Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0144

    Regolament (UE) 2023/144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar it-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70 tal-Kunsill li jintroduċi sistema ta’ kontabilità dwar l-infiq fuq l-infrastruttura fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, u t-tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2006 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70

    PE/68/2022/REV/1

    ĠU L 21, 23.1.2023, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/02/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/144/oj

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 21/1


    REGOLAMENT (UE) 2023/144 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Jannar 2023

    dwar it-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70 tal-Kunsill li jintroduċi sistema ta’ kontabilità dwar l-infiq fuq l-infrastruttura fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, u t-tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2006 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 91 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkonfermaw fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (3) l-impenn konġunt tagħhom.sabiex jaġġornaw u jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (2)

    Huwa xieraq li jiġi analizzat b’mod regolari l-acquis tal-Unjoni sabiex ikun jista’ jiġi aġġornat u, fejn possibbli, jitnaqqas fil-volum. It-tħassir ta’ leġiżlazzjoni li ma għadhiex valida jgħin biex il-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni jinżamm trasparenti, ċar u faċli sabiex jintuża mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

    (3)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 tal-Kunsill (4) jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw dwar l-infiq fuq l-infrastruttura għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, kif ukoll dwar il-prospetti relatati mal-użu ta’ tali infrastruttura.

    (4)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 jinkludi dispożizzjonijiet u definizzjonijiet li ma għadhomx validi, u huwa inkonsistenti u inkompatibbli ma’ atti legali tal-Unjoni aktar reċenti li bħalissa huma fis-seħħ li jobbligaw lill-Istati Membri jirrapportaw dwar id-data dwar l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport u l-użu tal-infrastruttura.

    (5)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 huwa assoċjat ma’ diffikultajiet amministrattivi eċċessivi fil-ġbir tad-data meħtieġa minn dak ir-Regolament. Mill-2005, erba’ Stati Membri biss ipprovdew tali data.

    (6)

    Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 jenħtieġ li jitħassar sabiex jiġu eliminati l-inkonsistenzi fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni u sabiex jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jiġi eliminat att legali li issa ma għadux validu.

    (7)

    Peress li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2006 (5) jimplimenta r-Regolament (KEE) Nru 1108/70, l-għan tiegħu ser jintemm bit-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 851/2006 jenħtieġ li jitħassar ukoll,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1108/70 u (KE) Nru 851/2006 huma mħassra.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Jannar 2023.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    R. METSOLA

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (1)  Opinjoni tas-26 ta’ Ottubru 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2022.

    (3)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    (4)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 tal-Kunsill tal-4 ta’ Ġunju 1970 li jintroduċi sistema ta’ kontabilità dwar l-infiq fuq l-infrastruttura fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 130, 15.6.1970, p. 4).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2006 tad-9 ta’ Ġunju 2006 li jispeċifika l-entrati li jridu jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 (ĠU L 158, 10.6.2006, p. 3).


    Top