EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1675

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1675 tas-26 ta’ Ġunju 2023 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/4033

ĠU L 216, 1.9.2023, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1675/oj

1.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/9


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1675

tas-26 ta’ Ġunju 2023

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet bil-Ġermaniż u bil-Litwan tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 (2) fihom żball fil-punt 5.1 tal-Anness I fir-rigward tal-kamp viżiv tas-sensur ta’ osservazzjoni. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-Ġermaniż u bil-Litwan tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1958 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 409, 17.11.2021, p. 1).


Top