Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0919

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/919 tal-4 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/804 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    C/2023/2920

    ĠU L 119, 5.5.2023, p. 166–168 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/919/oj

    5.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 119/166


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/919

    tal-4 ta’ Mejju 2023

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/804 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huma soġġetti għal dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 (“ir-regolament oriġinali”) (2).

    (2)

    Il-kumpaniji Zhejiang Gross Seamless Steel Tubes Co., Ltd. u Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd., huma soġġetti għal dazji anti-dumping definittivi ta’ 41,4 %, kodiċi addizzjonali TARIC (3) C204, u ta’ 54,9 %, kodiċi addizzjonali TARIC C172, rispettivament.

    (3)

    Fit-23 ta’ Awwissu 2019, il-kumpanija Zhejiang Gross Seamless Steel Tubes Co., Ltd. ġiet akkwistata minn Daye Special Steel Company Ltd (4), li hija wkoll l-azzjonista ta’ Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd. Permezz ta’ dan l-akkwist, Zhejiang Gross Seamless Steel Tubes Co., Ltd. u Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd. saru kumpaniji relatati.

    (4)

    Fit-12 ta’ Settembru 2019, il-kumpanija Daye Special Steel Company Ltd. biddlet isimha għal CITIC Pacific Special Steel Group Co., Ltd (is-“CITIC Pacific Group”), Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd biddlet isimha għal Daye Special Steel Co., Ltd (5) u Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd biddlet isimha għal Zhejiang Pacific Seamless Steel Tube Co., Ltd (6).

    (5)

    Il-Kummissjoni kkonfermat li l-informazzjoni u l-evidenza dwar il-bidliet fl-isem ipprovduti mill-kumpaniji kienu korretti.

    (6)

    Fid-dawl tal-bidliet deskritti fil-premessi (3) u (4), il-Kummissjoni qieset li r-rati tad-dazju individwali għal kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi kellhom bżonn jiġu sostitwiti b’rata ta’ dazju unika għas-CITIC Pacific Group li għadu kif inħoloq.

    (7)

    Il-bidliet kienu jikkonsistu biss fil-bidla tas-sjieda għal Zhejiang Pacific Seamless Steel Tube Co., Ltd u fil-bidliet fl-isem, mingħajr ma ġew affettwati l-produzzjoni u l-operazzjonijiet tal-kumpaniji u l-ebda ċirkostanza oħra fir-rigward tad-dumping u d-dannu. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istabbiliment ta’ rata anti-dumping ġdida bbażata fuq kalkoli ġodda tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku ma kienx iġġustifikat. Minflok, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiddetermina livell ta’ dazju wieħed għall-grupp abbażi tal-medja ponderata tad-data ppreżentata miż-żewġ produtturi esportaturi u vverifikata fl-investigazzjoni oriġinali.

    (8)

    Abbażi ta’ din id-data, il-Kummissjoni ddeterminat marġni uniku ta’ dannu u ta’ dumping applikabbli għas-CITIC Pacific Group:

    Kumpanija

    Marġni tad-dannu (%)

    Marġni tad-dumping (%)

    Dazju anti-dumping definittiv (%)

    CITIC Pacific Group:

    Daye Special Steel Co., Ltd

    Zhejiang Pacific Seamless Steel Tube Co., Ltd

    51,8

    92,1

    51,8

    (9)

    Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. F’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, l-ammont tad-dazji jenħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell tal-aktar marġnijiet tad-dumping u tad-dannu baxxi jekk dak id-dazju aktar baxx ikun adegwat biex ineħħi d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġni tad-dazju l-ġdid għaż-żewġ kumpaniji taħt is-CITIC Pacific Group huwa ta’ 51,8 %.

    (10)

    Il-partijiet interessati ngħataw dawn ir-riżultati u żmien biex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/804 għandha tiġi emendata kif ġej:

    Il-linji ta’ hawn taħt għandhom jitneħħew mit-tabella:

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping definittiv (%)

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd

    54,9

    C172

    Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd

    41,4

    C204

    Jenħtieġ li fit-tabella jiddaħħlu l-linji segwenti:

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping definittiv (%)

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    CITIC Pacific Group:

    Daye Special Steel Co., Ltd

    Zhejiang Pacific Seamless Steel Tube Co., Ltd

    51,8

    899H

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal-11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 121 tat-12.5.2017, p. 3.

    (3)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.

    (4)  Daye Special Steel Company Ltd (l-isem biċ-Ċiniż: 大冶特殊钢股份有限公司) huwa l-isem l-antik ta’ CITIC Pacific Special Steel Group Co., Ltd., mhux tal-esportatur Daye Special Steel Co., Ltd. (l-isem biċ-Ċiniż: 大冶特殊钢有限公司).

    (5)  Il-bidla ġiet approvata mill-Uffiċċju għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tas-Suq tal-Belt ta’ Huangshi fl-4 ta’ Settembru 2019.

    (6)  Il-bidla ġiet approvata mill-Uffiċċju għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tas-Suq tad-Distrett ta’ Shangyu fis-27 ta’ Awwissu 2019.


    Top