Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1126

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1126 tat-8 ta’ Ġunju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

ST/8300/2023/INIT

ĠU L 149, 9.6.2023, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1126/oj

9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1126

tat-8 ta’ Ġunju 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Fis-26 ta’ April 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU żied żewġ persuni mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fit-3 ta’ Mejju 2023, dawk il-persuni ġew miżjuda mal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (2).

(4)

Peress li waħda minn dawk il-persuni kienet diġà ddeżinjata skont ir-Regolament (UE) 2016/1686, jenħtieġ li dik il-persuna titneħħa mill-Anness I għal dak ir-Regolament.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MALMER STENERGARD


(1)   ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

(2)  Ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).


ANNESS

L-entrata li ġejja titħassar mill-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3”

“9.

Sultan Aziz AZAM (magħruf ukoll bħala Aziz Azam, Sultan Aziz, Sultan Azziz Azzam, Sultan Aziz Ezzam); data tat-twelid: 1985; post tat-twelid: Afghanistan; nazzjonalità: Afghan.”

Top