Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D3175

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3175 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

ST/15845/2024/INIT

ĠU L, 2024/3175, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3175/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3175/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3175

16.12.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/3175

tas-16 ta’ Diċembru 2024

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(2)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li 26 persuna fiżika u 2 persuni ġuridiċi jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b’dan emendat f’konformità l-mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima “A. Persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikoli 3(1) u 4(1)”:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa)

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“262.

Vitali Viktaravich SINILA

Vitaliy Viktorovich SINILO

Віталій Віктаравіч СIНIЛА

Виталий Викторович СИНИЛО

Imħallef u president tal-qorti ta’ Mostovsky district ta’ Grodno region

Data tat-twelid: 15.5.1976

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3161180C038PB1

Vitali Sinila huwa mħallef Belarussu u president tal-qorti tad-distrett ta’ Mostovsky tar-reġjun ta’ Grodno. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi kontra għadd ta’ ċittadini tal-Belarussja li esprimew l-opinjonijiet tagħhom kontra l-President u l-awtoritajiet tar-reġim, eż. Viktor Tsarikevich u Sergei Burak, għad-dissens li esprimew fuq il-media soċjali u offline.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

16.12.2024

263.

Iryna Vasieuna PRADUN

Irina Vasilevna PRADUN

Iрына Васільеўна ПРАДУН

Ирина Васильевна ПРАДУН

Imħallef u president tal-qorti ta’ Rogachev district ta’ Gomel Region

Data tat-twelid: 21.5.1974

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: mara

Identifikazzjoni personali: 4210574H035PB4

Iryna Pradun hija mħallef Belarussa u president tal-qorti tad-distrett ta’ Rogachev tar-reġjun ta’ Gomel. Hija nħatret minn Aliaksandr Lukashenka. Hija ħarġet sentenzi kontra għadd kbir ta’ ċittadini tal-Belarussja li esprimew l-opinjonijiet tagħhom kontra l-President. Hija ħarġet ukoll sentenzi kontra għadd ta’ individwi għall-allegata parteċipazzjoni tagħhom fi protesti u talli offrew reżistenza għall-brutalità tal-awtoritajiet Belarussi tal-infurzar tal-liġi, eż. fil-każ kontra Evgeny Kokhanovsky, li skont id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ġie mġiegħel jammetti l-ħtija li ħa sehem fi protesti.

Għaldaqstant hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

264.

Vadzim Ivanavich MAZOL

Vadim Ivanovich MOZOL

Вадзім Iванавіч МАЗОЛЬ

Вадим Иванович МОЗОЛЬ

Imħallef ta’ Pruzhany District Court ta’ Brest Region

Data tat-twelid: 13.4.1974

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3130474C031PB6

Vadzim Mazol huwa mħallef Belarussu tal-Qorti Distrettwali ta’ Pruzhany tar-Reġjun ta’ Brest. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi kontra għadd kbir ta’ ċittadini tal-Belarussja li esprimew l-opinjonijiet tagħhom kontra l-President u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tar-reġim, inkluż fuq il-media soċjali.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

265.

Nina Uladzimirauna SHASTAK

Nina Vladimirovna SHESTAK

Ніна Уладзіміраўна ШАСТАК

Нина Владимировна ШЕСТАК

Imħallef tal-Brest Regional Court

Data tat-twelid: 1.5.1958

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: mara

Identifikazzjoni personali: 4010558C080PB9

Nina Shastak hija mħallef Belarussa tal-Qorti Reġjonali ta’ Brest. Hija nħatret minn Aliaksandr Lukashenka. Hija ħarġet sentenzi kontra għadd ta’ ċittadini tal-Belarussja li esprimew l-opinjonijiet tagħhom kontra l-awtoritajiet tar-reġim Belarussu. Hija ttrattat ukoll appelli kontra sentenzi ta’ dimostranti paċifiċi u kkonfermat dawk is-sentenzi.

Għaldaqstant hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

266.

Vera Viacheslavauna FILONIK

Vera Vyacheslavovna FILONIK

Вера Вячаславаўна ФIЛОНIК

Вера Вячеславовна ФИЛОНИК

Imħallef tal-Brest Regional Court

Data tat-twelid: 8.3.1990

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: mara

Identifikazzjoni personali: 4080390K014PB5

Vera Filonik hija mħallef Belarussa tal-Qorti Reġjonali ta’ Brest. Hija nħatret minn Aliaksandr Lukashenka. Hija ħarġet sentenzi kontra għadd kbir ta’ ċittadini tal-Belarussja akkużati li ħadu sehem fil-protesti kontra r-reġim Belarussu f’Awwissu 2020.

Għaldaqstant hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

267.

Iryna Leanidauna MAIKO

Irina Leonidovna MAIKO

Iрына Леанідаўна МАЙКО

Ирина Леонидовна МАЙКО

Imħallef tal-Minsk Regional Court

Data tat-twelid: 25.11.1974

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: mara

Identifikazzjoni personali: 4251174A007PB7

Iryna Maiko hija mħallef Belarussa tal-Qorti Reġjonali ta’ Minsk. Hija nħatret minn Aliaksandr Lukashenka. Hija ħarġet sentenzi kontra ċittadini li esprimew l-opinjonijiet tagħhom kontra l-President u l-awtoritajiet tar-reġim, eż. Roman Yankouski u Mikhail Nemtsov, għad-dissens li esprimew fuq il-media soċjali u offline.

Għaldaqstant hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

268.

Vasili Vasilievich BIAGUN

Vasily Vasilyevich BEGUN

Васілій Васільевіч БЯГУН

Василий Васильевич БЕГУН

Imħallef tal-Gomel Regional Court

Data tat-twelid: 9.12.1960

Post tat-twelid: Kondopoga, Republic of Karelia, Russia

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vasily Biagun huwa mħallef Belarussu li serva fil-Qorti Reġjonali ta’ Gomel mill-2003. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Biagun ħareġ bosta deċiżjonijiet kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi, inkluż sentenzi kontra individwi għall-attività tagħhom fuq il-media soċjali. Huwa ħareġ ukoll sentenzi ta’ ħabs politikament motivati kontra Nikita Slepenka (tliet snin) u Pavel Bobchenko (sentejn).

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

269.

Yauheni Anatolevich BREGAN

Evgeni Anatolevich BREGAN

Яўгеній Анатольевіч БРЭГАН

Евгений Анатольевич БРЕГАН

Imħallef tal-Brest Regional Court

Data tat-twelid: 26.3.1982

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3260382K020PB0

Yauheni Bregan huwa mħallef Belarussu tal-Qorti Reġjonali ta’ Brest. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Qabel huwa kien imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Moskovsky f’Brest u mħallef tal-belt ta’ Baranovichi fir-reġjun ta’ Brest. Huwa ħareġ sentenzi kontra għadd kbir ta’ ċittadini tal-Belarussja akkużati, fost affarijiet oħra, li ħadu sehem fil-protesti kontra r-reġim Belarussu f’Awwissu 2020.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

270.

Aliaksandr Mikalaevich MOKHORAU

Alexander Nikolaevich MOKHOREV

Аляксандр Мікалаевіч МОХОРАЎ

Александр Николаевич МОХОРЕВ

Imħallef ta’ Soviet District Court tal-belt ta’ Gomel

Data tat-twelid: 16.4.1986

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3160486H031PB9

Aliaksandr Mokhorau huwa mħallef Belarussu li serva fil-Qorti Distrettwali Sovjetika tal-belt ta’ Gomel mill-2021. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-President, is-sistema u l-brutalità tal-istrutturi tal-infurzar tal-liġi Belarussi.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

271.

Alesya Uladzimiravna OSIPAVA

Olesya Vladimirovna OSIPOVA

Алеся Уладзіміраўна ОСIПАВА

Олеся Владимировна ОСИПОВА

Imħallef ta’ Central District Court tal-belt ta’ Gomel

Data tat-twelid: 4.9.1979

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: mara

Identifikazzjoni personali: 4040979H059PB4

Alesya Osipava hija mħallef Belarussa li ilha sservi fil-Qorti Distrettwali Ċentrali tal-belt ta’ Gomel mill-2019. Hija nħatret minn Aliaksandr Lukashenka. Hija ħarġet sentenzi kontra ċittadini tal-Belarussja li semmgħu leħinhom kontra l-President, is-sistema u l-brutalità tal-istrutturi tal-infurzar tal-liġi Belarussi.

Għaldaqstant hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

272.

Viktar Viktaravich NOVIK

Viktor Viktorovich NOVIK

Віктар Віктаравіч НОВIК

Виктор Викторович НОВИК

Imħallef, President tal-Qorti, Zhabinka District

Data tat-twelid: 27.5.1963

Post tat-twelid: Beloye, Mamlyutsky district, North Kazakhstan region, Kazakhstan

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3270563K025PB7

Viktar Novik huwa mħallef Belarussu li ilu jservi fil-Qorti Distrettwali ta’ Zhabinka mill-2017. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Novik joħroġ bosta deċiżjonijiet kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Huwa ħareġ sentenzi ta’ ħabs politikament motivati kontra Vitali Ivanyukovich (sentejn), Natalia Letsko (sena), Andrei Vlasov u Yulia Suvalko (tliet snin) u Valentin Shumik (sentejn).

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

273.

Vadzim Rastivlavovich MURASHKA

Vadim Rostslavovich MURASHKO

Вадзім Расціслававіч МУРАШКА

Вадим Ростиславович МУРАШКО

Kap tal-istituzzjoni korrettiva Penal Colony No. 13

Data tat-twelid: 20.6.1979

Post tat-twelid: Bortniki, Hlybokaye District, Vitebsk Region, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3200679E065PB6

Vadzim Murashka huwa ċittadin Belarussu u kap tal-istituzzjoni korrettiva tal-Kolonja Penali Nru 13, ħabs b’sigurtà massima fejn jinżammu għadd ta’ priġunieri politiċi, inkluż Nikolai Statkevich, Vitaly Melnik u Sergei Vereshkhagin. Il-priġunieri tal-Kolonja Nru 13 jiffaċċaw kundizzjonijiet inumani u huma soġġetti għal abbużi.

Għaldaqstant huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

274.

Siarhei Uladzimiravich BIAREISHYK

Sergey Vladimirovich BEREISHIK

Сяргей Уладзіміравіч БЯРЭЙШЫК

Сергей Владимирович БЕРЕЙШИК

Viċi kap ta’ pretrial detention center No. 1 ‘Voldarka’

Data tat-twelid: 31.10.1976

Post tat-twelid: Minsk, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3311076A076PB6

Siarhei Biareishyk huwa l-viċi kap taċ-Ċentru ta’ Arrest Preventiv Nru 1 ‘Voldarka’. F’din il-pożizzjoni, huwa responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti, inkluż swat, iffullar u nuqqas ta’ trattament mediku u tagħmir sanitarju xieraq. Il-maġġoranza tal-ħabsin huma detenuti politiċi, bħall-attivist tad-drittijiet tal-bniedem, fundatur tal-assoċjazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Belarussa Viasna u Rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi tal-2022 Ales Bialiatski, li kien detenut f’‘Voldarka’ sa Ottubru 2024.

Siarhei Biareishyk huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

275.

Mikalai Mikalaevich MUSHKAROU

Nikolai Nikolaevich MUSHKAROV

Мікалай Мікалаевіч МУШКАРОЎ

Николай Николаевич МУШКАРОВ

Viċi kap ta’ labour service in Pre-trial Detention Center No. 1 ‘Voldarka’

Data tat-twelid: 19.12.1980

Post tat-twelid: Minsk, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3191280A031PB0

Mikalai Mushkarou huwa l-viċi kap tas-servizz tax-xogħol fiċ-Ċentru ta’ Arrest Preventiv Nru 1 ‘Voldarka’. F’din il-pożizzjoni, huwa responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti prinċipalment politiċi, inkluż swat, iffullar u nuqqas ta’ trattament mediku u tagħmir sanitarju xieraq. Il-maġġoranza tal-ħabsin huma detenuti politiċi, bħall-attivist tad-drittijiet tal-bniedem, fundatur ta’ Viasna u Rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi tal-2022 Ales Bialiatski, li kien detenut f’‘Voldarka’ sa Ottubru 2024.

Mikalai Mushkarou huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

276.

Siarhei Mikalaevich PETRAKOVICH

Sergey Nikolaevich PETRAKOVICH

Сяргей Мікалаевіч ПЕТРАКОВIЧ

Сергей Николаевич ПЕТРАКОВИЧ

Kap tal-istituzzjoni korrettiva Penal Colony No.9

Data tat-twelid: 26.10.1976

Post tat-twelid: Stan, Gorki District, Mogilev Region, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3261076M062PB5

Siarhei Petrakovich huwa l-kap tal-Kolonja Penali Nru 9. F’din il-pożizzjoni huwa responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri, inkluż l-iżolament u s-swat. Il-maġġoranza tal-ħabsin huma priġunieri politiċi, bħal Mikola Dedok u r-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi tal-2022 Ales Bialiatski.

Siarhei Petrakovich huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

277.

Viktar Piatrovich LUTTSAU

Viktor Petrovich LUTSEV

Віктар Пятровіч ЛУТЦАЎ

Виктор Петрович ЛУТЦЕВ

Kap tal-unità medika, Prison No. 1 fi Grodno

Data tat-twelid: 24.12.1985

Post tat-twelid: Grodno, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3241285K026PB1

Viktar Luttsau huwa l-kap tal-unità medika fil-Ħabs Nru 1 fi Grodno. F’din il-pożizzjoni, huwa responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti u għan-nuqqas ta’ assistenza medika xierqa u f’waqtha. In-nuqqas ta’ trattament mediku xieraq wassal għall-mewt tal-priġunier politiku Ales Pushkin, li ma ngħatax assistenza medika f’waqtha.

Għaldaqstant huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

16.12.2024

278.

Ihar Tsimafeevich SUBOTSIN

Igor Timofeyevich SUBBOTIN

Iгар Цімафеевіч СУБОЦIН

Игорь Тимофеевич СУББОТИН

Negozjant

Data tat-twelid: 15.10.1951

Post tat-twelid: Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Identifikazzjoni personali: 3151051A006PB8

Ihar Subotsin huwa assoċjat mill-qrib fit-tul ta’ Alexander Shakutin. Ihar Subotsin ilu jaħdem ma’ Alexander Shakutin mill-bidu tas-snin 1990 u kien ukoll l-assistent tiegħu meta Alexander Shakutin kien membru tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja u l-viċi tiegħu fil-Federazzjoni Belarussa tat-Tennis.

Kemm Alexander Shakutin kif ukoll Ihar Subotsin huma azzjonisti fil-kumpaniji li ġejjin: SIA Anulatrans (Latvja), SV Maschinen GmbH (Ġermanja), PMI Engineering LLC (Belarussja), SALEO LLC (Belarussja), UAB EM System (Litwanja).

Huma kofundaturi u koproprjetarji ta’ Prommedinvest, li issa tissejjaħ SALEO LLC (Belarussja). Din il-kumpanija hija wkoll parzjalment proprjetà ta’ EM System, PMI Engineering, u SV Maschinen GmbH, li kemm Shakutin kif ukoll Subotsin huma azzjonisti tagħha.

Ihar Subotsin huwa għaldaqstant assoċjat ma’ Alexander Shakutin.

16.12.2024

279.

Aliaksei Ivanovich SHVAKAU

Alexey Ivanovich SHVAKOV

Аляксей Iванавіч ШВАКОЎ

Алексей Иванович ШВАКОВ

President tal-Belarusian Republican Bar Association (mill-14 ta’ Frar 2022); eks president tal-Assoċjazzjoni tal-Minsk City Bar Association (26 ta’ April 2012 – 20 ta’ Frar 2022)

Data tat-twelid: 5.10.1964

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 3051064A050PB

Fir-rwol tiegħu bħala President tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Repubblikana Belarussa, Aliaksei Shvakau kien qed imexxi u jsawwar il-politika tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Repubblikana Belarussa dwar repressjoni sistemika kontra avukati li jirrappreżentaw klijenti f’każijiet politikament motivati jew li jitkellmu kontra abbużi mir-reġim ta’ Lukashenko. Fir-rwol preċedenti tiegħu bħala president tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Belt ta’ Minsk, huwa kellu wkoll fil-mira tiegħu avukati li jirrappreżentaw lil klijenti f’każijiet politikament motivati.

Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u l-attivitajiet li jdgħajfu l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

16.12.2024

280.

Aleh Genadzevich ARLOU

Oleg Gennadievich ORLOV

Алег Генадзевіч АРЛОЎ

Олег Геннадьевич ОРЛОВ;

Data tat-twelid: 18.7.1969

Post tat-twelid: Azerbaijan

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: MP3428828

Aleh Arlou huwa negozjant li jopera fil-Belarussja. Huwa s-sid ta’ Ruzekspeditsiya LLC mis-7 ta’ Awwissu 2023.

Mill-2019, il-kumpanija ta’ Aleh Arlou mexxiet in-negozju tagħha miż-Żona Ekonomika Speċjali (SEZ) ta’ Bremino-Orsha, stabbilita b’digriet presidenzjali ta’ Aliaksandr Lukashenka, li hija ġestita minn Bremino Group LLC. Il-kumpaniji stabbiliti fiż-Żona Ekonomika Speċjali ta’ Bremino-Orsha jibbenefikaw minn vantaġġi fiskali u oħrajn finanzjarji. Is-SEZ ta’ Bremino-Orsha tospita u għalhekk tagħti dawn il-benefiċċji lil sitt kumpaniji biss, inkluż Bremino Group LLC. Id-deċiżjoni dwar min jista’ jaqsam il-benefiċċji tas-SEZ ta’ Bremino-Orsha billi jsir residenti tagħha, hija biss f’idejn Bremino Group LLC bħala l-kumpanija responsabbli għall-ġestjoni tas-SEZ.

Skont l-investigazzjonijiet tal-ġurnalisti, Ruzekspeditsiya hija involuta fi skema ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet li tikkonċerna r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006.

Minn dan isegwi li Arlou huwa assoċjat ma’ entitajiet elenkati taħt ir-Regolament (KE) Nru 765/2006, jiġifieri Ruzekspeditsiya LLC u Bremino Group. Permezz tas-sjieda tiegħu tal-kumpanija huwa jibbenefika wkoll mill-vantaġġi mogħtija lil Ruzekspeditsiya LLC mir-reġim. Huwa jipparteċipa wkoll fi skema mfassla biex tfixkel ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006.

16.12.2024

281.

Andrei Aliakseevich RYBAKOU

Andrei Alekseevich RYBAKOV

Андрэй Аляксеевіч РЫБАКОЎ

Андрей Алексеевич РЫБАКОВ

Direttur Ġenerali ta’ OAO Belaruskali

Eks President tat-Tħassib tal-Belarusian State Concern for Oil and Chemistry (Belneftekhim)

Data tat-twelid: 11.7.1976

Post tat-twelid: Mohiliow (Mogilev), Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Andrei Rybakou huwa d-Direttur Ġenerali ta’ OAO Belaruskali. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukahsenka fl-4 ta’ Novembru 2024, li meta ssostitwixxa lil Ivan Golovaty. Lukashenka ddeskriva lil Belaruskali bħala ‘intrapriża vitali li tifforma l-istat’.

Qabel, Rybakou kien il-President tal-Belarusian State Concern for Oil and Chemistry (Belneftekhim), sanzjonata mill-UE mit-3 ta’ Awwissu 2023. F’dik il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-produzzjoni tar-raffineriji taż-żejt Belarussi, operazzjoni vitali għar-reġim ta’ Lukashenka. Dmitri Krutoi, il-Kap tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Belarussja, iddikjara li Rybakou nħatar speċifikament għall-‘esperjenza speċifika’ tiegħu fit-tmexxija tal-entità ‘l-aktar sanzjonata’ – Belneftekhim. Għalhekk, Andrei Rybakou jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah billi jimmaniġġa kumpaniji tal-istat ta’ importanza kbira għar-reġim. Huwa assoċjat ukoll mal-entità sanzjonata OAO Belaruskali, bħala d-Direttur Ġenerali tagħha.

16.12.2024

282.

Aleh Fyedaravych BARABANAU

Oleg Fedorovich BARABANOV

Алег Федаровіч БАРАБАНАЎ

Олег Федорович БАРАБАНОВ

Data tat-twelid: 29.8.1956

Post tat-twelid: Grodno region, Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Nru tal-passaport: KH2539329

Karta tal-Identità Nazzjonali: 3290856K010PB6

Aleh Barabanau huwa d-direttur u s-sid parzjali ta’ Vlate Logistik LLC, kumpanija tat-trasport u tal-ħżin li għandha l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat. Permezz ta’ dan l-istatus, maħruġ mill-awtoritajiet tal-istat, igawdi minn vantaġġi sinifikanti tat-taxxa. Permezz tal-privileġġi mogħtija lill-kumpanija, Barabanau jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

16.12.2024

283.

Aleh Ramualdavych HERASIM

Oleg Romualdovich GERASIM

Алег Рамуальдавіч ГЕРАСIМ

Олег Ромуальдович ГЕРАСИМ

Data tat-twelid: 3.3.1962

Post tat-twelid: Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: MP3293367

Karta tal-Identità Nazzjonali: 3030362A074PB6

Aleh Herasim huwa s-sid parzjali ta’ Vlate Logistik LLC, kumpanija tat-trasport u tal-ħżin li għandha l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat. Permezz ta’ dan l-istatus, maħruġ mill-awtoritajiet tal-istat, igawdi minn vantaġġi sinifikanti tat-taxxa. Permezz tal-privileġġi mogħtija lill-kumpanija, Herasim jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

16.12.2024

284.

Aleh Uladzimiravych PIATROU

Oleg Vladimirovich PETROV

Алег Уладзіміравіч ПЯТРОЎ

Олег Владимирович ПЕТРОВ

Data tat-twelid: 26.3.1962

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Nru tal-passaport: OI110473

Aleh Piatrou huwa s-sid parzjali ta’ Vlate Logistik LLC, kumpanija tat-trasport u tal-ħżin li għandha status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat. Permezz ta’ dan l-istatus, maħruġ mill-awtoritajiet tal-istat, igawdi minn vantaġġi sinifikanti tat-taxxa. Permezz tal-privileġġi mogħtija lill-kumpanija, Piatrou jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

16.12.2024

285.

Andrei Ryhoravich SVIRYDAU

Andrei Grigoryevich SVIRIDOV

Андрэй Рыгоравiч СВIРЫДАЎ

Андрей Григорьевич СВИРИДОВ

Direttur finanzjarju ta’ Dimicandum Invest Holding LTD

Data tat-twelid: 24.11.1983

Post tat-twelid: Belarus

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: KH 1801845

Andrei Svirydau huwa d-direttur finanzjarju ta’ Dimicandum Invest Holding LTD, kumpanija stabbilita fl-UE. Fl-2022 u l-2023, Dimicandum Invest Holding LTD ipprovdiet servizzi ta’ trasport u ta’ spedizzjoni lil OJSC Belaruskali – li ilha ddeżinjata mill-Unjoni mill-2022 – bi prezz kważi d-doppju tar-rata tas-suq. Bħala direttur finanzjarju ta’ Dimicandum, Svirydau ffirma dokumenti li jikkonfermaw dan il-ftehim, li jiffaċilita l-imminar tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006.

Minn dan isegwi li billi għamel fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta’ OJSC Belaruskali, Andrei Svirydau fixkel b’mod sinifikanti l-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006. Barra minn hekk, Andrei Svirydau qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u jappoġġah billi jiffaċilita l-esportazzjoni tal-fertilizzanti potassiċi tal-Belarussja.

16.12.2024

286.

Dzmitry Mihaylavych ZAMULEVICH

Dmitriy Mikhailovich ZAMULEVICH

Дзмітрьій Міхайлавіч ЗАМУЛЕВIЧ

Дмитрий Михайлович ЗАМУЛЕВИЧ

Sid parzjali ta’ Vlate Logistik LLC

Data tat-twelid: 7.5.1974

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Numru tal-passaport Belarussu: BM2229283

Karta tal-Identità tal-Belarussja: 3070574E057PB8

Dzmitry Zamulevich huwa s-sid parzjali ta’ Vlate Logistik LLC, kumpanija tat-trasport u tal-ħżin li għandha l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat. Permezz ta’ dan l-istatus, maħruġ mill-awtoritajiet tal-istat, tgawdi minn vantaġġi sinifikanti tat-taxxa. Permezz tas-sjieda ta’ Vlate Logistik LLC, Zamulevich huwa assoċjat ma’ entità li tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

16.12.2024

287.

Uladzimir Mihaylavych ARKADZYEU

Vladimir Mikhailovich ARKADIEV

Уладзімір Міхайлавіч АРКАДЗЬЕЎ

Владимир Михайлович АРКАДЬЕВ

Part-owner of Vlate Logistik LLC

Data tat-twelid: 23.4.1965

Post tat-tweild: Russia

Nazzjonalità: Russa u Belarussa

Sess: raġel

Numru tal-passaport Belarussu: KH2757270

Karta tal-Identità tal-Berlarussja: 3230465K000PB5

Numru tal-Passaport Russu: KH1935655

Uladzimir Arkadzyeu huwa s-sid parzjali ta’ Vlate Logistik LLC, kumpanija tat-trasport u tal-ħżin li għandha l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat. Permezz ta’ dan l-istatus, maħruġ mill-awtoritajiet tal-istat, tgawdi minn vantaġġi sinifikanti tat-taxxa. Permezz tas-sjieda ta’ Vlate Logistik LLC, Zamulevich huwa assoċjat ma’ entità li tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

16.12.2024”.

(2)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu mat-tabella “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)”:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa)

Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa)

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“39.

Ruzekspeditsiya LLC

RUZSPEDITION LLC

OOO RUDENSKI UDOBRENCHESKI ZAVOD

OBSHCHESTVO S OGRANICHENNOI OTVETSTVENNOSTYU RUZEKSPEDITSIYA

TAA ‘Рузэкспедыцыя’

OOO ‘Рузэкспедиция’

Indirizz: 1K Zavodzkaya St., room 36 Bolbasovo 211004 Belarus;

40 Nemiga St., room 304 Minsk 220004 Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 16.4.2013

Numru tar-reġistrazzjoni: 690664113

Indirizz elettroniku: info@ruz.by

Tel.: + 375296615929;

+ 375172006232

Sit web: https://ruz.by/

Ruzekspeditsiya LLC tmexxi n-negozju tagħha miż-Żona Ekonomika Speċjali (SEZ) ta’ Bremino-Orsha stabbilita b’digriet presidenzjali ta’ Aliaksandr Lukashenka li hija ġestita minn Bremino Group LLC. Bremino Group LLC ġiet elenkata fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006. Il-kumpaniji stabbiliti fiż-Żona Ekonomika Speċjali ta’ Bremino-Orsha jibbenefikaw minn vantaġġi fiskali u oħrajn finanzjarji

Bremino-Orsha SEZ tospita u għalhekk tagħti dawn il-benefiċċji lil sitt kumpaniji biss, inkluż Bremino Group LLC. Id-deċiżjoni dwar min jista’ jaqsam il-benefiċċji ta’ Bremin-Orsha SEZ billi ssir residenti hija biss f’idejn Bremino Group LLC bħala l-kumpanija responsabbli għall-ġestjoni tas-SEZ.

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, Ruzekspeditsiya hija assoċjata ma’ Bremino Group LLC. Bħala kumpanija stabbilita fis-SEZ ta’ Bremino-Orsha, hija tibbenefika mir-reġim. Ruzekspeditsiya tiffaċilita wkoll il-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 billi tipparteċipa fil-konsenja ta’ karozzi pprojbiti li jinbiegħu, jiġu fornuti, trasferiti jew esportati mill-Unjoni lejn il-Belarussja.

16.12.2024

40.

Vlate Logistik LLC

ТАА ‘ВЛАТЭ Лагістык’

ООО ‘ВЛАТЕ Логистик’

Indirizz: 48 Komarova St., Pogranichny, 231773, Belarus

Data tar-reġistrazzjoni: 16.4.2013

Numru tar-reġistrazzjoni: 192003422

Vlate Logistik LLC hija kumpanija Belarussa li għandha żewġ punti ta’ kontroll fuq il-fruntiera bejn l-UE u l-Belarussja. Mill-10 ta’ Awwissu 2023, Aleh Herasim, Aleh Piatrou, Iryna Kalesnikava, Aleh Barabanau, Dzmitry Zamulevich, u Uladzimir Arkadzyeu kellhom ishma ndaqs ta’ Vlate Logistic LLC. Vlate Logistik LLC tibbenefika mir-reġim billi għandha l-istatus ta’ ‘operatur ekonomiku awtorizzat’, li jippermetti eżenzjonijiet sinifikanti mit-taxxa u li jinħareġ mill-awtoritajiet tal-istat.

16.12.2024”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3175/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top