This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0177
Commission Decision (EU) 2023/177 of 14 December 2022 on the consistency of the performance targets contained in the revised draft performance plan submitted by Germany pursuant to Regulation (EC) No 549/2004 of the European Parliament and of the Council with the Union-wide performance targets for the third reference period (notified under document C(2022) 9233) (Only the English text is authentic) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/177 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat mill-Ġermanja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (notifikata bid-dokument C(2022) 9233) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/177 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat mill-Ġermanja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (notifikata bid-dokument C(2022) 9233) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/9233
ĠU L 25, 27.1.2023, p. 79–86
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/79 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/177
tal-14 ta’ Diċembru 2022
dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat mill-Ġermanja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju
(notifikata bid-dokument C(2022) 9233)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
(1) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-Istati Membri jridu jfasslu pjanijiet ta’ prestazzjoni, f’livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), li jridu jinkludu miri ta’ prestazzjoni vinkolanti għal kull perjodu referenzjarju tal-iskema ta’ prestazzjoni għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-miri ta’ prestazzjoni jridu jkunu konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha adottati mill-Kummissjoni għall-perjodu referenzjarju kkonċernat. |
(2) |
Il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (“RP3”) ġew stabbiliti oriġinarjament fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 (3). Minħabba li dawk il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u l-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni tal-RP3 sussegwentement mressqin f’Ottubru 2019 mill-Istati Membri tfasslu qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 f’Marzu 2020, dawn ma qisux it-tnaqqis konsiderevoli fit-traffiku tal-ajru minħabba l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi biex jikkontrollaw il-pandemija. |
(3) |
Bi tweġiba għall-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ġew stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 miżuri eċċezzjonali għall-RP3, li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 (4). Fit-2 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 (5) li tistabbilixxi miri ta’ prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha għall-RP3. Abbażi ta’ dan, f’Ottubru 2021, l-Istati Membri ppreżentaw abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni lill-Kummissjoni li kien fihom miri ta’ prestazzjoni lokali riveduti għall-RP3. |
(4) |
Fit-13 ta’ April 2022, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/728 (6) indirizzata lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lil Franza, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Lussemburgu, lil Malta, lin-Netherlands, lir-Rumanija u lill-Iżvezja. Dik id-Deċiżjoni stabbiliet li, fir-rigward tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni stabbilit fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (“il-Ġermanja”), b’mod konġunt mal-Belġju, ma’ Franza, mal-Lussemburgu, u man-Netherlands (“abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC”), il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza en route għaż-żona tal-imposti ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu ma kinux konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u nħarġu rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728 ma inkludiet l-ebda sejba fir-rigward tal-miri ta’ prestazzjoni applikabbli għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti fl-ispazju tal-ajru tal-Ġermanja. |
(5) |
Bi tweġiba għall-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, li bdiet fl-24 ta’ Frar 2022, l-Unjoni imponiet miżuri restrittivi li jipprojbixxu lit-trasportaturi tal-ajru Russi, lil kwalunkwe inġenju tal-ajru rreġistrat fir-Russja u lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li mhuwiex irreġistrat fir-Russja li huwa proprjetà ta’ jew mikri b’lokazzjoni, jew inkella li huwa kkontrollat minn kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiku jew ġuridiku Russu milli jinżel u jitlaq minn, jew itir minn fuq it-territorju tal-Unjoni. Dawk il-miżuri restrittivi u l-kontromiżuri adottati mir-Russja wasslu għal bidliet fit-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru Ewropew. Ċerti Stati Membri ġew affettwati serjament minn tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ titjiriet fuq l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Madankollu, fil-livell tal-Unjoni kollha, l-impatt osservat fuq l-għadd ta’ titjiriet kien limitat b’kuntrast mat-tnaqqis qawwi tat-traffiku tal-ajru madwar l-Ewropa li rriżulta mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19. |
(6) |
Fit-13 ta’ Lulju 2022, il-Ġermanja, b’mod konġunt mal-Belġju, ma’ Franza, mal-Lussemburgu u man-Netherlands, ippreżentat lill-Kummissjoni abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC għall-RP3. |
(7) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miri ta’ prestazzjoni riveduti tal-kosteffiċjenza proposti għaż-żona tal-imposti en route ta’ bejn il-Belġju u l-Lussemburgu għadhom jagħtu lok għal dubji dwar il-konsistenza tagħhom mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni bdiet l-eżami dettaljat f’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 fir-rigward ta’ dawk il-miri ta’ prestazzjoni, li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2022. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Belġju, lil Franza, lill-Ġermanja, lil-Lussemburgu u lin-Netherlands b’dan permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2255 (7) tagħha. |
(8) |
Fit-3 ta’ Novembru 2022, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li rtirat mill-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC, u ppreżentat lill-Kummissjoni abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-RP3 stabbilit fil-livell nazzjonali (l-“abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali”). L-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jżomm il-miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti fl-ispazju tal-ajru tal-Ġermanja fil-livell stabbilit fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2022. Effettivament ma kien hemm l-ebda benefiċċju jew sinerġija addizzjonali fil-prestazzjoni għall-Ġermanja li jirriżultaw mill-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC. L-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali ma jelenka l-ebda impatt negattiv li jirriżulta mill-waqfien tal-attivitajiet tal-ippjanar tal-prestazzjoni u tal-iffissar tal-miri fil-livell tal-FABEC. |
(9) |
Il-korp ta’ rieżami tal-prestazzjoni, li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, ippreżenta lill-Kummissjoni rapport li fih il-valutazzjoni tiegħu tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali. |
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali, ivvalutat il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni lokali inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Fir-rigward ta’ kull qasam ewlieni ta’ prestazzjoni u l-miri ta’ prestazzjoni relatati, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha billi rrieżaminat l-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
(11) |
It-tbassir tat-traffiku bażi tas-Servizz tal-Istatistika u t-Tbassir (“STATFOR”) tal-Eurocontrol ippubblikat f’Ġunju 2022 iqis il-bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru Ewropew wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Abbażi ta’ dak it-tbassir, il-Kummissjoni tinnota li mhuwiex mistenni li l-Ġermanja tesperjenza bidliet kbar fil-flussi tat-traffiku matul l-RP3 bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, dik il-bidla fiċ-ċirkostanzi ma taffettwax direttament il-miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jew il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dawk il-miri fir-rigward tal-konsistenza tagħhom mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
(12) |
Il-Ġermanja taqbel b’mod eċċezzjonali li tirrinunzja d-drittijiet tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 342 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/1958 (8) u li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż. |
VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza
(13) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali ippreżentat mill-Ġermanja rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“ANSPs”) f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
(14) |
Il-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza lokali proposti mill-Ġermanja fir-rigward tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, imqassmin skont l-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza u espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, huma kif ġej:
|
(15) |
Il-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti mill-Ġermanja għall-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“ANSP”), jiġifieri Deutsche Flugsicherung (“DFS”), huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
(16) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jistabbilixxi miżuri għad-DFS għall-ilħuq tal-miri lokali tas-sikurezza, bħal stħarriġ u kampanji regolari dwar il-kultura tas-sikurezza, aġġornamenti regolari tal-pjan tas-sikurezza tal-ANSP, u proċess iddedikat għall-ġestjoni tat-tibdil. |
(17) |
Għalhekk, fid-dawl tal-premessi (14)(15) u (16), u filwaqt li jitqies li l-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza għall-Unjoni kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891 għandhom jintlaħqu sas-sena finali tal-RP3, jiġifieri l-2024, il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
Valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent
(18) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent, il-konsistenza tal-miri ppreżentati mill-Ġermanja rigward l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali ġiet ivvalutata f’konformità mal-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri proposti inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali tqabblu mal-valuri referenzjarji rilevanti tal-effiċjenza tat-titjir orizzontali en route stabbiliti fil-Pjan ta’ Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot (“ERNIP”) disponibbli fit-2 ta’ Ġunju 2021, id-data tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha għall-RP3. |
(19) |
Fir-rigward tas-sena 2020, il-mira ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP3 fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, li inizjalment ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903, qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ma ġietx riveduta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891, meta wieħed iqis li l-perjodu għall-applikazzjoni ta’dik il-mira kien skada u li, b’hekk, l-implimentazzjoni tagħha kienet saret definittiva, b’mod li ma ħalliet l-ebda possibbiltà għal aġġustamenti retroattivi. Bl-istess mod, mhuwiex possibbli li jiġu mmodifikati b’mod retroattiv, fl-abbozz rivedut tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni, il-miri ta’ prestazzjoni ambjentali lokali għas-sena 2021 stabbiliti mill-Istati Membri fl-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni ppreżentati f’Ottubru 2021. Għalhekk, il-konsistenza tal-miri lokali ta’ prestazzjoni ambjentali jenħtieġ li tiġi vvalutata mal-miri ta’ prestazzjoni korrispondenti għall-Unjoni kollha fir-rigward tas-snin 2022, 2023 u 2024. |
(20) |
Il-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent proposti mill-Ġermanja u l-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għall-RP3 mill-ERNIP, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, huma kif ġej:
|
(21) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-ambjent proposti mill-Ġermanja huma ugwali għall-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-2022, tal-2023 u tal-2024. |
(22) |
Il-Kummissjoni tinnota li, fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali tagħha, il-Ġermanja ppreżentat diversi miżuri għall-ilħuq tal-miri tal-ambjent lokali li jinkludu operazzjonijiet transfruntiera b’rotot liberi ma’ sitt pajjiżi ġirien, kif ukoll it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq ir-rotot u tal-limiti massimi tal-livelli tat-titjiriet. Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Ġermanja tistabbilixxi l-miżuri kollha rrakkomandati mill-ERNIP biex ittejjeb it-trajettorji en route. |
(23) |
Għalhekk, fid-dawl tal-premessi 20, 21 u 22, il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
Valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità
(24) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, il-konsistenza tal-miri ppreżentati mill-Ġermanja rigward id-dewmien medju fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“ATFM”) en route għal kull titjira ġie vvalutat f’konformità mal-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tqabblu mal-valuri referenzjarji rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network disponibbli fit-2 ta’ Ġunju 2021, id-data tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha għall-RP3. |
(25) |
Fir-rigward tas-sena 2020, il-mira ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP3 fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, li inizjalment ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903, qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ma ġietx riveduta mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891, meta wieħed iqis li l-perjodu għall-applikazzjoni ta’dik il-mira kien skada u li, b’hekk, l-implimentazzjoni tagħha kienet saret definittiva, b’mod li ma ħalliet l-ebda possibbiltà għal aġġustamenti retroattivi. Bl-istess mod, mhuwiex possibbli li jiġu mmodifikati b’mod retroattiv, fl-abbozz rivedut tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni, il-miri ta’ prestazzjoni tal-kapaċità lokali għas-sena 2021 stabbiliti mill-Istati Membri fl-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni ppreżentati f’Ottubru 2021. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi vvalutata l-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kapaċità lokali mal-miri ta’ prestazzjoni korrispondenti għall-Unjoni kollha fir-rigward tas-snin 2022, 2023 u 2024. |
(26) |
Il-miri tal-kapaċità en route proposti mill-Ġermanja għall-RP3, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira, kif ukoll il-valuri referenzjarji korrispondenti mill-Pjan Operazzjonali tan-Network huma kif ġej:
|
(27) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità proposti mill-Ġermanja huma ugwali għall-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-2022, tal-2023 u tal-2024. |
(28) |
Il-Kummissjoni tinnota li, fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali tagħha, il-Ġermanja ppreżentat miżuri għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità lokali en route. Dawk il-miżuri jinkludu titjib tekniku tas-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, ristrutturar tal-ispazju tal-ajru, koordinazzjoni ċivili-militari msaħħa, żieda fl-għadd ta’ ekwivalenti full-time tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, rostering iktar flessibbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, u inizjattivi transfruntiera biex jittejbu l-interoperabbiltà u l-effiċjenzi operazzjonali. |
(29) |
Għalhekk, fid-dawl tal-premessi 26, 27 u 28, il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
Rieżami tal-abbozzi tal-miri tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal
(30) |
Fir-rigward tal-ajruporti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha tal-miri tal-kapaċità en route billi rrieżaminat il-miri tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal f’konformità mal-punt 2.1.(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Instab li dawk il-miri ma jqajmux tħassib fir-rigward tal-Ġermanja. |
Valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza
(31) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri tal-kosteffiċjenza proposti fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali f’konformità mal-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
(32) |
Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mill-Ġermanja għall-RP3 huma kif ġej:
|
(33) |
Fir-rigward tal-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-kost unitarju determinat (“DUC”) en route fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -2,4 % matul l-RP3 jisboq ix-xejra għall-Unjoni kollha ta’ +1,0 % matul l-istess perjodu. |
(34) |
Fir-rigward tal-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -3,8 % matul it-tieni perjodu referenzjarju (“RP2”) u l-RP3 tisboq ix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,3 % matul l-istess perjodu. |
(35) |
Fir-rigward tal-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC ta’ EUR 66,01 tal-Ġermanja, espress bil-prezzijiet tal-2017 (“EUR 2017”) huwa 13,2 % ogħla mill-valur bażi medju ta’ EUR 58,33 fl-EUR 2017 tal-grupp komparatur rilevanti. |
(36) |
Huwa ċar li l-Ġermanja tisboq b’marġni sinifikanti kemm ix-xejra tad-DUC tal-RP3 għall-Unjoni kollha kif ukoll ix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha. Barra minn hekk, id-DUC tal-Ġermanja fl-2024 huwa iktar baxx mill-valuri bażi tal-2014 u tal-2019, u dan juri li ntlaħqu gwadanji effettivi fil-kosteffiċjenza kemm fuq terminu medju kif ukoll fuq terminu twil. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tal-Ġermanja, id-differenza bejn il-valur bażi u l-medja tal-grupp komparatur imsemmija fil-premessa 35 ma tipprekludix li l-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza jkunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha. |
(37) |
Għalhekk, fid-dawl tal-premessi 31 sa 36, il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
Rieżami tal-miri tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal
(38) |
Fir-rigward tal-ajruporti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha tal-miri tal-kosteffiċjenza en route billi rrieżaminat il-miri tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal f’konformità mal-punt 2.1(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Instab li dawk il-miri ma jqajmux tħassib fir-rigward tal-Ġermanja. |
Rieżami tal-iskemi ta’ inċentivi msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 li jikkomplementa l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-miri tal-kapaċità
(39) |
F’konformità mal-punt 2.1(f) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha tal-miri tal-kapaċità billi rrieżaminat l-iskemi ta’ inċentivi msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskemi ta’ inċentivi proposti jissodisfawx ir-rekwiżiti sostantivi stabbiliti fl-Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
(40) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Ġermanja għandha tirrevedi l-iskema ta’ inċentivi tagħha biex jintlaħqu l-miri tal-kapaċità en route b’tali mod li l-iżvantaġġ finanzjarju massimu li jirriżulta minn dik l-iskema ta’ inċentivi jiġi stabbilit f’livell li jkollu impatt materjali fuq id-dħul f’riskju. Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja ma għamlet l-ebda tibdil fl-iskemi ta’ inċentivi tagħha meta mqabbla mal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fl-2021 u l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2022. |
(41) |
Għaldaqstant, fid-dawl tal-premessa 40, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta’ inċentivi tal-kapaċità en route stabbilita fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali tkompli tagħti lok għal tħassib. Għalhekk, il-Kummissjoni ttenni l-fehma tagħha li jenħtieġ li l-Ġermanja tirrevedi, b’rabta mal-adozzjoni tal-pjan ta’ prestazzjoni finali tagħha f’konformità mal-Artikolu 16, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-iskema ta’ inċentivi tagħha għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità en route sabiex l-iżvantaġġ finanzjarju massimu li jirriżulta minn dik l-iskema ta’ inċentivi jiġi stabbilit f’livell li jkollu impatt materjali fuq id-dħul f’riskju, kif espressament meħtieġ skont l-Artikolu 11(3), il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, li fil-fehma tal-Kummissjoni jenħtieġ li jwassal għal żvantaġġ finanzjarju massimu li jkun ugwali jew ogħla minn 1 % tal-kostijiet iddeterminati. |
KONKLUŻJONIJIET
(42) |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali ppreżentat mill-Ġermanja huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat mill-Ġermanja fit-3 ta’ Novembru 2022, skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, u elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Adina-Ioana VĂLEAN
Membru tal-Kummissjoni
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 tad-29 ta’ Mejju 2019 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 (ĠU L 144, 3.6.2019, p. 49).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/728 tat-13 ta’ April 2022 dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-blokok ta’ spazju tal-ajru nazzjonali u funzjonali ppreżentati mill-Belġju, mill-Ġermanja, mill-Greċja, minn Franza, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, minn Malta, min-Netherlands, mir-Rumanija, u mill-Iżvezja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju u li tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri (ĠU L 135, 12.5.2022, p. 4).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2255 tal-24 ta’ Ottubru 2022 dwar il-bidu tal-eżami dettaljat ta’ ċerti miri ta’ prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni għat-tielet perjodu ta’ referenza sottomess fil-livell tal-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu, u min-Netherlands skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 17.11.2022, p. 71).
(8) Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
ANNESS
Miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, li nstab li huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju
QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA
Effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza
Il-Ġermanja |
Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-EASA |
|||
Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat |
Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza |
2022 |
2023 |
2024 |
DFS |
Politika u objettivi tas-sikurezza |
C |
C |
C |
Ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza |
C |
D |
D |
|
Aċċertament tas-sikurezza |
B |
C |
C |
|
Promozzjoni tas-sikurezza |
C |
C |
C |
|
Kultura ta’ sikurezza |
C |
C |
C |
QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT
Effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali
Il-Ġermanja |
2022 |
2023 |
2024 |
Il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali |
2,30 % |
2,30 % |
2,30 % |
QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ
Dewmien medju tal-ATFM en route f’minuti għal kull titjira
Il-Ġermanja |
2022 |
2023 |
2024 |
Il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira |
0,27 |
0,27 |
0,27 |
QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA
Kost unitarju ddeterminat għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route
Żona tal-imposti en route tal-Ġermanja |
Valur ta’ bażi tal-2014 |
Valur ta’ bażi tal-2019 |
2020-2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
Miri tal-kosteffiċjenza en route, espressi bħala kost unitarju ddeterminat en route (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2017) |
84,74 EUR |
66,01 EUR |
129,44 EUR |
67,52 EUR |
63,29 EUR |
59,89 EUR |