This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0913
Council Implementing Regulation (EU) 2023/913 of 4 May 2023 implementing Article 9 of Regulation (EC) No 1183/2005 concerning restrictive measures in view of the situation in the Democratic Republic of the Congo
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/913 tal-4 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/913 tal-4 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ST/7624/2023/INIT
ĠU L 119, 5.5.2023, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/913
tal-4 ta’ Mejju 2023
li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
(2) |
Fl-1 ta’ Marzu 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni relatata ma’ persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, il-Parti (a) (Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 2a), l-entrata 30 hija sostitwita b’dan li ġej:
“30. |
Bosco TAGANDA (psewdonimu: a) Bosco Ntaganda, b) Bosco Ntagenda, c) General Taganda, d) Lydia (Meta kien parti mill-APR), e) Terminator, f) Tango Romeo (Sinjal ta’ sejħa), g) Romeo (Sinjal ta’ sejħa), h) Major) Indirizz: Belgium (sa mill-14 ta’ Diċembru 2022). Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974. Post tat-twelid: Bigogwe, Rwanda. Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta’ Novembru 2005 (emendata fit-13 ta’ Ottubru 2016, id-19 ta’ Awwissu 2020, l-1 ta’ Marzu 2023). Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f’Nyamitaba, fit-territorju ta’ Masisi, f’Kivu ta’ Fuq. Inħatar bħala Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta’ Digriet Presidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta’ paċi ta’ Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn wara l-arrest ta’ Laurent Nkunda f’Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR ‘Umoja Wetu’, ‘Kimia II’, u ‘Amani Leo’ f’Kivu ta’ Fuq u t’Isfel. Daħal fir-Rwanda f’Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f’idejn l-uffiċjali tal-QKI f’Kigali fit-22 ta’ Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI f’The Hague, in-Netherlands. Fid-9 ta’ Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta’ delitti kontra l-umanità kontrih; il-proċess beda f’Settembru 2015. Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-QKI sabitu ħati ta’ 18-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, li twettqu f’Ituri bejn l-2002 u l-2003. Fis-7 ta’ Novembru 2019, huwa ngħata sentenza ta’ total ta’ 30 sena ħabs. Huwa appella kemm il-kundanna kif ukoll is-sentenza tiegħu. Fit-30 ta’ Marzu 2021, l-Awla tal-Appell tal-QKI kkonfermat il-kundanna u s-sentenza tiegħu. Fl-14 ta’ Diċembru 2022, huwa ġie ttrasferit fit-territorju tal-Belġju għall-eżekuzzjoni tal-piena. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Bosco Taganda kien il-kmandant militari tal-UPC/L, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f’Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa’ barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f’Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta’ kmand f’155 każ ta’ reklutaġġ u użu tat-tfal f’Kivu ta’ Fuq mill-2002 sal-2009. Bħala Kap Kmandant tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta’ kmand għall-massakru f’Kiwanja f’Novembru 2008. Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f’Nyamitaba fit-territorju ta’ Masisi tal-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq. F’Ġunju 2011, kien jirrisjedi f’Goma u kien is-sid ta’ azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta’ Ngungu, tat-territorju ta’ Masisi fil-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta’ Digriet Presidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta’ paċi ta’ Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u mbagħad sar il-kmandant militari tas-CNDP wara li ġie arrestat Laurent Nkunda f’Jannar 2009. Minn Jannar 2009, kien Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR ‘Umoja Wetu’, ‘Kimia II’, u ‘Amani Leo’ f’Kivu ta’ Fuq u t’Isfel. Daħal fir-Rwanda f’Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f’idejn l-uffiċjali tal-QKI f’Kigali fit-22 ta’ Marzu u sussegwentement ġie ttrasferit lill-QKI f’The Hague, in-Netherlands. Fid-9 ta’ Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta’ delitti kontra l-umanità kontrih. Il-proċess beda f’Settembru 2015.”. |