This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1024
Council Decision (EU) 2022/1024 of 7 April 2022 on the position to be taken on behalf of the European Union at the Conference of the Parties to the Rotterdam Convention on the Prior Informed Consent Procedure for certain hazardous chemicals and pesticides in international trade as regards amendments of Annex III to that Convention
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1024 tas-7 ta’ April 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali fir-rigward tal-emendi tal-Anness III għal dik il-Konvenzjoni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1024 tas-7 ta’ April 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali fir-rigward tal-emendi tal-Anness III għal dik il-Konvenzjoni
ST/7010/2022/INIT
ĠU L 172, 29.6.2022, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
29.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1024
tas-7 ta’ April 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali fir-rigward tal-emendi tal-Anness III għal dik il-Konvenzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 192(1) u 207(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (il-“Konvenzjoni”) daħlet fis-seħħ fl-24 ta’ Frar 2004 u ġiet konkluża f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jimplimenta l-Konvenzjoni fi ħdan l-Unjoni (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tista’ telenka kimiċi fl-Anness III għall-Konvenzjoni. |
|
(4) |
Fl-għaxar laqgħa tagħha, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni hija mistennija tadotta deċiżjonijiet biex telenka aktar kimiċi fl-Anness III għall-Konvenzjoni. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Partijiet importaturi jibbenefikaw mill-protezzjoni offruta mill-Konvenzjoni, u peress li l-kriterji rilevanti kollha skont il-Konvenzjoni huma ssodisfati, huwa meħtieġ u xieraq li tiġi appoġġata r-rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Reviżjoni dwar Kimika taħt il-Konvenzjoni fir-rigward tal-inklużjoni fl-Anness III għall-Konvenzjoni tal-aċetoklor, il-karbosulfan, l-asbestos krisotil, l-etere tad-dekabromodifenil, il-fentijon (ċerti formulazzjonijiet likwidi li fihom id-diklorur tal-parakwat u l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imluħa tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA. L-użu ta’ dawk is-sustanzi kimiċi diġà huwa pprojbit jew ristrett severament fi ħdan l-Unjoni, u, skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012, il-biċċa l-kbira tagħhom huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ esportazzjoni li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ skont il-Konvenzjoni. |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fir-rigward tal-emendi għall-Anness III għall-Konvenzjoni, peress li dawk l-emendi ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali għandha tkun li tappoġġa l-emenda tal-Anness III għall-Konvenzjoni fir-rigward tal-inklużjoni tal-aċetoklor, il-karbosulfan, l-asbestos krisotil, l-etere tad-dekabromodifenil, il-fentijon (formulazzjonijiet b’volum ultra baxx (ULV) ta’ 640 g jew aktar ta’ ingredjent attiv/L), il-formulazzjonijiet likwidi (konċentrat emulsjonabbli u konċentrat solubbli) li fihom id-diklorur tal-parakwat f’livell ta’ 276 g/L jew aktar, korrispondenti għall-jon tal-parakwat f’livell ta’ 200 g/L jew aktar, u l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imluħa tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA.
Artikolu 2
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni jistgħu jaqblu dwar irfinar tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikoli 1 fid-dawl tal-iżviluppi waqt l-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, matul laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DENORMANDIE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE tal-25 ta’ Settembru 2006 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 23).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).