 9 ta’ hawn fuq, il-batterija għandha tinżamm f’postha permezz tat-tagħmir li jsakkarha.

9.5.

Fuq talba tal-manifattur, it-test tal-kolliżjoni minn quddiem stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi sostitwit mill-proċedura tat-test deskritta fl-Anness III tar-Regolament Nru. 94, is-serje ta’ emendi 01.

10.   MODIFIKI TAT-TIP TA’ VETTURA

10.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tkun notifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad ikun jista’ jew:

10.1.1.

iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx li mhux se jkollhom effetti kuntrarji apprezzabbli u li f’kwalunkwe każ il-vettura xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew

10.1.2.

jitlob rapport ulterjuri dwar it-test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

10.2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 10.1 ta’ hawn fuq, varjant tal-vettura li l-massa mhux mgħobbija tagħha mhijiex differenti b’aktar minn ± 20 fil-mija minn dik tal-vettura ttestjata għall-approvazzjoni m’għandux jitqies bħala modifika tat-tip ta’ vettura.

10.3.   L-avviż tal-konferma ta’ l-approvazzjoni jew taċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni, li jispeċifika l-modifiki għandu jkun komunikat bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 3.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

11.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), flimkien ma’ dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

11.1.

Kull vettura li jkollha marka ta’ approvazzjoni kif preskritt skond dan ir-Regolament għandha tħares it-tip ta’ vettura approvata u tissodisfa r-rekwiżiti tal-Parti I u/jew tal-Parti II hawn fuq.

11.2.

Sabiex il-konformità tkun verifikata kif preskritt fil-paragrafu 11.1 hawn fuq, numru suffiċjenti ta’ vetturi prodotti serjalment li għandhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal verifiki għall-għarrieda.

11.3.

Bħala regola ġenerali, il-konformità tal-vettura mat-tip approvat għandha tkun verifikata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni mogħtija fil-formola ta’ l-approvazzjoni u fl-Annessi tagħha. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, il-vettura għandha tkun soġġetta għall-verifiki preskritti fil-paragrafu 6 ta’ hawn fuq.

12.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

12.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 11.1 hawn fuq ma jkunux imħarsa jew jekk il-vettura tkun naqset milli tgħaddi mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 9 ta’ hawn fuq.

12.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħrajn għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Annessi I jew II ta’ dan ir-Regolament.

13.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

13.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni ta’ l-ECE skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

13.2.   Sa minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet ta’ l-ECE biss jekk it-tip ta’ vettura li se tkun approvata tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

13.3.   Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni nazzjonali dwar it-tip għal tip ta’ vettura approvata fis-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

13.4.   Minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TA’ L-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet ta’ l-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.


(1)  Kif definit fl-anness VII tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenija, 27 għas-Slovakkja, 28 għal Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għal Bożnija u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għal Azerbaijan, 40 għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu ta’ l-ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel u 48 għal New Zealand. In-numri ta’ wara għandhom ikunu assenjati lil pajjiżi oħrajn fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim dwar l-Adozzjuoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu komunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kuntraenti tal-Ftehim.


L-ANNESS I

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

L-ANNESS II

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ L-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafu 3.4. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond il-Parti I tar-Regolament Nru. 34 bin-numru ta’ l-approvazzjoni 021234. L-ewwel żewġ figuri (02) tan-numru ta’ l-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru. 34 kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

MUDELL B

(ara l-paragrafu 3.5. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolamenti Nru. 34, Partijiet I u II u 33 (1). In-numri ta’ l-approvazzjoni indikaw li, fid-data meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru. 34 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 02 u r-Regolament Nru. 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


(1)  It-tieni numru ngħata biss bħala eżempju.


L-ANNESS III

It-test tal-kolliżjoni frontali kontra ostaklu

1.   L-GĦAN U L-AMBITU

L-għan ta’ dan it-test huwa li jkun jixbah il-kondizzjonijiet ta’ kolliżjoni frontali kontra ostaklu fiss jew minn vettura oħra li riesqa mid-direzzjoni opposta.

2.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

2.1.   Il-post tat-test

Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa li twassal għall-ostakolu, l-ostaklu u l-istallazzjonijiet tekniċi meħtieġa għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5m qabel l-ostakolu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

2.2.   L-ostaklu

L-ostaklu jikkonsisti fi blokka tal-konkrit rinforzat wiesgħa mill-inqas 3m minn quddiem, u għolja mill-inqas 1.5 m. L-ostaklu għandu jkun ta’ ħxuna tali li tiżen mill-inqas 70 tunnellata. Il-wiċċ ta’ quddiem għandu jkun vertikali, perpendikolari ma’ l-assi tal-korsa, u mgħotti minn strixxi tal-plajwud ħoxnin 2 ċm f’kondizzjoni tajba. L-ostaklu għandu jkun jew ankrat fl-art jew imqiegħed fl-art, jekk meħtieġ, b’tagħmir addizzjonali li jżommu biex ikun limitat iċ-ċaqliq tiegħu. Jista’ wkoll jintuża ostaklu b’karatteristiċi differenti, iżda li jagħti riżultati li jkunu għall-inqas konklużivi bl-istess mod.

2.3.   Il-propulsjoni tal-vettura

Fil-mument tal-kolliżjoni, il-vettura ma tridx tkun għadha soġġetta għall-azzjoni ta’ tagħmir addizzjonali li jiggwida jew imexxi. Għandha tilħaq l-ostaklu fi triq perpendikolari għall-ħajt tal-kolliżjoni; l-allinjament ħażin massimu tollerat bejn il-linja medja vertikali ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medja vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta’ ± 30 cm.

2.4.   L-istat tal-vettura

2.4.1.   Il-vettura li tkun qed tiġi ttestjata għandha jew tkun armata bil-komponenti u t-tagħmir kollu normali inkluż fil-massa tagħha wieqfa mhux mgħobbija jew tkun f’tali kondizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fejn jikkonċerna l-komponenti u t-tagħmir li jaffettwaw ir-riskji tan-nar.

2.4.2.   Jekk il-vettura tkun misjuqa minn mezzi esterni, l-installazzjoni tal-karburant għandha tkun mimlija sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tagħha jew bil-karburant jew b’likwidu li ma jaqbadx u li jkollu densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment. Is-sistemi l-oħrajn kollha (tankijiet tar-ras tal-likwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ) jistgħu jkunu vojta.

2.4.3.   Jekk il-vettura tkun immexxija mill-magna tagħha stess, it-tank tal-karburant għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija. It-tankijiet l-oħrajn kollha li jżommu l-likwidu jistgħu jimtlew kollha.

2.4.4.   Jekk jitlob il-manifattur, is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li l-istess vettura li tintuża għal testijiet preskritti minn Regolamenti oħrajn (inklużi t-testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) tintuża għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament.

2.5.   Il-veloċità meta sseħħ il-kolliżjoni

Il-veloċità meta sseħħ il-kolliżjoni għandha tkun bejn 48.3 km/s u 53.1 km/s. Iżda, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità akbar meta sseħħ il-kolliżjoni u l-vettura tkun issodisfat il-kondizzjonijiet preskritti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

2.6.   L-istrumenti tal-kejl

L-istrument użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafu 2.5. ta’ hawn fuq għandu jkun preċiż sa inqas minn wieħed fil-mija.

3.   METODI EKWIVALENTI TAT-TEST

3.1.   Huma permessi metodi ekwivalenti tat-test kemm-il darba l-kondizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu osservati għal kollox permezz ta’ test sostitut jew permezz ta’ kalkolu mir-riżultati tat-test sostitut.

3.2.   Jekk jintuża metodu minbarra dak deskritt fil-paragrafu 2. ta’ hawn fuq, l-ekwivalenza tiegħu għandha tiġi evidenzjata.


L-ANNESS IV

Il-proċedura għat-test tal-kolliżjoni minn wara

1.   L-GĦAN U L-AMBITU

1.1.

L-għan tat-test huwa li jkun jixbah il-kondizzjonijiet ta’ kolliżjoni minn wara minn vettura oħra li tkun miexja.

2.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

2.1.   Il-post tat-test

Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkommoda s-sistema ta’ propulsjoni ta’ l-apparat ta’ l-impatt (l-oġġett li jwettaq l-impatt) u biex tippermetti ċaqliq wara l-kolliżjoni tal-vettura milquta u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti li fiha jseħħu l-kolliżjoni u ċ-ċaqliq tal-vettura għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa u għandu jkollha koeffiċjent ta’ frizzjoni ta’ mhux inqas minn 0,5.

2.2.   L-apparat ta’ l-impatt (l-oġġett li jwettaq l-impatt)

2.2.1.

L-apparat ta’ l-impatt għandu jkun ta’ l-azzar u ta’ kostruzzjoni riġida.

2.2.2.

Il-wiċċ ta’ l-impatt għandu jkun ċatt, wiesgħa mhux inqas minn 2 500 mm, għoli mhux inqas minn 800 mm, u t-truf tiegħu għandhom ikunu ttundjati b’radju tal-kurvatura ta’ bejn 40 u 50 mm. Għandu jkun mgħotti b’saff tal-plajwud ħoxna 20 mm.

2.2.3.

Fil-mument tal-kolliżjoni għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti:

2.2.3.1.

is-superfiċje ta’ l-impatt għandha tkun vertikali u perpendikolari għall-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta;

2.2.3.2.

id-direzzjoni tal-moviment ta’ l-apparat ta’ l-impatt għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallela mal-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta;

2.2.3.3.

id-devjazzjoni massima laterali tollerata bejn il-linja medja vertikali tas-superfiċje ta’ l-apparat ta’ l-impatt u l-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta’ 300 mm. Barra minn hekk, is-superfiċje ta’ l-impatt għandha testendi tul il-wisa’ kollha tal-vettura milquta;

2.2.3.4.

l-ispazju fl-art tat-tarf tal-qiegħ tas-superfiċje ta’ l-impatt għandu jkun ta’ 175 ± 25 mm.

2.3.   Il-propulsjoni ta’ l-apparat ta’ l-impatt

L-apparat ta’ l-impatt jista’ jew ikun imwaħħal ma’ carriage (ostaklu li jiċċaqlaq) jew jifforma parti minn pendlu.

2.4.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża ostaklu li jiċċaqlaq

2.4.1.

Jekk l-apparat ta’ l-impatt ikun imwaħħal ma’ carriage (ostaklu li jiċċaqlaq) minn element li jirrestrinġih, dan ta’ l-aħħar għandu jkun riġidu u m’għandux ikun jista’ jiġi deformat mill-kolliżjoni; fil-mument tal-kolliżjoni, il-carriage għandu jkun kapaċi li jiċċaqlaq liberament u ma jkunx għadu soġġett għat-tagħmir li jmexxih.

2.4.2.

Il-veloċità tal-kolliżjoni għandha tkun ta’ bejn 35 u 38 km/s.

2.4.3.

Il-piż totali (massa) tal-carriage u ta’ l-apparat ta’ l-impatt għandu jkun ta’ 1 100 ± 20 kg

2.5.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża pendlu

2.5.1.

Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-wiċċ ta’ l-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ mhux inqas minn 5 m.

2.5.2.

L-apparat ta’ l-impatt għandu jkun sospiż liberament minn idejn riġidi marbuta sod miegħu. Il-pendlu mgħammar b’dan il-mod għandu jkun sostanzjalment inkapaċi li jkun deformat mill-kolliżjoni.

2.5.3.

It-tagħmir li jżommu għandu jkun inkorporat fil-pendlu sabiex jipprevjeni kwalunkwe kolliżjoni sekondarja mill-apparat ta’ l-impatt fuq il-vettura tat-test.

2.5.4.

Fil-mument tal-kolliżjoni il-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ bejn 35 u 38 km/s.

2.5.5.

Il-massa mnaqqsa “mr” fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali “m”, tad-distanza “a” (1) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz ta’ din l-ekwazzjoni li ġejja:

mr = m (1/a)

2.5.6.

Il-massa mnaqqsa mr għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg.

2.6.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu mal-massa u l-veloċità ta’ l-apparat ta’ l-impatt

Jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-kolliżjoni ogħla minn dawk preskritti fil-paragrafi 2.4.2. u 2.5.4. u/jew b’massa akbar minn dawk preskritti fil-paragrafi 2.4.3. u 2.5.6., u l-vettura tkun issodisfat ir-rekwiżiti preskritti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

2.7.   L-istat tal-vettura li qed tiġi ttestjata

2.7.1.

Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun armata bil-komponenti u t-tagħmir kollu normali inkluż fil-piż tagħha mal-ġenb mhux mgħobbi jew tkun f’tali kondizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fejn jikkonċerna l-komponenti u t-tagħmir li jaffettwaw ir-riskji tan-nar.

2.7.2.

It-tank tal-karburant għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu jew bil-karburant jew b’likwidu li ma jaqbadx li għandu densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment. Is-sistemi l-oħrajn kollha (tankijiet tar-ras tal-likwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ) jistgħu jkunu vojta.

2.7.3.

Jista’ jkun imdaħħal ger u jistgħu jkun applikati l-brejkijiet.

2.7.4.

Jekk jitlob il-manifattur, tista’ tkun permessa din id-deroga li ġejja:

2.7.4.1.

is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li l-istess vettura li tintuża għal testijiet oħrajn preskritti minn Regolamenti oħrajn (inklużi t-testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) tintuża wkoll għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament; u

2.7.4.2.

il-vettura jista’ jkollha piż tali ta’ mhux aktar minn 10 fil-mija tal-piż normali mhux mgħobbi tagħha b’piżijiet addizzjonali mwaħħla sod ma’ l-istruttura b’tali mod li dawn ma jaffettwawx l-imġiba ta’ l-istruttura tal-kompartiment tal-passiġġiera matul it-test.

2.8.   L-istrumenti tal-kejl

L-istrumenti użati biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafi 2.4.2. u 2.5.4. ta’ hawn fuq għandhom ikunu preċiżi sa inqas minn wieħed fil-mija.

3.   METODI EKWIVALENTI TAT-TEST

3.1.

Huma permessi metodi ekwivalenti tat-test kemm-il darba l-kondizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu osservati għal kollox permezz ta’ test sostitut jew permezz ta’ kalkolu mir-riżultati tat-test sostitut.

3.2.

Jekk jintuża metodu minbarra dak deskritt fil-paragrafu 2. hawn fuq, l-ekwivalenza tiegħu għandha tiġi evidenzjata.


(1)  Huwa mfakkar li d-distanza “a” hija daqs it-tul tal-pendlu sinkroniku li qed jiġi kkunsidrat.


L-ANNESS V

L-ITTESTJAR TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT MAGĦMULA MINN MATERJAL TAL-PLASTIK

1.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KOLLIŻJONI

1.1.

It-tank għandu jimtela kollu b’taħlita ta’ ilma u glikol jew b’likwidu ieħor b’punt ta’ l-iffriżar baxx, li ma jibdilx il-karatteristiċi tal-materjal tat-tank, u mbagħad għandu jkun soġġett għal test ta’ perforazzjoni.

1.2.

Matul dan it-test it-temperatura tat-tank għandha tkun ta’ 233 K ± 2 K (– 40 °C ± 2 °C).

1.3.

Għat-test għandha tintuża armatura ta’ l-ittestjar tal-kolliżjoni bil-pendlu. L-oġġett tal-kolliżjoni għandu jkun ta’ l-azzar u jkollu l-għamla ta’ piramida b’uċuħ ta’ triangolu ekwilaterali u bażi kwadra, u t-tarf ta’ fuq u t-truf ikunu ttundjati għal radju ta’ 3 mm. Iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandu jikkoinċidi maċ-ċentru tal-gravità tal-piramida; id-distanza tiegħu mill-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ 1 m. Il-massa totali tal-pendlu għandha tkun ta’ 15 kg. L-enerija tal-pendlu fil-mument tal-kolliżjoni għandha tkun ta’ mhux inqas minn 30 Nm u qrib kemm jista’ jkun għal dak il-valur.

1.4.

It-testijiet għandhom isiru fuq il-punti tat-tank li jitqiesu vulnerabbli għall-kolliżjonijiet minn quddiem jew minn wara. Il-punti meqjusa bħala vulnerabbli huma dawk li l-aktar huma esposti jew li huma l-aktar dgħajfa meta wieħed iqis il-forma tat-tank jew il-mod kif inhuwa armat fuq il-vettura. Il-punti magħżula mil-laboratorji għandhom ikunu indikati fir-rapport tat-test.

1.5.

Waqt it-test, it-tank għandu jinżamm f’postu mill-armar fuq il-ġenb jew il-ġnub opposti tan-naħa tal-kolliżjoni. Ma għandha tirriżulta l-ebda ċarċira mit-test.

1.6.

Fuq l-għażla tal-manifattur, it-testijiet kollha ta’ l-impatt jistgħu jitwettqu fuq tank wieħed jew kull wieħed jista’ jitwettaq fuq tankijiet differenti.

2.   IS-SAĦĦA MEKKANIKA

It-tank għandu jkun ittestjat taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 6.1. ta’ dan ir-Regolament għaċ-ċarċir u għar-riġidità tal-forma. It-tank u l-aċċessorji kollha tiegħu għandhom ikunu armati fuq armatura tat-test b’mod li jikkorrispondi għall-mod ta’ l-installazzjoni fuq il-vettura li għaliha huwa maħsub it-tank jew immuntat fil-vettura nnfisha jew immuntat f'tagħmir ta' ttestjar magħmul minn taqsima tal-vettura. Fuq talba tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku t-tank jitsa' jiġi ttestjat mingħajr ma jintuża l-ebda tagħmir ta' l-ittestjar. Għandu jintuża ilma b’temperatura ta’ 326 K (53 °C) bħala l-likwidu ta’ l-ittestjar u dan għandu jimla t-tank kollu. It-tank għandu jkun soġġett għal pressa interna relattiva daqs id-doppju tal-pressa tal-ħidma u f’kull każ għal mhux inqas minn 30 kPa b’temperatura 326 K ± 2 K (53 °C ± 2°C) għal perjodu ta’ ħames sigħat. Matul it-test, it-tank u l-aċċessorji tiegħu m’għandhomx jinqasmu jew iċarċru; iżda jista’ jkun deformat b’mod permanenti.

3.   IL-PERMEABILITÀ TAL-KARBURANT

3.1.

Il-karburant użat għat-test tal-permeabilità għandu jkun jew il-karburant ta’ referenza speċifikat fir-Regolament Nru. 83, l-Anness IX jew likwidu kummerċjali ta’ l-ogħla grad. Jekk it-tank ikun maħsub biss għall-installazzjoni fuq vetturi b’magna compression-ignition, it-tank għandu jimtela bil-karburant diżil.

3.2.

Qabel it-test, it-tank għandu jimtela sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bil-karburant tat-test u jinħażen, mingħajr ma jkun issiġillat, f’temperatura ambjentali ta’ 313 K ± 2 K (40 °C ± 2 °C) sakemm it-telf ta’ piż għal kull unità tal-ħin isir kostanti, iżda għal mhux aktar minn erba' ġimgħat (żmien preliminari ta' ħażna).

3.3.

Imbagħad it-tank għandu jkun żvujtat u jerġa’ jimtela sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bil-karburant tat-test, u wara dan għandu jkun issiġillat b’mod ermetiku u jinħażen f’temperatura ta’ 313 K ± 2 K (40 °C ± 2 °C). Il-pressa għandha tkun aġġustata meta l-kontenut tat-tank ikun laħaq it-temperatura tat-test. Matul il-perjodu ta’ tmien ġimgħat ta’ wara tat-test, it-telf tal-piż dovut għad-diffużjoni matul il-perjodu tat-test għandu jkun determinat. Il-medja massima permissibbli tat-telf tal-piż hija ta’ 20 g għal kull 24 siegħa ta’ ħin ta’ ittestjar.

3.4.

Jekk it-telf dovut għad-diffużjoni jaqbeż il-valur indikat fil-paragrafu 3.3., it-test deskritt hemm għandu jerġa’ jsir, fuq l-istess tank, sabiex ikun determinat it-telf bid-diffużjoni f’temperatura 296 K ± 2 K (23 °C ± 2 °C) iżda għall-bqija taħt l-istess kondizzjonijiet. It-telf imkejjel b’dan il-mod m’għandux jaqbeż l-10 g għal kull 24 siegħa.

4.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KARBURANT

Wara t-test imsemmi fil-paragrafu 3., it-tank xorta għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1. u 2.

5.   IR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

It-tank għandu jkun soġġett għal dawn it-testijiet li ġejjin:

5.1.

Għal żewġ minuti, it-tank, imwaħħal bħal fuq il-vettura, għandu jkun espost għall-fjammi. M’għandu jkun hemm l-ebda ċarċir ta’ karburant likwidu mit-tank.

5.2.

Għandhom isiru tliet testijiet fuq tankijiet differenti mimlija bil-karburant kif ġej:

5.2.1.

Jekk it-tank ikun diżinjat għall-installazzjoni fuq vetturi mgħammra b’magna jew positive ignition jew b’magna compression ignition, għandhom isiru tliet testijiet fuq tankijiet mimlija bil-gażolina ta’ l-ogħla grad;

5.2.2.

Jekk it-tank ikun diżinjat għall-istallazzjoni fuq vetturi mgħammra b’magna compression-ignition, għandhom isiru tliet testijiet fuq tankijiet mimlija bil-karburant diżil;

5.2.3.

Għal kull test it-tank u l-aċċessorji tiegħu għandhom ikunu installati fuq armatura tat-test li tkun tixbah bl-aħjar mod possibbli l-kondizzjonijiet attwali ta’ l-istallazzjoni. Il-metodu li bih it-tank jitwaħħal fuq l-armatura għandu jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għall-vettura. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-partijiet tal-vettura li jipproteġu t-tank u l-aċċessorji tiegħu mill-espożizzjoni għall-fjammi jew li jaffettwaw il-mixja tan-nar bi kwalunkwe mod, kif ukoll il-komponenti speċifikati installati fuq it-tank u l-plakek. Il-fetħiet kollha għandhom jingħalqu matul it-test, iżda s-sistemi ta’ l-arja għandhom jibqgħu jaħdmu. Immedjatament qabel it-test it-tank għandu jimtela bil-karburant speċifikat sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu.

5.3.

Il-fjamma li għaliha jkun espost it-tank għandha tinkiseb billi jinħaraq karburant kummerċjali għall-magni positive ignition (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “karburant”) f’taġen. Il-kwantità ta’ karburant mferra’ fit-taġen għandha tkun biżżejjed biex tippermetti li l-fjamma, taħt kondizzjonijiet ta’ ħruq liberu, taħraq għall-proċedura kollha tat-test.

5.4.

Id-dimensjonijiet tat-taġen għandhom jingħażlu b’tali mod li jkun żgurat li l-ġnub tat-tank tal-karburant ikunu esposti għall-fjamma. It-taġen għalhekk għandu jaqbeż l-isporġiment orizzontali tat-tank b’mhux inqas minn 20 cm, iżda b’mhux aktar minn 50 cm. Il-ħitan tal-ġenb tat-taġen m’għandhomx jisporġu aktar minn 8 ċm ’l fuq mil-livell tal-karburant fil-bidu tat-test.

5.5.

It-taġen mimli bil-karburant għandu jitqiegħed taħt it-tank b’tali mod li d-distanza bejn il-livell tal-karburant fit-taġen u l-qiegħ tat-tank tkun tikkorrispondi għall-għoli tad-diżinn fuq il-wiċċ tat-triq tal-massa mhux mgħobbija (ara l-paragrafu 7.4.). It-taġen, jew l-armatura ta’ l-ittestjar, jew it-tnejn, għandhom ikunu jistgħu jiċċaqalqu liberament.

5.6.

Matul il-fażi Ċ tat-test, it-taġen għandu jkun kopert minn skrin imqiegħed 3 ċm ± 1 ċm ’l fuq mil-livell tal-karburant. L-iskrin għandu jkun ta’ materjal refrattarju, kif preskritt fl-appendiċi 2. M’għandux ikun hemm vojt bejn il-briks u dawn għandhom ikunu appoġġjati fuq it-taġen tal-karburant b’tali mod li t-toqob fil-briks ma jkunux ostakolati. It-tul u l-wisa’ tal-qafas għandhom ikunu ta’ 2 ċm sa 4 ċm iżgħar mid-dimensjonijiet interni tat-taġen sabiex ikun jeżisti spazju vojt ta’ 1 ċm sa 2 ċm bejn il-qafas ul-ħajt tat-taġen biex ikun hemm ventilazzjoni.

5.7.

Meta t-testijiet jitwettqu barra, għandha tkun provduta protezzjoni biżżejjed mir-riħ u l-veloċità tar-riħ fil-livell tat-taġen tal-karburant m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 2,5 km/s. Qabel it-test l-iskrin għandu jissaħħan sa 308 K ± 5 K (35 °C ± 5°C). Il-briks li jirreżistu n-nar jistgħu jixxarrbu sabiex ikunu garantiti l-istess kondizzjonijiet tat-test għal kull test suċċessiv.

5.8.

It-test għandu jinkludi erba’ fażijiet (ara l-appendiċi 1).

5.8.1.

Il-Fażi A: Is-sħana minn qabel (figura 1)

Il-karburant fit-taġen għandu jitqabbad f’distanza ta’ mill-inqas 3 m mit-tank li jkun qed jiġi ttestjat. Wara 60 sekonda ta’ sħana minn qabel, it-taġen għandu jitqiegħed taħt it-tank.

5.8.2.

Il-Fażi B: Espożizzjoni diretta għall-fjamma (figura 2)

Għal 60 sekonda it-tank għandu jkun espost għall-fjamma mill-karburant li jkun qed jinħaraq liberament.

5.8.3.

Il-Fażi Ċ: L-espożizzjoni indiretta għall-fjamma (figura 3)

Malli titlesta l-fażi B, l-iskrin għandu jitqiegħed bejn it-taġen li jkun qed jinħaraq u t-tank. It-tank għandu jkun espost għal din il-fjamma mnaqqsa għal 60 sekonda oħra.

5.8.4.

Il-Fażi D: It-tmiem tat-test (figura 4)

It-taġen li jkun qed jinħaraq mgħotti bl-iskrin għandu jiġi mċaqlaq lura għall-pożizzjoni oriġinali tiegħu (il-fażi A). Jekk, fl-aħħar tat-test, it-tank ikun qed jinħaraq, in-nar għandu jintefa minnufih.

5.9.

Ir-riżultati tat-test għandhom jitqiesu sodisfaċenti jekk l-ebda karburant likwidu ma jkun qed iċarċar mit-tank.

6.   IR-REŻISTENZA GĦAT-TEMPERATURA GĦOLJA

6.1.

L-armatura użata għat-test għandha taqbel mal-mod ta’ l-installazzjoni tat-tank fuq il-vettura, inkluż il-mod li bih taħdem it-toqba ta’ l-arja tat-tank.

6.2.

It-tank mimli sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bl-ilma f’temperatura ta’ 293 K (20 °C) għandu jkun soġġett għal siegħa f’temperatura ambjentali ta’ 368 K ± 2 K (95 °C ± 2 °C).

6.3.

Ir-riżultati tat-test għandhom jitqiesu sodisfaċenti jekk, wara t-test, it-tank ma jkunx qed iċarċar u ma jkunx deformat b’mod gravi.

7.   IL-MARKI FUQ IT-TANK TAL-KARBURANT

L-isem jew marka kummerċjali għandha titwaħħal fuq it-tank; għandha tkun b’tali mod li ma’ titħassarx u għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar meta din titwaħħal fuq il-vettura.

Appendiċi 1

It-test tar-reżistenza għan-nar

Figura 1

Il-fażi A: Is-sħana minn qabel

Image

Figura 2

Il-fażi B: L-espożizzjoni diretta għall-fjamma

Image

Figura 3

Il-fażi Ċ: L-espożizzjoni indiretta għall-fjamma

Image

Figura 4

Il-fażi D: It-tmiem tat-test

Image

Appendiċi 2

Id-dimensjonjiet u d-data teknika għall-briks li jirreżistu n-nar

Image

IR-REŻISTENZA GĦAN-NAR (Seger-Kegel)

SK 30

KONTENUT TA’ Al2O3

30-33 fil-mija

POROŻITÀ MIFTUĦA (Po)

20-22 fil-mija vol.

DENSITÀ

1 900-2 000 kg/m3

ŻONA EFFETTIVA BIT-TOQOB

44,18 fil-mija


Top