This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2200
Council Decision (EU) 2022/2200 of 8 November 2022 on the position to be taken on behalf of the European Union in the World Forum for Harmonization of Vehicle Regulations of the United Nations Economic Commission for Europe on proposals for modifications to UN regulations Nos 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162 and 163, on a proposal for a new UN regulation on Vulnerable Road Users in Front and Side Close Proximity, on a proposal for a new UN Regulation on the Approval of Motor Vehicles with Regard to their Direct Vision, and on a proposal for an amendment to M.R.1
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2200 tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar proposti għal modifiki għar-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162 u 163 tan-NU, dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-Utenti Vulnerabbli tat-Triq fil-Prossimità tal-Parti ta’ Quddiem u tal-Ġenb tal-Vettura, dwar proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom, u dwar proposta għal emenda għall-M.R.1
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2200 tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar proposti għal modifiki għar-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162 u 163 tan-NU, dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-Utenti Vulnerabbli tat-Triq fil-Prossimità tal-Parti ta’ Quddiem u tal-Ġenb tal-Vettura, dwar proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom, u dwar proposta għal emenda għall-M.R.1
ST/13763/2022/INIT
ĠU L 292, 11.11.2022, p. 54–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2200
tat-8 ta’ Novembru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar proposti għal modifiki għar-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162 u 163 tan-NU, dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-Utenti Vulnerabbli tat-Triq fil-Prossimità tal-Parti ta’ Quddiem u tal-Ġenb tal-Vettura, dwar proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom, u dwar proposta għal emenda għall-M.R.1
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) għal dak li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim għal dak li jikkonċerna l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (ir-“regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE (NUKEE WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-regolamenti tan-NU, regolamenti tekniċi globali tan-NU (GTRs tan-NU) u għar-riżoluzzjonijiet tan-NU, u proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 tan-NUKEE jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU. |
(5) |
In-NUKEE WP.29, matul il-188 sessjoni tal-Forum Dinji li ser isir mill-14 sas-16 ta’ Novembru 2022, jista’ jadotta: proposti għal modifiki tar-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162 u 163 tan-NU; proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-utenti vulnerabbli tat-triq li jkunu fil-prossimità tal-parti ta’ quddiem u tal-ġenb tal-vettura; proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom; u proposta għal emenda għar-riżoluzzjoni reċiproka Nru 1 tan-NU. |
(6) |
Ir-regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mar-riżoluzzjoni tan-NU, ser jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fin-NUKEE WP.29 dwar l-adozzjoni ta’ dawk il-proposti. |
(7) |
Hemm bżonn li r-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew għal karatteristiċi koperti mir-Regolamenti Nru 0, 13, 24, 34, 43, 48, 67, 83, 90, 118, 125, 127, 129, 149, 151, 158, 159, 161, 162, 163 u r-riżoluzzjoni reċiproka Nru 1 tan-NU jiġu emendati jew supplimentati biex jiġu riflessi l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi. |
(8) |
Sabiex jiġi rifless il-progress tekniku, tittejjeb is-sikurezza tal-vetturi u titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-utenti tat-triq, hemm bżonn li jiġu adottati regolament ġdid tan-NU dwar l-utenti vulnerabbli tat-triq li jkunu fil-prossimità tal-parti ta’ quddiem u tal-ġenb tal-vettura u regolament ġdid tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-viżjoni diretta tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-188 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE li ser issir bejn l-14 u s-16 ta’ Novembru 2022 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
ANNESS
Regolament Nru |
Titolu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument (1) |
0 |
Proposta għas-Serje 05 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 0 (Approvazzjoni tat-Tip Internazzjonali ta’ Vettura Sħiħa) (ECE/TRANS/WP.29/1166, il-paragrafu 107, abbażi tad-WP.29-187-20) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/111 |
13 |
Proposta għas-Suppliment 20 tas-serje 11 ta’ emendi għar-Regolament Nru 13 tan-NU (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/11, kif emendat permezz ta’ GRVA-13-22/Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/137 |
13 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 12 ta’ emendi għar-Regolament Nru 13 tan-NU (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/11, kif emendat permezz ta’ GRVA-13-22/Rev.1) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/138 |
24 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 24 tan-NU (Inkwinanti viżibbli, kejl tal-potenza tal-magni C.I (Duħħan tad-diżil))(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/86/Rev.1, il-paragrafu 41, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/22, kif emendat waqt is-sessjoni bl-Anness VII) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/133/Rev.1 |
34 |
Proposta għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 34 tan-NU (Il-Prevenzjoni tar-riskju tan-nirien) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/19/Rev.1 kif emendat permezz tal-paragrafu 33 tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/116 |
34 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 34 tan-NU (Il-Prevenzjoni tar-riskju tan-nirien) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/19 mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/117 |
43 |
Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 43 tan-NU (Ħġieġ tas-sikurezza) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 12, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/3 u ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/4, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/118 |
48 |
Proposta għas-Suppliment 17 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/86, il-paragrafu 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/5, kif emendat permezz ta’ GRE-86-05-Rev.2) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/112 |
48 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/86, il-paragrafu 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/5 kif emendat permezz ta’ GRE-86-05-Rev.2) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/113 |
48 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 08 ta’ emendi għar-Regolament Nru 48 tan-NU (L-installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/86, il-paragrafu 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/5, kif emendat permezz ta’ GRE-86-05-Rev.2) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/114 |
67 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 67 tan-NU (Il-vetturi LPG) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/11, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/119 |
67 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 67 tan-NU (Il-vetturi LPG) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/11 mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/120 |
83 |
Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 05 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/86/Rev.1, il-paragrafu 21, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/10 u ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/13 u GRPE-86-12 kif emendat bl-Anness IV) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/134 |
83 |
Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/86/Rev.1, il-paragrafu 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/10 u ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/13, GRPE86-12 u GRPE-86-24-Rev.1 kif emendat bl-Anness V) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/135 |
83 |
Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje 07 ta’ emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/86/Rev.1, il-paragrafu 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/10 u ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/13, GRPE86-12 u GRPE-86-24-Rev.1 kif emendat bl-Anness VI) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/136 |
90 |
Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 90 tan-NU (sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet) (abbażi ta’ GRVA-14-17) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/148 |
118 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 118 tan-NU (Il-mod kif jinħarqu ċerti materjali) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 8, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/2, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/121 |
125 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 125 tan-NU (Il-Kamp ta’ viżjoni ta’ quddiem tas-sewwieqa) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 49, abbażi ta’ GRSG-123-05) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/122 |
127 |
Proposta għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 127 tan-NU (Is-sikurezza għall-persuni bil-mixi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/4 kif emendat permezz tal-Anness II tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/129 |
127 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 127 tan-NU (Is-sikurezza għall-persuni bil-mixi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 21, abbażi ta’ GRSP-71-04 kif riprodott fl-Anness II tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/130 |
129 |
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Is-sistemi tat-Trażżin għat-Tfal) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/7, kif emendat permezz tal-Anness III tar-rapport, ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/8 u ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/9, it-tnejn mhux emendati) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/128 |
129 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Is-sistemi tat-Trażżin għat-Tfal) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/5, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/131 |
129 |
Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Is-sistemi tat-Trażżin għat-Tfal) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/6 mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/132 |
149 |
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 149 tan-NU (L-apparati għat-tidwil tat-triq) (ECE/TRANS/WP.29/GRE/86, il-paragrafu 12, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2022/8) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/115 |
151 |
Proposta għas-Suppliment 4 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 151 tan-NU (Is-sistemi ta’ Informazzjoni dwar Punti Moħbija) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 18, abbażi ta’ GRSG-2022-9, kif emendat bl-Anness III tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/147 |
158 |
Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 158 tan-NU (Il-moviment tar-rivers) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/10, kif emendat bl-Anness IV tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/123/Rev 1 |
159 |
Proposta għall-parti I tas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 159 tan-NU (Is-sistema ta’ informazzjoni waqt it-tluq tal-vettura) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 23, abbażi ta’ GRSG-123-11-Rev.1, kif riprodott fl-Anness V tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/124 |
159 |
Proposta għall-parti II tas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 159 tan-NU (Is-sistema ta’ informazzjoni waqt it-tluq tal-vettura) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 23, abbażi ta’ GRSG-123-32, kif riprodott fl-Anness V tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/125 |
161 |
Proposta għas-Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 161 tan-NU (L-apparati kontra l-Użu mhux Awtorizzat) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 43, abbażi ta’ GRSG-2022-14, kif emendat bil-paragrafu 43) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/146 |
162 |
Proposta għas-Suppliment 4 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 162 tan-NU (L-immobilizzaturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 46, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/15, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/126/Rev 1 |
163 |
Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 163 tan-NU (Is-sistemi ta’ Allarm tal-Vetturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 48, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/16, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/127 |
Regolament ġdid |
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Utenti Vulnerabbli tat-Triq li jkunu fil-Prossimità tal-parti ta’ Quddiem u tal-Ġenb tal-Vettura (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/6 kif emendat permezz tal-Anness VI tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/139 |
Regolament ġdid |
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Approvazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur fir-Rigward tal-Viżjoni Diretta tagħhom (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, il-paragrafu 28, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/7 kif emendat permezz tal-Anness VII tar-rapport u ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2022/30) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/140/Rev 1 |
Mixxellanji |
Titolu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument |
Riżoluzzjoni Reċiproka |
Proposta għall-Emenda 3, l-Addendum 1 tar-Riżoluzzjoni Reċiproka għar-Regolament Nru 1 (M.R.1) (/TRANS/WP.29/GRSP/71, il-paragrafu 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2022/10 mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/141 |
Regolamenti tekniċi li għandhom jiġu elenkati fil-Kompendju ta’ Kandidati għall-GTRs tan-NU |
Numru tal-Elenkar 11: United States of America Environmental Protection Agency and the Department of Transportation Programmes for Light-duty Vehicle Greenhouse Gas Emission Standards and Corporate Average Fuel Economy Standards (Il-Programmi għall-Istandards tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra għal Vetturi ħfief u l-Istandards Medji u Korporattivi għall-Ekonomija fil-Fjuwil tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent u tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti tal-Amerika) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/142 |
Regolamenti tekniċi li għandhom jiġu elenkati fil-Kompendju ta’ Kandidati għall-GTRs tan-NU |
Numru tal-Elenkar 12: United States of America Environmental Protection Agency and National Highway Traffic Safety Administration, Department of Transportation Programmes for Greenhouse Gas Emissions Standards and Fuel Efficiency Standards for Medium and Heavy-Duty Engines and Vehicles (Il-Programmi għall-Istandards tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra u l-Istandards għall-Effiċjenza fil-Fjuwil għal Magni u Vetturi Medji u Tqal tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, tal-Amministrazzjoni għas-Sikurezza tat-Traffiku fit-Toroq Pubbliċi u tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti tal-Amerika) |
ECE/TRANS/WP.29/2022/143 |
Regolamenti tekniċi li għandhom jiġu elenkati fil-Kompendju ta’ Kandidati għall-GTRs tan-NU |
Numru tal-Elenkar 13: United States of America Environmental Protection Agency and National Highway Traffic Safety Administration, Department of Transportation, Program for Revisions and Additions to the Motor Vehicle Fuel Economy Label: (Il-Programm għar-Reviżjonijiet u ż-Żidiet għat-Tikketta tal-Ekonomija tal-Fjuwil ta’ Vetturi bil-Mutur tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, tal-Amministrazzjoni għas-Sikurezza tat-Traffiku fit-Toroq Pubbliċi u tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti tal-Amerika:) Tikketti tal-Ekonomija tal-Fjuwil u tal-Ambjent ġodda għal Vetturi ta’ Ġenerazzjoni Ġdida |
ECE/TRANS/WP.29/2022/144 |
(1) Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fuq: (WP.29) Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti (il-188 sessjoni) | NUKEE.