This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2300
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/2300 of 30 August 2022 supplementing Regulation (EU) 2021/847 of the European Parliament and of the Council with provisions on the establishment of a monitoring and evaluation framework for the Fiscalis programme for cooperation in the field of taxation
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2300 tat-30 ta’ Awwissu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-programm Fiscalis għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2300 tat-30 ta’ Awwissu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-programm Fiscalis għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni
C/2022/6102
ĠU L 305, 25.11.2022, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 305/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2300
tat-30 ta’ Awwissu 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-programm Fiscalis għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-indikaturi għar-rapportardwar il-progress tal-programm Fiscalis kif stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/847 (“il-Programm”) lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament. |
(2) |
Għalkemm l-indikaturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/847 huma adattati għall-fini ta’ monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni, ma jippermettux monitoraġġ u evalwazzjoni komprensivi tal-attivitajiet u tar-riżultati tal-Programm fil-kisba tal-objettivi speċifiċi tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi addizzjonali bħala parti mill-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni. Jenħtieġ li dawk l-indikaturi addizzjonali jkejlu l-outputs, ir-riżultati u l-impatti tal-Programm. |
(3) |
Biex jiġi żgurat li d-data għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, b’mod effettiv u fil-ħin, jenħtieġ li jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati biex jiġi evitat ir-rapportar doppju u jittaffa l-piż amministrattiv. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat allinjament mal-bidu tal-perjodu ta’ rapportar marbut mal-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li dan ir-Regolament Delegat japplika b’mod retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2022, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Indikaturi tal-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni u r-rekwiżiti ta’ rapportar
1. Meta jiġi mmonitorjat u evalwat il-Programm f’konformità mal-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (UE) 2021/847, l-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw bħala parti mill-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni:
(a) |
l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/847; |
(b) |
l-indikaturi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, li jkejlu l-outputs, ir-riżultati u l-impatti tal-Programm. |
2. L-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitkejlu kull sena, għajr l-indikaturi tal-impatt imsemmija fil-punti (1)(a) u (3) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament li għandhom jitkejlu kull sentejn u bħala parti mill-evalwazzjonijiet interim u finali, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/847.
3. Meta meħtieġ mill-Kummissjoni, ir-riċevituri tal-fondi tal-Programm għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data u l-informazzjoni relatati mal-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1, li huma rilevanti għall-fini li jikkontribwixxu għall-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Lista ta’ indikaturi addizzjonali fir-rigward tal-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-Programm Fiscalis imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (UE) 2021/847
A. Indikaturi tal-output
(1) |
Żvilupp tal-komponenti komuni tas-Sistemi Elettroniċi Ewropej (EES):
|
(2) |
Twettiq tal-komponenti komuni tal-EES:
|
(3) |
Affidabbiltà tal-EES (il-kapaċità tan-Network Komuni ta’ Komunikazzjoni). |
(4) |
Affidabbiltà tas-servizzi ta’ appoġġ tal-IT:
|
(5) |
Livell ta’ appoġġ għall-bini tal-kapaċità pprovdut permezz ta’ azzjonijiet kollaborattivi (kwalità tal-azzjonijiet kollaborattivi). |
(6) |
Grad ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-Programmi. |
B. Indikaturi tar-riżultati:
(1) |
Livell ta’ koerenza tal-leġiżlazzjoni u l-politika tat-tassazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom (il-kontribut tal-komponenti komuni l-ġodda tal-EES għall-faċilitazzjoni ta’ implimentazzjoni koerenti tad-dritt u l-politika tal-Unjoni). |
(2) |
Użu tal-EES ewlenin li għandhom l-għan li jżidu l-interkonnettività u l-iskambju ta’ informazzjoni (in-numru ta’ messaġġi skambjati minn sistema għal sistema). |
(3) |
Livell ta’ kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali:
|
(4) |
Prestazzjoni operazzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali:
|
C. Indikaturi tal-impatt
(1) |
Evoluzzjoni tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri:
|
(2) |
Kontribut għat-tisħiħ tal-funzjonament tas-suq intern (numru ta’ każijiet ta’ qabel il-ksur u ta’ ksur b’rabta mat-tassazzjoni). |
(3) |
Evoluzzjoni tal-kompetittività tal-Unjoni u tal-kompetizzjoni ġusta fi ħdan l-Unjoni (il-mili minn qabel tad-dikjarazzjonijiet jew tal-valutazzjonijiet tat-taxxa). |