EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42002D0595

Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-kunsill tad-19 ta' Lulju 2002. Dwar il-Konsegwenzi ta' l-iskadenza taż-żmien stipulat tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) Trattat dwar il-ftehim internazzjonali milħuq mill-KEFA

ĠU L 194, 23.7.2002, p. 35–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/595/oj

42002D0595



Official Journal L 194 , 23/07/2002 P. 0035 - 0035


Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-kunsill tad-19 ta' Lulju 2002.

Dwar il-Konsegwenzi ta' l-iskadenza taż-żmien stipulat tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) Trattat dwar il-ftehim internazzjonali milħuq mill-KEFA

(2002/595/KE)

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, iltaqgħu fi ħdan il-Kunsill,

billi:

(1) Bis-saħħa ta' l-Artikolu 97 tiegħu, it-trattat tal-KEFA jiskadi fit-23 ta' Lulju 2002.

(2) Diversi ftehim internazzjonali ma' pajjiżi terzi ġew konkluzi mill-KEFA.

(3) F'dawn il-ftehim m'hemmx previst l-eventwalità ta' l-iskadenza taż-żmien tat-Trattat tal-KEFA.

(4) Is-suġġett tat-trattat tal-KEFA, fl-iskadenza taż-żmien tiegħu, ikun kopert mit-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej.

(5) Huwa fl-interess tal-KEFA u tas-setturi konċernati li dawn il-ftehim internazzjonali għandhom jibqgħu fis-seħħ lil hinn mid-data ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u għandhom jgħaddu f'idejn il-Komunitajiet Ewropej.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Mill-24 ta' Lulju 2002, id-drittijiet u l-obligazzjonijiet li jaqgħu taħt il-ftehim internazzjonali konklużi mill-KEFA għandhom jittieħdu mill-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda' isseħħ fil-jum tal-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Din id-DEĊIŻJONI għanda tapplika mill-24 ta' Lulju 2002.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 2002.

Il-President

T. Pedersen

--------------------------------------------------

Top