Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026R0100

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/100 tal-15 ta’ Jannar 2026 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-proċess tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u r-rapportar tal-okkorrenzi, u li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014

C/2026/102

ĠU L, 2026/100, 19.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/100/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/100/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/100

19.1.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/100

tal-15 ta’ Jannar 2026

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-proċess tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u r-rapportar tal-okkorrenzi, u li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1),il-punti (a), (e) u (g), l-Artikolu 62(14), il-punt (a), u l-Artikolu 72(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ajrunavigabbiltà inizjali tal-inġenji tal-ajru, inklużi r-rekwiżiti għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, inkluż ir-rekwiżiti għall-ħruġ taċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

(3)

Il-kumplessità ta’ dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li titnaqqas biex jiġu allinjati mar-riskji assoċjati mal-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru, it-tipi ta’ operazzjonijiet u l-istorja tal-inġenji tal-ajru. Jeħtieġ li r-regoli stabbiliti fl-Annessi tar-Regolamenti (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 1321/2014 jiġu ssimplifikati u armonizzati sabiex isiru aktar ċari u jiġu evitati interpretazzjonijiet ħżiena.

(4)

F’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) u mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, inġenju tal-ajru għandu perjodikament jgħaddi minn rieżami tal-ajrunavigabbiltà biex tiġi żgurata l-validità taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà. It-tlestija sodisfaċenti ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà tirriżulta f’ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (ARC, airworthiness review certificate) jew rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ARC, kif applikabbli. Fil-każ li tinħareġ rakkomandazzjoni, din għandha tintbagħat lill-awtorità nazzjonali kompetenti li, wara valutazzjoni sodisfaċenti, toħroġ l-ARC.

(5)

Il-ħtieġa għal rakkomandazzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal każijiet fejn l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkun meħtieġ biex jiġi ggarantit il-livell ta’ sikurezza mistenni. Għalhekk, sabiex tittejjeb l-effiċjenza tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, jeħtieġ li jiġu introdotti bidliet fir-rekwiżiti dwar ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti fl-Anness I (il-Parti-M), fl-Anness Vb (il-Parti-ML), fl-Anness Vc (il-Parti-CAMO) u fl-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(6)

Minħabba d-dipendenzi kumplessi bejn ir-Regolamenti (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 1321/2014 b’rabta maċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u ċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà rispettivament, jeħtieġ li jissaħħaħ l-allinjament bejn dawk iż-żewġ Regolamenti, b’mod partikolari għall-inġenji tal-ajru trasferiti bejn l-Istati Membri jew importati fl-Unjoni.

(7)

Sabiex jissaħħaħ il-moviment liberu tal-inġenji tal-ajru fl-Unjoni huwa meħtieġ li jiġi ffaċilitat il-proċess għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà meta l-inġenji tal-ajru jiġu ttrasferiti bejn l-Istati Membri u li l-applikanti jkunu jistgħu jitolbu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn jixtiequ jirreġistraw l-inġenju tal-ajru.

(8)

Huwa meħtieġ li jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kull meta jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità sinifikanti, li jnaqqas is-sikurezza jew jipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira.

(9)

L-iskambju ta’ informazzjoni huwa partikolarment importanti meta l-awtorità kompetenti tal-istat ta’ reġistrazzjoni tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-organizzazzjoni responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jew mill-awtorità kompetenti tal-organizzazzjoni li tkun ħarġet l-ARC.

(10)

Ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u għaċ-ċertifikati ristretti tal-ajrunavigabbiltà jenħtieġ li jiġu emendati biex jinkludu każijiet ta’ inġenji tal-ajru użati għajr l-inġenji tal-ajru li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħal inġenji tal-ajru li qabel kienu jintużaw għal attivitajiet jew servizzi definiti fl-Artikolu 2(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(11)

Meta ssir applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għal inġenju tal-ajru importat minn pajjiż terz, tkun meħtieġa dikjarazzjoni li tirrifletti l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. Meta dik id-dikjarazzjoni ma tkunx disponibbli u ma tkunx tista’ tinkiseb, jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu alternattiv ibbażat fuq attivitajiet ta’ investigazzjoni u evalwazzjoni.

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi obbligi speċifiċi għall-organizzazzjonijiet u l-individwi fir-rigward tar-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili. Dawk l-obbligi jeżistu b’mod parallel mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014. Sabiex jiġu żgurati l-konformità u l-implimentazzjoni uniformi ta’ dawk l-obbligi, is-sistemi ta’ rapportar tal-okkorrenzi tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014.

(13)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 1321/2014 jiġu emendati kif xieraq.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/111 (5) emenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 billi introduċa s-subkategorija tal-liċenzja B1.E għall-ajruplani b’impjant tal-enerġija elettrika u massa massima waqt il-qtugħ (MTOM) ta’ inqas minn 5 700 kg. F’dak ir-rigward, l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jagħti deroga biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal dik is-subkategorija l-ġdida tal-liċenzja. Id-deroga tippermetti li, sat-13 ta’ Frar 2028, l-ajruplani b’impjant tal-enerġija elettrika u b’MTOM ta’ inqas minn 5 700 kg jiġu approvati fis-subkategoriji tal-liċenzja eżistenti B1.1 u B1.2. Dik id-deroga tirreferi għall-punt 66.A.3(1)(b) tal-Anness III (il-Parti-66) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, iżda jenħtieġ li tiġi kkoreġuta biex tirreferi għall-punt 66.A.3(a)(2) ta’ dak l-Anness biex tkopri s-subkategorija B1.E.

(15)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 (6) emenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 billi żied punt ġdid mal-punt CAMO.B.300 fl-Anness Vc (il-Parti-CAMO) ta’ dak ir-Regolament. Il-punt żdied bħala l-punt (g), filwaqt li kien jenħtieġ li jiżdied bħala l-punt (h) peress li l-punt (g) kien diġà żdied mal-punt CAMO.B.300 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/410 (7).

(16)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jiġi kkoreġut skont dan, u jenħtieġ li l-korrezzjonijiet japplikaw mid-dati meta r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/111 u (UE) 2023/203, rispettivament, isiru applikabbli.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-Opinjoni Nru 08/2024, maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness I (il-Parti 21) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness Ib (il-Parti 21 Light) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(3), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

tkun saret rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.903 tal-Anness I (il-Parti-M) u jkun inħareġ ċertifikat ġdid tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.901 jew M.B.901 tal-Anness I (il-Parti-M), kif applikabbli.”;

(2)

l-Anness I (il-Parti-M) huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(3)

l-Anness Vb (il-Parti-ML) huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(4)

l-Anness Vc (il-Parti-CAMO) huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(5)

l-Anness Vd (il-Parti-CAO) huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

 

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   B’deroga mill-punti 66.A.3(a)(2) u 66.A.45(a) tal-Anness III (il-Parti-66), sat-13 ta’ Frar 2028, ajruplan b’impjant tal-enerġija elettrika u MTOM ta’ inqas minn 5 700 kg jista’ jiġi approvat f’liċenzja bis-subkategorija B1.1 jew B1.2 meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-detentur tal-liċenzja jkollu mill-inqas 6 xhur esperjenza ta’ manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru koperti mill-/mis-(sub)kategorija tal-liċenzja fl-aħħar 24-il xahar;

(b)

l-ajruplan li jkun qed jiġi approvat ma jkunx l-ewwel ajruplan approvat għall-/għas-(sub)kategorija rilevanti;

(c)

id-detentur tal-liċenzja jkun segwa t-taħriġ tat-tip ta’ inġenju tal-ajru f’konformità mal-Appendiċi III tal-Anness III (il-Parti-66), segwa l-proċedura għall-approvazzjoni diretta tat-taħriġ tat-tip ta’ inġenju tal-ajru stabbilita fil-punt 66.B.130 jew segwa l-proċedura deskritta fil-punt 66.A.45(da) tal-Anness III (il-Parti-66).”

;

(2)

l-Anness Vc (il-Parti-CAMO) huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-7 ta’ Awwissu 2026.

Madankollu, l-Artikolu 3, il-punt (1) għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2026 u l-Artikolu 3, il-punt (2), għandu japplika mit-22 ta’ Frar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali jew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet, tagħmir, unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ relatati u komponenti ta’ unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ, kif ukoll għar-rekwiżiti tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni ( ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol ( ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1321/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/376/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/111 tat-23 ta’ Jannar 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għal inġenji tal-ajru bi propulsjoni elettrika u ibrida u inġenji tal-ajru oħra mhux konvenzjonali (ĠU L, 2025/111, 24.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/111/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/203 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664, u għall-awtoritajiet kompetenti koperti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 1321/2014, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 1178/2011, (UE) 2015/340 u (UE) Nru 139/2014, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, (UE) Nru 748/2012, (UE) Nru 965/2012, (UE) Nru 139/2014, (UE) Nru 1321/2014, (UE) 2015/340, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 u (UE) 2021/664 (ĠU L 31, 2.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/203/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/410 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà f’raggruppament ta’ negozju ta’ trasportatur tal-ajru wieħed (ĠU L 84, 11.3.2022, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/410/oj).


ANNESS I

L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 21.B.320, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

Ħlief għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà skont il-punti 21.B.326(a)(2)(i) jew 21.B.327(a)(2)(i), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha twettaq attivitajiet ta’ investigazzjoni suffiċjenti biex tiġġustifika l-ħruġ, il-validità kontinwata, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għall-investigazzjonijiet tagħha, li jkunu jkopru mill-inqas l-elementi li ġejjin:

1.

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2.

l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni;

3.

il-klassifikazzjoni taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà;

4.

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tasal mal-applikazzjoni;

5.

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru;

6.

id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet, tar-restrizzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà;

7.

l-aċċettazzjoni tal-programm ta’ evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni żviluppat f’konformità mal-punt 21.A.174(d).”;

(2)

fil-punt 21.B.325, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Fejn applikabbli, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà msemmi fil-punt (a) jew fil-punt (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.B.901 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.B.901 tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew mal-punt AR.UAS.CAW.902 tal-Anness (il-Parti-AR.UAS) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 (*1), kif applikabbli.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 tal-10 ta’ April 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti u tal-proċeduri amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (ĠU L, 2024/1109, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1109/oj).’;"

(3)

il-punt 21.B.326 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.B.326   Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal:

(1)

inġenju tal-ajru ġdid:

(i)

mal-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.174(b)(2);

(ii)

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba;

(2)

inġenju tal-ajru użat, ittrasferit minn Stat Membru ieħor li jkollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità ma’ dan l-Anness, mal-preżentazzjoni ta’ kopja taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà kurrenti u waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.174(b)(3)(i)(A);

(ii)

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.174(b)(3)(i)(B);

(3)

inġenju tal-ajru użat li ma jkollux ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità ma’ dan l-Anness, mal-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.174(b)(3)(ii) li turi li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(i)

l-inġenju tal-ajru jew is-sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS, unmanned aircraft system), kif applikabbli, tikkonforma ma’ disinn approvat taħt ċertifikat tat-tip, u kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplimentari, bidla jew tiswija approvati f’konformità ma’ dan l-Anness;

(ii)

id-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà jkunu ġew osservati;

(iii)

ikun twettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-rekwiżit applikabbli tal-Anness I (il-Parti-M) jew tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, kif applikabbli;

(iv)

l-inġenju tal-ajru kien konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jkun inħareġ għall-ewwel darba.

(b)

Għall-każijiet imsemmija fil-punti (a)(1), (a)(2)(ii) u (a)(3), l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu joħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà meta jkun sodisfatt li l-inġenju tal-ajru jew l-UAS, kif applikabbli, tikkonforma ma’ disinn approvat u tkun f’kundizzjoni għal operazzjoni sikura. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.”;

(4)

il-punt 21.B.327 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għal:

1.

inġenju tal-ajru ġdid, mal-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.174(b)(2);

2.

inġenju tal-ajru użat, ittrasferit minn Stat Membru ieħor li jkollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett maħruġ f’konformità ma’ dan l-Anness, mal-preżentazzjoni ta’ kopja taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett kurrenti u ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.174(b)(3)(i)(A);

(ii)

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.174(b)(3)(i)(B);

3.

inġenju tal-ajru użat li ma jkollux ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett maħruġ f’konformità ma’ dan l-Anness, mal-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.174(b)(3)(ii) li turi li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(i)

l-inġenju tal-ajru jew l-UAS, kif applikabbli, tikkonforma ma’ disinn approvat taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew f’konformità ma’ speċifikazzjonijiet speċifiċi tal-ajrunavigabbiltà u kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplimentari, bidla jew tiswija approvati f’konformità ma’ dan l-Anness;

(ii)

id-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà jkunu ġew osservati;

(iii)

ikun twettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-rekwiżit applikabbli tal-Anness I (il-Parti-M) jew tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew tal-Anness I (il-Parti-ML.UAS) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107, kif applikabbli.”;

(b)

jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Għall-każijiet imsemmija fil-punti (a)(1), (a)(2)(ii) u (a)(3), l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu joħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett meta jkun sodisfatt li l-inġenju tal-ajru jew l-UAS, kif applikabbli, tikkonforma ma’ disinn approvat u tkun f’kundizzjoni għal operazzjoni sikura. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.”.


(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1109 tal-10 ta’ April 2024 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti u tal-proċeduri amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-ajru ċċertifikati mingħajr bdot abbord, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (ĠU L, 2024/1109, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1109/oj).’;”


ANNESS II

L-Anness Ib (il-Parti 21L) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 21L.B.161 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għall-investigazzjonijiet tagħha, li jkunu jkopru mill-inqas l-elementi li ġejjin:

1.

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2.

l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni;

3.

il-klassifikazzjoni taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà;

4.

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li tasal mal-applikazzjoni;

5.

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru;

6.

id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet, tar-restrizzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà;

7.

l-aċċettazzjoni tal-programm ta’ evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni żviluppat f’konformità mal-punt 21L.A.143(h).”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Ħlief għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà kif deskritt fil-punt 21L.B.162(c)(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha twettaq attivitajiet ta’ investigazzjoni suffiċjenti biex tiġġustifika l-ħruġ, il-validità kontinwata, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett. Meta twettaq investigazzjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għal inġenju tal-ajru manifatturat ġdid, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li titwettaq spezzjoni fiżika tal-inġenju tal-ajru sabiex jiġu żgurati l-konformità u s-sikurezza tat-titjira tal-inġenju tal-ajru qabel il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett. Din l-evalwazzjoni għandha tqis:

1.

ir-riżultati tal-ispezzjoni fiżika tal-ewwel artikolu ta’ dak il-prodott fil-konfigurazzjoni finali, imwettqa f’konformità mal-punt 21L.B.143(b) jew mal-punt 21L.B.251(b) mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, jew mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-organizzazzjoni jew il-persuna fiżika jew ġuridika li pproduċiet dan l-inġenju tal-ajru, jekk tkun differenti;

2.

il-perjodu ta’ żmien mill-aħħar spezzjoni fiżika mwettqa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni ta’ inġenju tal-ajru manifatturat mill-organizzazzjoni, jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li mmanifatturat dak l-inġenju tal-ajru;

3.

ir-riżultati tas-sorveljanza mwettqa taħt it-Taqsima B, is-Subparti G, ta’ dan l-Anness jew taħt it-Taqsima B, is-Subparti G, tal-Anness I (il-Parti 21) tal-organizzazzjoni li toħroġ id-dikjarazzjoni ta’ konformità għall-inġenju tal-ajru, jew il-verifika mwettqa taħt it-Taqsima A, is-Subparti R, ta’ dan l-Anness ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità oħrajn (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li nħarġu mill-istess firmatarju;

4.

il-perjodu ta’ żmien mill-aħħar żjara ta’ sorveljanza tal-organizzazzjoni f’konformità mat-Taqsima B, is-Subparti G, ta’ dan l-Anness, jew mat-Taqsima B, is-Subparti G, tal-Anness I (il-Parti 21), jew mill-aħħar verifika mwettqa taħt it-Taqsima A, is-Subparti R, ta’ dan l-Anness ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità (il-Formola 52B tal-EASA) jew ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) maħruġa mill-istess firmatarju.”;

(2)

il-punt 21L.B.162 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a)(2), il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

ikun sar rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-rekwiżit applikabbli tal-Anness I (il-Parti-M) jew tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.”;

(b)

fil-punt (b)(2), il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

ikun sar rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-rekwiżit applikabbli tal-Anness I (il-Parti-M) jew tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.”;

(c)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(c)

B’deroga mill-punti (a) u (b), għal inġenju tal-ajru użat ittrasferit minn Stat Membru ieħor li jkollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità ma’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid għandha toħroġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett meta tkun sodisfatta li l-applikant jikkonforma mal-punt 21L.A.144(a) u tkun ipprovdiet kopja taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà kurrenti jew taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u waħda minn dawn li ġejjin:

1.

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21L.A.143(e)(1);

2.

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-punt 21L.A.143(e)(2).

(d)

Fejn applikabbli, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà msemmi fil-punt (a), fil-punt (b) jew fil-punt (c), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.B.901 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.B.901 tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, kif applikabbli.”.


ANNESS III

L-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-werrej huwa sostitwit b’dan li ġej:

“WERREJ

M.1

TAQSIMA A —

REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A —

ĠENERALI

M.A.101

Kamp ta’ applikazzjoni

SUBPARTI B —

AKKONTABBILTÀ

M.A.201

Responsabbiltajiet

M.A.202

Rapportar ta’ okkorrenzi

SUBPARTI C —

AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA

M.A.301

Kompiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa

M.A.302

Programm ta’ manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru

M.A.303

Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

M.A.304

Data għal modifiki u tiswijiet

M.A.305

Sistema ta’ rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru

M.A.306

Sistema ta’ reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru

M.A.307

Trasferiment ta’ rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru

SUBPARTI D —

STANDARDS TAL-MANUTENZJONI

M.A.401

Data tal-manutenzjoni

M.A.402

Twettiq tal-manutenzjoni

M.A.403

Difetti tal-inġenju tal-ajru

SUBPARTI E —

KOMPONENTI

M.A.501

Klassifikazzjoni u installazzjoni

M.A.502

Manutenzjoni tal-komponenti

M.A.503

Parts li jintużaw għal żmien limitat u komponenti kkontrollati biż-żmien

M.A.504

Segregazzjoni tal-komponenti

SUBPARTI F —

ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

M.A.601

Kamp ta’ applikazzjoni

M.A.602

Applikazzjoni

M.A.603

Firxa tal-approvazzjoni

M.A.604

Manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni

M.A.605

Faċilitajiet

M.A.606

Rekwiżiti tal-persunal

M.A.607

Persunal li jiċċertifika u persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà

M.A.608

Komponenti, tagħmir u għodod

M.A.609

Data tal-manutenzjoni

M.A.610

Ordnijiet ta’ xogħol ta’ manutenzjoni

M.A.611

Standards tal-manutenzjoni

M.A.612

Ċertifikat tar-rilaxx tal-inġenju tal-ajru għas-servizz

M.A.613

Ċertifikat tar-rilaxx tal-komponenti għas-servizz

M.A.614

Rekords tar-rieżami tal-manutenzjoni u l-ajrunavigabbiltà

M.A.615

Privileġġi tal-organizzazzjoni

M.A.616

Rieżami organizzazzjonali

M.A.617

Bidliet fl-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni

M.A.618

Validità kontinwata tal-approvazzjoni

M.A.619

Sejbiet

SUBPARTI G —

ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA

M.A.701

Kamp ta’ applikazzjoni

M.A.702

Applikazzjoni

M.A.703

Firxa tal-approvazzjoni

M.A.704

Espożizzjoni ta’ ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa

M.A.705

Faċilitajiet

M.A.706

Rekwiżiti tal-persunal

M.A.707

Persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà

M.A.708

Ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa

M.A.709

Dokumentazzjoni

M.A.710

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà

M.A.711

Privileġġi tal-organizzazzjoni

M.A.712

Sistema ta’ kwalità

M.A.713

Bidliet fl-organizzazzjoni approvata tal-ajrunavigabbiltà kontinwa

M.A.714

Żamma tar-rekords

M.A.715

Validità kontinwata tal-approvazzjoni

M.A.716

Sejbiet

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS, CERTIFICATE OF RELEASE TO SERVICE)

M.A.801

Ċertifikat tar-rilaxx tal-inġenju tal-ajru għas-servizz

M.A.802

Ċertifikat tar-rilaxx tal-komponenti għas-servizz

M.A.803

Awtorizzazzjoni għall-bdot-sid

SUBPARTI I —

ĊERTIFIKAT TAR-RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.901

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà — Ġenerali

M.A.902

Validità taċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà

M.A.903

Proċess ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà

M.A.904

Persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà

M.A.905

Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

M.A.906

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012

M.A.907

Sejbiet

TAQSIMA B —

PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A —

ĠENERALI

M.B.101

Kamp ta’ applikazzjoni

M.B.102

Awtorità kompetenti

M.B.103

Sejbiet u miżuri ta’ infurzar — persuni

M.B.104

Żamma tar-rekords

M.B.105

Skambju reċiproku ta’ informazzjoni

SUBPARTI B —

AKKONTABBILTÀ

M.B.201

Responsabbiltajiet

M.B.202

Informazzjoni lill-Aġenzija

SUBPARTI C —

AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA

M.B.301

Programm ta’ manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru

M.B.302

Eżenzjonijiet

M.B.303

Monitoraġġ tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru

M.B.304

Revoka u sospensjoni

M.B.305

Sistema ta’ reġistrazzjoni teknika tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI D —

STANDARDS TAL-MANUTENZJONI

SUBPARTI E —

KOMPONENTI

SUBPARTI F —

ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

M.B.601

Applikazzjoni

M.B.602

Approvazzjoni inizjali

M.B.603

Ħruġ tal-approvazzjoni

M.B.604

Sorveljanza kontinwa

M.B.605

Sejbiet

M.B.606

Bidliet

M.B.607

Revoka, sospensjoni u limitazzjoni ta’ approvazzjoni

SUBPARTI G —

ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA

M.B.701

Applikazzjoni

M.B.702

Approvazzjoni inizjali

M.B.703

Ħruġ tal-approvazzjoni

M.B.704

Sorveljanza kontinwa

M.B.705

Sejbiet

M.B.706

Bidliet

M.B.707

Revoka, sospensjoni u limitazzjoni ta’ approvazzjoni

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS, CERTIFICATE OF RELEASE TO SERVICE)

SUBPARTI I —

ĊERTIFIKAT TAR-RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.901

Ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà maħruġ mill-awtorità kompetenti

M.B.902

Valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet

M.B.905

Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

M.B.906

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012

M.B.907

Sejbiet

Appendiċi I —

Kuntratt ta’ ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa

Appendiċi II —

Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat — il-Formola 1 tal-EASA

Appendiċi III —

Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà — il-Formola 15 tal-EASA

Appendiċi IV —

Sistema ta’ klassijiet u klassifikazzjonijiet għat-termini tal-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni msemmija fl-Anness I (il-Parti-M), Subparti F

Appendiċi V —

Ċertifikat tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmi fl-Anness I (il-Parti-M) Subparti F — il-Formola 3 MF tal-EASA

Appendiċi VI —

Ċertifikat tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa msemmi fl-Anness I (il-Parti-M) Subparti G — il-Formola 14-MG tal-EASA

Appendiċi VII —

Kompiti Kumplessi ta’ Manutenzjoni

Appendiċi VIII —

Manutenzjoni Limitata tal-Bdot-Sid”;

(2)

il-punt M.A.202 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“M.A.202   Rapportar tal-okkorrenzi

(a)

Il-persuni li ġejjin għandhom jirrapportaw kwalunkwe avveniment relatat mas-sikurezza jew kundizzjoni identifikata ta’ inġenju tal-ajru jew komponent li tipperikola jew, jekk ma tiġix ikkoreġuta jew indirizzata, tista’ tipperikola inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra:

(1)

is-sid li jwettaq il-kompiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru huwa stess f’konformità mal-punti M.A.201(i)(2) u (3);

(2)

il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt M.A.801(b)(1);

(3)

il-bdot-sid imsemmi fil-punt M.A.801(b)(2).

(b)

Ir-rapporti meħtieġa mill-punt (a) għandhom:

(1)

jitressqu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent;

(2)

jitressqu malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ, fi żmien 72 siegħa minn meta jsir magħruf l-avveniment jew minn meta ssir magħrufa l-kundizzjoni, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jipprevjenu dan;

(3)

jitressqu f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(4)

ikun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-avveniment jew il-kundizzjoni magħrufa mill-persuna.

(c)

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b), persuna li tagħmel il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe avveniment jew kundizzjoni bħal din li taffettwa l-inġenju tal-ajru lill-persuna jew lill-organizzazzjoni responsabbli f’konformità mal-punt M.A.201 għall-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ tali inġenju tal-ajru.”;

(3)

il-punti M.A.901, M.A.902, M.A.903, M.A.904 u M.A.905 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“M.A.901   Rieżami tal-ajrunavigabbiltà — Ġenerali

(a)

Sabiex tiġi żgurata l-validità taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, inġenju tal-ajru għandu jgħaddi minn rieżami tal-ajrunavigabbiltà perjodikament f’konformità mal-punt M.A.903.

(b)

It-tlestija sodisfaċenti ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandha tirriżulta fi:

(1)

ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (ARC, airworthiness review certificate) maħruġ f’konformità mal-Appendiċi III (il-Formola 15b tal-EASA), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru tkun ġiet ġestita kontinwament f’konformità mal-punt M.A.201 ta’ dan l-Anness jew mal-punt ML.A.201 tal-Anness Vb, kif applikabbli, mill-ħruġ tal-ARC preċedenti;

(ii)

l-inġenju tal-ajru tkun saritlu manutenzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, mill-ħruġ tal-ARC preċedenti;

(iii)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jkun inħareġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012 u ma jkunx ġie revokat jew ċedut fiż-żmien tar-rieżami;

(2)

rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ARC lill-awtorità kompetenti, jekk il-kundizzjonijiet fil-punt (1) ma jiġux issodisfati.

(c)

L-organizzazzjoni approvata biex twettaq ir-rieżamijiet tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt CAMO.A.125(e) tal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) jew mal-punt CAO.A.095(c)(1) tal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tista’ twettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru inkluż fl-ambitu tal-ħidma tagħha.

(d)

Meta r-rieżami tal-ajrunavigabbiltà jitwettaq mill-organizzazzjoni speċifikata fil-punt (c), l-ARC jew ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-persunal għar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà li jkun wettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

(e)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru f’konformità mal-punt M.A.201 għandha, fuq talba u fejn meħtieġ għal dawk l-għanijiet, tiżgura li l-organizzazzjoni jew l-awtorità kompetenti li twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà jew il-valutazzjoni ta’ rakkomandazzjoni tal-ARC:

(1)

ikollha d-dokumentazzjoni u r-rekords meħtieġa tal-inġenju tal-ajru;

(2)

ikollha akkomodazzjoni xierqa għall-persunal tagħha fil-post xieraq;

(3)

ikollha aċċess għall-inġenju tal-ajru;

(4)

ikollha l-assistenza tal-persunal xieraq li jiċċertifika.

(f)

B’deroga mill-punt M.A.902(a), ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà jista’ jsir 90 jum jew inqas qabel id-data ta’ skadenza tal-ARC, mingħajr telf tal-kontinwità tax-xejra tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

(g)

Ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà ma għandux jiġi sottokuntrattat.

(h)

ARC ma għandux jinħareġ jekk ikun hemm evidenza jew jekk ikun hemm indikazzjonijiet li l-inġenju tal-ajru ma jkunx ajrunavigabbli.

(i)

Kopja ta’ kwalunkwe ARC maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru kkonċernat fi żmien 10 ijiem mill-ħruġ jew mill-estensjoni.

(j)

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-punt M.B.901, għal inġenju tal-ajru b’massa massima waqt il-qtugħ (MTOM, maximum take-off mass) ta’ 2 730 kg u inqas, l-awtorità kompetenti tista’ twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ ARC hija stess, jekk tintalab mis-sid.

(k)

Maċ-ċediment jew mar-revoka, l-ARC għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, meta jintalab dan mill-awtorità rispettiva.

M.A.902   Validità taċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà

(a)

ARC għandu jkun validu għal sena waħda u l-validità tiegħu tista’ tiġi estiża għal sena oħra għal massimu ta’ żewġ estensjonijiet konsekuttivi. L-estensjoni tal-validità tal-ARC għandha tibda:

(1)

fid-data ta’ skadenza preċedenti, jekk:

(i)

l-estensjoni titwettaq fi żmien 30 jum qabel id-data ta’ skadenza tal-ARC;

(ii)

l-estensjoni titwettaq wara d-data ta’ skadenza tal-ARC;

(2)

id-data li fiha titwettaq l-estensjoni, jekk titwettaq aktar minn 30 jum qabel id-data ta’ skadenza tal-ARC.

(b)

L-ARC għandu jiġi estiż biss mill-organizzazzjoni li tiġġestixxi l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru tkun ġiet ġestita kontinwament minn dik l-organizzazzjoni minn meta jkun inħareġ l-ARC;

(2)

l-inġenju tal-ajru tkun saritlu manutenzjoni minn meta jkun inħareġ l-ARC minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata f’konformità mal-Anness II (il-Parti-145) jew mal-Anness Vd (il-Parti-CAO), kif applikabbli;

(3)

l-organizzazzjoni li tiġġestixxi l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru ma għandha l-ebda evidenza jew raġuni biex temmen li l-inġenju tal-ajru ma huwiex ajrunavigabbli.

Il-manutenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (2), tista’ tinkludi kompiti ta’ manutenzjoni tal-bdot-sid imwettqa u rilaxxati għas-servizz jew mill-bdot-sid jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni.

(c)

ARC għandu jsir invalidu jekk:

(1)

jiskadi, jiġi sospiż, ċedut jew revokat;

(2)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż, ċedut jew revokat.

(d)

Inġenju tal-ajru ma għandux itir jekk l-ARC ikun invalidu jew jekk l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru jew ta’ kwalunkwe komponent installat fuq l-inġenju tal-ajru ma tissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness.

M.A.903   Proċess ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà huwa proċess li jinkludi l-kompiti u l-attivitajiet kollha għall-evalwazzjoni tal-istatus tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru abbażi ta’ rieżami dokumentat tar-rekords relatati tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru u stħarriġ fiżiku.

(b)

Permezz tar-rieżami dokumentat tal-inġenju tal-ajru, il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà għandu jkun sodisfatt li:

(1)

il-ħajja operattiva totali akkumulata fil-parametru applikabbli tal-inġenju tal-ajru, tal-magna/i, tal-iskrun/iskrejjen, tal-parts b’ħajja limitata u tal-komponenti kkontrollati biż-żmien tkun ġiet irreġistrata kif suppost;

(2)

il-manwal tat-titjira jkun applikabbli għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u jinżamm aġġornat;

(3)

tkun twettqet il-manutenzjoni dovuta fuq l-inġenju tal-ajru skont l-AMP, kif speċifikat fil-punt M.A.302;

(4)

id-difetti magħrufa jkunu ġew rettifikati jew, meta applikabbli, differiti f’konformità mal-punt M.A.403;

(5)

id-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà u l-miżuri awtorizzati mill-awtorità kompetenti jkunu ġew irrispettati u mdaħħlin kif suppost fis-sistema tar-rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru;

(6)

il-modifiki u t-tiswijiet applikati lill-inġenju tal-ajru jkunu ddaħħlu fis-sistema tar-rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru u jikkonformaw mal-punt M.A.304;

(7)

il-parts b’ħajja limitata u l-komponenti kkontrollati wara perjodu ta’ żmien stipulat minn qabel installati fuq l-inġenju tal-ajru jiġu identifikati kif suppost, jiddaħħlu fis-sistema tar-rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru u ma jkunux qabżu l-limitazzjoni tagħhom;

(8)

jekk applikabbli, id-dikjarazzjoni kurrenti dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-konfigurazzjoni kurrenti tal-inġenju tal-ajru u tkun valida;

(9)

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-disinn tat-tip applikabbli;

(10)

jekk jinħareġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà validu f’konformità mat-Taqsima A, is-Subparti H, tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mat-Taqsima A, is-Subparti H, tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(11)

jekk jinħareġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat akustiku validu li jikkorrispondi għall-konfigurazzjoni kurrenti tal-inġenju tal-ajru f’konformità mat-Taqsima A, is-Subparti I, tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mat-Taqsima A, is-Subparti I, tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(12)

il-manutenzjoni tkun ġiet rilaxxata f’konformità ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, għall-perjodu li matulu l-inġenju tal-ajru jkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

ir-rekwiżiti xierqa tal-ajrunavigabbiltà tal-Istat li kien responsabbli għas-sorveljanza tal-inġenju tal-ajru għall-perjodu li matulu l-inġenju tal-ajru ma kienx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Jekk ikun hemm evidenza jew raġuni biex wieħed jemmen li l-manutenzjoni fil-perjodu msemmi fl-ewwel paragrafu, il-punt (ii), ma kinitx adegwata, il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet xierqa.

(c)

Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandu jkun sodisfatt li:

(1)

il-marki u l-plakards huma installati kif suppost u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 21.A.175 tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, fil-punt 21L.A.144(a) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(2)

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-manwal tat-titjira approvat tiegħu;

(3)

il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonforma mad-dokumentazzjoni;

(4)

ma jista’ jinstab l-ebda difett evidenti li ma jkunx ġie indirizzat f’konformità mal-punt M.A.403;

(5)

ma tkun tista’ tinstab l-ebda inkonsistenza bejn l-inġenju tal-ajru u r-rieżami dokumentat tar-rekords kif imsemmi fil-punt (b).

(d)

Għall-istħarriġ fiżiku, il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà, li ma jkunx ikkwalifikat bħala persunal li jiċċertifika fuq l-inġenju tal-ajru speċifiku soġġett għar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, għandu jkun assistit minn tali persunal ikkwalifikat.

(e)

Ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandu jiġi ppjanat u għandu jsir b’tali mod li ż-żmien li jkun għadda bejn ir-rieżami tar-rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru u l-verifika korrispondenti tagħhom matul l-istħarriġ fiżiku jkun qasir kemm jista’ jkun.

(f)

Jekk għal xi raġuni ma jkunx jista’ jitlesta rieżami tal-ajrunavigabbiltà, l-organizzazzjoni li twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni mill-aktar fis possibbli.

(g)

L-ARC u r-rakkomandazzjoni ma għandhomx jinħarġu sakemm ikunu ġew implimentati l-azzjonijiet kollha biex jiġi eliminat in-nuqqas ta’ konformità identifikat.

(h)

Id-dettalji u l-eżitu ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandhom jiġu rreġistrati f’rapport ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

M.A.904   Persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà

(a)

Il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f’isem l-awtorità kompetenti għandu jkun kwalifikat f’konformità mal-punt M.B.901(c).

(b)

Il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f’isem organizzazzjoni msemmija fl-Anness Vc (il-Parti-CAMO) jew fl-Anness Vd (il-Parti CAO) għandu jkun kwalifikat f’konformità mal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) jew mal-Anness Vd (il-Parti-CAO), rispettivament.

M.A.905   Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

(a)

Meta jittrasferixxi fl-Unjoni reġistrazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li, fiż-żmien tal-applikazzjoni, ikollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-applikant għandu:

(1)

l-ewwel nett, jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni fejn ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru bl-isem tal-Istat Membru li fih ikun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru;

(2)

sussegwentement, japplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid f’konformità mal-punt 21.A.174(b)(3)(i) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mal-punt 21L.A.143(e) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Fiż-żmien tal-applikazzjoni mal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid:

(1)

jekk l-ARC ikun validu, dan għandu:

(i)

jibqa’ validu sad-data ta’ skadenza tiegħu, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt M.A.902(c);

(ii)

jiġi emendat bil-marki tan-nazzjonalità u tar-reġistrazzjoni l-ġodda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid;

(2)

jekk l-ARC ikun jew invalidu jew isir invalidu matul il-proċess ta’ trasferiment, l-applikant għandu jieħu wieħed mill-passi li ġejjin:

(i)

jiżgura li l-validità tal-ARC tiġi rrestawrata;

(ii)

jiżgura l-kisba ta’ ARC ġdid f’konformità mal-punt M.A.901.”;

(4)

jiżdiedu l-punti M.A.906 u M.A.907 li ġejjin:

“M.A.906   Rieżami tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012

(a)

Meta japplika għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru li ma jkollux ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012 fiż-żmien tal-applikazzjoni, l-applikant għandu:

(1)

japplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif ikun applikabbli, mal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(2)

għal inġenji tal-ajru għajr dawk ġodda, isirlu rieżami tal-ajrunavigabbiltà u dan jiġi kkomplementat b’mod sodisfaċenti f’konformità mal-punt M.A.903;

(3)

ikollu l-manutenzjoni kollha mwettqa biex ikun konformi mal-AMP approvat f’konformità mal-punt M.A.302;

(4)

jekk iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti jkun inħareġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, iżda jkun ġie revokat jew ċedut, jinnotifika lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti, jekk differenti, bl-isem tal-Istat Membru li fih ikun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru.

(b)

Rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ARC għandha tintbagħat mill-applikant lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, kif speċifikat fil-punt 21.A.174(b)(3)(ii) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif ikun applikabbli, fil-punt 21L.A.143(f) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, sakemm ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà ma jsirx mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt M.A.901(j) ta’ dan l-Anness.

(c)

Fil-każ li jkun meħtieġ programm ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-punt 21.A.174(b)(3)(ii)(G)(b) jew mal-punt 21.A.174(d) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif ikun applikabbli, mal-punt 21L.A.143(f)(6)(b) jew 21L.A.143(h) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-punt 21.A.174(d)(4) tal-Anness I (il-Parti 21) jew fil-punt 21L.A.143(h)(4) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni mill-organizzazzjoni jew mill-awtorità kompetenti li twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi sottomess flimkien mar-rakkomandazzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-punt, sakemm ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà ma jsirx mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt M.A.901(j) ta’ dan l-Anness.

M.A.907   Sejbiet

Wara li tirċievi n-notifika tas-sejbiet mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt M.B.907, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.201 għandha tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva, inklużi korrezzjonijiet u azzjonijiet korrettivi u, fil-perjodu miftiehem, turi l-implimentazzjoni tal-korrezzjoni lill-awtorità kompetenti.”;

(5)

fil-punt M.B.104, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords tal-persunal kollu li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà u tal-persunal awtorizzat li jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet, jekk applikabbli, għal 3 snin wara li dak il-persunal ikun telaq mill-awtorità kompetenti. Dawk ir-rekords għandhom jinkludu dettalji ta’ kwalunkwe kwalifika xierqa miżmuma flimkien ma’ sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa.”;

(6)

il-punt M.B.202 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“M.B.202   Informazzjoni lill-Aġenzija

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu fi żmien 30 jum mill-mument li l-awtorità tkun saret taf bil-problemi.

(b)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija mill-aktar fis possibbli bi kwalunkwe informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti tal-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014.”;

(7)

il-punt M.B.304 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“M.B.304   Revoka u sospensjoni

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi ARC għal raġunijiet validi fil-każ ta’ theddida potenzjali għas-sikurezza; jew

(b)

tissospendi jew tirrevoka ARC skont il-punt M.B.907(c), it-tieni paragrafu.”;

(8)

il-punti M.B.901 u M.B.902 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“M.B.901   Ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà maħruġ mill-awtorità kompetenti

(a)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ARC bl-użu tal-mudell fl-Appendiċi III (il-Formola 15a tal-EASA) f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1)

wara li jitlesta b’mod sodisfaċenti r-rieżami tal-ajrunavigabbiltà minn dik l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt M.A.903;

(2)

wara l-valutazzjoni sodisfaċenti ta’ rakkomandazzjoni f’konformità mal-punt M.B.902;

(3)

fil-każ ta’ inġenju tal-ajru ġdid.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.903 kull meta ċ-ċirkostanzi jiżvelaw l-eżistenza ta’ theddida potenzjali għas-sikurezza.

(c)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha persunal adegwat għar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà biex iwettaq ir-rieżamijiet tal-ajrunavigabbiltà.

(1)

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati minn trasportaturi tal-ajru liċenzjati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenji tal-ajru b’MTOM ta’ aktar minn 2 730 kg, tali persunal għandu jkun:

(i)

akkwista mill-inqas 5 snin ta’ esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa;

(ii)

akkwista liċenzja xierqa f’konformità mal-Anness III (il-Parti-66), jew lawrja ajrunawtika jew l-ekwivalenti nazzjonali;

(iii)

irċieva taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika.

Ir-rekwiżit stipulat fl-ewwel paragrafu, il-punt (ii), jista’ jiġi sostitwit b’5 snin ta’ esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa minbarra dawk diġà meħtieġa mill-ewwel paragrafu, il-punt (i).

(2)

Għal inġenji tal-ajru mhux użati minn trasportaturi tal-ajru liċenzjati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenji tal-ajru b’MTOM ta’ 2 730 kg u inqas, tali persunal għandu jkun:

(i)

akkwista mill-inqas 3 snin esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa;

(ii)

akkwista liċenzja xierqa f’konformità mal-Anness III (il-Parti-66), jew lawrja ajrunawtika jew l-ekwivalenti nazzjonali;

(iii)

irċieva taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika.

Ir-rekwiżit stipulat fl-ewwel paragrafu, il-punt (ii), jista’ jiġi sostitwit b’4 snin ta’ esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa minbarra dawk diġà meħtieġa mill-ewwel paragrafu, il-punt (i).

M.B.902   Valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet

(a)

Malli tirċievi applikazzjoni u r-rakkomandazzjoni assoċjata għall-ħruġ ta’ ARC, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tkun proċess f’żewġ stadji, kif stabbilit fil-punti (b) u (c).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha l-ewwel tivverifika li r-rakkomandazzjoni jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha u li din tkun korretta u akkurata. Il-verifika għandha tiżgura li jkun sar rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.903, u li r-rieżami tal-ajrunavigabbiltà jkun sar b’livell suffiċjenti ta’ verifika.

(c)

Wara l-verifika msemmija fil-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha twettaq attivitajiet ta’ investigazzjoni suffiċjenti, li jistgħu jinkludu t-talba għal aktar informazzjoni mill-applikant biex tappoġġa l-valutazzjoni tar-rakkomandazzjoni jew it-twettiq ta’ stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-persunal awtorizzat biex jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet ikun kwalifikat biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-punt (b) jew fil-punt (c) jew f’dawk iż-żewġ punti.

(e)

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant bis-sejbiet imqajma matul il-valutazzjoni tar-rakkomandazzjoni.

(f)

L-awtorità kompetenti ma għandhiex toħroġ l-ARC jekk is-sejbiet innotifikati f’konformità mal-punt (e) ma jiġux ikkoreġuti f’perjodu raġonevoli kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti, jew jekk ikun hemm diskrepanzi serji bejn l-informazzjoni pprovduta fir-rakkomandazzjoni u l-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha tinforma, jekk differenti, lill-awtorità kompetenti tal-organizzazzjoni li tkun wettqet ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà.”;

(9)

jitħassru l-punti M.B.903 u M.B.904;

(10)

jiżdiedu l-punti M.B.905, M.B.906 u M.B.907 li ġejjin:

“M.B.905   Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

(a)

Mal-wasla ta’ notifika tat-trasferiment tal-inġenju tal-ajru bejn l-Istati Membri f’konformità mal-punt M.A.905:

(1)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat bħalissa għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru bi kwalunkwe problema magħrufa bl-inġenju tal-ajru li jkun qed jiġi ttrasferit;

(2)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat bħalissa tkun ġiet innotifikata kif suppost dwar it-trasferiment.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid għandha temenda l-ARC eżistenti kif speċifikat fil-punt M.A.905(b)(1)(ii) jew toħroġ ARC ġdid f’konformità mal-punt M.B.901(a)(1) jew mal-punt M.B.901(a)(2).

M.B.906   Rieżami tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012

Fil-każ ta’ applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.906(a), jekk iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti jkun inħareġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, iżda jkun ġie revokat jew ċedut:

(a)

malli tirċievi notifika f’konformità mal-punt M.A.906(a)(4), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti għandha tinforma, jekk differenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru bi kwalunkwe problema magħrufa bl-inġenju tal-ajru;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tiżgura, jekk tkun differenti, li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti tkun ġiet innotifikata kif suppost.

M.B.907   Sejbiet

(a)

Sejba tal-livell 1 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness, li jnaqqas is-sikurezza jew jipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira.

(b)

Sejba tal-livell 2 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness, li ma jkunx ikklassifikat bħala sejba tal-livell 1.

(c)

Jekk matul l-istħarriġ tal-inġenji tal-ajru jew b’mezzi oħrajn tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha titlob li tiġi implimentata korrezzjoni xierqa tan-nuqqas ta’ konformità:

(1)

għas-sejbiet tal-livell 1, qabel titjira ulterjuri;

(2)

għas-sejbiet tal-livell 2, f’perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti.

L-ARC għandu jiġi revokat jew sospiż jekk il-korrezzjoni f’konformità mal-ewwel paragrafu, il-punt (1), ma tiġix implimentata minnufih.

(d)

Jekk il-korrezzjoni xierqa tan-nuqqas ta’ konformità meħtieġa skont il-punt (c)(2) ma tiġix implimentata fil-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra li tgħolli s-sejba tal-livell 2 għal sejba tal-livell 1 u, jekk il-korrezzjoni ma tiġix implimentata minnufih, għandha tirrevoka jew tissospendi l-ARC.

(e)

Meta titqajjem sejba tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tinforma, jekk tkun differenti u kif applikabbli:

(1)

lill-awtorità kompetenti tal-organizzazzjoni responsabbli għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.201;

(2)

lill-awtorità kompetenti tal-organizzazzjoni li tkun ħarġet l-ARC kurrenti.”;

(11)

fl-Appendiċi III, il-Formoli 15b u 15a huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“[STAT MEMBRU(***)]

Membru tal-Unjoni Ewropea (*)

ĊERTIFIKAT TAR-RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

Referenza tal-ARC: …

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-organizzazzjoni li ġejja, approvata f’konformità mat-Taqsima A tal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) jew mat-Taqsima A tal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014,

[ISEM U INDIRIZZ TAL-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA]

[REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI]

b’dan tiċċertifika li għamlet rieżami tal-ajrunavigabbiltà, f’konformità mal-punt M.A.903 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, tal-inġenji tal-ajru li ġejjin:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru: …

Deżinjazzjoni tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru: …

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: …

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …

u dan l-inġenju tal-ajru jitqies bħala ajrunavigabbli fiż-żmien tar-rieżami.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (Fhs, flight hours) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tar-rieżami (**): …

Isem u firma: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

L-ewwel estensjoni: Iċ-Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà ġie estiż f’konformità mal-punt M.A.902 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (FHs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**): …

Iffirmat: …Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: …

It-tieni estensjoni: Iċ-Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà ġie estiż f’konformità mal-punt M.A.902 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (FHs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**): …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: …

(*)

Ħassar għal Stati Membri mhux tal-UE jew għall-EASA.

(**)

Ħlief għall-iġfna tal-ajru.

(***)

Jew l-EASA jekk l-EASA tkun l-awtorità kompetenti

Meta l-Formola tinħareġ b’lingwa li ma tkunx l-Ingliż, hija għandha tinkludi traduzzjoni bl-Ingliż.

Il-Formola 15b tal-EASA Ħarġa 7

[STAT MEMBRU]

Membru tal-Unjoni Ewropea (*)

ĊERTIFIKAT TAR-RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

Referenza tal-ARC: …

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b’dan tiċċertifika li l-inġenju tal-ajru li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru: …

Deżinjazzjoni tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru: …

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: …

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …

jitqies ajrunavigabbli fil-mument tar-rieżami.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (Fhs, flight hours) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tar-rieżami (**): …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): …

L-ewwel estensjoni: Iċ-Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà ġie estiż f’konformità mal-punt M.A.902 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (FHs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**): …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: …

It-tieni estensjoni: Iċ-Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà ġie estiż f’konformità mal-punt M.A.902 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (FHs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**): …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: …

(*)

Ħassar għal Stati Membri mhux tal-UE.

(**)

Ħlief għall-iġfna tal-ajru.

Meta l-Formola tinħareġ b’lingwa li ma tkunx l-Ingliż, hija għandha tinkludi traduzzjoni bl-Ingliż.

Il-Formola 15a tal-EASA Il-Ħarġa 6”.


ANNESS IV

L-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-werrej huwa sostitwit b’dan li ġej:

“WERREJ

ML.1

TAQSIMA A —

REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A —

ĠENERALI

ML.A.101

Kamp ta’ applikazzjoni

SUBPARTI B —

AKKONTABBILTÀ

ML.A.201

Responsabbiltajiet

ML.A.202

Rapportar ta’ okkorrenzi

SUBPARTI C —

AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA

ML.A.301

Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

ML.A.302

Programm ta’ manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru

ML.A.303

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

ML.A.304

Data għal modifiki u tiswijiet

ML.A.305

Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

ML.A.307

Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

SUBPARTI D —

STANDARDS TAL-MANUTENZJONI

ML.A.401

Data tal-manutenzjoni

ML.A.402

Twettiq tal-manutenzjoni

ML.A.403

Difetti tal-inġenju tal-ajru

SUBPARTI E —

KOMPONENTI

ML.A.501

Klassifikazzjoni u installazzjoni

ML.A.502

Manutenzjoni tal-komponenti

ML.A.503

Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat

ML.A.504

Kontroll tal-komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS, CERTIFICATE OF RELEASE TO SERVICE)

ML.A.801

Ċertifikat tar-rilaxx tal-inġenju tal-ajru għas-servizz

ML.A.802

Ċertifikat tar-rilaxx tal-komponenti għas-servizz

ML.A.803

Awtorizzazzjoni għall-bdot-sid

SUBPARTI I —

ĊERTIFIKAT TAR-RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

ML.A.901

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà — Ġenerali

ML.A.902

Validità taċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà

ML.A.903

Proċess ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà

ML.A.904

Persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà

ML.A.905

Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

ML.A.906

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012

ML.A.907

Sejbiet

TAQSIMA B —

PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A —

ĠENERALI

ML.B.101

Kamp ta’ applikazzjoni

ML.B.102

Awtorità kompetenti

ML.B.104

Żamma tar-rekords

ML.B.105

Skambju reċiproku ta’ informazzjoni

SUBPARTI B —

AKKONTABBILTÀ

ML.B.201

Responsabbiltajiet

ML.B.202

Informazzjoni lill-Aġenzija

SUBPARTI C —

AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA

ML.B.302

Eżenzjonijiet

ML.B.303

Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru

ML.B.304

Revoka u sospensjoni

SUBPARTI I —

ĊERTIFIKAT TAR-RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

ML.B.901

Ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà maħruġ mill-awtorità kompetenti

ML.B.905

Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

ML.B.906

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012

ML.B.907

Sejbiet

Appendiċi I —

Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Appendiċi II —

Manutenzjoni limitata tal-bdot-sid

Appendiċi III —

Kompiti ta’ manutenzjoni kumplessi li ma għandhomx jiġu rilaxxati mill-bdot-sid

Appendiċi IV —

Ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (il-Formola 15c tal-EASA)”;

(2)

il-punt ML.A.202 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ML.A.202   Rapportar tal-okkorrenzi

(a)

Il-persuni li ġejjin għandhom jirrapportaw kwalunkwe avveniment relatat mas-sikurezza jew kundizzjoni identifikata ta’ inġenju tal-ajru jew komponent li tipperikola jew, jekk ma tiġix ikkoreġuta jew indirizzata, tista’ tipperikola inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra:

(1)

is-sid imsemmi fil-punt ML.A.201(f) li jwettaq il-kompiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru huwa stess;

(2)

il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt ML.A.801(b)(2);

(3)

il-bdot-sid imsemmi fil-punt ML.A.801(b)(3).

(b)

Ir-rapporti meħtieġa mill-punt (a) għandhom:

(1)

jitressqu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent;

(2)

jitressqu malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ, fi żmien 72 siegħa minn meta jsir magħruf l-avveniment jew minn meta ssir magħrufa l-kundizzjoni, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jipprevjenu dan;

(3)

jitressqu f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(4)

ikun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-avveniment jew il-kundizzjoni magħrufa mill-persuna.

(c)

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b), persuna li twettaq il-manutenzjoni jew ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe avveniment jew kundizzjoni bħal din li taffettwa l-inġenju tal-ajru lill-persuna jew lill-organizzazzjoni responsabbli f’konformità mal-punt ML.A.201 għall-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ tali inġenju tal-ajru.”;

(3)

il-punti ML.A.901, ML.A.902 u ML.A.903 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“ML.A.901   Rieżami tal-ajrunavigabbiltà — Ġenerali

(a)

Sabiex tiġi żgurata l-validità taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, inġenju tal-ajru għandu jsirlu perjodikament rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt ML.A.903.

(b)

It-tlestija sodisfaċenti ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandha tirriżulta f’ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà (ARC) maħruġ f’konformità mal-Appendiċi IV (il-Formola 15c tal-EASA).

(c)

Ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà u l-ħruġ tal-ARC għandhom isiru f’konformità mal-punt ML.A.903, minn waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

l-awtorità kompetenti;

(2)

CAO approvata kif xieraq bil-privileġġi speċifikati fil-punt CAO.A.095(c)(1) tal-Anness Vd jew CAMO approvata kif xieraq bil-privileġġi speċifikati fil-punt CAMO.A.125(e) tal-Anness Vc;

(3)

CAO approvata kif xieraq bil-privileġġi speċifikati fil-punt CAO.A.095(c)(2) tal-Anness Vd, jew organizzazzjoni tal-Parti-145 bil-privileġġi speċifikati fil-punt 145.A.75(f) tal-Anness II, waqt li tkun qed twettaq l-ispezzjoni ta’ 100 siegħa/sena li tinsab fl-AMP;

(4)

għall-inġenji tal-ajru operati skont l-Anness VII (il-Parti-NCO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jew, fil-każ tal-blalen tal-arja mhux operati skont is-Subparti-ADD tal-Anness II (il-Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew, fil-każ tas-sailplanes li ma jsegwux is-Subparti DEC tal-Anness II (il-Parti-SAO) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, membru tal-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni waqt li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni ta’ 100 siegħa/sena li tinsab fl-AMP, meta jkun ikkwalifikat f’konformità mal-punt ML.A.904(c) ta’ dan l-Anness.

(d)

Meta r-rieżami tal-ajrunavigabbiltà jsir mill-persuna jew mill-organizzazzjoni speċifikata fil-punti (c)(2), (c)(3) jew (c)(4), l-ARC għandu jiġi ffirmat mill-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà li jkun wettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

(e)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru f’konformità mal-punt ML.A.201 għandha, fuq talba u fejn meħtieġ għal dawk l-għanijiet, tiżgura li l-persuna, l-organizzazzjoni jew l-awtorità kompetenti li twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà:

(1)

ikollha d-dokumentazzjoni u r-rekords meħtieġa tal-inġenju tal-ajru;

(2)

ikollha akkomodazzjoni xierqa għall-persunal tagħha fil-post xieraq;

(3)

ikollha aċċess għall-inġenju tal-ajru;

(4)

ikollha l-assistenza tal-persunal xieraq li jiċċertifika.

(f)

B’deroga mill-punt ML.A.902(a), ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà jista’ jitwettaq 90 jum jew inqas qabel id-data ta’ skadenza tal-ARC, mingħajr telf ta’ kontinwità tax-xejra tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

(g)

Ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà ma għandux jiġi sottokuntrattat.

(h)

ARC ma għandux jinħareġ jekk ikun hemm evidenza jew jekk ikun hemm indikazzjonijiet li l-inġenju tal-ajru ma jkunx ajrunavigabbli.

(i)

Kopja ta’ kwalunkwe ARC maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru kkonċernat fi żmien 10 ijiem mill-ħruġ jew mill-estensjoni.

(j)

Maċ-ċediment jew mar-revoka, l-ARC għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, meta jintalab dan mill-awtorità rispettiva.

ML.A.902   Validità taċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà

(a)

ARC għandu jkun validu għal sena waħda u l-validità tiegħu tista’ tiġi estiża għal sena oħra għal massimu ta’ żewġ estensjonijiet konsekuttivi. L-estensjoni tal-validità tal-ARC għandha tibda:

(1)

fid-data ta’ skadenza preċedenti, jekk:

(i)

l-estensjoni titwettaq fi żmien 30 jum qabel id-data ta’ skadenza tal-ARC;

(ii)

l-estensjoni titwettaq wara d-data ta’ skadenza tal-ARC;

(2)

id-data li fiha titwettaq l-estensjoni, jekk titwettaq aktar minn 30 jum qabel id-data ta’ skadenza tal-ARC.

(b)

L-ARC għandu jiġi estiż biss mill-organizzazzjoni li tiġġestixxi l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru tkun ġiet ġestita kontinwament minn dik l-organizzazzjoni minn meta jkun inħareġ l-ARC;

(2)

l-inġenju tal-ajru tkun saritlu manutenzjoni minn meta jkun inħareġ l-ARC minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata f’konformità mal-Anness II (il-Parti-145) jew mal-Anness Vd (il-Parti-CAO);

(3)

l-organizzazzjoni li tiġġestixxi l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru ma għandha l-ebda evidenza jew raġuni biex temmen li l-inġenju tal-ajru ma huwiex ajrunavigabbli.

Il-manutenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (2), tista’ tinkludi kompiti ta’ manutenzjoni tal-bdot-sid imwettqa u rilaxxati għas-servizz jew mill-bdot-sid jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni.

(c)

ARC għandu jsir invalidu jekk:

(1)

jiskadi, jiġi sospiż, ċedut jew revokat;

(2)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż, ċedut jew revokat.

(d)

Inġenju tal-ajru ma għandux itir jekk l-ARC ikun invalidu jew jekk l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru jew ta’ kwalunkwe komponent installat fuq l-inġenju tal-ajru ma tissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness.

ML.A.903   Proċess ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà huwa proċess li jinkludi l-kompiti u l-attivitajiet kollha għall-evalwazzjoni tal-istatus tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru abbażi ta’ rieżami dokumentat tar-rekords relatati tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru u stħarriġ fiżiku.

(b)

Permezz tar-rieżami dokumentat tal-inġenju tal-ajru, il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà għandu jkun sodisfatt li:

(1)

il-ħajja operattiva totali akkumulata fil-parametru applikabbli tal-inġenju tal-ajru, tal-magna/i, tal-iskrun/iskrejjen, tal-parts b’ħajja limitata u tal-komponenti kkontrollati biż-żmien tkun ġiet irreġistrata kif suppost;

(2)

il-manwal tat-titjira jkun applikabbli għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u jinżamm aġġornat;

(3)

tkun twettqet il-manutenzjoni dovuta fuq l-inġenju tal-ajru skont l-AMP, kif speċifikat fil-punt ML.A.302;

(4)

id-difetti magħrufa jkunu ġew rettifikati jew, meta applikabbli, differiti f’konformità mal-punt ML.A.403;

(5)

id-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà u l-miżuri awtorizzati mill-awtorità kompetenti jkunu ġew irrispettati u mdaħħlin kif suppost fis-sistema tar-rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru;

(6)

il-modifiki u t-tiswijiet applikati lill-inġenju tal-ajru jkunu ddaħħlu fis-sistema tar-rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru u jikkonformaw mal-punt ML.A.304;

(7)

il-parts b’ħajja limitata u l-komponenti kkontrollati wara perjodu ta’ żmien stipulat minn qabel installati fuq l-inġenju tal-ajru jiġu identifikati kif suppost, jiddaħħlu fis-sistema tar-rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru u ma jkunux qabżu l-limitazzjoni tagħhom;

(8)

jekk applikabbli, id-dikjarazzjoni kurrenti dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-konfigurazzjoni kurrenti tal-inġenju tal-ajru u tkun valida;

(9)

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-disinn tat-tip applikabbli;

(10)

jekk jinħareġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà validu f’konformità mat-Taqsima A, is-Subparti H, tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mat-Taqsima A, is-Subparti H, tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(11)

jekk jinħareġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat akustiku validu li jikkorrispondi għall-konfigurazzjoni kurrenti tal-inġenju tal-ajru f’konformità mat-Taqsima A, is-Subparti I, tal-Anness (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mat-Taqsima A, is-Subparti I, tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(12)

il-manutenzjoni tkun ġiet rilaxxata f’konformità ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, għall-perjodu li matulu l-inġenju tal-ajru jkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

ir-rekwiżiti xierqa tal-ajrunavigabbiltà tal-Istat li kien responsabbli għas-sorveljanza tal-inġenju tal-ajru għall-perjodu li matulu l-inġenju tal-ajru ma kienx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Jekk ikun hemm evidenza jew raġuni biex wieħed jemmen li l-manutenzjoni fil-perjodu msemmi fl-ewwel paragrafu, il-punt (ii), ma kinitx adegwata, il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet xierqa.

(c)

Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandu jkun sodisfatt li:

(1)

il-marki u l-plakards huma installati kif suppost u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 21.A.175 tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, fil-punt 21L.A.144(a) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(2)

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-manwal tat-titjira approvat tiegħu;

(3)

il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonforma mad-dokumentazzjoni;

(4)

ma jista’ jinstab l-ebda difett evidenti li ma jkunx ġie indirizzat f’konformità mal-punt ML.A.403;

(5)

ma tkun tista’ tinstab l-ebda inkonsistenza bejn l-inġenju tal-ajru u r-rieżami dokumentat tar-rekords kif imsemmi fil-punt (b).

(d)

Għall-istħarriġ fiżiku, il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà, li ma jkunx ikkwalifikat bħala persunal li jiċċertifika fuq l-inġenju tal-ajru speċifiku soġġett għar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, għandu jkun assistit minn tali persunal ikkwalifikat.

(e)

Ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandu jiġi ppjanat u għandu jsir b’tali mod li ż-żmien li jkun għadda bejn ir-rieżami tar-rekords tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru u l-verifika korrispondenti tagħhom matul l-istħarriġ fiżiku jkun qasir kemm jista’ jkun.

(f)

Jekk għal xi raġuni, rieżami tal-ajrunavigabbiltà ma jkunx jista’ jitlesta, il-persuna jew l-organizzazzjoni li twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni mill-aktar fis possibbli.

(g)

L-ARC ma għandux jinħareġ qabel ma jkunu ġew implimentati l-azzjonijiet kollha biex jiġi eliminat in-nuqqas ta’ konformità identifikat.

(h)

Id-dettalji u l-eżitu ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà għandhom jiġu rreġistrati f’rapport ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

(i)

L-effettività tal-AMP tista’ tiġi rieżaminata flimkien mar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt ML.A.302(c)(9). Dan ir-rieżami għandu jsir mill-persuna li tkun wettqet ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà. Jekk ir-rieżami juri nuqqasijiet fl-inġenju tal-ajru relatati ma’ nuqqasijiet fil-kontenut tal-AMP, l-AMP għandu jiġi emendat kif xieraq. Il-persuna li twettaq ir-rieżami għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jekk hija ma taqbilx mal-miżuri li jemendaw l-AMP meħuda mis-sid, mis-CAMO jew mis-CAO. F’każ bħal dan, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi liema emendi għall-AMP huma neċessarji, filwaqt li għandha tqajjem is-sejbiet korrispondenti msemmija fil-punt ML.B.907 u, jekk ikun hemm bżonn, tirreaġixxi f’konformità mal-punt ML.B.304.”;

(4)

il-punt ML.A.904 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ML.A.904   Persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà”;

(b)

il-punti (a), (b) u (c) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

Il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f’isem l-awtorità kompetenti għandu jkun kwalifikat f’konformità mal-punt ML.B.901(c).

(b)

Il-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f’isem organizzazzjoni msemmija fl-Anness II (il-Parti-145), fl-Anness Vc (il-Parti-CAMO) jew fl-Anness Vd (il-Parti-CAO) għandu jkun ikkwalifikat f’konformità mal-Anness II (il-Parti-145), mal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) jew mal-Anness Vd (il-Parti-CAO), rispettivament.

(c)

Il-persunal tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f’ismu stess, kif permess skont il-punt ML.A.901(c)(4), għandu:

(1)

ikollu liċenzja maħruġa f’konformità mal-Anness III (il-Parti-66) ikklassifikata għall-inġenju tal-ajru korrispondenti; kif ukoll

(2)

ikollu awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-liċenzja f’konformità mal-Anness III (il-Parti-66).”;

(5)

il-punti ML.A.905, ML.A.906 u ML.A.907 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“ML.A.905   Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

(a)

Meta jittrasferixxi fl-Unjoni reġistrazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li, fiż-żmien tal-applikazzjoni, ikollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-applikant għandu:

(1)

l-ewwel nett, jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni fejn ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru bl-isem tal-Istat Membru li fih ikun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru;

(2)

sussegwentement, japplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid f’konformità mal-punt 21.A.174(b)(3)(i) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mal-punt 21L.A.143(e) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Fiż-żmien tal-applikazzjoni mal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid:

(1)

jekk l-ARC ikun validu, dan għandu:

(i)

jibqa’ validu sad-data ta’ skadenza tiegħu, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt ML.A.902(c);

(ii)

jiġi emendat bil-marki tan-nazzjonalità u tar-reġistrazzjoni l-ġodda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid;

(2)

jekk l-ARC ikun jew invalidu jew isir invalidu matul il-proċess ta’ trasferiment, l-applikant għandu jieħu wieħed mill-passi li ġejjin:

(i)

jiżgura li l-validità tal-ARC tiġi rrestawrata;

(ii)

jiżgura li jinkiseb ARC ġdid f’konformità mal-punt ML.A. 901.

ML.A.906   Rieżami tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012

(a)

Meta japplika għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru li ma jkollux ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012 fiż-żmien tal-applikazzjoni, l-applikant għandu:

(1)

japplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif ikun applikabbli, mal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(2)

għal inġenji tal-ajru għajr dawk ġodda, isirlu rieżami tal-ajrunavigabbiltà u dan jiġi kkomplementat b’mod sodisfaċenti f’konformità mal-punt ML.A.903;

(3)

ikollu l-manutenzjoni kollha mwettqa biex ikun konformi mal-AMP approvat f’konformità mal-punt ML.A.302;

(4)

jekk iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti jkun inħareġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, iżda jkun ġie revokat jew ċedut, jinnotifika lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti, jekk differenti, bl-isem tal-Istat Membru li fih ikun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru.

(b)

Jekk l-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti, l-awtorità kompetenti, il-CAMO jew is-CAO, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni jew il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jwettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, kif previst fil-punt ML.A.901(c), għandu joħroġ ARC.

(c)

Fil-każ li programm ta’ evalwazzjoni jkun meħtieġ f’konformità mal-punt 21.A.174(b)(3)(ii)(G)(b) jew mal-punt 21.A.174(d) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mal-punt 21L.A.143(f)(6)(b) jew mal-punt 21L.A.143(h) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-punt 21.A.174(d)(4) tal-Anness I (il-Parti 21) jew 21L.A.143(h)(4) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandu jitqies mill-persuna, mill-awtorità kompetenti jew mill-organizzazzjoni li twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi sottomess flimkien ma’ kopja tal-ARC maħruġ kif meħtieġ mill-punt ML.A.901(i) ta’ dan l-Anness, sakemm ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà ma jsirx mill-awtorità kompetenti.

ML.A.907   Sejbiet

Wara li tirċievi n-notifika tas-sejbiet mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ML.B.907,il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru skont il-punt ML.A.201 għandha tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva, inklużi korrezzjonijiet u azzjonijiet korrettivi u, fil-perjodu miftiehem, turi l-implimentazzjoni tal-korrezzjoni lill-awtorità kompetenti.”;

(6)

fil-punt ML.B.104, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords tal-persunal kollu li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà għal 3 snin wara li dak il-persunal ikun telaq mill-awtorità kompetenti. Dawk ir-rekords għandhom jinkludu dettalji ta’ kwalunkwe kwalifika xierqa miżmuma flimkien ma’ sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa.”;

(7)

jiżdied il-punt ML.B.202 li ġej:

“ML.B.202   Informazzjoni lill-Aġenzija

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu fi żmien 30 jum mill-mument li l-awtorità tkun saret taf bil-problemi.

(b)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija mill-aktar fis possibbli bi kwalunkwe informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti tal-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014.”;

(8)

fil-punt ML.B.303, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Kwalunkwe sejba identifikata għandha tiġi kategorizzata f’konformità mal-punt ML.B.907 u kkonfermata bil-miktub lill-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201. L-awtorità kompetenti għandu jkollha proċedura fis-seħħ biex tanalizza s-sejbiet fir-rigward tas-sinifikat tagħhom għas-sikurezza.”;

(9)

il-punt ML.B.304 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ML.B.304   Revoka u sospensjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha:

(1)

tissospendi ARC għal raġunijiet validi fil-każ ta’ theddida potenzjali għas-sikurezza; jew

(2)

tissospendi jew tirrevoka ARC skont il-punt ML.B.907(c), it-tieni paragrafu.

(b)

L-awtorità kompetenti li ħarġet l-awtorizzazzjoni tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt ML.A.904(c) għall-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni għandha tirrevoka tali awtorizzazzjoni jekk id-detentur juri prestazzjoni ħażina fir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà jew juża tali awtorizzazzjoni b’mod mhux xieraq.”;

(10)

jiddaħħal il-punt ML.B.901 li ġej:

“ML.B.901   Ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà maħruġ mill-awtorità kompetenti

(a)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ARC bl-użu tal-mudell fl-Appendiċi IV (il-Formola 15c tal-EASA) f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1)

wara li jitlesta b’mod sodisfaċenti r-rieżami tal-ajrunavigabbiltà minn dik l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ML.A.903;

(2)

fil-każ ta’ inġenju tal-ajru ġdid.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt ML.A.903 kull meta ċ-ċirkostanzi jiżvelaw l-eżistenza ta’ theddida potenzjali għas-sikurezza.

(c)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha persunal adegwat għar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà biex iwettaq ir-rieżamijiet tal-ajrunavigabbiltà. Tali persunal għandu jkun:

(1)

akkwista mill-inqas 3 snin esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa;

(2)

akkwista liċenzja xierqa f’konformità mal-Anness III (il-Parti-66), jew lawrja ajrunawtika jew l-ekwivalenti nazzjonali;

(3)

irċieva taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika.

Ir-rekwiżit stipulat fl-ewwel paragrafu, il-punt (2), jista’ jiġi sostitwit b’4 snin ta’ esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa minbarra dawk diġà meħtieġa mill-ewwel paragrafu, il-punt (1).”;

(11)

jitħassru l-punti ML.B.902 u ML.B.903;

(12)

jiżdiedu l-punti ML.B.905, ML.B.906 u ML.B.907 li ġejjin:

“ML.B.905   Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni

(a)

Mal-wasla ta’ notifika tat-trasferiment tal-inġenju tal-ajru bejn l-Istati Membri f’konformità mal-punt ML.A.905:

(1)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat bħalissa għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru bi kwalunkwe problema magħrufa bl-inġenju tal-ajru li jkun qed jiġi ttrasferit;

(2)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat bħalissa tkun ġiet innotifikata kif suppost dwar it-trasferiment.

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni l-ġdid għandha temenda l-ARC eżistenti kif speċifikat fil-punt ML.A.905(b)(1)(ii) jew toħroġ ARC ġdid f’konformità mal-punt ML.B.901(a)(1).

ML.B.906   Rieżami tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru mingħajr ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012

Fil-każ ta’ applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt ML.A.906(a), jekk iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti jkun inħareġ f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, iżda jkun ġie revokat jew ċedut:

(a)

malli tirċievi notifika f’konformità mal-punt ML.A.906(a)(4), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti għandha tinforma, jekk differenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru jkun se jiġi rreġistrat bi kwalunkwe problema magħrufa bl-inġenju tal-ajru;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tiżgura, jekk tkun differenti, li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti tkun ġiet innotifikata kif suppost.

ML.B.907   Sejbiet

(a)

Sejba tal-livell 1 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness, li jnaqqas is-sikurezza jew li jipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira.

(b)

Sejba tal-livell 2 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness, li ma jkunx ikklassifikat bħala sejba tal-livell 1.

(c)

Jekk matul l-istħarriġ tal-inġenji tal-ajru jew b’mezzi oħrajn tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha titlob li tiġi implimentata korrezzjoni xierqa tan-nuqqas ta’ konformità:

(1)

għas-sejbiet tal-livell 1, qabel titjira ulterjuri;

(2)

għas-sejbiet tal-livell 2, f’perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti.

L-ARC għandu jiġi revokat jew sospiż jekk il-korrezzjoni f’konformità mal-ewwel paragrafu, il-punt (1), ma tiġix implimentata minnufih.

(d)

Jekk il-korrezzjoni xierqa tan-nuqqas ta’ konformità meħtieġa skont il-punt (c)(2) ma tiġix implimentata fil-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra li tgħolli s-sejba tal-livell 2 għal sejba tal-livell 1 u, jekk il-korrezzjoni ma tiġix implimentata minnufih, għandha tirrevoka jew tissospendi l-ARC.

(e)

Meta titqajjem sejba tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tinforma, jekk tkun differenti u kif applikabbli:

(1)

lill-awtorità kompetenti tal-organizzazzjoni responsabbli għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru skont il-punt ML.A.201;

(2)

l-awtorità kompetenti tal-organizzazzjoni li tkun ħarġet l-ARC kurrenti, jew l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-punt ML.A.904(c)(2), fil-każ tal-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f’ismu stess.”;

(13)

fl-Appendiċi I, jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

Meta sid jew operatur jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO f’konformità mal-punt ML.A.201 ta’ dan l-Anness, l-obbligi ta’ kull parti fir-rigward tar-rapportar obbligatorju u volontarju tal-okkorrenzi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 għandhom jiġu speċifikati b’mod ċar.”;

(14)

fl-Appendiċi IV, il-Formola 15c hija sostitwita b’din li ġejja:

ĊERTIFIKAT TAR-RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) (GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU LI JIKKONFORMAW MAL-PARTI-ML)

Referenza tal-ARC: …

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

[L-ISEM TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI]

b’dan tiċċertifika li:

wettqet rieżami tal-ajrunavigabbiltà, f’konformità mal-punt ML.A.903 tal-Anness Vb tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, tal-inġenji tal-ajru li ġejjin:

[jew]

l-inġenji tal-ajru ġodda li ġejjin:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru: … Deżinjazzjoni tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru: …

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: … Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …

(u) jitqies ajrunavigabbli fiż-żmien tar-rieżami.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (FHs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tar-rieżami (*): …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): …

[JEW]

[L-ISEM TAL-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA, L-INDIRIZZ u R-REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI] (**)

[jew]

[L-ISEM SĦIĦ TAL-PERSUNAL TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U N-NUMRU TAL-LIĊENZJA TAL-PARTI-66 (JEW L-EKWIVALENTI NAZZJONALI)] (**)

b’dan tiċċertifika li wettqet rieżami tal-ajrunavigabbiltà, f’konformità mal-punt ML.A.903 tal-Anness Vb tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, tal-inġenji tal-ajru li ġejjin:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru: … Deżinjazzjoni tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru: …

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: … Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …

u tqies ajrunavigabbli fiż-żmien tar-rieżami.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (FHs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tar-rieżami (*): …

Isem u firma: … Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli): …

=================================================================================

L-ewwel estensjoni: Iċ-Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà ġie estiż f’konformità mal-punt ML.A.902 tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (FHs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (*): …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: …

=================================================================================

It-tieni estensjoni: Iċ-Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà ġie estiż f’konformità mal-punt ML.A.902 tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

Data tal-ħruġ: … Data ta’ skadenza: …

Sigħat ta’ titjir (FHs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (*): …

Iffirmat: … Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem l-organizzazzjoni approvata: … Referenza tal-approvazzjoni: …

(*)

Ħlief għall-blalen tal-arja u l-iġfna tal-ajru

(**)

L-emittent tal-Formola jista’ jfassalha skont il-bżonn tiegħu billi jħassar l-isem, id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni, ir-referenza għall-inġenju tal-ajru inkwistjoni u d-dettalji tal-ħruġ li ma humiex rilevanti għall-użu tiegħu.

Meta l-Formola tinħareġ b’lingwa li ma tkunx l-Ingliż, hija għandha tinkludi traduzzjoni bl-Ingliż.

Il-Formola 15c tal-EASA, il-Ħarġa 5”.


ANNESS V

L-Anness Vc (il-Parti-CAMO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt CAMO.A.125 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (d), il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

testendi l-validità ta’ ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà eżistenti f’konformità mal-punt M.A.902(a) tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.902(a) tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt M.A.902(b) tal-Anness I (il-Parti-M) jew fil-punt ML.A.902(b) tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli.”;

(b)

il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(e)

Organizzazzjoni approvata f’konformità ma’ dan l-Anness u li jkollha l-post tan-negozju prinċipali tagħha fi Stat Membru tista’ tkun approvata wkoll biex twettaq rieżamijiet tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.903 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli, u:

(1)

toħroġ iċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà relatat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt M.A.901(b)(1) tal-Anness I (il-Parti-M) jew f’konformità mal-punt ML.A.901(b) tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli;

(2)

toħroġ rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt M.A.901(b)(2) tal-Anness I (il-Parti-M).

(f)

Organizzazzjoni li jkollha l-privileġġi msemmija fil-punt (e) ta’ dan il-punt tista’ tiġi approvata wkoll biex toħroġ permess għat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.711(d) tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għall-inġenju tal-ajru li għalih l-organizzazzjoni tkun approvata biex twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, meta l-organizzazzjoni tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tat-titjir approvati, soġġetta għal proċedura adegwata fis-CAME msemmija fil-punt CAMO.A.300 ta’ dan l-Anness.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru liċenzjati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, jew għal inġenji tal-ajru b’MTOM ta’ aktar minn 2 730 kg, dak il-permess għat-titjir jista’ jinħareġ diment li:

(i)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti M.A.902(b)(1) u M.A.902(b)(2);

(ii)

l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru tkun ġestita mis-CAMO li toħroġ il-permess għat-titjir;”;

(c)

jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

Organizzazzjoni li jkollha l-privileġġi msemmija fil-punt (e) tista’ wkoll, għall-inġenju tal-ajru li għalih l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, u soġġetta għal proċedura adegwata fis-CAME msemmija fil-punt CAMO.A.300, tkun approvata biex:

(1)

tiżviluppa programm ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-punt 21.A.174(d)(3) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mal-punt 21L.A.143(h)(3) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(2)

twettaq l-attivitajiet ta’ investigazzjoni proposti fil-programm ta’ evalwazzjoni u toħroġ ir-rapport ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-punt 21.A.174(d)(4) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mal-punt 21L.A.143(h)(4) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

Il-kompiti msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punti (1) u (2), għandhom jitwettqu minn persunal li jkun approvat biex iwettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà għal dak l-inġenju tal-ajru.”;

(2)

il-punt CAMO.A.160 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAMO.A.160   Rapportar tal-okkorrenzi

(a)

Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ rapportar tal-okkorrenzi, inkluż rapportar obbligatorju u volontarju. Għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post tan-negozju prinċipali tagħhom fi Stat Membru, tista’ tiġi stabbilita sistema waħda biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(b)

L-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tagħha u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent kwalunkwe avveniment jew kundizzjoni relatata mas-sikurezza ta’ inġenju tal-ajru jew ta’ komponent identifikata mill-organizzazzjoni li tipperikola jew, jekk ma tiġix ikkoreġuta jew indirizzata, tista’ tipperikola inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra u, b’mod partikolari, kwalunkwe aċċident jew inċident serju.

(c)

L-organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe tali avveniment jew kundizzjoni li taffettwa inġenju tal-ajru jew komponent, kif applikabbli:

(1)

lis-sid jew lill-operatur ta’ dak l-inġenju tal-ajru, meta tali avveniment jew kundizzjoni tkun ġiet identifikata waqt il-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa f’konformità mal-punt M.A.201 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.201 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli;

(2)

lill-persuna jew lill-organizzazzjoni li tkun responsabbli għall-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ dak l-inġenju tal-ajru f’konformità mal-punt M.A.201 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.201 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli, meta tali avveniment jew kundizzjoni tkun ġiet identifikata waqt it-twettiq tal-attivitajiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa mitluba minn dik il-persuna jew l-organizzazzjoni.

(d)

Għal organizzazzjonijiet li ma jkollhomx il-post tan-negozju prinċipali tagħhom fi Stat Membru:

(1)

ir-rapport obbligatorju inizjali għandu:

(i)

jissalvagwardja kif xieraq il-kunfidenzjalità tal-identità ta’ min ikun għamel ir-rapport u tal-persuni msemmija fir-rapport;

(ii)

isir malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ, fi żmien 72 siegħa wara li l-organizzazzjoni tkun saret taf bl-okkorrenza, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jipprevjenu dan;

(iii)

isir f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti;

(iv)

ikun fih l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni;

(2)

meta jkun rilevanti, għandu jsir rapport ta’ segwitu li jipprovdi dettalji tal-azzjonijiet li l-organizzazzjoni tkun biħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-futur malli dawk l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati; dawk ir-rapporti ta’ segwitu għandhom:

(i)

jintbagħtu lill-entitajiet imsemmija fil-punti (b) u (c) li lilhom ikun intbagħat ir-rapport inizjali;

(ii)

isiru f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti.”;

(3)

il-punt CAMO.A.220(a) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (3), (4) (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(3)

L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja ta’ kull ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà u ta’ kull rakkomandazzjoni li tinħareġ, kif applikabbli, flimkien mar-rapport ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà.

(4)

L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja ta’ kull programm ta’ evalwazzjoni u rapport ta’ evalwazzjoni li jinħarġu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.174(d) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, tal-punt 21L.A.143(h) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(5)

L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja ta’ kull permess għat-titjir li jinħareġ, u tad-dokumenti relatati, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.5(c)(2) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, tal-punt 21L.A.7(c) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għal perjodu ta’ 5 snin mid-data li fiha jkun inħareġ il-permess għat-titjir.

(6)

L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja tar-rekords kollha msemmija fil-punti (2), (3) u (4) ta’ dan il-punt għal perjodu ta’ 3 snin wara li l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru f’konformità mal-punt M.A.201 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.201 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli, tkun ġiet ittrasferita lil persuna jew organizzazzjoni oħra.”;

(b)

jiżdiedu l-punti (7) u (8) li ġejjin:

“(7)

Jekk l-organizzazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, ir-rakkomandazzjoni, il-programm/ir-rapport ta’ evalwazzjoni jew il-permess għat-titjir tkun differenti mill-organizzazzjoni li tiġġestixxi l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru, l-organizzazzjoni emittenti għandha żżomm kopja tar-rekords kollha msemmija fil-punti (3), (4) u (5) u tad-dokumenti ta’ sostenn kollha għal perjodu ta’ 5 snin mid-data li fiha jkun inħareġ iċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, ir-rakkomandazzjoni, il-programm/ir-rapport ta’ evalwazzjoni jew il-permess għat-titjir.

(8)

Meta l-organizzazzjoni twaqqaf l-operazzjonijiet, ir-rekords kollha miżmuma għandhom jiġu ttrasferiti lis-sid tal-inġenju tal-ajru.”;

(4)

il-punt CAMO.A.300(a) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(8)

lista tal-persunal awtorizzat biex joħroġ iċ-ċertifikati ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà jew ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt CAMO.A.305(e), li tispeċifika, fejn applikabbli, il-persunal awtorizzat biex joħroġ permessi għat-titjir f’konformità mal-punt CAMO.A.125(f), kif ukoll il-persunal awtorizzat biex jiżviluppa programm ta’ evalwazzjoni u jwettaq l-attivitajiet ta’ investigazzjoni korrispondenti f’konformità mal-punt CAMO.A.125(g);”;

(b)

fil-punt (11), il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

il-proċeduri tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà u l-permess għat-titjir, kif applikabbli;”;

(5)

il-punt CAMO.A.310 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Biex tkun approvata twettaq rieżamijiet tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir, l-organizzazzjoni għandu jkollha persunal tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

ikollu mill-inqas 5 snin esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa;

(2)

ikollu liċenzja xierqa konformi mal-Anness III (il-Parti-66), jew lawrja ajrunawtika jew l-ekwivalenti nazzjonali;

(3)

ikun irċieva taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika;

(4)

ikollu kariga fi ħdan l-organizzazzjoni approvata b’responsabbiltajiet xierqa.”;

(b)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(c)

Qabel ma l-organizzazzjoni toħroġ awtorizzazzjoni għar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà lil kandidat, dik il-persuna għandha twettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni ta’ persuna li tkun diġà awtorizzata bħala persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà mill-organizzazzjoni, f’konformità ma’ proċedura approvata mill-awtorità kompetenti. Jekk dak ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà taħt superviżjoni ikun sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta formalment lil dik il-persuna biex issir persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà.

(d)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà jkun jista’ juri esperjenza xierqa fil-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa reċenti.”;

(6)

il-punt CAMO.A.320 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAMO.A.320   Rieżami tal-ajrunavigabbiltà

Meta l-organizzazzjoni approvata f’konformità mal-punt CAMO.A.125(e) ta’ dan l-Anness twettaq rieżamijiet tal-ajrunavigabbiltà, dawn għandhom jitwettqu f’konformità mal-punt M.A.903 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli.”;

(7)

fil-punt CAMO.B.125, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu fi żmien 30 jum mill-mument li l-awtorità tkun saret taf bil-problemi.

(b)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija, mill-aktar fis possibbli, bi kwalunkwe informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti tal-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014.”.


ANNESS VI

L-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-werrej huwa sostitwit b’dan li ġej:

“WERREJ

CAO.1

Ġenerali

TAQSIMA A —

REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI

CAO.A.010

Kamp ta’ applikazzjoni

CAO.A.015

Applikazzjoni

CAO.A.017

Mezzi ta’ konformità

CAO.A.020

Termini tal-approvazzjoni

CAO.A.025

Espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kkombinata

CAO.A.030

Faċilitajiet

CAO.A.035

Rekwiżiti tal-persunal

CAO.A.040

Persunal li jiċċertifika

CAO.A.045

Persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà

CAO.A.050

Komponenti, tagħmir u għodod

CAO.A.055

Data tal-manutenzjoni u ordnijiet ta’ xogħol

CAO.A.060

Standards tal-manutenzjoni

CAO.A.065

Ċertifikat tar-rilaxx tal-inġenju tal-ajru għas-servizz

CAO.A.070

Ċertifikat tar-rilaxx tal-komponenti għas-servizz

CAO.A.075

Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

CAO.A.080

Data ta’ ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa

CAO.A.085

Rieżami tal-ajrunavigabbiltà

CAO.A.090

Żamma tar-rekords

CAO.A.095

Privileġġi tal-organizzazzjoni

CAO.A.100

Rieżami tas-sistema tal-kwalità u organizzazzjonali

CAO.A.105

Bidliet fl-organizzazzjoni

CAO.A.110

Validità kontinwata

CAO.A.115

Sejbiet

CAO.A.120

Rapportar tal-okkorrenzi

TAQSIMA B —

REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ

CAO.B.010

Kamp ta’ applikazzjoni

CAO.B.017

Mezzi ta’ konformità

CAO.B.020

Żamma tar-rekords

CAO.B.025

Skambju reċiproku ta’ informazzjoni

CAO.B.030

Responsabbiltajiet

CAO.B.035

Eżenzjonijiet

CAO.B.040

Applikazzjoni

CAO.B.045

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

CAO.B.050

Ħruġ taċ-ċertifikat inizjali

CAO.B.055

Sorveljanza kontinwa

CAO.B.060

Sejbiet

CAO.B.065

Bidliet

CAO.B.070

Sospensjoni, limitazzjoni u revoka

CAO.B.075

Informazzjoni lill-Aġenzija

Appendiċi I —

Ċertifikat tal-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kkombinata (CAO) — il-Formola 3-CAO tal-EASA”;

(2)

fil-punt CAO.A.025(a), il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7)

lista tal-persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà bl-ambitu tal-approvazzjoni tagħhom, kif ukoll tal-persunal awtorizzati biex jiżviluppaw programm ta’ evalwazzjoni u jwettqu l-attivitajiet ta’ investigazzjoni korrispondenti, jekk ikun jeżisti tali persunal;”;

(3)

fil-punt CAO.A.045, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

Biex tkun approvata twettaq rieżamijiet tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir, l-organizzazzjoni għandu jkollha persunal tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

ikun kiseb esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ mill-inqas sena għas-sailplanes u għall-blalen tal-arja u ta’ mill-inqas 3 snin għall-inġenji tal-ajru l-oħrajn kollha;

(2)

ikollu liċenzja xierqa f’konformità mal-Anness III (il-Parti-66), jew lawrja ajrunawtika jew l-ekwivalenti nazzjonali, jew ikun kiseb esperjenza fl-ajrunavigabbiltà kontinwa minbarra dik imsemmija fil-punt (1) ta’ mill-inqas sentejn għas-sailplanes u għall-blalen tal-arja u mill-inqas 4 snin għall-inġenji tal-ajru l-oħrajn kollha;

(3)

ikun irċieva taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika.

(b)

Qabel ma l-organizzazzjoni toħroġ awtorizzazzjoni għar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà lil kandidat, dik il-persuna għandha twettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni ta’ persuna li tkun diġà awtorizzata bħala persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà mill-organizzazzjoni, f’konformità ma’ proċedura approvata mill-awtorità kompetenti. Jekk dak ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà taħt superviżjoni ikun sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta formalment lil dik il-persuna biex issir persunal li jirrieżamina l-ajrunavigabbiltà.”;

(4)

il-punt CAO.A.085 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“CAO.A.085   Rieżami tal-ajrunavigabbiltà

Is-CAO għandha twettaq kwalunkwe rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.903 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli.”;

(5)

il-punt CAO.A.090 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (3) u (4) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(3)

kopja ta’ kull permess għat-titjir li jinħareġ, u d-dokumenti relatati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.5(c)(2) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, tal-punt 21L.A.7(c) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għal perjodu ta’ 5 snin mid-data li fiha jkun inħareġ il-permess għat-titjir.

(4)

kopja ta’ kull ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà u rakkomandazzjoni li jinħarġu, kif applikabbli, flimkien mar-rapport ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà.”;

(ii)

jiżdied il-punt (5) li ġej:

“(5)

kopja ta’ kull programm ta’ evalwazzjoni u rapport ta’ evalwazzjoni li jinħarġu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.174(d) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, tal-punt 21L.A.143(h) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja tar-rekords kollha msemmija fil-punti (a)(4) u (a)(5) ta’ dan il-punt għal perjodu ta’ 3 snin wara li l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru f’konformità mal-punt M.A.201 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.201 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli, tkun ġiet ittrasferita lil persuna jew lil organizzazzjoni oħra.

Jekk l-organizzazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, ir-rakkomandazzjoni, il-programm/ir-rapport ta’ evalwazzjoni jew il-permess għat-titjir tkun differenti mill-organizzazzjoni li tiġġestixxi l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru, l-organizzazzjoni emittenti għandha żżomm kopja tar-rekords kollha msemmija fil-punti (a)(3), (a)(4) u (a)(5) u d-dokumenti ta’ sostenn kollha għal perjodu ta’ 5 snin mid-data li fiha jkunu nħarġu ċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, ir-rakkomandazzjoni, il-programm/ir-rapport ta’ evalwazzjoni jew il-permess għat-titjir.”;

(c)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

Meta l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru tiġi ttrasferita lil organizzazzjoni jew persuna oħra, ir-rekords kollha miżmuma skont il-punti (a)(2) sa (a)(5) għandhom jiġu ttrasferiti lil dik l-organizzazzjoni jew il-persuna. Mill-mument tat-trasferiment, il-punt (c) għandu japplika għal dik l-organizzazzjoni jew il-persuna.”;

(d)

fil-punt (g), il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)

ir-rekords imsemmija fil-punt (a)(2) sa (a)(5) għandhom jiġu ttrasferiti lis-sid tal-inġenju tal-ajru.”;

(6)

il-punt CAO.A.095 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b), il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

Testendi l-validità ta’ ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà eżistenti f’konformità mal-punt M.A.902(a) tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.902(a) tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt M.A.902(b) tal-Anness I (il-Parti-M) jew fil-punt ML.A.902(b) tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli.”;

(b)

fil-punt (c), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

CAO bil-post tan-negozju prinċipali tagħha fi Stat Membru, li l-approvazzjoni tagħha tkun tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-punt, tista’ tiġi approvata biex twettaq rieżamijiet tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-punt M.A.903 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli, u:

(i)

toħroġ iċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà relatat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt M.A.901(b)(1) tal-Anness I (il-Parti-M) jew f’konformità mal-punt ML.A.901(b) tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli;

(ii)

toħroġ rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt M.A.901(b)(2) tal-Anness I (il-Parti-M).”;

(c)

fil-punt (c), jiżdied il-punt (3) li ġej:

“(3)

CAO li jkollha l-privileġġi msemmija fil-punt (1) jew fil-punt (2) tista’ wkoll, għall-inġenju tal-ajru li għalih l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq ir-rieżami tal-ajrunavigabbiltà, u soġġetta għal proċedura adegwata fis-CAE msemmija fil-punt CAO.A.025, tkun approvata biex:

(i)

tiżviluppa programm ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-punt 21.A.174(d)(3) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mal-punt 21L.A.143(h)(3) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(ii)

twettaq l-attivitajiet ta’ investigazzjoni proposti fil-programm ta’ evalwazzjoni u toħroġ ir-rapport ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-punt 21.A.174(d)(4) tal-Anness I (il-Parti 21) jew, kif applikabbli, mal-punt 21L.A.143(h)(4) tal-Anness Ib (il-Parti 21 Light) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

Il-kompiti msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punti (i) u (ii), għandhom jitwettqu minn persunal li jkun approvat biex iwettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà għal dak l-inġenju tal-ajru.”;

(d)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Permess għat-titjir

CAO bil-post tan-negozju prinċipali tagħha f’wieħed mill-Istati Membri, li l-approvazzjoni tagħha tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (c)(1) jew fil-punt (c)(2) ta’ dan il-punt, tista’ tiġi approvata biex toħroġ permess għat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.711(d) tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għal dawk l-inġenji tal-ajru li għalihom is-CAO tkun tista’ toħroġ iċ-ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà meta tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tat-titjir approvati, soġġetta għal proċedura adegwata fis-CAE msemmija fil-punt CAO.A.025 ta’ dan l-Anness.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ inġenji tal-ajru b’MTOM ta’ aktar minn 2 730 kg, dak il-permess għat-titjir jista’ jinħareġ diment li:

(i)

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti M.A.902(b)(1) u M.A.902(b)(2) tal-Anness I (il-Parti-M);

(ii)

l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru tkun ġestita mis-CAO li toħroġ il-permess għat-titjir.”;

(7)

jiddaħħal il-punt CAO.A.120 li ġej:

“CAO.A.120   Rapportar tal-okkorrenzi

(a)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ rapportar tal-okkorrenzi, inkluż rapportar obbligatorju u volontarju. Għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post tan-negozju prinċipali tagħhom fi Stat Membru, tista’ tiġi stabbilita sistema waħda biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(b)

L-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tagħha u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent kwalunkwe avveniment jew kundizzjoni relatata mas-sikurezza ta’ inġenju tal-ajru jew ta’ komponent identifikata mill-organizzazzjoni li tipperikola jew, jekk ma tiġix ikkoreġuta jew indirizzata, tista’ tipperikola inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra u, b’mod partikolari, kwalunkwe aċċident jew inċident serju.

(c)

L-organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe tali avveniment jew kundizzjoni li taffettwa inġenju tal-ajru jew komponent, kif applikabbli:

(1)

lis-sid jew lill-operatur ta’ dak l-inġenju tal-ajru, meta tali avveniment jew kundizzjoni tkun ġiet identifikata waqt il-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa f’konformità mal-punt M.A.201 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.201 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli;

(2)

lill-persuna jew lill-organizzazzjoni li tkun responsabbli għall-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ dak l-inġenju tal-ajru f’konformità mal-punt M.A.201 tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-punt ML.A.201 tal-Anness Vb (il-Parti-ML), kif applikabbli, meta tali avveniment jew kundizzjoni tkun ġiet identifikata waqt it-twettiq tal-attivitajiet tal-ajrunavigabbiltà kontinwa mitluba minn dik il-persuna jew l-organizzazzjoni;

(3)

lill-persuna jew l-organizzazzjoni li talbet il-manutenzjoni tal-komponent, jekk tkun differenti mill-punt (2), meta tali avveniment jew kundizzjoni tkun ġiet identifikata waqt it-twettiq tal-manutenzjoni tal-komponent.

(d)

Għall-organizzazzjonijiet li ma jkollhomx is-sede prinċipali tagħhom fi Stat Membru:

(1)

ir-rapport obbligatorju inizjali għandu:

(i)

jissalvagwardja kif xieraq il-kunfidenzjalità tal-identità ta’ min ikun għamel ir-rapport u tal-persuni msemmija fir-rapport;

(ii)

isir malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ, fi żmien 72 siegħa wara li l-organizzazzjoni tkun saret taf bl-okkorrenza, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jipprevjenu dan;

(iii)

isir f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti;

(iv)

ikun fih l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni;

(2)

meta jkun rilevanti, għandu jsir rapport ta’ segwitu li jipprovdi dettalji tal-azzjonijiet li l-organizzazzjoni tkun biħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-futur malli dawk l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati; dawk ir-rapporti ta’ segwitu għandhom:

(i)

jintbagħtu lill-entitajiet imsemmija fil-punti (b) u (c) li lilhom ikun intbagħat ir-rapport inizjali;

(ii)

isiru f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti.”;

(8)

jiżdied il-punt CAO.B.075 li ġej:

“CAO.B.075   Informazzjoni lill-Aġenzija

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu fi żmien 30 jum mill-mument li l-awtorità tkun saret taf bil-problemi.

(b)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija, mill-aktar fis possibbli, bi kwalunkwe informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti tal-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014.”.


ANNESS VII

Il-punt CAMO.B.300 tal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

Meta jiġi konkluż kuntratt f’konformità mal-punt M.A.201(ea) tal-Anness I (il-Parti-M), l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tal-Organizzazzjoni ta’ Ġestjoni tal-Ajrunavigabbiltà Kontinwa (CAMO, Continuing Airworthiness Management Organisation) u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tal-operaturi kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-iskambju ta’ informazzjoni li tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa minn dawk l-awtoritajiet kompetenti u tista’ tinkludi t-twettiq ta’ kompiti ta’ sorveljanza fuq il-CAMO mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-operaturi.”;

(b)

jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

Fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-konformità tal-organizzazzjoni mal-punt CAMO.A.200A, minbarra li tikkonforma mal-punti minn (a) sa (f), l-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina kwalunkwe approvazzjoni mogħtija skont il-punt IS.I.OR.200(e) ta’ dan ir-Regolament jew il-punt IS.D.OR.200(e) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1645 wara ċ-ċiklu tal-awditjar tas-sorveljanza applikabbli u kull meta jiġu implimentati bidliet fl-ambitu tal-ħidma tal-organizzazzjoni.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/100/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top