This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1057
Regulation (EU) 2021/1057 of the European Parliament and of the Council of 24 June 2021 establishing the European Social Fund Plus (ESF+) and repealing Regulation (EU) No 1296/2013
Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013
Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013
PE/42/2021/INIT
ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/03/2024
30.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/21 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1057 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Ġunju 2021
li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 46, il-punt (d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2), il-punt (a), l-Artikolu 164, l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu u l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (il-“Pilastru”) ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni bħala risposta għall-isfidi soċjali fl-Ewropa. L-20 prinċipju ewlieni tal-Pilastru huma strutturati fi tliet kategoriji: opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol; u l-protezzjoni u inklużjoni soċjali. L-20 prinċipju tal-Pilastru jenħtieġ li jiggwidaw l-azzjonijiet taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+). Biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru, jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa l-investimenti fin-nies u s-sistemi fl-oqsma ta’ politika tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, biex b’hekk jappoġġa l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali f’konformità mal-Artikolu 174 TFUE tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(2) |
Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (is-“Semestru Ewropew”) huwa l-qafas għall-identifikazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investimenti pluriennali nazzjonali tagħhom stess b’appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta’ riforma. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-programmi nazzjonali ta’ riforma annwali sabiex jiddeskrivu u jikkoordinaw il-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li għandhom jiġu appoġġati minn finanzjament tal-Unjoni jew nazzjonali. Jenħtieġ li dawn jgħinu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jiġi riċevut b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni, fejn rilevanti, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni li l-objettivi speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ tagħhom huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-FSE+, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) stabbilit b’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-Programm InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (il-Programm InvestEU). |
(3) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1512 (7) ġew adottati linji gwida riveduti għall-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri. It-test ta’ dawk il-linji gwida ġie allinjat mal-prinċipji tal-Pilastru, bil-ħsieb li titjieb il-kompetittività tal-Ewropa u ssir post aħjar għall-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u t-trawwim tal-koeżjoni soċjali. Biex jiżgura l-allinjament sħiħ tal-FSE+ mal-objettivi ta’ dawk il-linji gwida, b’mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, il-faqar u d-diskriminazzjoni, jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa lill-Istati Membri, billi jitqiesu l-linji gwida integrati u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti adottati skont l-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 148(2) u (4) TFUE u, meta adegwat, mal-programmi nazzjonali ta’ riforma mirfuda bi strateġiji nazzjonali. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti rilevanti tal-implimentazzjoni ta’ inizjattivi u attivitajiet ewlenin tal-Unjoni, b’mod partikolari l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2016 bit-titlu “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa”, tat-30 ta’ Settembru 2020 bit-titlu “Żona Ewropea tal-Edukazzjoni”, u tas-7 ta’ Ottubru 2020 bit-titlu “Unjoni tal-Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” kif ukoll ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol, tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet, tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi — Tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tat-12 ta’ Marzu 2021 dwar l-ugwaljnaza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. |
(4) |
Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet bit-titlu “Ġejjieni Ewropew sostenibbli: it-tweġiba tal-Unjoni għall-“Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”. Il-Kunsill enfasizza l-importanza li jinkiseb żvilupp sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet (ekonomika, soċjali u ambjentali), b’mod bilanċjat u integrat. Huwa kruċjali li l-iżvilupp sostenibbli jiġi integrat fl-oqsma ta’ politika interna u esterna kollha tal-Unjoni u li l-Unjoni tkun ambizzjuża fil-politika tagħha li tindirizza l-isfidi dinjin. Il-Kunsill laqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2016 bit-titlu “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli” bħala l-ewwel pass fl-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (minn hawn ‘il quddiem “Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU”) u l-applikazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala prinċipju ta’ gwida essenzjali għall-politika kollha tal-Unjoni, inkluż permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-SDGs tan-NU billi, fost oħrajn, jeqred il-forom estremi ta’ faqar (SDG 1); jippromwovi edukazzjoni ta’ kwalità u inklużiva (SDG 4); jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (SDG 5); jippromwovi tkabbir ekonomiku kontinwu, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol diċenti għal kulħadd (SDG 8); u jnaqqas l-inugwaljanza (SDG 10). |
(5) |
L-iżviluppi reċenti u li għaddejjin aggravaw l-isfidi strutturali li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni ekonomika, l-inugwaljanzi soċjali, il-ġestjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni u t-theddida akbar għas-sigurtà, it-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa, il-bidla teknoloġika, it-tnaqqis demografiku, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ u forza tax-xogħol li qed tixjieħ dejjem aktar kif ukoll sfidi li joħorġu minn disparitajiet dejjem jiżdiedu bejn id-domanda u l-provvista ta’ ħiliet u forza tax-xogħol f’xi setturi u reġjuni, imġarrba speċjalment mill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs). It-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u t-trasformazzjoni tal-ekosistemi industrijali Ewropej aktarx li ser ifissru bosta opportunitajiet ġodda, jekk ikunu akkumpanjati mill-ġabra xierqa ta’ ħiliet, u minn politiki u azzjonijiet marbutin mal-impjiegi u mal-qasam soċjali. Filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol, jenħtieġ li l-Unjoni tħejji ruħha għall-isfidi attwali u dawk futuri billi tinvesti fil-ħiliet rilevanti, l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, tagħmel it-tkabbir aktar inklużiv u billi ttejjeb il-politika dwar l-impjiegi u dik soċjali, filwaqt li tqis is-sostenibbiltà ekonomika u industrijali u l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u bil-għan li jiġi stabbilit suq tax-xogħol b’bilanċ bejn il-ġeneri. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni mill-FEŻR, il-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (FTĠ) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), il-FEMSA, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u jistipula, b’mod partikolari, l-objettivi ta’ politika u r-regoli li jikkonċernaw il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għal fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-objettivi ġenerali tal-FSE+ u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE+. |
(7) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (ir-“Regolament Finanzjarju”) jistipula r-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni (il-baġit tal-Unjoni), inkluż ir-regoli għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u rimborż ta’ esperti esterni. Jista’ jingħata kofinanzjament għal għotjiet mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarji, dħul iġġenerat mill-proġett jew kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura minn partijiet terzi. Biex tkun żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, jenħtieġ li r-Regolament Finanzjarju jiġi applikat għall-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta jew indiretta taħt l-FSE+. |
(8) |
Jenħtieġ li l-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u l-metodi ta’ implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Fir-rigward ta’ għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu 125(1), il-punt (a) tar-Regolament Finanzjarju. Biex jiġu implimentati miżuri marbuta mal-integrazzjoni soċjoekonomika tan-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, u skont l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2021/1060, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tirrimborża lill-Istati Membri bl-użu ta’ alternattivi ssimplifikati tal-kosti inklużi somom f’daqqa. |
(9) |
Biex jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat ix-xenarju ta’ finanzjament u jinħolqu opportunitajiet addizzjonali għal sinerġiji permezz ta’ approċċi ta’ finanzjament integrati, jenħtieġ li l-azzjonijiet li kienu appoġġati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u mill-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12),jiġu integrati fl-FSE+. Jenħtieġ li l-FSE+ ikun jikkonsisti minn żewġ fergħat: fergħa taħt ġestjoni kondiviża (il-“fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża”), li jenħtieġ li tiġi implimentata taħt ġestjoni kondiviża, u l-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“il-fergħa EaSI”) li ser tiġi implimentata taħt ġestjoni diretta u indiretta. Dan għandu jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piż amministrattiv marbut mal-ġestjoni ta’ fondi differenti, b’mod partikolari għall-Istati Membri u l-benefiċjarji, filwaqt li jżomm fis-seħħ regoli aktar sempliċi għal operazzjonijiet aktar sempliċi bħad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika. |
(10) |
Fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-FSE+, jixraq li l-għanijiet li titjieb l-effettività tas-swieq tax-xogħol, jiġi promoss aċċess indaqs għal impjiegi ta’ kwalità, jitjieb l-aċċess indaqs għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-kwalità tagħhom biex jgħin għar-riintegrazzjoni fis-sistemi edukattivi, jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kura tas-saħħa għall-persuni vulnerabbli u li jingħata kontribut għall-qerda tal-faqar, ma jiġux implimentati biss taħt ġestjoni kondiviża taħt il-fergħa ESF+ taħt ġestjoni kondiviża, iżda anki, għal azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-Unjoni, taħt ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-fergħa EaSI għall-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-Unjoni. |
(11) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul ta’ żmien sħiħ tal-FSE+, li jenħtieġ li jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarju, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (13), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li jispeċifika l-allokazzjoni għall-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża u l-allokazzjoni għall-azzjonijiet li jkunu ser jiġu implimentati fil-fergħa EaSI. |
(12) |
Bil-ħsieb li tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi u operazzjonali tal-fergħa EaSI, jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa attivitajiet marbutin mal-assistenza teknika u amministrattiva, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni, filwaqt li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u tixrid jenħtieġ li jkunu parti mill-azzjonijiet eliġibbli fil-fergħa EaSI. |
(13) |
Jenħtieġ li l-FSE+ ikollu l-għan li jippromwovi l-impjiegi permezz ta’ interventi attivi li jippermettu l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, partikolarment għaż-żgħażagħ speċjalment permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, għall-persuni qiegħda fit-tul, għall-gruppi żvantaġġati fis-suq tax-xogħol u għall-persuni inattivi, kif ukoll permezz ta’ promozzjoni tal-impjiegi indipendenti u l-ekonomija soċjali. Jenħtieġ li l-FSE+ ikollu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-swieq tax-xogħol billi jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi sabiex itejjeb il-kapaċità tagħhom li jipprovdu pariri u gwida mmirati u intensifikati waqt it-tiftix tal-impjiegi u t-tranżizzjoni għax-xogħol u biex titjieb il-mobbiltà tal-ħaddiema. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi l-parteċipazzjoni b’bilanċ bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol permezz ta’ miżuri bil-għan li jiġu żgurati, inter alia, kundizzjonijiet ta’ xogħol ugwali, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u aċċess għall-indukrar tat-tfal, inkluż edukazzjoni u indukrar bikrin tat-tfal. Jenħtieġ li l-FSE+ ikollu wkoll l-għan li jipprovdi ambjent tax-xogħol san u adattat sew sabiex iwieġeb għar-riskji tas-saħħa relatati ma’ forom tax-xogħol li qed jinbidlu, u l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ. |
(14) |
L-FSE+ jenħtieġ li jipprovdi appoġġ biex jitjiebu l-kwalità, l-inklużività, l-effettività u r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inkluż permezz tal-promozzjoni tat-tagħlim diġitali, il-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, l-iżvilupp professjonali tal-persunal tat-tagħlim, sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba ta’ kompetenzi ewlenin l-aktar fir-rigward tal-ħiliet bażiċi, inkluż il-litteriżmu fis-saħħa, il-litteriżmu fil-media, il-ħiliet intraprenditorjali, il-ħiliet lingwistiċi, il-ħiliet diġitali u l-kompetenzi għall-iżvilupp sostenibbli li l-individwi kollha għandhom bżonn għas-sodisfazzjon u l-iżvilupp personali, għall-impjieg, għall-inklużjoni soċjali u għaċ-ċittadinanza attiva. L-FSE+ jenħtieġ li jgħin fil-progressjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fit-tranżizzjoni għax-xogħol, jenħtieġ li jappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà għal kulħadd, u jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kompetittività inkluż permezz tal-istħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati u għall-innovazzjoni ekonomika u soċjetali billi jappoġġa inizjattivi sostenibbli li jistgħu jittejbu f’dawk l-oqsma u adattati għal gruppi fil-mira differenti bħal pereżempju l-persuni b’diżabilità. Tali għajnuna, appoġġ u kontribuzzjoni jistgħu jinkisbu, pereżempju permezz ta’ tagħlim online, taħriġ imsejjes fuq ix-xogħol, traineeships, sistemi doppji ta’ edukazzjoni u taħriġ, u apprendistati kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi, gwida tul il-ħajja, antiċipazzjoni tal-ħiliet b’kooperazzjoni fil-qrib mal-industrija, aġġornament tal-materjali u tal-metodi tat-taħriġ, previżjonijiet u stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati, taħriġ tal-edukaturi, validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u rikonoxximent tal-kwalifiki u taċ-ċertifikazzjonijiet imsejsa fuq l-industrija. |
(15) |
L-appoġġ mill-FSE+ jenħtieġ li jintuża biex jippromwovi aċċess ugwali għal kulħadd, b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, mhux segregati u inklużivi, li jibda mill-edukazzjoni u l-indukrar bikrin tat-tfal filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għal tfal ġejjin minn ambjent soċjoekonomiku żvantaġġat, permezz ta’ edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali, b’mod partikolari l-apprendistati, sal-livell terzjarju, kif ukoll permezz ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-adulti, ukoll permezz ta’ attivitajiet sportivi u kulturali. L-FSE+ jenħtieġ li jipprovdi appoġġ immirat għall-istudenti fil-bżonn u jnaqqas l-inugwaljanzi edukattivi, inkluż id-distakk diġitali, jipprevjeni u jnaqqas it-tluq bikri mill-iskola, irawwem il-permeabbiltà bejn is-setturi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, isaħħaħ ir-rabtiet mat-tagħlim mhux formali u informali u jiffaċilita l-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. F’dan il-kuntest jenħtieġ jiġu appoġġati s-sinerġiji ma’ Erasmus+ stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), b’mod partikolari biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ studenti żvantaġġati fil-mobbiltà tat-tagħlim. |
(16) |
L-FSE+ jenħtieġ li jippromwovi opportunitajiet flessibbli għat-titjib tal-ħiliet u għall-kisba ta’ ħiliet ġodda u differenti minn kulħadd, b’mod partikolari l-ħiliet intraprenditorjali u diġitali, u l-ħiliet għat-teknoloġiji abilitanti essenzjali kif ukoll il-ħiliet għall-ekonomija ekoloġika kif ukoll għall-ekosistemi industrijali f’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2020 bit-titlu “Strateġija Industrijali ġdida għall-Ewropa”. F’konformità mal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet (15), l-FSE+ jenħtieġ li jappoġġa perkorsi flessibbli, inkluż taħriġ modulari, aċċessibbli, b’miri qosra, li jwassal għal kredenzjali, bil-ħsieb li l-persuni jiġu pprovduti b’ħiliet li huma aġġustati għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tal-ekosistemi industrijali, għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, għall-innovazzjoni u għall-bidla soċjali u ekonomika, għall-faċilitazzjoni tat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet u l-impjegabbiltà, it-tranżizzjonijiet fil-karriera, il-mobbiltà ġeografika u settorjali u jappoġġa b’mod partikolari l-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet, persuni b’diżabilità u l-adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki. L-FSE+ jenħtieġ ukoll li jiffaċilita l-għoti ta’ appoġġ lill-individwi fir-rigward ta’ ħiliet integrati, inkluż dawk li jaħdmu, dawk li jaħdmu għal rashom u persuni li jinsabu qiegħda permezz ta’ strumenti bħal pereżempju kontijiet individwali tal-apprendiment. |
(17) |
Jenħtieġ li s-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni — stabbilit bir-Regoalment (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) (Orizzont Ewropa) jiżguraw li l-FSE+ jkun jista’ jintegra u jsaħħaħ il-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Orizzont Ewropa sabiex in-nies jingħataw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi tal-futur. |
(18) |
Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar bil-għan li jkissru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ minn ġenerazzjoni għal oħra u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inaqqsu l-ostakli, jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa. Tali appoġġ jimplika l-mobilizzazzjoni ta’ firxa ta’ politiki mmirati għall-aktar persuni żvantaġġati irrispettivament mill-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-oriġini razzjali jew etnika tagħhom, b’mod partikolari komunitajiet marġinalizzati bħall-persuni Roma, persuni b’diżabilità jew mard kroniku, persuni mingħajr dar, tfal u persuni anzjani. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi l-inklużjoni attiva tal-persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol bil-ħsieb li tiġi żgurata l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom. Jenħtieġ li l-FSE+ jintuża wkoll biex jitjieb l-aċċess ugwali u fil-ħin għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta’ kwalità għolja li jippromwovu l-aċċess għall-akkomodazzjoni u kura ċċentrata fuq il-persuna bħall-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, b’mod partikolari servizzi ta’ kura bbażata fil-komunità u familja. L-FSE+ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali b’enfasi partikolari fuq it-tfal u l-gruppi żvantaġġati u bil-ħsieb, b’mod partikolari, li jingħata kontribut għall-aċċessibbiltà ta’ tali sistemi, fost l-oħrajn għal persuni b’diżabilità. |
(19) |
Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar billi jappoġġa skemi nazzjonali ta’ appoġġ li għandhom l-għan li jtaffu d-deprivazzjoni alimentari u materjali u jippromwovu l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali u l-persuni l-aktar fil-bżonn. Bil-għan ġenerali li minimu ta’ 4 % tar-riżorsi tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża fil-livell tal-Unjoni jappoġġa lill-persuni l-aktar fil-bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw mill-inqas 3 % tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jindirizzaw il-forom tal-faqar estrem bl-akbar impatt f’termini ta’ esklużjoni soċjali, bħall-problema ta’ persuni mingħajr dar, il-faqar tat-tfal u l-privazzjoni alimentari. Il-provvediment ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika lil dawk l-aktar fil-bżonn ma għandux jissostitwixxi l-benefiċċji soċjali eżistenti pprovduti lilhom fi ħdan is-sistemi soċjali nazzjonali jew skont il-liġi nazzjonali. Minħabba n-natura tal-operazzjonijiet u t-tip ta’ riċevituri aħħarin, huwa neċessarju li jiġu applikat regoli aktar sempliċi għall-appoġġ li jindirizza d-deprivazzjoni materjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn. |
(20) |
Fid-dawl tal-ħtieġa persistenti li jiżdiedu l-isforzi li jindirizzaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji fl-Unjoni kollha kemm hi u biex ikun żgurat appoġġ koerenti, b’saħħtu u konsistenti għall-isforzi ta’ solidarjetà u ta’ qsim tar-responsabbiltà, jenħtieġ li l-FSE+ jipprovdi appoġġ li jippromwovi l-integrazzjoni soċjoekonomika tan-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, inkluż migranti, li jista’ jinkludi inizjattivi fil-livell lokali, b’mod kumplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-AMIF, mill-FEŻR u minn fondi oħrajn tal-Unjoni li jista’ jkollhom effett pożittiv fuq l-inklużjoni tan-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi. |
(21) |
Minħabba l-importanza tal-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-FSE+ jenħtieġ li jiżgura s-sinerġiji u l-kumplementarjetajiet mal-Programm l-UE għas-Saħħa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+ jenħtieġ li jinkludi l-aċċess għall-kura tas-saħħa għall-persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. |
(22) |
Jenħtieġ li l-FSE+ jappoġġa riformi tal-politika u tas-sistemi fl-oqsma tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-aċċess għall-kura tas-saħħa għal persuni vulnerabbli, il-kura fit-tul, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u b’hekk jingħata kontribut għall-qerda tal-faqar. Biex jissaħħaħ l-allinjament mas-Semestru Ewropew, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw ammont adegwat mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti relatati mal-isfidi strutturali li huwa adatt li jiġu indirizzati b’investimenti pluriennali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+, filwaqt li jqisu l-Pilastru , it-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Indikaturi Soċjali kif rieżaminata wara l-adozzjoni tal-miri ġodda stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Pilastru Soċjali, u l-ispeċifiċitajiet reġjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw koerenza, koordinazzjoni u kumplementarjetà bejn il-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża u fondi, programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, bħall-FTĠ, il-FEŻR, il-programm l-UE għas-Saħħa, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Spostati, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), il-FEMSA, Erasmus, l-AMIF, Orizzont Ewropa, il-FAEŻR, il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), il-Programm InvestEU, il-Programm Ewropa Kreattiva stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istat Membru jiżguraw li f’kull stadju tal-proċess ikun hemm koordinazzjoni effettiva sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, il-koerenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi ta’ finanzjament, inkluż l-assistenza teknika tagħhom. |
(23) |
Billi jiġu appoġġati l-objettivi speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament, inter alia, billi jsir kontribut għall--objettiv ta’ politika “Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2021/1060, l-FSE+ ser ikompli jikkontribwixxi għal strateġiji ta’ żvilupp territorjali u lokali sabiex jiġi implimentat il-Pilastru. Ser jappoġġa l-għodod imsemmija fl-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għat-twettiq tal-objettiv ta’ politika “Ewropa eqreb taċ-ċittadini permezz tat-trawwim ta’ żvilupp sostenibbli u integrat tat-tipi kollha ta’ territorji u inizjattivi lokali” kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2021/1060, inkluż permezz ta’ miżuri għat-tnaqqis tal-faqar u għall-inklużjoni soċjali filwaqt li jqis l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni urbani, rurali u kostali bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi fil-bliet u r-reġjuni. |
(24) |
Sabiex jiġi żgurat li d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, kif stabbilita fil-Pilastru, tingħata spinta ‘l quddiem kif xieraq u li ammont minimu ta’ riżorsi jiġi mmirat għall-persuni li huma l-aktar fil-bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jallokaw mill-inqas 25 % tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex titrawwem l-inklużjoni soċjali. |
(25) |
Bil-ħsieb li jiġi indirizzat il-livell persistentement għoli ta’ faqar fost it-tfal fl-Unjoni, u f’konformità mal-prinċipju 11 tal-Pilastru, li jiddikjara li t-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar u li t-tfal li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprogrammaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal għal attivitajiet li jindirizzaw il-faqar fost it-tfal f’konformità mal-għanijiet speċifiċi tal-FSE+ li jippermettu l-programmazzjoni ta’ riżorsi għal azzjonijiet li jappoġġaw direttament l-aċċess indaqs tat-tfal għall-indukrar tat-tfal, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni xierqa. Jenħtieġ li l-Istati Membri li għall-perijodu bejn l-2017 u l-2019 kellhom rata medja ogħla mill-medja tal-Unjoni ta’ tfal taħt it-18-il sena f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, abbażi tad-data tal-Eurostat, jallokaw mill-inqas 5 % mir-riżorsi tagħhom tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għal dawk l-attivitajiet. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għal dan ir-rekwiżit ta’ konċentrazzjoni tematika jgħoddu għar-rekwiżit ta’ 25 % tal-konċentrazzjoni tematika għall-inklużjoni soċjali meta jiġu pprogrammati skont l-objettivi speċifiċi rilevanti. |
(26) |
Sabiex jiġi ffaċilitat irkupru ekonomiku inklużiv wara kriżi kbira u biex jiġi appoġġat l-impjieg taż-żgħażagħ f’dinja tax-xogħol li qed tinbidel u fid-dawl ta’ livelli persistentement għoljin ta’ qgħad u inattività taż-żgħażagħ f’għadd ta’ Stati membri u reġjuni, huwa neċessarju li l-Istati Membri jinvestu ammont xieraq tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ f’miżuri li jappoġġaw l-impjieg u l-ħiliet taż-żgħażagħ, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ skemi taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ. Filwaqt li jsejsu fuq l-azzjonijiet appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tul il-perijodu ta’ programmazzjoni 2014 sal-2020 taħt ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), li jimmira lejn individwiu fuq it-tagħlimiet meħuda, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu aktar perkorsi ta’ riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol u tal-edukazzjoni ta’ kwalità u jinvestu fil-prevenzjoni bikrija u s-sensibilizzazzjoni effettiva billi, meta dan ikun rilevanti, jagħtu prijorità liż-żgħażagħ qiegħda għal żmien twil, inattivi u żvantaġġati, inkluż b’ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinvestu wkoll f’miżuri bil-għan li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol kif ukoll f’kapaċitajiet xierqa ta’ servizzi għall-impjieg ħalli jipprovdu appoġġ personalizzat u olistiku liż-żgħażagħ u offerti mmirati aħjar għalihom. Bl-integrazzjoni sħiħa tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-FSE+, it-twettiq ta’ azzjonijiet immirati għall-impjieg taż-żgħażagħ ser ikun aktar effettiv u effiċjenti u l-kamp ta’ applikazzjoni ser jiġi estiż għal miżuri u riformi strutturali, biex b’hekk jiġi żgurat tqabbil aħjar bejn l-appoġġ mill-finanzjament mill-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa. It-titjib tal-ħiliet u l-kisba ta’ ħiliet ġodda u differenti jenħtieġ li jgħinu liż-żgħażagħ jaħtfu l-opportunitajiet ta’ setturi li qed jikbru u jippreparawhom għan-natura dejjem tinbidel tax-xogħol, filwaqt li jisfruttaw l-opportunitajiet li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u mit-trasformazzjoni tal-ekosistemi industrijali tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri li kellhom rata ogħla mill-medja tal-Unjoni ta’ żgħażagħ b’età bejn il-15 u d-29 sena barra mill-impjieg, l-edukazzjoni, jew it-taħriġ għall-perijodu bejn l-2017 u l-2019, abbażi tad-data tal-Eurostat, jallokaw mill-inqas 12,5 % mir-riżorsi tagħhom taħt ġestjoni kondiviża tal-fergħa tal-FSE+ għal dawk l-azzjonijiet. |
(27) |
F’konformità mal-Artikolu 349 TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 dwar dispożizzjonijiet speċjali għall-Objettiv 6 fil-qafas tal-Fondi Strutturali fil-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja annessi għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994 (25), ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tat-Tramuntana b’popolazzjoni baxxa huma intitolati għal miżuri speċifiċi skont politiki komuni u programmi tal-Unjoni. Minħabba l-limitazzjonijiet permanenti bħad-depopolazzjoni, dawk ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ speċifiku. |
(28) |
Għal implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE+ hemm bżonn governanza tajba u sħubija bejn l-atturi kollha fil-livelli territorjali rilevanti u l-atturi soċjoekonomiċi, b’mod partikolari s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għaldaqstant huwa essenzjali li l-Istati Membri jallokaw ammont xieraq mir-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jiżguraw il-parteċipazzjoni sinifikanti tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża. Dik il-parteċipazzjoni jenħtieġ li tinkludi korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħas-sħab ambjentali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u l-korpi responsabbli mill-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, id-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni. L-Istati Membri b’rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż dwar il-bini tal-kapaċità tas-sħab soċjali jew tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jallokaw mill-inqas 0,25 % tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għal dak l-iskop minħabba l-ħtiġijiet speċifiċi li għandhom f’dak il-qasam. |
(29) |
Bil-ħsieb li l-politika tkun aktar kapaċi twieġeb għall-bidla fis-soċjetà u kif ukoll biex jitħeġġu u jkunu appoġġati s-soluzzjonijiet innovattivi, l-appoġġ għall-innovazzjoni soċjali hu kruċjali. B’mod partikolari, l-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi qabel ma jiġu estiżi huma strumentali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politika u b’hekk ikun iġġustifikat appoġġ speċifiku mill-FSE+. L-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jistgħu jaqdu rwol ewlieni fit-twettiq tal-innovazzjoni soċjali u fil-kontribut għar-reżiljenza ekonomika u soċjali. Id-definizzjoni ta’ intrapriża tal-ekonomija soċjali jenħtieġ li tkun konformi mad-definizzjonijiet ipprovduti fil-liġi nazzjonali u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa. Barra minn hekk, bil-ħsieb li jissaħħu t-tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-għarfien u tal-prattiki, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jkomplu l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali tagħhom taħt ġestjoni kondiviża fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-inklużjoni soċjali f’konformità mal-objettivi speċifiċi tal-FSE+. |
(30) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa b’konformità mal-Artikolu 8 TFUE biex titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż i l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi u l-progressjoni tal-karriera. Jenħtieġ jiżguraw ukoll li l-FSE+ jippromwovi opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10 TFUE, jippromwovi l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fis-soċjetà b’mod ugwali bħall-oħrajn u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità adottata fit-13 ta’ Diċembru 2006 fi New York. Jenħtieġ li l-FSE+ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità bil-għan li tittejjeb l-integrazzjoni fl-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, b’hekk tissaħħaħ l-inklużjoni tagħhom fl-isferi kollha tal-ħajja. Jenħtieġ li l-promozzjoni ta’ tali aċċessibbiltà titqies fid-dimensjonijiet kollha u fl-istadji kollha tat-tħejjija, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi, fil-ħin u b’mod konsistenti filwaqt li jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs. Jenħtieġ li l-FSE+ jippromwovi wkoll it-tranżizzjoni mill-kura residenzjali jew istituzzjonali għal kura bbażata fil-komunità u f’familja, b’mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla. Jenħtieġ li l-FSE+ ma jappoġġa ebda azzjoni li tikkontribwixxi għal segregazzjoni jew esklużjoni soċjali. Ir-Regolament (UE) 2021/1060 jistipula li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa jridu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, b’ċerti eċċezzjonijiet li għalihom huwa neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża. |
(31) |
L-operazzjonijiet kollha jenħtieġ li jintgħażlu u jiġu implimentati b’ħarsien tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li l-ilmenti jiġu vvalutati fil-ħin, inkluż ilmenti relatati ma’ ksur tal-Karta, u jenħtieġ li tinforma lill-ilmentatur dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha f’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2017 intitolata “Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar”. |
(32) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-ġbir tad-data, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar jenħtieġ li jinżammu sempliċi kemm jista’ jkun. Fejn data tkun disponibbli f’reġistri jew sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu, jippermettu lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni jiġbru data mir-reġistri. |
(33) |
Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-kontrolluri nazzjonali tad-data jwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). Jenħtieġ li d-dinjità ta’ u r-rispett għall-privatezza tar-riċevituri aħħarin tal-operazzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku “l-indirizzar tal-privazzjoni materjali permezz ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-persuni l-aktar fil-bżonn, inklużi t-tfal, u l-għoti ta’ miżuri ta’ akkumpanjament li jappoġġaw l-inklużjoni soċjali tagħhom” jiġu ggarantiti. Sabiex tiġi evitata kull stigmatizzazzjoni, jenħtieġ li l-persuni li jirċievu ikel u/jew assistenza materjali bażika ma jintalbux jidentifikaw irwieħhom meta jirċievu l-appoġġ u meta jieħdu sehem fi stħarriġ dwar il-persuni l-aktar fil-bżonn li jkunu bbenefikaw mill-FSE+. |
(34) |
L-esperimentazzjoni soċjali hija ttestjar ta’ proġett fuq skala żgħira li jippermetti l-ġbir ta’ evidenza dwar il-fattibbiltà tal-innovazzjonijiet soċjali. Jenħtieġ li jkun possibbli u li jitħeġġeġ li l-ideat jiġu ttestjati fil-livell lokali u li dawk l-ideat li jkunu fattibbli jitwettqu fuq skala usa’, fejn ikun xieraq, jew jiġu ttrasferiti lejn kuntesti oħra f’reġjuni jew Stati Membri differenti b’appoġġ finanzjarju mill-FSE+ jew f’kombinazzjoni ma’ sorsi oħrajn. |
(35) |
L-FSE+ jistabbilixxi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiksbu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema b’mod nondiskriminatorju billi jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tas-sħab soċjali. In-network Ewropew tas-servizzi tal-impjiegi jenħtieġ li jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobbiltà transkonfinali tal-ħaddiema, partikolarment permezz ta’ sħubijiet transkonfinali, u aktar trasparenza tal-informazzjoni dwar is-swieq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+ jinkludi l-iżvilupp ta’ skemi mmirati tal-mobbiltà, u l-appoġġ għalihom, bil-għan li jimtlew il-postijiet battala meta jkunu ġew identifikati skarsezzi fis-suq tax-xogħol. |
(36) |
In-nuqqas ta’ aċċess għal finanzi tal-mikrointrapriżi, l-intrapriżi soċjali u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali huwa wieħed mill-ostakli ewlenin għall-ftuħ tan-negozji, speċjalment fost il-persuni l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol. Taħt il-fergħa tal-EaSI, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex tinħoloq ekosistema tas-suq biex tiżdied il-provvista tal-finanzi u l-aċċess għalihom għall-intrapriżi speċjali kif ukoll biex tiġi sodisfatta d-domanda ta’ dawk li l-aktar jeħtieġuhom, u b’mod partikolari l-persuni qiegħda, in-nisa u l-persuni vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża. Dak l-objettiv ser jiġi indirizzat ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja skont it-tieqa ta’ politika tal-investiment soċjali u l-ħiliet tal-Fond InvestEU. L-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, fejn ikunu definiti fil-liġi nazzjonali, jenħtieġ li jitqiesu intrapriżi soċjali fi ħdan il-kuntest tal-fergħa tal-EaSI, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, sakemm dawk l-intrapriżi jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ intrapriża soċjali pprovduta f’dan ir-Regolament. |
(37) |
L-atturi tas-suq tal-investiment soċjali, inkluż l-atturi filantropiċi, jistgħu jaqdu rwol ewlieni fil-kisba ta’ diversi objettivi tal-FSE+, minħabba li dawn joffru finanzjament kif ukoll approċċi innovattivi u kumplimentari għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, biex jonqos il-qgħad u jingħata kontribut għall-SDGs tan-NU. Għaldaqstant jenħtieġ li l-atturi filantropiċi bħall-fondazzjonijiet u d-donaturi jkunu involuti f’azzjonijiet tal-ESF+, kif xieraq u dment li ma jkollhomx aġenda politika jew soċjali li tkun konfliġġenti mal-ideali tal-Unjoni, b’mod partikolari f’dawk l-azzjonijiet li huma mmirati li jiżviluppaw l-ekosistema tas-suq tal-investiment soċjali. |
(38) |
Hija meħtieġa gwida taħt il-fergħa tal-EaSI b’rabta mal-iżvilupp ta’ infrastrutturi soċjali u servizzi relatati, b’mod partikolari għall-akkomodazzjoni soċjali, l-indukrar tat-tfal u l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, inkluż faċilitajiet biex jiġu assistiti t-tranżizzjonijiet minn servizzi ta’ kura istituzzjonali għal servizzi ta’ kura bbażata fil-komunità jew f’familja u filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità. |
(39) |
Bħala riflessjoni tal-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat fi ħdan il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (27), u l-SDGs tan-NU, dan ir-Regolament ser jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet b’rabta mal-klima u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 30 % tan-nefqa baġitarja tal-Unjoni li tappoġġa l-objettivi relatati mal-klima. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni ser jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, li jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu. |
(40) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (28), il-persuni u l-entitajiet stabbiliti fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej iridu jkunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-objettivi tal-fergħa tal-EaSI u għall-arranġamenti applikabbli għall-Istat Membru li l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej rilevanti huma marbuta miegħu. |
(41) |
Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jipparteċipaw fi programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (29), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi abbażi ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta’ strumenti legali oħrajn. Jenħtieġ tiddaħħal dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tirrikjedi li l-pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ għall-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. |
(42) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-indikaturi għall-finijiet ta’ rappurtar fil-fergħa tal-EaSI. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-output u jkunu oġġettivi, faċli li jinstabu, u proporzjonati għas-sehem tal-fergħa tal-EaSI fi ħdan l-FSE+ kollu. Jenħtieġ li jkopru l-objettivi operazzjonali u l-attivitajiet ta’ finanzjament fi ħdan il-fergħa tal-EaSI, mingħajr ma jirrikjedu l-iffissar ta’ miri korrispondenti. |
(43) |
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (31), (KE, Euratom) Nru 2185/96 (32) u (UE) 2017/1939 (33), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa b’mod mhux dovut jew użati b’mod mhux korrett. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-OLAF għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
(44) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
(45) |
Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li titjieb l-effettività tas-swieq tax-xogħol li jiġi promoss aċċess ugwali għal impjiegi ta’ kwalità, jitjiebu l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-kwalità tagħhom, tiġi promossa l-inklużjoni soċjali u jingħata kontribut biex jinqered il-faqar, kif ukoll l-għanijiet fil-mira taħt il-fergħa tal-EaSI, ma jistgħux jinkisbu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, iżda minflok, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(46) |
Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar u l-issupplimentar tal-annessi fuq l-indikaturi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (35). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(47) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħat tal-implimentazzjoni b’rabta mal-mudell għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) minħabba n-natura ta’ dan il-mudell. |
(48) |
Sabiex ikun jista’ jingħata rispons rapidu għal ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu kif imsemmi fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir li jistgħu jirriżultaw matul il-perijodu ta’ programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta miżuri temporanji biex tiffaċilita l-użu tal-appoġġ mill-FSE+ b’reazzjoni għal dawk iċ-ċirkostanzi, b’limitu massimu ta’ żmien ta’ 18-il xahar. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-miżuri li huma l-aktar xierqa fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu li Stat Membru jkun qed jiffaċċa filwaqt li tippreserva l-objettivi tal-ESF+, iżda jenħtieġ li dan ma jkunx jinkludi emendi għar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika. Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-miżuri temporanji għall-użu tal-appoġġ mill-ESF+ b’reazzjoni għal ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr proċeduri ta’ kumitat, minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri huwa ddeterminat mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u huwa limitat għall-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja wkoll l-implimentazzjoni u tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri temporanji. Fejn il-Kummissjoni tqis li jkun neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-emenda ma jkunx jinkludi r-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika relatati mal-impjieg taż-żgħażagħ jew mal-appoġġ għall-persuni l-aktar fil-bżonn. Minħabba l-fatt li ż-żgħażagħ u l-persuni l-aktar fil-bżonn sikwit jiġu affettwati bl-aktar mod negattiv minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi bħal dawn. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi żgurat li dawk il-gruppi fil-mira jkomplu jirċievu ammont adegwat ta’ appoġġ. |
(49) |
Fl-amministrazzjoni tal-FSE+, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi assistita minn Kumitat kif imsemmi fl-Artikolu 163 TFUE (il-“Kumitat tal-FSE+”). Sabiex il-Kumitat tal-FSE+ ikun jista’ jkollu l-informazzjoni kollha neċessarja għad-dispożizzjoni tiegħu u jikseb firxa wiesgħa ta’ fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li l-Kumitat tal-FSE+ ikun jista’ jistieden lil rappreżentanti mingħajr dritt tal-vot sakemm l-aġenda tal-laqgħa tkun teħtieġ il-parteċipazzjoni tagħhom, fosthom rappreżentanti tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-Fond Ewropew tal-Investiment u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti. |
(50) |
Sabiex jiġi żgurat li jkomplu jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet ta’ kull fergħa tal-FSE+, jenħtieġ li l-Kumitat tal-FSE+ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma għal kull fergħa tal-FSE+. Il-kompożizzjoni u l-kompiti ta’ dawk il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat tal-FSE+. Jenħtieġ li l-gruppi ta’ ħidma jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili kif ukoll partijiet ikkonċernati oħrajn għal-laqgħat tagħhom. Il-kompiti tal-gruppi ta’ ħidma jistgħu jinkludu l-iżgurar ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni tal-FSE+, inkluż konsultazzjoni dwar il-programm ta’ ħidma tal-fergħa tal-EaSI, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ kull fergħa tal-ESF+, l-iskambju ta’ esperjenza u prattika tajba fi ħdan u bejn il-fergħat tal-ESF+ u t-trawwim ta’ sinerġiji potenzjali ma’ programmi oħra tal-Unjoni. |
(51) |
Sabiex tiġi żgurata trasparenza akbar b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi r-rabtiet neċessarji mal-kumitati ta’ politika rilevanti attivi fil-qasam soċjali u tal-impjiegi, bħall-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jew il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. |
(52) |
F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li jibda l-azzjoni qabel il-firma tal-ftehim ta’ għotja. Madankollu, l-ispejjeż imġarrba qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja mhumiex eliġibbli, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li fid-deċiżjoni ta’ finanzjament, matul perijodu limitat ta’ żmien fil-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021 sal-2027, u f’każijiet debitament ġustifikati biss, tkun prevista l-eliġibbiltà tal-attivitajiet u l-ispejjeż mill-bidu tas-sena finanzjarja 2021, anki jekk dawn ġew implimentati u mġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja. |
(53) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 jenħtieġ għalhekk li jitħassar. |
(54) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u biex tkun possibbli l-implimentazzjoni mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021 sal-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv b’rabta mal-fergħa tal-EaSI, mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
WERREJ
Parti I |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Artikolu 1 |
Suġġett |
Artikolu 2 |
Definizzjonijiet |
Artikolu 3 |
Objettivi ġenerali tal-ESF+ u metodi tal-implimentazzjoni |
Artikolu 4 |
Objettivi speċifiċi tal-ESF+ |
Artikolu 5 |
Baġit |
Artikolu 6 |
Ugwaljanza bejn il-ġeneri, opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni |
Parti II |
Implimentazzjoni taħt ġestjoni kondiviża |
Kapitolu I |
Dispożizzjonijiet komuni dwar il-programmazzjoni |
Artikolu 7 |
Konsistenza u konċentrazzjoni tematika |
Artikolu 8 |
Rispett tal-Karta |
Artikolu 9 |
Sħubija |
Artikolu 10 |
Appoġġ għall-persuni l-aktar fil-bżonn |
Artikolu 11 |
Appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ |
Artikolu 12 |
Appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi |
Kapitolu II |
Appoġġ ġenerali mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża |
Artikolu 13 |
Kamp ta’ applikazzjoni |
Artikolu 14 |
Azzjonijiet soċjali innovattivi |
Artikolu 15 |
Kooperazzjoni tranżnazzjonali |
Artikolu 16 |
Eliġibbiltà |
Artikolu 17 |
Indikaturi u rappurtar |
Kapitolu III |
Appoġġ tal-FSE+ li jindirizza d-deprivazzjoni materjali |
Artikolu 18 |
Kamp ta’ applikazzjoni |
Artikolu 19 |
Prinċipji |
Artikolu 20 |
Il-kontenut tal-prijorità |
Artikolu 21 |
Eliġibbiltà tal-operazzjonijiet |
Artikolu 22 |
Eliġibbiltà tan-nefqa |
Artikolu 23 |
Indikaturi u rappurtar |
Artikolu 24 |
Awditu |
Parti III |
Implimentazzjoni taħt ġestjoni diretta u indiretta |
Kapitolu I |
Objettivi operazzjonali |
Artikolu 25 |
Objettivi operazzjonali |
Kapitolu II |
Eliġibbiltà |
Artikolu 26 |
Azzjonijiet eliġibbli |
Artikolu 27 |
Entitajiet eliġibbli |
Artikolu 28 |
Prinċipji orizzontali |
Artikolu 29 |
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi |
Kapitolu III |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Artikolu 30 |
Forom ta’ tal-Unjoni u metodi tal-implimentazzjoni |
Artikolu 31 |
Programm ta’ ħidma |
Artikolu 32 |
Monitoraġġ u rappurtar |
Artikolu 33 |
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni |
Artikolu 34 |
Evalwazzjoni |
Artikolu 35 |
Awditi |
Artikolu 36 |
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità |
Parti IV |
Dispożizzjonijiet Finali |
Artikolu 37 |
Eżerċizzju tad-delega |
Artikolu 38 |
Proċedura ta’ Kumitat għall-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża |
Artikolu 39 |
Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 163 TFUE |
Artikolu 40 |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża |
Artikolu 41 |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-fergħa tal-EaSI |
Artikolu 42 |
Dħul fis-seħħ |
ANNESS I |
Indikaturi komuni għal appoġġ ġenerali mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża |
ANNESS II |
Indikaturi komuni għall-azzjonijiet tal-FSE+ li jimmiraw l-inklużjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn fi ħdan l-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (l), f’konformità mal-Artikolu 7(5), l-ewwel subparagrafu |
ANNESS III |
Indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+ biex tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali |
ANNESS IV |
Indikaturi għall-fergħa tal-EaSI |
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), li jikkonsisti f’żewġ fergħat: fergħa taħt ġestjoni kondiviża (il-“fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża”) u l-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (il-“fergħa tal-EaSI”).
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi tal-FSE+, il-baġit tiegħu għall-perijodu 2021 sal-2027, il-metodi tal-implimentazzjoni, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan il-finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“tagħlim tul il-ħajja” tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu, jiġifieri, tagħlim formali, mhux formali u informali li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja u li jirriżulta f’titjib jew aġġornament fl-għarfien, fil-ħiliet, fil-kompetenzi u fl-attitudnijiet jew il-parteċipazzjoni fis-soċjetà f’perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali jew relatata mal-impjieg, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza u gwida, inkluż l-edukazzjoni bikrija u l-indukrar tat-tfal, l-edukazzjoni ġenerali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni għall-adulti, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u ambjenti oħra ta’ tagħlim barra l-edukazzjoni u t-taħriġ formali u tipikament jippromwovi l-kooperazzjoni transsettorjali u perkorsi ta’ tagħlim flessibbli; |
(2) |
“nazzjonal ta’ pajjiż terz” tfisser persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni inkluż persuni apolidi u persuni b’ nazzjonalità mhux iddeterminata; |
(3) |
“assistenza materjali bażika” tfisser oġġetti li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuna għal ħajja dinjituża, bħal ħwejjeġ, prodotti tal-iġjene, inkluż prodotti tal-iġjene tan-nisa, u materjal tal-iskola; |
(4) |
“grupp żvantaġġat” tfisser grupp ta’ persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż persuni li qed iġarrbu jew li jinsabu f’riskju ta’ faqar, esklużjoni soċjali jew diskriminazzjoni fid-diversi dimensjonijiet tagħha; |
(5) |
“kompetenzi ewlenin” tfisser l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġ kull individwu, f’kwalunkwe stadju ta’ ħajtu, għas-sodisfazzjoni u l-iżvilupp personali tagħhom, għal impjieg, għall-inklużjoni soċjali u għal ċittadinanza attiva jiġifieri l-litteriżmu; multilingwi; il-matematika, ix-xjenza, it-teknoloġija, l-arti u l-inġinerija; il-ħiliet diġitali; ħiliet medjatiċi; personali, ħiliet soċjali u fit-tagħlim dwar kif wieħed jitgħallem; ħiliet ta’ ċittadinanza attiva; intraprenditorija; il-kuxjenza u l-espressjoni kulturali u interkulturali; u l-ħsieb kritiku; |
(6) |
“persuni l-aktar fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi ta’ persuni bħal dawn, inkluż tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u persuni mingħajr dar, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi li huma stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti filwaqt li jiġu evitati konflitti ta’ interess, u li jistgħu jinkludu elementi li jippermettu li jiġu mmirati persuni l-aktar fil-bżonn f’ċerti żoni ġeografiċi; |
(7) |
“riċevituri aħħarin” tfisser il-persuni l-aktar fil-bżonn li jirċievu l-appoġġ kif stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (m); |
(8) |
“innovazzjonijiet soċjali” tfisser attività li hija soċjali kemm fir-rigward tal-finijiet tagħha kif ukoll tal-mezzi tagħha u b’mod partikolari attività li għandha x’taqsam mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ ideat ġodda li jikkonċernaw prodotti, servizzi, prattiki u mudelli li fl-istess ħin tissodisfa l-ħtiġijiet soċjali u toħloq relazzjonijiet jew kollaborazzjonijiet soċjali ġodda bejn organizzazzjonijiet pubbliċi, tas-soċjetà ċivili jew privati, biex b’hekk jagħmlu l-ġid fis-soċjetà u jixprunaw il-kapaċità tagħha li taġixxi; |
(9) |
“miżura ta’ akkumpanjament” tfisser attività mogħtija flimkien mad-distribuzzjoni tal-ikel u/jew ta’ assistenza materjali bażika bil-għan li tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali u li tikkontribwixxi biex jinqered il-faqar, pereżempju r-referimenti lil jew l-għoti ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa, inkluż appoġġ psikoloġiku, jew l-għoti ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-servizzi pubbliċi jew pariri dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-familja; |
(10) |
“esperimentazzjonijiet soċjali” tfisser intervent politiku li għandhom l-għan li jagħtu rispons innovattiv għall-ħtiġijiet soċjali, implimentati fuq skala żgħira u f’kundizzjonijiet li jippermettu li l-impatt tagħha jitkejjel, qabel ma jiġu implimentati f’kuntesti oħra inkluż dawk ġeografiċi u settorjali, jew implimentata fuq skala akbar, jekk ir-riżultati juru li huma pożittivi; |
(11) |
“sħubijiet transkonfinali” tfisser struttura ta’ kooperazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, is-sħab soċjali jew is-soċjetà ċivili li tinsab f’tal-inqas żewġ Stati Membri; |
(12) |
“mikrointrapriża” tfisser intrapriża b’anqas minn 10 impjegati u b’fatturat annwali jew b’karta bilanċjali inqas minn EUR 2 000 000; |
(13) |
“intrapriża soċjali” tfisser impriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha, inkluż intrapriżi tal-ekonomija soċjali, jew persuna fiżika li:
|
(14) |
“valur ta’ referenza” tfisser valur li jintuża biex jiġu stabbiliti miri għal indikaturi komuni tar-riżultat u għal indikaturi tar-riżultat speċifiċi għall-programm, u bbażat fuq interventi simili eżistenti jew preċedenti; |
(15) |
“spejjeż għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika” tfisser l-ispejjeż effettivi li huma marbuta max-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika mill-benefiċjarju u li mhumiex limitati għall-prezz tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika; |
(16) |
“mikrofinanzjament” tinkludi garanziji, mikrokreditu, ekwità u kważi ekwità, akkoppjati ma’ servizzi tal-żvilupp kummerċjali ta’ akkumpanjament bħal dawk ipprovduti fil-forma ta’ konsulenza individwali, taħriġ u mentoraġġ, estiżi għal persuni u mikrointrapriżi li jesperjenzaw diffikultajiet biex jaċċessaw il-kreditu għall-finijiet ta’ attivitajiet professjonali u li jiġġeneraw dħul; |
(17) |
“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjoni appoġġata mill-baġit tal-Unjoni, inkluż fi ħdan faċilità ta’ taħlit kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (6), tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta’ appoġġ mhux rimborżabbli jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri; |
(18) |
“entità ġuridika” tfisser persuna fiżika jew persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità li ma għandhiex personalità ġuridika kif imsemmi fl-Artikolu 197(2), il-punt (c), tar-Regolament Finanzjarju; |
(19) |
“indikaturi komuni tar-riżultat immedjat” tfisser indikatur komuni tar-riżultati li jaqbad l-effetti fi żmien erba’ ġimgħat mill-jum li fih il-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni; |
(20) |
“indikaturi komuni tar-riżultat aktar fit-tul” tfisser indikatur komuni tar-riżultati li jaqbad l-effetti wara sitt xhur mill-jum li fih il-parteċipant ikun telaq mill-operazzjoni. |
2. Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw ukoll għall-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża.
Artikolu 3
Objettivi ġenerali tal-ESF+ u metodi ta’ implimentazzjoni
1. L-FSE+ għandu l-għan li jappoġġa lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jiksbu livelli għoljin ta’ impjiegi, protezzjoni soċjali ġusta u forza tax-xogħol reżiljenti u ta’ kompetenza li tkun lesta għad-dinja futura tax-xogħol, kif ukoll soċjetajiet inklużivi u koeżivi li jkollhom l-għan li jeqirdu l-faqar u li jwettqu l-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
2. L-FSE+ għandu jappoġġa, jikkumplementa u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri biex jiżgura opportunitajiet indaqs, aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u ta’ kwalità, protezzjoni u inklużjoni soċjali, li b’mod partikolari jiffokaw fuq edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità u inklużivi, tagħlim tul il-ħajja, investiment fit-tfal u ż-żgħażagħ u aċċess għas-servizzi bażiċi.
3. Il-FSE+ għandu jiġi implimentat:
(a) |
taħt ġestjoni kondiviża, għal dik il-parti tal-assistenza li tikkorrispondi mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) (“il-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża”); u |
(b) |
taħt ġestjoni diretta u indiretta għal dik il-parti mill-assistenza li tikkorrispondi għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 25 (il-“fergħa tal-EaSI”). |
Artikolu 4
Objettivi speċifiċi tal-ESF+
1. L-FSE+ għandu jappoġġa dawn l-objettivi speċifiċi li ġejjin fl-oqsma ta’ politika dwar l-impjiegi u l-mobilità tal-forza tax-xogħol, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali, inkluż il-kontribut għall-qerda tal-faqar, u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-objettiv ta’ politika “Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” msemmi fl-Artikolu 5, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/1060:
(a) |
jitjieb l-aċċess għall-impjiegi u l-miżuri ta’ attivazzjoni għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, speċjalment permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul u gruppi żvantaġġati fis-suq tax-xogħol, u għall-persuni inattivi, u kif ukoll permezz tal-promozzjoni tal-impjiegi indipendenti u l-ekonomija soċjali; |
(b) |
jiġu modernizzati l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet fil-ħiliet u jkunu żgurati assistenza u appoġġ fil-ħin u personalizzati għal tqabbil, tranżizzjonijiet u mobilità fis-suq tax-xogħol; |
(c) |
tiġi promossa l-parteċipazzjoni bbilanċjata bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ugwali, u bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata inkluż permezz tal-aċċess bi prezzijiet aċċessibbli għall-indukrar tat-tfal, u l-kura għal persuni dipendenti; |
(d) |
jiġi promoss l-adattament tal-ħaddiema, l-intrapriżi u l-intraprendituri għall-bidla, it-tixjiħ attiv u b’saħħtu u ambjent tax-xogħol b’saħħtu u adattat sew li jindirizza r-riskji għas-saħħa; |
(e) |
titjieb il-kwalità, l-inklużività, l-effettività u r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ inkluż permezz tal-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, biex tiġi appoġġata l-akkwiżizzjoni ta’ kompetenzi ewlenin inkluż ħiliet intraprenditorjali u diġitali, u billi tiġi promossa l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ taħriġ doppju u apprendistati; |
(f) |
jiġu promossi l-aċċess ugwali għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità u inklużivi, u t-tlestija tagħhom, b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, mill-edukazzjoni u l-indukrar bikri tul l-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali u vokazzjonali sal-livell terzjarju, kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż li tiġi ffaċilitata l-mobilità tat-tagħlim għal kulħadd u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità; |
(g) |
jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari opportunitajiet flessibbli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għal kulħadd filwaqt li jitqiesu l-ħiliet intraprenditorjali u diġitali, jiġu antiċipati aħjar it-tibdil u l-ħtiġijiet il-ġodda fil-ħiliet abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet tal-karrieri u tiġi promossa l-mobilità professjonali; |
(h) |
titrawwem l-inklużjoni attiva ħalli jiġu promossi l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva, u tittejjeb l-impjegabbiltà, b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati; |
(i) |
titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika tan-nazzjonali ta’ pajjiż terz, inklużi l-migranti; |
(j) |
titħeġġeġ l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, bħall-persuni Rom; |
(k) |
jitjieb l-aċċess ugwali u fil-ħin għal servizzi ta’ kwalità, sostenibbli u bi prezzijiet aċċessibbli, inkluż servizzi li jippromwovu l-aċċess għall-akkomodazzjoni u kura ċċentrata fuq il-persuna inkluż il-kura tas-saħħa; jiġu modernizzati s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, inkluż li jiġi promoss l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, b’enfasi partikolari fuq it-tfal u l-gruppi żvantaġġati; jitjiebu l-aċċessibbiltà, anki għall-persuni b’diżabbiltà, l-effettività u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi tal-kura fit-tul; |
(l) |
tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali, inkluż il-persuni l-aktar fil-bżonn u t-tfal; |
(m) |
tiġi indirizzata l-privazzjoni materjali permezz ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-persuni l-aktar fil-bżonn, inkluż it-tfal, u jiġu pprovduti miżuri ta’ akkumpanjament li jappoġġaw l-inklużjoni soċjali tagħhom. |
2. Bl-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-FSE+ għandu jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ politika l-oħra msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/1060, b’mod partikolari l-objettivi marbuta ma’:
(a) |
Ewropa aktar intelliġenti permezz tal-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, ħiliet għal teknoloġiji abilitanti essenzjali, tranżizzjoni industrijali, kooperazzjoni settorjali b’rabta mal-ħiliet u l-intraprenditorja, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta’ networking u sħubiji bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv, ċentri tar-riċerka u t-teknoloġija, u intrapriżi u gruppi, u appoġġ għall-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u medji u l-ekonomija soċjali; |
(b) |
Ewropa aktar ekoloġika, b’sistemi aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ neċessarji għall-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-titjib tal-ħiliet għal kulħadd, inkluż tal-forza tax-xogħol, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’setturi relatati mal-ambjent, il-klima, l-enerġija, l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija. |
3. Fejn strettament neċessarju bħala miżura temporanja biex tirrispondi għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2021/1060, u limitata għal perijodu ta’ 18-il xahar, l-FSE+ jista’ jappoġġa:
(a) |
il-finanzjament ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar mingħajr ir-rekwiżit li dawn jiġu kkombinati ma’ miżuri attivi; |
(b) |
l-aċċess għall-kura tas-saħħa inkluż għal persuni li mhumiex f’vulnerabbiltà soċjoekonomika immedjata. |
4. Fejn, fuq talba ppreżentata mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 huma ssodisfati, hija għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tispeċifika l-perijodu li matulu l-appoġġ addizzjonali temporanju mill-FSE+ huwa awtorizzat.
5. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u tivvaluta jekk l-appoġġ addizzjonali temporanju mill-FSE+ huwiex biżżejjed biex jiffaċilita l-użu ta’ appoġġ mill-ESF+ b’reazzjoni għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu. Abbażi tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tagħmel proposti għal emendi għal dan ir-Regolament, inkluż dwar ir-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika stabbiliti fl-Artikolu 7, ħlief ir-rekwiżit ta’ konċentrazzjoni tematika kif speċifikat fl-Artikolu 7(5) u (6).
Artikolu 5
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FSE+ għall-perijodu 2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 87 995 063 417, bi prezzijiet tal-2018.
2. Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex tikkontribwixxi għall-investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Istati Membri u r-reġjuni kif imsemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandha tkun EUR 87 319 331 844 bi prezzijiet tal-2018, li minnhom EUR 175 000 000 għandhom jiġu allokati għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali sabiex jiġi aċċellerat it-trasferiment, u biex jiġi ffaċilitat it-titjib ta’ soluzzjonijiet innovattivi kif imsemmi fl-Artikolu 25, il-punt (i) ta’ dan ir-Regolament u EUR 472 980 447, fi prezzijiet tal-2018, bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 TFUE u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 dwar dispożizzjonijiet speċjali għall-Objettiv Nru 6 fil-qafas tal-Fondi Strutturali fil-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvizzera anness għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994.
3. Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-EaSI għall-perijodu 2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 675 731 573 bi prezzijiet tal-2018.
4. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 jista’ jintuża wkoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-EaSI, bħal pereżempju attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi.
Artikolu 6
Ugwaljanza bejn il-ġeneri, opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw azzjonijiet immirati speċifiċi biex jippromwovu l-prinċipji orizzontali msemmija fl-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament li jaqgħu taħt wieħed mill-objettivi tal-FSE+. Dawk l-azzjonijiet jistgħu jinkludu azzjonijiet li jiżguraw l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà, inkluż f’termini tat-teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, u jippromwovu t-tranżizzjoni minn kura residenzjali jew istituzzjonali għal kura f’familja u kura bbażata fil-komunità.
Permezz tal-FSE+, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmiraw li jżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-impjiegi kif ukoll għall-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, il-ġlieda kontra l-femminizzazzjoni tal-faqar u d-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol u fl-edukazzjoni u t-taħriġ.
PARTI II
IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI KONDIVIŻA
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet komuni dwar il-programmazzjoni
Artikolu 7
Konsistenza u konċentrazzjoni tematika
1. L-Istati Membri għandhom jipprogrammaw ir-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża billi jipprijoritizzaw interventi li jindirizzaw l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, inkluż fil-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati f’konformità mal-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 148(4) TFUE, u jqisu l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali rilevanti għall-objettivi tal-FSE+, u b’hekk jikkontribwixxu għall-għanijieti stabbiliti fl-Artikolu 174 TFUE.
L-Istati Membri u, fejn xieraq, il-Kummissjoni, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-FSE+ u fondi, programmi u strumenti oħra tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni. L-Istati Membri u, fejn xieraq, il-Kummissjoni, għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tkun żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni, biex iwettqu azzjonijiet ta’ appoġġ koerenti u ssimplifikati.
2. L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati f’konformità mal-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 148(4) TFUE u fis-Semestru Ewropew li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi tal-FSE+ stabbiliti fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq tar-riżorsi tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal permezz ta’ azzjonijiet immirati u riformi strutturali biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (v) u (vii) sa (x) tal-Artikolu 4(1), il-punti (f) u (h) sa (l).
L-Istati Membri li għall-perijodu bejn l-2017 u l-2019 kellhom rata medja ogħla mill-medja tal-Unjoni ta’ tfal taħt it-18-il sena f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jappoġġaw azzjonijiet immirati u riformi strutturali biex jindirizzaw il-faqar fost it-tfal kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu.
4. L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 25 % tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għall-objettivi speċifiċi fil-qasam tal-politika tal-inklużjoni soċjali stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punti (h) sa (l), inkluż il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ nazzjonali ta’ pajjiż terz.
5. L-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 3 % tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jappoġġaw il-persuni l-iktar fil-bżonn skont l-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (m), jew, f’każijiet ġustifikati kif xieraq, skont jew l-objettiv speċifiku stabbilit fl--Artikolu 4(1), il-punt (l), jew dawk iż-żewġ objettivi speċifiċi.
Ir-riżorsi ma għandhomx jitqiesu għall-verifika tal-konformità mal-allokazzjonijiet minimi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.
6. L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għal azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jappoġġaw l-impjiegi taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, b’mod partikolari l-apprendistati, u t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, il-perkorsi tar-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, u l-edukazzjoni kumpensatorja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.
L-Istati Membri li għall-perijodu bejn l-2017 u l-2019 kellhom rata medja ogħla mill-medja tal-Unjoni ta’ żgħażagħ ta’ età bejn il-15 u d-29 sena li mhumiex f’impjieg, edukazzjoni, jew taħriġ , abbażi tad-data tal-Eurostat, għandhom jallokaw mill-inqas 12.5 % tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għas-snin 2021 sa 2027 biex jappoġġaw riformi strutturali u azzjonijiet immirati u riformi strutturali kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu.
Ir-reġjuni ultraperiferiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu għandhom jallokaw mill-inqas 12.5 % tar-riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża fil-programmi tagħhom għall-azzjonijiet immirati u r-riformi strutturali kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu. Din l-allokazzjoni għandha titqies, meta jkun applikabbli, fil-verifika tal-konformità mal-persentaġġ minimu fil-livell nazzjonali stabbilit fit-tieni subparagrafu.
Meta jimplimentaw l-azzjonijiet immirati u r-riformi strutturali kif imsemmi f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità liż-żgħażagħ inattivi u qiegħda fit-tul u jistabbilixxu miżuri mmirati ta’ kuntatt.
7. Il-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika li jirċievu r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6.
8. Il-paragrafi 1 sa 6 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza teknika.
Artikolu 8
Rispett tal-Karta
1. L-operazzjonijiet kollha għandhom jintgħażlu u jiġu implimentati filwaaqt li tiġi rrispettata l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060..
2. F’konformità mal-Artikolu 69(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżami effettiv tal-ilmenti. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ġenerali għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati li jindirizzaw ilmenti lill-Kummissjoni, inkluż fir-rigward tal-ksur tal-Karta.
3. Fejn il-Kummissjoni ssib li kien hemm ksur tal-Karta, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-gravità tal-ksur fid-determinazzjoni tal-miżuri korrettivi li għandhom jiġu applikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060.
Artikolu 9
Sħubija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw parteċipazzjoni sinifikanti tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-twettiq tal-politiki tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali appoġġati mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża.
2. L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont xieraq ta’ riżorsi tagħhom tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża f’kull programm tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż fil-forma ta’ taħriġ, miżuri ta’ networking, u tisħiħ tad-djalogu soċjali, u għal attivitajiet imwettqa b’mod konġunt mis-sħab soċjali.
Fejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ikun identifikat minn rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż rilevanti adottata f’konformità mal-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 148(4) TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jalloka ammont xieraq ta’ mill-inqas 0,25 % tar-riżorsi tiegħu tal-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għal dak il-għan.
Artikolu 10
Appoġġ għall-persuni l-aktar fil-bżonn
Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(45) taħt l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punti (l) u (m), għandhom jiġu pprogrammati taħt prijorità jew programm apposta. Ir-rata ta’ kofinanzjament għal dik il-prijorità jew programm għandha tkun 90 %.
Artikolu 11
Appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ
L-appoġġ skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 7(6) għandu jiġi pprogrammat taħt prijorità jew programm apposta u għandu jinkludi tal-anqas appoġġ li jikkontribwixxi lill-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), u jista’ jinkludi appoġġ li jikkontribwixxi lill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punti (f) u (l).
Artikolu 12
Appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti
L-azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti u fis-Semestru Ewropew imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom jiġu pprogrammati fl-ambitu ta’ kwalunkwe objettivi speċifiċi stabbilitifl-Artikolu 4(1) biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u taħt prijorità waħda jew aktar, li tista’ tkun prijorità ta’ diversi fondi.
KAPITOLU II
Appoġġ ġenerali mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża
Artikolu 13
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża li tikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (l) (appoġġ ġenerali mill-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża).
Artikolu 14
Azzjonijiet soċjali innovattivi
1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw azzjonijiet ta’ innovazzjoni soċjali u esperimentazzjoni soċjali, inklużi azzjonijiet b’komponent soċjokulturali, jew isaħħu approċċi minn isfel ‘il fuq ibbażati fuq sħubijiet li jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi, is-sħab soċjali, l-intrapriżi soċjali, is-settur privat u s-soċjetà ċivili.
2. L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw it-titjib ta’ approċċi innovattivi ttestjati fuq skala żgħira u żviluppati taħt il-fergħa tal-EaSI u programmi oħra tal-Unjoni.
3. Azzjonijiet u approċċi innovattivi jistgħu jiġu pprogrammati taħt xi wieħed mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-punti (i) sa (x) tal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (l).
4. L-Istati Membri għandhom jiddedikaw mill-inqas prijorità waħda għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 jew 2, jew tat-tnejn. Ir-rata ta’ kofinanzjament massima għal tali prijoritajiet tista’ tiġi miżjuda għall-95 % għall-allokazzjoni ta’ massimu ta’ 5 % mir-riżorsi nazzjonali taħt il-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża.
5. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw, fil-programmi tagħhom jew fi stadju aktar tard matul l-implimentazzjoni, l-oqsma għall-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjoni soċjali li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri.
6. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita t-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-innovazzjoni soċjali, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ għat-tagħlim reċiproku, l-istabbiliment ta’ networks, u t-tixrid u l-promozzjoni ta’ prassi u metodoloġiji tajbin.
Artikolu 15
Kooperazzjoni tranżnazzjonali
L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw azzjonijiet għall-kooperazzjoni tranżnazzjonali taħt xi wieħed mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (l).
Artikolu 16
Eliġibbiltà
1. Minbarra l-ispejjeż mhux eliġibbli msemmija fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ ġenerali mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża:
(a) |
ix-xiri ta’ art u proprjetà immobbli u kif ukoll infrastruttura; u |
(b) |
ix-xiri ta’ għamara, tagħmir u vetturi għajr meta tali xiri jkun neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv tal-operazzjoni, jew dawk l-oġġetti jiġu deprezzati għalkollox matul l-operazzjoni, jew ix-xiri ta’ dawk l-oġġetti jkun l-aktar alternattiva ekonomika. |
2. Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta’ għotjiet jew salarji żborżati minn parti terza għall-benefiċċju tal-parteċipanti f’operazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-appoġġ ġenerali mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża dment li dawn il-kontribuzzjonijiet in natura jiġġarrbu skont ir-regoli nazzjonali, inkluż ir-regoli tal-kontabbiltà, u ma jaqbżux l-ispiża mġarrba mill-parti terza.
3. L-allokazzjoni addizzjonali speċifika li rċevew ir-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għandha tintuża biex tappoġġa l-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1).
4. L-ispejjeż diretti tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni minn appoġġ ġenerali mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża jekk ikunu skont il-prattika normali ta’ remunerazzjoni tal-benefiċjarju għall-kategorija ta’ funzjoni kkonċernata jew skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ftehimiet kollettivi jew statistika uffiċjali.
Artikolu 17
Indikaturi u rappurtar
1. Il-programmi li jibbenefikaw minn appoġġ ġenerali mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża għandhom jużaw indikaturi komuni tal-output u tar-riżultat, kif stabbiliti fl-Anness I biex jiġi monitorat il-progress fl-implimentazzjoni. Il-programmi jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.
2. Meta Stat Membru jalloka r-riżorsi tiegħu għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (l), biex jgħin lill-persuni l-aktar fil-bżonn, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(5), għandhom japplikaw l-indikaturi komuni stabbiliti fl-Anness II.
3. Il-linja bażi għall-indikaturi komuni tal-output u dawk speċifiċi għal kull programm għandha tiġi ffissata bħala żero. Meta rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, it-tappi kwantifikati kumulattivi u l-valuri ta’ mira ta’ dawk l-indikaturi għandhom jiġu ffissati f’numri assoluti. Il-valuri rrappurtati tal-indikaturi tal-output għandhom jiġu espressi f’numri assoluti.
4. Il-valur ta’ referenza tal-indikaturi komuni tal-output u ta’ dawk speċifiċi għal kull programm li għalihom ġie stabbilit valur ta’ mira għall-2029, għandu jiġi ffissat skont l-aħħar data disponibbli jew sorsi rilevanti oħra tal-informazzjoni. Il-miri tal-indikaturi komuni tar-riżultat għandhom jiġu ffissati f’numri assoluti jew bħala persentaġġ. L-indikaturi tar-riżultat speċifiċi għal kull programm u l-miri relatati jistgħu jiġu espressi f’termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Il-valuri rrappurtati tal-indikaturi komuni tar-riżultat għandhom jiġu espressi f’numri assoluti.
5. Id-data dwar l-indikaturi għall-parteċipanti għandha tintbagħat biss meta tkun disponibbli d-data kollha mitluba skont il-punt 1.1 tal-Anness I relatata ma’ dak il-parteċipant.
6. Meta d-data tkun disponibbli fir-reġistri jew f’sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u korpi oħra fdati bil-ġbir tad-data neċessarja għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ appoġġ ġenerali mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża, jiksbu din id-data minn dawk ir-reġistri tad-data jew minn sorsi ekwivalenti, f’konformità mal-Artikolu 6(1), il-punti (c) u (e), tar-Regolament (UE) 2016/679.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-indikaturi fl-Annessi I u II meta jitqies neċessarju, biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Tali emendi għandhom ikunu proporzjonati b’kont meħud tal-piż amministrattiv li jġarrbu l-Istati Membri u l-benefiċjarji. Atti delegati f’konformità ma’ dan il-paragrafu ma għandhomx jibdlu l-metodoloġija għall-ġbir ta’ data kif stabbilita fl-Annessi I u II.
KAPITOLU III
Appoġġ tal-FSE+ li jindirizza d-deprivazzjoni materjali
Artikolu 18
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Kapitolu japplika għall-appoġġ tal-FSE+ li jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (m).
Artikolu 19
Prinċipji
1. L-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza d-deprivazzjoni materjali għandu jintuża biss biex jappoġġa t-tqassim tal-ikel u l-prodotti konformi mal-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur.
2. L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika skont kriterji oġġettivi relatati mal-ħtiġijiet tal-persuni l-aktar fil-bżonn. Il-kriterji tal-għażla għall-ikel, u meta xieraq għall-oġġetti, għandhom iqisu wkoll aspetti relatati mal-klima u ambjentali, b’mod partikolari ħalli jonqos il-ħela tal-ikel u l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Meta xieraq, l-għażla tat-tip ta’ ikel li jrid jitqassam għandha ssir wara li jitqies il-kontribut tagħhom għal dieta bilanċjata tal-persuni l-aktar fil-bżonn.
L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika jistgħu jingħataw direttament lill-persuni l-aktar fil-bżonn jew indirettament, pereżempju, permezz ta’ vawċers jew kards, f’forma elettronika jew f’forma oħra, dment li dawn jistgħu jissarrfu f’ikel u/jew assistenza materjali bażika. L-appoġġ għall-persuni l-aktar fil-bżonn għandu jkun addizzjonali għal kwalunkwe benefiċċju soċjali li jista’ jingħata lir-riċevituri aħħarin mis-sistemi soċjali nazzjonali jew skont il-liġi nazzjonali.
L-ikel mogħti lill-persuni l-aktar fil-bżonn jista’ jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ tal-prodotti li jkun sar disponiment minnhom skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37), dment li din tkun l-aktar alternattiva favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bżonn it-twassil tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn.
Kull ammont derivat minn din it-tranżazzjoni għandu jintuża għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn, b’żieda mal-ammonti diġà disponibbli għall-programm.
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza d-deprivazzjoni materjali tkun tirrispetta d-dinjità u tevita l-istigmatizzazzjoni tal-persuni l-aktar fil-bżonn.
4. L-Istati Membri għandhom jikkumplementaw it-tqassim ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika permezz ta’ miżuri ta’ akkumpanjament oħra bħal referimenti lejn is-servizzi kompetenti, skont l-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (m), jew bil-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn skont l-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (l).
Artikolu 20
Kontenut tal-prijorità
1. Prijorità b’rabta mal-appoġġ li jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (m), għandha tistabbilixxi:
(a) |
it-tip ta’ appoġġ; |
(b) |
il-gruppi ewlenin fil-mira; u |
(c) |
deskrizzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali jew reġjonali. |
2. F’każ ta’ programmi limitati għal appoġġ kif imsemmi fil-paragrafu 1 u l-assistenza teknika relatata, il-prijorità għandha tinkludi wkoll il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet.
Artikolu 21
Eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet
1. L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika mogħtija lill-persuni l-aktar fil-bżonn jistgħu jinxtraw mill-benefiċjarju jew f’ismu, jew isiru disponibbli bla ħlas għall-benefiċjarju.
2. L-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika għandhom jitqassmu bla ħlas lill-persuni l-aktar fil-bżonn.
Artikolu 22
Eliġibbiltà tan-nefqa
1. L-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ tal-FSE+ li jindirizza d-deprivazzjoni materjali għandhom ikunu:
(a) |
l-ispiża għax-xiri tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika, inkluż l-ispejjeż relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel jew l-assistenza materjali bażika lir-riċevituri aħħarin; |
(b) |
meta l-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jqassmuhom lir-riċevituri aħħarin ma jkunx kopert bil-punt (a), l-ispejjeż imġarrba mill-korp tal-akkwisti relatati mal-ġarr tal-ikel u/jew assistenza materjali bażika lejn l-imħażen jew għand il-benefiċjarji u l-ispejjeż tal-ħażna b’rata fissa ta’ 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) jew, f’każijiet ġustifikati kif xieraq, l-ispejjeż effettivament imġarrba u mħallsa; |
(c) |
l-ispejjeż amministrattivi, tal-ġarr, tal-ħażna u tat-tħejjija li jġarrbu l-benefiċjarji involuti fit-tqassim tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-persuni l-aktar fil-bżonn b’rata fissa ta’ 7 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 7 % tal-ispejjeż tal-valur tal-ikel li jkun sar disponiment minnhom f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(d) |
l-ispejjeż għall-ġbir, il-ġarr, il-ħażna u t-tqassim ta’ donazzjonijiet tal-ikel u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni direttament relatati; u |
(e) |
l-ispejjeż tal-miżuri ta’ akkumpanjament imwettqa mill-benefiċjarji jew f’isimhom u ddikjarati mill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-persuni l-aktar fil-bżonn b’rata fissa ta’ 7 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a). |
2. L-ispejjeż għat-tħejjija tal-iskemi ta’ vawċers jew kards f’forma elettronika jew f’forma oħra, u l-ispejjeż tal-operat korrispondenti huma eliġibbli taħt l-assistenza teknika dment li dawn jitħallsu mill-awtorità ta’ ġestjoni jew korp pubbliku ieħor li mhux benefiċjarju li jqassam il-vawċers jew kards lir-riċevituri aħħarin (jew dment li mhumiex koperti mill-ispejjeż stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (c).
3. It-tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), minħabba nuqqas ta’ konformità mal-liġi applikabbli mill-korp responsabbli għax-xiri tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika, ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż eliġibbli stabbiliti f’dak il-paragrafu, il-punti (c) u (e).
4. L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:
(a) |
l-imgħax fuq id-dejn; |
(b) |
ix-xiri ta’ infrastruttura; u |
(c) |
l-ispejjeż ta’ oġġetti użati (second-hand). |
Artikolu 23
Indikaturi u rappurtar
1. Il-prijoritajiet li jindirizzaw id-deprivazzjoni materjali għandhom jużaw indikaturi komuni tal-output u tar-riżultat, kif stabbilit fl-Anness III biex isegwu l-progress fl-implimentazzjoni. Dawk il-prijoritajiet jistgħu jużaw ukoll indikaturi speċifiċi għall-programmi.
2. Għandhom jiġu stabbiliti l-valuri ta’ referenza tal-indikaturi komuni tar-riżultat u għal dawk speċifiċi għal kull programm.
3. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jirrapportaw darbtejn lill-Kummissjoni r-riżultati ta’ stħarriġ strutturat tar-riċevituri aħħarin dwar l-appoġġ mill-FSE+ u li jiffoka wkoll fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u n-natura tad-deprivazzjoni materjali tagħhom, imwettaq tul is-sena preċedenti. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-mudell li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. L-ewwel tali rappurtar għandu jsir sat-30 ta’ Ġunju 2025 u t-tieni sat-30 ta’ Ġunju 2028.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża għall-istħarriġ strutturat dwar ir-riċevituri aħħarin skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2) biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-indikaturi fl-Anness III meta tqis li hu neċessarju biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Tali emendi għandhom ikunu proporzjonati b’kont meħud tal-piż amministrattiv imġarrab mill-Istati Membri u l-benefiċjarji. Atti delegati f’konformità ma’ dan il-paragrafu ma għandhomx jibdlu l-metodoloġija għall-ġbir ta’ data kif stabbilita fl-Anness III.
Artikolu 24
Awditjar
L-awditjar tal-operazzjonijiet jista’ jkopri l-istadji kollha tal-implimentazzjoni tagħhom u l-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni, għajr biss għall-kontroll tar-riċevituri aħħarija, dment li valutazzjoni tar-riskju ma tistabbilixxix riskju speċifiku ta’ irregolarità jew frodi.
PARTI III
IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA
KAPITOLU I
Objettivi operazzjonali
Artikolu 25
Objettivi operazzjonali
Il-fergħa tal-EaSI għandu jkollha l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
(a) |
tiżviluppa għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja ħalli jkun żgurat li l-politiki intiżi biex jilħqu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) ikunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet lokali; |
(b) |
tiffaċilita skambju effettiv u inklużiv tal-informazzjoni, tagħlim reċiproku, evalwazzjonijiet bejn il-pari u djalogu fuq il-politiki fl-oqsma ta’ politika fstabbiliti fl-Artikolu 4(1) biex jgħinu fit-tfassil ta’ miżuri ta’ politika xierqa; |
(c) |
tappoġġa l-esperimentazzjoni soċjali fl-oqsma ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u tibni l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati fil-livelli nazzjonali u lokali biex iħejju, ifasslu u jimplimentaw, jittrasferixxu jew itejbu l-innovazzjonijiet ta’ politika soċjali ttestjati, b’mod partikolari fir-rigward tat-tkabbir tal-proġetti żviluppati mill-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi; |
(d) |
tiffaċilita l-mobbiltà ġeografika volontarja tal-ħaddiema u żżid l-opportunitajiet ta’ xogħol permezz tal-iżvilupp u l-għoti ta’ servizzi speċifiċi ta’ appoġġ lil dawk li jħaddmu u lill-persuni li qed ifittxu impjieg ħalli jiġu żviluppati swieq tax-xogħol Ewropej integrati, li jvarjaw mit-tħejjija ta’ qabel ir-reklutaġġ sal-għajnuna għal wara l-kollokament f’impjieg sabiex jimtlew postijiet battala f’ċerti setturi, professjonijiet, pajjiżi, reġjuni tal-fruntiera jew għal gruppi partikolari, bħal pereżempju persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli; |
(e) |
tagħti appoġġ għall-iżvilupp tal-ekosistema tas-suq madwar il-provvista ta’ mikrofinanzjament għall-mikrointrapriżi fil-fażijiet tal-bidu u tal-iżvilupp tagħhom, b’mod partikolari dawk maħluqa minn jew iħaddmu persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli; |
(f) |
tiżviluppa networking fil-livell tal-UE u d-djalogu mal-partijiet konċernati rilevanti u bejniethom fl-oqsma ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u tagħti kontribut biex tissawwar il-kapaċità istituzzjonali tal-partijiet ikkonċernati involuti, inkluż is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, l-istituzzjonijiet pubbliċi tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tas-saħħa, is-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament u l-istituzzjonijiet li jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi soċjali u lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali; |
(g) |
issostni l-iżvilupp ta’ intrapriżi soċjali u l-formazzjoni ta’ suq tal-investiment soċjali, filwaqt li tiffaċilita l-interazzjonijiet pubbliċi u privati u l-parteċipazzjoni tal-fondazzjonijiet u tal-atturi filantropiċi f’dak is-suq; |
(h) |
tipprovdi gwida għall-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; |
(i) |
tappoġġa l-kooperazzjoni tranżnazzjonali sabiex tħaffef it-trasferiment ta’ soluzzjonijiet innovattivi u tiffaċilita t-titjib tagħhom, b’mod partikolari għall-oqsma ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 4(1); u |
(j) |
tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ standards soċjali u tax-xogħol internazzjonali rilevanti fil-kuntest tal-isfruttar għaqli tal-globalizzazzjoni u d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 4(1). |
KAPITOLU II
Eliġibbiltà
Artikolu 26
Azzjonijiet eliġibbli
1. Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikoli 3(1) u (2), u l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 25.
2. Il-fergħa tal-EaSI tista’ tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
attivitajiet analitiċi, inkluż b’rabta ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari:
|
(b) |
l-implimentazzjoni tal-politiki, b’mod partikolari:
|
(c) |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, b’mod partikolari:
|
(d) |
attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni, b’mod partikolari:
|
Artikolu 27
Entitajiet eliġibbli
1. Soġġett għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, l-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:
(a) |
entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:
|
(b) |
kwalunkwe entità ġuridika stabbilita skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali. |
2. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-fergħa tal-EaSI skont l-Artikolu 29 għandhom ikunu eliġibbli b’mod eċċezzjonali biex jieħdu sehem fejn neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi ta’ azzjoni partikolari.
3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-fergħa tal-EaSI skont l-Artikolu 29 għandhom fil-prinċipju jerfgħu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.
Artikolu 28
Prinċipji orizzontali
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru jiġu kkunsidrati u promossi matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet appoġġati mill-fergħa tal-EaSI.
2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipprevjeni kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet appoġġati mill-fergħa tal-EaSI. B’mod partikolari, għandha titqies l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni kollha tal-fergħa tal-EaSI.
Artikolu 29
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi
Il-fergħa tal-EaSI għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin permezz ta’ ftehim mal-Unjoni:
(a) |
membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea; |
(b) |
pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; |
(c) |
pajjiżi terzi oħrajn, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz f’fergħa tal-EaSI, dment li dan il-ftehim:
|
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, l-ewwel paragrafu, il-punt (c)(ii), għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 30
Forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u metodi ta’ implimentazzjoni
1. Il-fergħa tal-EaSI tista’ tipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist u pagamenti volontarji lil organizzazzjonijiet internazzjonali li l-Unjoni hi membru tagħhom jew tieħu sehem fil-ħidma tagħhom.
2. Il-fergħa tal-EaSI għandha tiġi implimentata direttament kif previst fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament.
Meta jagħti għotjiet, il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju jista’ jkun kompost minn esperti esterni.
3. Operazzjonijiet ta’ taħlit taħt il-fergħa tal-EaSI għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolament (UE) 2021/523 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 31
Programm ta’ ħidma
1. Il-fergħa tal-EaSI għandha tiġi implimentata abbażi ta’ programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-kontenut ta’ dawk il-programmi ta’ ħidma għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-objettivi operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament u mal-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.
2. Il-Kummissjoni għandha tiġbor għarfien espert dwar it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma billi tikkonsulta mal-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 39(8).
3. Il-Kummissjoni għandha trawwem sinerġiji u tiżgura koordinazzjoni effettiva bejn l-FSE+ u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni kif ukoll bejn il-fergħat tal-FSE+.
Artikolu 32
Monitoraġġ u rappurtar
L-indikaturi biex jirrappurtaw dwar il-progress tal-fergħa tal-EaSI lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-objettivi operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 25 jinsabu stabbiliti fl-Anness IV.
Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-fergħa tal-EaSI jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu.
Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE u, fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.
Artikolu 33
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-fergħa tal-EaSI permezz ta’ deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji biex l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
Artikolu 34
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjonijiet għandhom isiru fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-fergħa tal-EaSI, abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti disponibbli dwar l-implimentazzjoni tagħha.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-programm, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament Finanzjarju, u b’mod partikolari l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-Unjoni, inkluż vis-à-vis il-prinċipji orizzontali msemmija fl-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, u tkejjel, fuq bażi kwalitattiva u kwantitattiva, il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-fergħa tal-EaSI.
L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni ġġenerata mill-arranġamenti ta’ monitoraġġ u l-indikaturi stabbiliti skont l-Artikolu 32, bil-ħsieb li jsir kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-prijoritajiet ta’ politika u finanzjament.
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2031, fi tmiem il-perijodu tal-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-fergħa tal-EaSI.
4. Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u dawk finali flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Artikolu 35
Awditi
L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, inkluż minn oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 36
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u proporzjonata mmirata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-fergħa tal-EaSI, għal azzjonijiet meħuda skont il-fergħa tal-EaSI u għar-riżultati miksuba.
Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-fergħa tal-EaSI għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-għanijiet msemmija fl-Artikoli 3(1) u (2), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 25.
PARTI IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 37
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(7) u fl-Artikolu 23(5) għal perijodu ta’ żmien indeterminat mill-1 ta’ Lulju 2021.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(7) u fl-Artikolu 23(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 17(7) jew l-Artikolu 23(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 38
Proċedura ta’ kumitat għall-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 115(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 39
Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 163 TFUE
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 163 TFUE (il-“Kumitat tal-FSE+”).
2. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u supplent wieħed għal kull membru għal perijodu massimu ta’ seba’ snin. Fl-assenza ta’ xi membru, is-supplent għandu jkun intitolat awtomatikament li jieħu sehem fil-proċedimenti.
3. Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem fil-livell tal-Unjoni.
4. Il-Kumitat tal-FSE+, inklużi l-gruppi ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 7, jista’ jistieden rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati mingħajr vot biex jattendu l-laqgħat tiegħu. Dan jista’ jinkludi rappreżentanti tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti.
5. Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jiġi kkonsultat dwar l-użu ppjanat tal-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060 fil-każ ta’ appoġġ mill-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża, kif ukoll dwar kwistjonijiet oħra li jħallu impatt fuq l-implimentazzjoni ta’ strateġiji fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-FSE+;
6. Il-Kumitat tal-FSE+ jista’ jagħti opinjoni dwar:
(a) |
mistoqsijiet relatati mal-kontribuzzjoni tal-FSE+ għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u prijoritajiet relatati mas-Semestru Ewropew (programmi nazzjonali ta’ riforma); |
(b) |
kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-Regolament (UE) 2021/1060 rilevanti għall-FSE+; |
(c) |
mistoqsijiet relatati mal-FSE+ riferuti lilu mill-Kummissjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 5. |
L-opinjonijiet tal-Kumitat tal-FSE+ għandhom jiġu adottati b’maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa b’mod validu, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għall-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Kumitat tal-FSE+ dwar kif tkun qieset l-opinjonijiet tiegħu.
7. Il-Kumitat tal-FSE+ għandu jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma għal kull fergħa tal-FSE+.
8. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-grupp ta’ ħidma li jittratta l-fergħa tal-EaSI dwar il-programm ta’ ħidma. Għandha tinforma lil dak il-grupp ta’ ħidma dwar kif tkun qieset ir-riżultati ta’ dik il-konsultazzjoni. Dak il-grupp ta’ ħidma għandu jiżgura li ssir konsultazzjoni tal-programm ta’ ħidma mal-partijiet ikkonċernati, inkluż mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.
Artikolu 40
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-fergħa tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża
Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013, ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 jew kwalunkwe att adottat taħt dawk ir-Regolamenti għandhom jibqgħu japplikaw għal programmi u operazzjonijiet appoġġati minn dawk ir-Regolamenti matul il-perijodu ta’ programmazzjoni 2014 sal-2020.
Artikolu 41
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-fergħa tal-EaSI
1. Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (UE) Nru 1296/2013 għandha tiġi interpretata bħala referenza għal dan ir-Regolament.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-EaSI jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva neċessarji biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn l-FSE+ u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013.
3. Jekk neċessarju, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni wara l-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 5(4), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.
4. Il-ħlasijiet lura minn strumenti finanzjarji stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 għandhom jiġu investiti fl-istrumenti finanzjarji tat-“tieqa ta’ politika dwar l-investiment soċjali u l-ħiliet” imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/523.
5. F’konformità mal-Artikolu 193(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, fil-każijiet debitament ġustifikati speċifikati fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament u għal perijodu limitat, l-attivitajiet appoġġati skont dan ir-Regolament u l-ispejjeż sottostanti jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk ikunu ġew implimentati u mġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja.
Artikolu 42
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 fir-rigward tal-fergħa tal-EaSI.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 245.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2019 (ĠU C 411, 27.11.2020, p. 324) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-27 ta’ Mejju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (ara l-paġna 60 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1512 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (ĠU L 344, 19.10.2020, p. 22).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi (ara l-paġna 159 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(10) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r- Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).
(13) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(14) Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1).
(15) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(17) Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(19) Ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48).
(20) Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).
(21) Ir-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 sa 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, p. 34).
(22) Ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 (ĠU L 202, 8.6.2021, p. 32).
(23) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(24) Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
(25) ĠU C 241, 29.8.1994, p. 9.
(26) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) ( ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(27) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(28) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(30) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(31) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(32) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(33) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(34) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(35) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(36) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(37) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
ANNESS I
INDIKATURI KOMUNI GĦAL APPOĠĠ ĠENERALI MILL-FERGĦA TAL-FSE+ TAĦT ĠESTJONI KONDIVIŻA
Id-data personali għandha tinqasam skont il-ġeneru (nisa, irġiel, persuni mhux binarji (1)).
Jekk xi riżultati ma jkunux possibbli, id-data għal dawk ir-riżultati ma għandhiex tinġabar jew tiġi rrappurtata.
Fejn xieraq, indikaturi komuni tal-output jistgħu jiġu rrappurtati abbażi tal-grupp fil-mira tal-operazzjoni.
1. |
Indikaturi komuni tal-output relatati mal-operazzjonijiet immirati lejn il-persuni
|
2. |
L-indikaturi komuni tal-output għall-entitajiet L-indikaturi komuni tal-output għall-entitajiet huma:
Fejn id-data tinġabar mir-reġistri jew minn sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu jużaw definizzjonijiet nazzjonali. |
3. |
L-indikaturi komuni tar-riżultat immedjat għall-parteċipanti huma L-indikaturi komuni tar-riżultat immedjat għall-parteċipanti huma:
L-indikaturi elenkati taħt dan il-punt ma japplikawx għall-appoġġ tal-FSE + li jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (l). Fejn id-data tinġabar minn reġistri jew minn sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu jużaw definizzjonijiet nazzjonali. |
4. |
Indikaturi komuni tar-riżultat aktar fit-tul għall-parteċipanti Indikaturi komuni tar-riżultat aktar fit-tul għall-parteċipanti huma:
L-indikaturi elenkati taħt dan il-punt ma japplikawx għall-appoġġ tal-FSE + li jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (l). Fejn id-data tinġabar minn reġistri jew minn sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu jużaw definizzjonijiet nazzjonali. Indikaturi komuni tar-riżultat aktar fit-tul għall-parteċipanti għandhom jiġu rrappurtati sal-31 ta’ Jannar 2026 skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u fir-rapport finali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament. Bħala rekwiżit minimu, l-indikaturi komuni aktar fit-tul għall-parteċipanti għandhom ikunu bbażati fuq kampjun rappreżentattiv ta’ parteċipanti fl-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (k). Il-validità interna tal-kampjun għandha tiġi żgurata b’tali mod li d-data tkun tista’ tiġi ġeneralizzata fil-livell tal-objettiv speċifiku. |
(1) Skont il-liġi nazzjonali.
(*1) Id-data rrappurtata hija data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
(2) Dan l-indikatur għandu jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-output relatati mal-istatus tal-impjieg, ħlief għall-appoġġ tal-FSE + li jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (l), f’liema każ għandu jiġi rrappurtat l-għadd totali ta’ parteċipanti.
(*2) Id-data rrappurtata tinkludi kategorija speċjali ta’ data personali kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.
(3) Dan l-indikatur ma japplikax għall-appoġġ tal-FSE+ li jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (l).
ANNESS II
INDIKATURI KOMUNI GĦALL-AZZJONIJIET TAL-FSE+ LI JIMMIRAW L-INKLUŻJONI SOĊJALI TAL-PERSUNI L-AKTAR FIL-BŻONN FI ĦDAN L-OBJETTIV SPEĊIFIKU STABBILIT FL-ARTIKOLU 4(1), IL-PUNT (L), F’KONFORMITÀ MAL-EWWEL SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 7(5)
Id-data personali għandha tinqasam skont il-ġeneru (nisa, irġiel, persuni mhux binarji (1)).
1. |
Indikaturi komuni tal-output relatati mal-operazzjonijiet immirati lejn il-persuni
|
(1) Skont il-liġi nazzjonali.
(*1) Id-data rrappurtata hija data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
(*2) Id-data rrappurtata tinkludi kategorija speċjali ta’ data personali kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.
ANNESS III
INDIKATURI KOMUNI GĦALL-APPOĠĠ TAL-FSE+ BIEX TIĠI INDIRIZZATA L-PRIVAZZJONI MATERJALI
1. |
Indikaturi tal-output
|
2. |
Indikaturi komuni tar-riżultat
Il-valuri tal-indikaturi elenkati taħt il-punt 2 għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ stimi infurmati pprovduti mill-benefiċjarji. |
(1) Dawn l-indikaturi ma japplikawx għall-assistenza alimentari pprovduta indirettament permezz ta’ vawċers jew kards.
(2) Dawn l-indikaturi ma japplikawx għall-oġġetti pprovduti indirettament permezz ta’ vawċers jew kards.
(3) Dawn l-indikaturi ma japplikawx għall-assistenza alimentari pprovduta indirettament permezz ta’ vawċers jew kards elettroniċi.
(*1) Definizzjonijiet nazzjonali jistgħu jintużaw.
ANNESS IV
INDIKATURI GĦALL-FERGĦA TAL-EaSI
Indikaturi għall-fergħa tal-EaSI
— |
għadd ta’ attivitajiet analitiċi, |
— |
għadd ta’ attivitajiet ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni u ta’ tagħlim reċiproku, |
— |
għadd ta’ esperimentazzjonijiet soċjali, |
— |
għadd ta’ attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet u networking, |
— |
għadd ta’ kollokamenti ta’ impjieg taħt l-iskemi ta’ mobilità mmirati. |
Data għall-indikatur “għadd ta’ kollokamenti ta’ impjieg taħt l-iskemi ta’ mobbiltà mmirati” għandha tinġabar biss kull sentejn.