Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0582

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/582 tad-9 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    C/2021/2405

    ĠU L 124, 12.4.2021, p. 40–115 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/582/oj

    12.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 124/40


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/582

    tad-9 ta’ April 2021

    li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Bidu

    (1)

    Fl-14 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti (“AFRPs” jew “il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

    (2)

    Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2020 minn European Aluminium (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti. L-ilmentatur jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti. Barra minn hekk, kif speċifikat fin-nota dwar il-locus standi, l-ilment kien appoġġat minn produtturi li jammontaw għal aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni mhux ristretta fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

    1.2.   Reġistrazzjoni

    (3)

    Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza li ċerti rekwiżiti ma ġewx issodisfati. Wieħed minn dawn ir-rekwiżiti, kif indikat fl-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, huwa li addizzjonalment għal-livell tal-importazzjonijiet li jkunu kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkun hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet. Kif muri fit-Tabella 1, l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-RPĊ urew tnaqqis ta’ 26 % fl-erba’ xhur wara l-bidu meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni. Peress li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni fil-fajl li l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti kif definit fil-premessa (55) hawn taħt huma soġġetti għal varjazzjonijiet staġjonali, il-Kummissjoni ma qisitx li kien meħtieġ li tqabbel ukoll il-livell tal-importazzjonijiet matul il-perjodu minn Settembru sa Diċembru 2019 mal-livell tal-importazzjonijiet matul l-istess xhur fis-sena preċedenti. Id-data wara l-bidu tal-investigazzjoni kienet ibbażata fuq il-kodiċijiet TARIC maħluqa għall-prodott ikkonċernat fil-bidu tal-investigazzjoni. Dan tqabbel mal-importazzjonijiet medji ta’ kull xahar mir-RPĊ għal erba’ xhur fil-PI.

    Tabella 1

    Importazzjonijiet miċ-Ċina fil-PI u wara l-bidu (tunnellati)

     

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Medja ta’ kull xahar tal-perjodu ta’ investigazzjoni

    Settembru–Diċembru 2020

    Settembru–Diċembru 2020 Medja ta’ kull xahar

    Importazzjonijiet miċ-Ċina fl-UE

    265 727

    22 144

    88 576

    16 382

    Sors: Il-bażi tad-data tal-Eurostat u s-Sorveljanza

    (4)

    Konsegwentement, il-Kummissjoni ma għamlitx l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, peress li l-kundizzjoni tal-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, jiġifieri żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet, ma ġietx issodisfata.

    1.3.   Partijiet interessati

    (5)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, hija infurmat b’mod speċifiku lill-ilmentaturi, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet fir-RPĊ, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

    (6)

    Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

    (7)

    Bosta partijiet talbu smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-partijiet li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

    1.4.   Talba għall-anonimità

    (8)

    Utent wieħed, Kumpanija A, talab l-anonimità sabiex jiġu evitati azzjonijiet possibbli ta’ ritaljazzjoni minn xi wħud mill-ilmentaturi, li kienu wkoll il-fornituri tiegħu.

    (9)

    European Aluminium ikkummentat li l-Kumpanija A ma kellhiex locus standi f’dan il-proċediment peress li, skont European Aluminium, ma kinitx ippreżentat lilha nnifisha jew ipprovdiet li kien hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħha u l-prodott simili kif definit fit-Taqsima 2.2 hawn taħt. Hija sostniet ukoll li l-kunfidenzjalità tal-identità tal-Kumpanija A ma kinitx iġġustifikata mir-riskju ta’ miżuri ta’ ritaljazzjoni minn ġewwa l-UE fuq il-bażi li l-Kumpanija A kienet tinsab fl-UE fejn japplikaw il-valuri fundamentali Ewropej u li l-produtturi Ewropej tal-prodott simili mhumiex se jwettqu tali prattika.

    (10)

    L-informazzjoni fil-fajl (3) u l-informazzjoni kunfidenzjali kondiviża mill-Kumpanija A mal-Kummissjoni wriet li l-Kumpanija A rreġistrat bħala parti interessata fiż-żmien dovut u wriet rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħha u l-prodott taħt investigazzjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mar-raġunijiet tat-talba għall-anonimità, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpanija pprovdiet ġustifikazzjoni suffiċjenti għat-talba tagħha. B’mod partikolari, il-Kumpanija A pprovdiet informazzjoni dokumentata kif xieraq rigward il-biżgħat ta’ ritaljazzjoni kummerċjali minħabba n-natura tal-attivitajiet tagħha u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ partijiet oħra attivi fis-suq inkwistjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni tat l-anonimità lill-kumpanija inkwistjoni għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni.

    1.5.   Kummenti dwar il-bidu

    1.5.1.   Kummenti dwar id-dannu

    (11)

    Il-kumpanija A u Shanghai Huafon Aluminium Corporation (“Huafon”), ilmentaw dwar in-nuqqas ta’ raġunament b’rabta mal-esklużjoni tal-prodotti msemmija fil-premessa (57) u fid-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu.

    (12)

    Ir-Regolament bażiku jipprovdi li l-ilment jenħtieġ li jinkludi deskrizzjoni sħiħa tal-prodott allegatament oġġett ta’ dumping. Huwa ma jipprevedi l-ebda rekwiżit għall-ilmentatur li jipprovdi raġunament fir-rigward tal-prodotti li ma jixtieqx ikopri fl-ilment tiegħu. Għal din ir-raġuni, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

    (13)

    Il-kumpanija A sostniet ukoll li, peress li l-ilment tressaq minn produtturi li jirrappreżentaw biss 80 % tal-produzzjoni tal-Unjoni, jista’ jiġi preżunt li l-produtturi li jammontaw għal 20 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ma ġarrbu l-ebda dannu materjali.

    (14)

    Il-livell ta’ appoġġ għall-bidu ta’ investigazzjoni mhuwiex indikattiv tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Ir-rekwiżiti legali relatati mal-bidu ta’ investigazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 5(2). Minbarra dan, kif imfakkar mill-Kumpanija A, l-ilment tressaq u ġie appoġġat mill-produtturi tal-Unjoni li jammontaw għal 80 % tal-produzzjoni totali mhux kaptiva tal-Unjoni, li tirrappreżenta b’mod ċar proporzjon kbir tal-industrija tal-Unjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(4). Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma laqgħetx il-pretensjoni.

    (15)

    L-istess utent argumenta li ċerti indikaturi tal-ħsara deskritti fl-ilment kienu bbażati fuq prodotti esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Madankollu, peress li din il-pretensjoni ma kinitx speċifika biżżejjed u fi kwalunkwe każ ma kinitx sostnuta minn evidenza, ma ġietx milqugħa.

    (16)

    Utent, Valeo Systèmes Thermiques SAS (“Valeo”), sostna li l-ilmentatur kien ipproċeda għal analiżi tad-dannu segmentata u li din l-analiżi ma wrietx dannu għall-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti destinati għal skambjaturi tas-sħana awtomobilistiċi (“HEX AFRPs”) fid-dawl tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz de minimis irrapportati fl-ilment. Valeo rrefera wkoll għar-rapporti finanzjarji tal-produttur ewlieni ta’ din il-kategorija ta’ prodotti u indika li huwa rrapporta prestazzjoni finanzjarja tajba fl-2019 u fl-ewwel nofs tal-2020 u ma elenkax l-importazzjonijiet mir-RPĊ bħala riskju.

    (17)

    Il-Kummissjoni nnotat li l-ilment ma kienx fih analiżi sħiħa tad-dannu għal kull segment iżda pjuttost kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz għal tliet tipi ta’ prodotti rappreżentattivi, inklużi l-HEX AFRPs awtomobilistiċi. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan it-tip ta’ prodott, ma kienx fih l-indikaturi speċifiċi kollha tad-dannu. Minflok, l-ilment kien fih sett wieħed tal-indikaturi kollha relatati mal-prodott simili kollu kemm hu iżda mhux analiżi tad-dannu għal kull segment.

    (18)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-produttur ewlieni tal-HEX AFRPs awtomobilistiċi, il-Kummissjoni osservat li l-firxa ta’ prodotti tiegħu mhijiex limitata esklużivament għal HEX AFRPs awtomobilistiċi iżda tinkludi wkoll b’mod partikolari prodotti ta’ Refriġerazzjoni ta’ Kondizzjonament tal-Arja b’Ventilazzjoni tat-Tisħin (“HVACR”). Barra minn hekk, ir-rapporti finanzjarji ta’ dak il-produttur ma jirrigwardawx esklużivament il-bejgħ tiegħu fl-Unjoni iżda pjuttost l-attivitajiet tiegħu madwar id-dinja, li jispjega għaliex ma jidentifikax ir-RPĊ bħala riskju. Għaldaqstant, dawn il-pretensjonijiet ma ġewx milqugħa.

    (19)

    Valeo u l-Kumpanija A affermaw li l-ilment ma pprovdiex evidenza li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fuq il-bażi li diversi indikaturi bħall-bejgħ tal-esportazzjoni, l-investimenti, il-kapaċità, l-istokk, il-prezz u l-impjiegi wrew xejra pożittiva.

    (20)

    Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku jirrikjedi eżami, fost l-oħrajn, tal-fatturi ta’ dannu rilevanti fl-istadju tal-bidu. L-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku ma jirrikjedix b’mod speċifiku li l-fatturi kollha ta’ dannu elenkati fl-Artikolu 3(5) tiegħu juru deterjorament sabiex jiġi stabbilit id-dannu materjali. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum ta’ importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri minn fatturi u indiċijiet rilevanti (iżda mhux neċessarjament kollha) li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, l-analiżi speċifika tad-dannu tal-ilment uriet li hemm biżżejjed evidenza li tindika penetrazzjoni sinifikanti tas-suq tal-UE mill-importazzjonijiet Ċiniżi magħmula bi prezzijiet li sostanzjalment iwaqqgħu l-prezz u li jwasslu għal bejgħ taħt il-prezz tal-industrija tal-Unjoni stess. L-ilment kien fih evidenza li dan kellu impatt dannuż materjali fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu 2016 sal-2019, pereżempju fuq is-sehem mis-suq u l-profittabbiltà. Għaldaqstant, dawn il-pretensjonijiet ma ġewx milqugħa.

    (21)

    Parti interessata oħra, Nilo Asia PTE Ltd/Lodec Metall-Handel Niederlassung Bremen der O. Wilms GMBH (“Nilo”), argumentat li l-kodiċijiet NM użati għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz ma ppermettewx l-identifikazzjoni tal-pjanċi u l-folji komuni u jistgħu jwasslu għal ineżattezzi. Hija kkontestat ukoll il-metodu ta’ kalkolu għall-kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz.

    (22)

    Sa fejn għandu x’jaqsam il-metodu għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ilmentatur kien uża data u metodoloġija oġġettivi biex jistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi tal-ħatt l-art tal-UE. Barra minn hekk, il-kodiċijiet NM, kif ivverifikati mill-Kummissjoni, kienu korretti f’dak l-istadju tal-proċediment. Il-prezz fil-mira tal-Unjoni kien ibbażat fuq il-kost tal-produzzjoni tal-ilmentatur flimkien ma’ profitt fil-mira ta’ 6 % skont l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeterminat li l-ilmentatur stabbilixxa b’mod korrett il-bejgħ taħt il-prezz u l-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (23)

    Nilo u produttur esportatur Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd. (“Xiamen Xiashun”) sostnew li l-konsum totali tal-UE kien ġie sopravalutat mill-ilmentatur. Huma rreferew għar-Rapport Ewropew dwar l-Aluminju tal-2019 (4) li rrefera għal konsum ta’ 5,447 miljun tunnellata.

    (24)

    Il-Kummissjoni osservat li l-ambitu ta’ din l-investigazzjoni huwa differenti mir-rapport imsemmi. Tabilħaqq, kif iddikjarat fin-Notifika ta’ Bidu, diversi prodotti ġew esklużi mill-ambitu tal-prodott. Barra minn hekk, dan ir-rapport ma jirreferix biss għall-UE iżda jinkludi wkoll pajjiżi oħra membri tal-EFTA bħan-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija. Minħabba dawn id-differenzi, din il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (25)

    Produttur esportatur, Xiamen Xiashun, ikkontesta d-dikjarazzjoni tal-ilmentatur li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ huma konsistentement aktar baxxi mill-prezz tal-importazzjoni minn pajjiżi oħra fuq il-bażi li analiżi bbażata fuq il-kodiċijiet NM koperti kollha ma kinitx preċiża biżżejjed. Huwa pprovda analiżi għall-kodiċi NM 7607 11 90 li turi li l-prezzijiet Torok kienu l-aktar baxxi u għaldaqstant, id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għal importazzjonijiet minn pajjiżi għajr ir-RPĊ.

    (26)

    Il-Kummissjoni indikat li tali analiżi hija limitata għal kodiċi NM wieħed u ma tiskwalifikax id-dikjarazzjoni tal-ilmentatur. F’dak li għandu x’jaqsam mal-analiżi ġenerali tal-importazzjonijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, issir referenza għall-premessi (51) sa (59). Abbażi ta’ dan, din il-pretensjoni ma ġiex milqugħa.

    (27)

    Xiamen Xiashun sostna wkoll li l-ilment ma kienx fih evidenza pożittiva dwar l-eżistenza ta’ dannu materjali mill-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u rrefera għal nuqqasijiet fl-allegazzjonijiet dwar l-indikaturi makro u mikro. Din il-parti kkontestat l-affidabbiltà u l-eżattezza tal-indikaturi fl-ilment billi rreferiet għal diversi elementi iżolati li jikkonċernaw produtturi differenti tal-Unjoni li allegatament affettwaw l-indikaturi. Madankollu, hija ma wrietx kif dawn l-eżempji setgħu jiddubitaw mill-valutazzjoni ġenerali tal-Kummissjoni li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ dan il-proċediment.

    (28)

    Diversi partijiet interessati sostnew li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi u l-istokk tal-fojl kellhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni jew tal-inqas kienu jirrikjedu analiżi separata speċifika għas-segmenti.

    (29)

    Fl-istadju tal-bidu, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li tali segmenti kellhom jiġu analizzati separatament. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ġabret kummenti mingħand il-partijiet interessati dwar il-prodott ikkonċernat, it-talbiet għall-esklużjoni u l-ħtieġa ta’ analiżi skont is-segmenti. It-talbiet għall-esklużjoni huma analizzati fil-premessi (61) sa (105) filwaqt li l-allegata ħtieġa ta’ analiżi skont is-segmenti hija eżaminata fil-premessi (38) sa (45).

    1.5.2.   Kummenti dwar id-dumping

    (30)

    Importatur wieħed, Nilo, qajjem dubji dwar il-metodoloġija u l-kodiċijiet NM użati mill-ilmentatur fil-kalkoli tad-dumping relatati ma’ pjanċi u folji komuni u kkunsidra li dan kien jikkostitwixxi nuqqas kbir fl-ilment.

    (31)

    Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ilmentatur kien uża data u metodoloġija oġġettivi biex jistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-kodiċijiet NM, kif ivverifikati mill-Kummissjoni, kienu korretti f’dak l-istadju tal-proċediment. Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tad-dumping, meta jitqies il-livell tal-valur normali stabbilit fl-ilment għall-pjanċi u l-folji komuni tal-aluminju, il-konklużjoni fir-rigward tas-sejba ta’ dumping kienet tkun identika, jiġifieri l-marġni tad-dumping li rriżulta kien jaqbeż sew il-limitu de minimis. Konsegwentement, il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (32)

    Wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, Xiamen Xiashun, sostna li l-ilment ma kienx fih biżżejjed evidenza dwar id-dumping. Skont il-kumpanija, il-prezz tal-ingotti tal-aluminju kien minfuħ u l-istess jgħodd għall-valur normali. Hija kkunsidrat b’mod partikolari li l-prezz medju tal-2019 tal-ingott tal-aluminju użat għall-kalkoli tad-dumping kien ta’ USD 1 792 u mhux ta’ EUR 2 300 sa EUR 2 700 għal kull tunnellata, kif indikat fl-ilment. Il-kumpanija kkunsidrat ukoll li l-konsum ta’ bejn ingotta waħda sa tnejn tal-aluminju meħtieġ biex tiġi prodotta tunnellata waħda ta’ folja komuni tal-aluminju msemmija fl-ilment kien għoli wisq. Xiamen Xiashun argumenta wkoll li l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija għall-folja komuni ta’ EUR 107,77 għal kull tunnellata użati fil-kalkolu tad-dumping fl-ilment kienu għoljin wisq, meta mqabbla mal-kostijiet tat-trasport tiegħu stess għall-istess prodott (5).

    (33)

    Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn il-pretensjonijiet. Il-prezz tal-ingotti tal-aluminju użat mill-ilmentatur għall-kalkoli kien ta’ EUR 1 797 għal kull tunnellata, u mhux EUR 2 300 sa EUR 2 700 għal kull tunnellata kif argumentat minn Xiamen Xiashun (6). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li kemm il-konsum ta’ ingotti tal-aluminju biex tiġi prodotta tunnellata waħda ta’ folja komuni kif ukoll il-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija użati mill-ilmentatur kienu appoġġati minn biżżejjed evidenza. Anki jekk ikkalkulat mill-ġdid, il-valur normali bl-użu tal-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija proposti minn Xiamen, Xiashun, il-marġni tad-dumping li rriżulta fil-biċċa l-kbira qabeż il-limitu de minimis. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza dwar id-dumping biex jinbdew il-proċedimenti.

    1.6.   Kampjunar

    (34)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (35)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Hija għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 35 % tal-produzzjoni totali stmata u 35 % tal-volum tal-bejgħ totali stmat tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. European Aluminium ipprovdiet kummenti f’isem tnejn mill-membri tagħha magħżula biex ikunu fil-kampjun. Kumpanija waħda inkluża b’mod provviżorju fil-kampjun talbet li waħda biss mill-imtieħen tagħha tiġi inkluża fil-kampjun minħabba li din il-mitħna tagħmel eżattament il-prodotti tipiċi importati mir-RPĊ. Hija sostniet ukoll li l-inklużjoni ta’ mitħna waħda biss tagħmel il-kampjun aktar rappreżentattiv. Il-Kummissjoni osservat li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun jikkonsistu f’entitajiet legali individwali u li ma tista’ ssir l-ebda distinzjoni abbażi tal-organizzazzjoni interna fi ħdan l-entità legali jekk is-subentitajiet kollha jappartjenu għall-istess entità legali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ma ġiex milqugħa.

    (36)

    Kumpanija oħra inkluża fil-kampjun sostniet li l-inklużjoni fil-kampjun ta’ entità legali waħda biss fi ħdan il-grupp tagħha tagħmel il-verifika diffiċli peress li s-sistemi tal-IT u tal-kontabbiltà jinżammu fuq bażi ta’ grupp. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita ruħha għall-entità legali inkwistjoni fid-dawl taż-żmien limitat disponibbli. Madankollu, meta wieħed iqis il-kanali tal-bejgħ tal-prodotti mmanifatturati minn din l-entità legali u l-fatt li l-kumpaniji relatati jistgħu jkunu involuti fil-fluss tal-bejgħ, entitajiet oħra fil-grupp kellhom ukoll jimlew il-partijiet rilevanti tal-kwestjonarju.

    (37)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kampjun ġie kkunsidrat li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

    (38)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

    (39)

    Erba’ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tlieta abbażi tal-akbar volum tal-importazzjonijiet. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

    1.6.3.   Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina

    (40)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

    (41)

    Erbgħa u għoxrin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet kumpaniji/gruppi ta’ kumpaniji abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dawn il-kumpaniji/gruppi ta’ kumpaniji rrappreżentaw 18,9 % tal-esportazzjonijiet totali stmati. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar l-għażla tal-kampjun.

    (42)

    Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Awwissu 2020, il-kumpanija Yantai Jintai International Trade Co., Ltd (parti minn “Nanshan Group”), ippreżentat il-kummenti tagħha u talbet li tkun parti mill-kampjun. Permezz ta’ ittra elettronika tat-2 ta’ Settembru 2020, waħda mill-kumpaniji magħżula, il-kumpanija Tianjin Zhongwang Aluminium Co., infurmat lill-Kummissjoni li hija waqqfet il-kooperazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-kumpanija Tianjin Zhongwang Aluminium Co. b’Nanshan Group. Il-kampjun modifikat jammonta wkoll għal 18,9 % tal-volum totali stmat tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun modifikat.

    1.7.   Eżami individwali

    (43)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, sbatax-il produttur esportatur fiċ-Ċina, li talbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, ġew mistiedna jissottomettu tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, l-ebda produttur esportatur ma ssottometta kwestjonarju komplut sal-iskadenza stipulata. Għalhekk, ma ngħatat l-ebda konċessjoni għal eżami individwali.

    1.8.   Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika

    (44)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Hija bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ dwar id-distorsjonijiet fil-materja prima fis-sens tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku.

    (45)

    Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importaturi inklużi fil-kampjun, lill-utenti u lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (7) fil-jum tal-bidu.

    (46)

    Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, it-tliet importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun, ħames utenti, u tliet kumpaniji/gruppi ta’ produtturi esportaturi.

    (47)

    Utent addizzjonali pprovda tweġiba mhux kompluta għall-kwestjonarju li lanqas ma kienet tinkludi verżjoni mhux kunfidenzjali sinifikattiva. Minkejja diversi talbiet u tfakkiriet, dan l-utent ma pprovdiex l-informazzjoni mitluba. Għalhekk, it-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju ma tqisitx fl-analiżi.

    (48)

    Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ lockdown stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fi stadju provviżorju. Minflok, il-Kummissjoni kontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet provviżorji tagħha f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 dwar l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (8). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:

    L-Assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

    European Aluminium, Brussell, Il-Belġju

    Produtturi tal-Unjoni

    Hydro Group (“Hydro”):

    Hyro Aluminium Rolled Products GmbH, Grevenbroich u Hamburg, Il-Ġermanja;

    Hydro Aluminium Dormagen GmbH, Dormagen, Il-Ġermanja;

    Aluminium Norf GmbH, Neuss, Il-Ġermanja

    Elval Halcor Group:

    ELVALHALCOR S.A., Oinofyta, Il-Greċja

    Symetal Aluminium Foil Industry Membru Uniku S.A., Ateni, Il-Greċja

    International Trade S.A., Brussell, Il-Belġju

    UACJ ELVAL HEX Materials GmbH, Düsseldorf, Il-Ġermanja,

    Vepal, Thiva, il-Greċja

    Aludium Group:

    Aludium Transformacion dc Productos S.L, Amorebieta u Alicante, Spanja

    Aludium France SAS, Castelsarrasin, Franza

    L-utenti

    Kumpanija A

    Valeo Group

    Valeo Systèmes Thermiques, Le Mesnil Saint Denis, Franza

    Valeo Autosystemy Sp Zo.o, Skawina, il-Polonja

    Valeo Vymeniky Tepia s.r.o., Zebrak, ir-Repubblika Ċeka

    Produtturi esportaturi fir-RPĊ

    Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd. (“Jiangsu Alcha Group”)

    Nanshan Group

    Shandong Nanshan Aluminium Co., Ltd.,

    Yantai Nanshan Aluminium New Material Co., Ltd.,

    Longkou Nanshan Aluminium Rolling New Material Co., Ltd.,

    Yantai Donghai Aluminium Foil Co., Ltd.,

    Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

    1.9.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni

    (49)

    L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

    1.10.   Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE

    (50)

    Dan il-każ inbeda fl-14 ta’ Awwissu 2020, jiġifieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni miftiehem bejn ir-Renju Unit u l-UE li fih ir-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni. Dan il-perjodu ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Konsegwentement, mill-1 ta’ Jannar 2021, kumpaniji u assoċjazzjonijiet mir-Renju Unit ma baqgħux jikkwalifikaw aktar bħala partijiet interessati f’dan il-proċediment.

    (51)

    Permezz ta’ nota għall-fajl tal-każ (9) fit-18 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni stiednet lill-operaturi tar-Renju Unit li kkunsidraw li kienu għadhom jikkwalifikaw bħala partijiet interessati biex jikkuntattjawha. L-ebda kumpanija ma ppreżentat ruħha.

    (52)

    Sabiex is-sett ta’ data miġbur mill-partijiet interessati jiġi allinjat mal-fatt li l-perjodu ta’ tranżizzjoni kien intemm u li r-Renju Unit ma kienx għadu soġġett għad-dritt tal-Unjoni, il-partijiet interessati kkonċernati ġew mistiedna jipprovdu tweġiba riveduta għall-kwestjonarju fuq il-bażi tal-EU-27.

    (53)

    Utent wieħed Valeo, sostna li l-ilment kien ivvizzjat minn nuqqasijiet proċedurali kbar peress li kien ibbażat fuq data tal-EU-28, inkluż ir-Renju Unit, filwaqt li dan il-pajjiż ma kienx għadu Stat Membru fiż-żmien tat-tressiq tal-ilment u l-bidu tal-proċediment.

    (54)

    F’dan ir-rigward, kif imsemmi fil-premessa (50), ir-Renju Unit u l-UE kienu qablu dwar perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu r-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni. Dak il-perjodu ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 (10). Peress li l-każ inbeda matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-ilment tressaq b’mod validu fuq il-bażi tal-EU-28. Konsegwentement, il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Prodott ikkonċernat

    (55)

    Il-prodott ikkonċernat huwa prodotti tal-aluminju, irrumblati ċatti, kemm jekk illigati kif ukoll jekk le, kemm jekk maħduma aktar milli rrumblati ċatti kif ukoll jekk le, mingħajr appoġġ, mingħajr saffi interni ta’ materjal ieħor,

    f’kojls jew fi strixxi koljati, f’folji maqtugħa għall-qies, jew fil-forma ta’ ċrieki; ta’ ħxuna ta’ 0,2 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 6 mm;

    fi pjanċi, ta’ ħxuna ta’ aktar minn 6 mm;

    f’kojls jew fi strixxi koljati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,03 mm iżda inqas minn 0,2 mm;

    li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7606 11 10 (il-kodiċijiet TARIC 7606111025, 7606111086), ex 7606 11 91 (il-kodiċijiet TARIC 7606119125, 7606119186), ex 7606 11 93 (il-kodiċijiet TARIC 7606119325, 7606119386), ex 7606 11 99 (il-kodiċijiet TARIC 7606119925, 7606119986), ex 7606 12 20 (il-kodiċijiet TARIC 7606122025, 7606122086), ex 7606 12 92 (il-kodiċijiet TARIC 7606129225, 7606129295), ex 7606 12 93 (il-kodiċi TARIC 7606129386), ex 7606 12 99 (il-kodiċijiet TARIC 7606129925 u 7606129986), ex 7606 91 00 (il-kodiċijiet TARIC 7606910025, 7606910086), ex 7606 92 00 (il-kodiċijiet TARIC 7606920025, 7606920086), ex 7607 11 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607119044, 7607119048, 7607119051, 7607119053, 7607119065, 7607119071, 7607119073, 7607119075, 7607119077, 7607119091, 7607119093) u ex 7607 19 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607199075, 7607199086) (“il-prodott ikkonċernat”). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija biss bħala informazzjoni.

    (56)

    Il-prodott ikkonċernat (11) huwa komunement imsejjaħ “Prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti” jew “AFRPs”. Dan huwa r-riżultat ta’ 4 proċessi ta’ produzzjoni sussegwenti: tidwib, ikkastjar, irrumblar u rfinar. Xi kumpaniji jistgħu jibdew il-proċess ta’ produzzjoni fi stadju differenti skont il-livell ta’ integrazzjoni tagħhom.

    (57)

    Il-prodotti li ġejjin huma esklużi minn din l-investigazzjoni:

    Stokk tal-parti ċilindrika tal-bottijiet tax-xorb, stokk tat-tarf tal-bottijiet tax-xorb u stokk tal-ħolqa tat-tapp tal-bottijiet tax-xorb kollha tal-aluminju.

    Prodotti tal-aluminju, irrumblati ċatti, illigati, kemm jekk ipproċessati aktar milli rrumblati ċatti jew kif ukoll jekk le, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,2 mm u mhux aktar minn 6 mm, għall-użu bħala pannelli tal-karozzerija fl-industrija tal-karozzi.

    Prodotti tal-aluminju, irrumblati ċatti, illigati, kemm jekk maħduma aktar minn irrumblati ċatti kif ukoll jekk le, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,8 mm, għall-użu fil-manifattura ta’ parts ta’ inġenji tal-ajru.

    (58)

    Il-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet f’setturi bħall-bini u l-kostruzzjoni, il-fojl, l-applikazzjonijiet tekniċi, it-trasport u l-oġġetti tal-konsum durabbli.

    2.2.   Prodott simili

    (59)

    L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott ikkonċernat;

    il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; u

    il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (60)

    F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    2.3.   Pretensjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

    (61)

    Diversi partijiet ippreżentaw talbiet għall-esklużjoni tal-prodotti li jikkonċernaw il-prodotti li ġejjin: stokk ta’ tubi mgħottija, pjanċi miksija, pinen miksija u pinen mhux miksija għall-użu fil-manifattura ta’ HEX awtomobilistiċi tal-aluminju bbrejżjat u fil-manifattura ta’ berrieda tal-batteriji tal-vetturi elettriċi (“HEX AFRPs awtomobilistiċi”); kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u pannelli komposti tal-aluminju (“ACP”); folji litografiċi; folji tal-batteriji; fojl tal-aluminju konvertitur ta’ gejġ minn 30 sa 60 mikroni (“ACF-30-60”) u AFRPs għall-użu fil-manifattura ta’ paletti għall-venetian blinds.

    2.3.1.   HEX AFRPs awtomobilistiċi

    (62)

    Diversi partijiet interessati, Huafon, Valeo, Mahle GmbH, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fornituri ta’ Komponenti tal-Karozzi (“Clepa”) u TitanX Holding AB (“TitanX”) sostnew li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi ma kellhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Il-proċess ta’ manifattura distint (tagħmir speċifiku) u l-kimika (permezz tal-użu ta’ ligi proprjetarji li huma differenti minn ligi standard) jirriżulta f’kapaċità ta’ bbrejżjar, formabbiltà, saħħa, reżistenza għall-korrużjoni u proporzjon miksija differenti, u jagħmel l-HEX AFRPs awtomobilistiċi kompletament differenti minn AFRPs oħra koperti mid-definizzjoni tal-prodott. Huma sostnew ukoll li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi ma kinux interkambjabbli ma’ AFRPs ta’ komoditajiet li jaqgħu fl-ambitu użati f’applikazzjonijiet oħra minħabba l-karatteristiċi fiżiċi, mekkaniċi u kimiċi uniċi tagħhom li huma żviluppati b’mod konġunt mal-industrija upstream u downstream. Intqal ukoll li dawn saru prinċipalment skont l-ordni, innegozjati f’volumi żgħar li jirrappreżentaw inqas minn 5 % tas-suq globali tal-AFRPs tal-UE u nbiegħu bi prezz għoli lill-fornituri ta’ komponenti tal-karozzi tal-Grad 1 li jixtru l-kategoriji kollha ta’ HEX AFRPs awtomobilistiċi mill-istess fornitur f’“punt uniku ta’ servizz” għal raġunijiet tekniċi, kummerċjali u ta’ minimizzazzjoni tar-riskju.

    (63)

    Il-partijiet affermaw ukoll li l-HEX AFPRs awtomobilistiċi setgħu jiġu identifikati fid-dwana fuq l-istess linji bħall-prodotti esklużi mill-ambitu tal-prodott mill-ilmentaturi u destinati għall-industrija awtomobilistika (12) jew tal-inġenji tal-ajru. B’mod simili għall-pannelli tal-karrozzerija destinati għall-industrija tal-karozzi, ġie sostnut li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi għalhekk jenħtieġ li jiġu esklużi bl-istess mod.

    (64)

    Huafon argumentat ukoll li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi tagħha kienu differenti minn dawk immanifatturati fl-Unjoni permezz ta’ proċess ta’ produzzjoni differenti (ikkastjar kontinwu) li jagħti speċifikazzjonijiet uniċi f’termini ta’ diversi aspetti bħall-granularità, is-saħħa, il-prestazzjoni kontra l-korrużjoni, il-formabbiltà, il-kapaċità ta’ bbrejżjar, it-tolleranzi u l-erożjoni tal-prodotti tagħha. Hija argumentat ukoll li l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni mhumiex lesti jipprovdu HEX AFRPs awtomobilistiċi speċifiċi għall-klijent.

    (65)

    Dawn il-partijiet iġġustifikaw ukoll it-talbiet tagħhom bl-elementi li ġejjin:

    l-allegat nuqqas attwali ta’ kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u nuqqas ta’ rieda li tinvesti f’kapaċità addizzjonali,

    il-fużjoni bejn iż-żewġ produtturi tal-Unjoni Gränges u Impexmetal li allegatament twassal għal żieda fil-prezz,

    żieda mistennija fid-domanda,

    żieda mistennija fil-kostijiet minħabba dazji anti-dumping u kostijiet ġodda ta’ validazzjoni (13) meta l-prestazzjoni tagħhom tkun affettwata b’mod negattiv mill-pandemija, u b’hekk impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tagħhom,

    l-impatt negattiv fuq il-katina tal-provvista minħabba l-validazzjoni ta’ prodotti u ligi ġodda; u

    il-ħtieġa li tintlaħaq il-mira tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li altrimenti tkun imfixkla.

    (66)

    Il-Kummissjoni l-ewwel osservat li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi jappartjenu għall-grupp ta’ prodotti tal-HEX AFRPs li jinkludi mhux biss HEX awtomobilistiċi iżda wkoll HEX destinati għall-HVACR u applikazzjonijiet oħra bħal imtieħen tar-riħ. L-HEX AFRPs awtomobilistiċi b’mod simili għal dawk maħsuba għall-HVACR u applikazzjonijiet oħra jinkludu prodotti li jistgħu jiġu miksija (tubu, pjanċa, pinna) jew mhux miksija (pinna). Għall-kuntrarju ta’ dak li ġie sostnut mill-utent Valeo, l-evidenza fil-fajl turi li s-suq tal-HVACR HEX għandu daqs sinifikattiv u jammonta għal 20 % tas-suq totali tal-HEX fl-UE. L-evidenza fil-fajl turi wkoll li l-HVACR HEX huma simili f’termini ta’ liga, ittemprar u ħxuna għall-HEX awtomobilistiċi.

    (67)

    It-tieni, l-HEX AFRPs kienu koperti mill-ilment imressaq minn European Aluminium irrispettivament mill-applikazzjoni tagħhom u jaqgħu fl-ambitu tal-prodott kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u fil-premessi (55) sa (58). Barra minn hekk, l-HEX AFRPs awtomobilistiċi jistgħu jiġu kklassifikati permezz tal-kodiċi tal-prodott previst mill-investigazzjoni f’termini ta’ ħxuna, forma, materjal użat, irfinar u ttemprar.

    (68)

    It-tielet, l-investigazzjoni żvelat li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi bażiċi bħal AFRPs oħra. Anki jekk ikunu miksija, huma komposti minn aktar minn 95 % ta’ aluminju pur simili għal AFPRs oħra. Barra minn hekk, anki jekk l-hekk imsejħa ligi proprjetarji jintużaw f’HEX AFRPs awtomobilistiċi, dawn jixbhu mill-qrib ligi oħra peress li huma fil-biċċa l-kbira derivati minn ligi tas-serje 3XXX.

    (69)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, il-biċċa l-kbira tal-AFRPs għandhom l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom stess skont l-applikazzjoni jew ir-rekwiżiti tal-utent aħħari kkonċernat. Il-fatt li l-manifatturi tal-AFRPs jeħtieġ li jissodisfaw il-kapaċità ta’ bbrejżjar, formabbiltà, saħħa, granularità jew korrużjoni partikolari ma jfissirx li ma għandhomx l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi bħal AFRPs oħra. Anki li kieku ma kellhomx jaqsmu dawn il-karatteristiċi bażiċi ma’ ċerti AFRPs li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni, quod non, huma jaqsmu dawn il-karatteristiċi bażiċi mal-AFRPs li jappartjenu għall-istess grupp ta’ prodotti, jiġifieri l-HEX AFRPs destinati għall-HVACR u applikazzjonijiet oħra.

    (70)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-interkambjabbiltà, l-AFPRs li jappartjenu għal gruppi ta’ prodotti differenti jistgħu ma jkunux interkambjabbli minħabba diversi raġunijiet bħat-trattamenti speċifiċi tal-liga użati jew it-tip ta’ rfinar. Madankollu, dawn il-prodotti jaqgħu fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni peress li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi.

    (71)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ manifattura, il-Kummissjoni stabbiliet li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi huma r-riżultat tal-istess proċess ta’ manifattura kif deskritt fil-premessa (56) u fil-biċċa l-kbira jużaw l-istess tagħmir bħal AFRPs oħra. Il-fatt li ċerti ligi jeħtieġ li jiġu żviluppati jew li l-prodotti jeħtieġ li jiġu vvalidati ma jappartjenix għall-proċess ta’ manifattura, iżda pjuttost jappartjeni għall-fażi ta’ riċerka u żvilupp, li hija distinta mill-proċess ta’ manifattura. Anki jekk l-HEX AFRPs awtomobilistiċi użaw tagħmir speċifiku (stazzjon tal-kisi, tagħmir għall-qtugħ), tali tagħmir jista’ jintuża sabiex jipproduċi HEX AFRPs oħrajn jew sempliċement għal AFRPs oħra ta’ ċerta wisa’. Barra minn hekk, il-fatt li ċerti HEX AFRPs awtomobilistiċi huma prodotti permezz ta’ kkastjar kontinwu ma jidentifikax dan il-prodott peress li prodotti oħra li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni jistgħu jiġu mmanifatturati wkoll permezz tal-istess tip ta’ proċess.

    (72)

    It-tielet, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċjalizzazzjoni tal-HEX AFRPs awtomobilistiċi, il-Kummissjoni stabbiliet li l-biċċa l-kbira tal-AFRPs isiru skont l-ordni u li s-sehem tal-komoditajiet huwa żgħir. Barra minn hekk, meta jitqies li prodott bħal dan jammonta għal madwar 9 % tal-konsum tas-suq tal-Unjoni, ma jistax jiġi kkunsidrat li huwa nnegozjat fi kwantitajiet żgħar jew li jirrappreżenta suq niċċa.

    (73)

    Ir-raba’, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-HEX awtomobilistiċi mhumiex l-uniku prodott li jaqa’ fl-ambitu tal-investigazzjoni mibjugħa lill-fornituri ta’ komponenti tal-karozzi tal-Grad 1. Tabilħaqq, prodotti oħra bħax-xażi u l-komponenti huma eventwalment destinati għall-industrija tal-karozzi u jsegwu l-istess kanal tal-bejgħ u jirrikjedu wkoll proċess ta’ validazzjoni. Barra minn hekk, il-manifatturi tal-HEX jistgħu jixtru l-kategoriji differenti ta’ HEX AFRPs awtomobilistiċi minn fornituri differenti u għalhekk mhux fuq bażi ta’ “punt uniku ta’ servizz”, kif sostnut b’mod żbaljat. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biegħu sehem sinifikanti ta’ prodotti oħra li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott bi prezzijiet ogħla minn dawk tal-HEX AFRPs awtomobilistiċi. Dawn il-prodotti l-oħra ammontaw għal aktar minn 8 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (74)

    Il-ħames, il-Kummissjoni ma qablitx li l-HEX AFRPs jenħtieġ li jiġu esklużi minħabba l-użu tagħhom fl-industrija awtomobilistika. Hija fakkret li mhux il-prodotti kollha destinati għall-industrija awtomobilistika huma esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Tabilħaqq, il-prodott taħt investigazzjoni jkopri AFRPs għal prodotti awtomobilistiċi bħal parts strutturali għal applikazzjonijiet awtomobilistiċi (xażi u komponenti).

    (75)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-pretensjonijiet tal-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità biex tissodisfa d-domanda attwali u li ma hemm l-ebda riskju ta’ żieda strutturali fil-prezzijiet fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kapaċitajiet disponibbli fl-UE, kif ikkonfermat mid-deċiżjoni riċenti tal-Kummissjoni dwar il-fużjoni ta’ Gränges u Impexmetal (14). Barra minn hekk, skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u vverifikata mill-Kummissjoni, l-industrija tal-Unjoni reċentement investiet fi proġetti oħra li għaddejjin bħalissa biex iżżid il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha. Skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li din iż-żieda x’aktarx li tassorbi ż-żieda prevista fid-domanda wara l-bidliet mistennija fil-mudelli tal-produzzjoni tal-karozzi, jiġifieri t-tnaqqis fil-magni b’kombustjoni interna u ż-żieda fil-karozzi ibridi/elettriċi rikarikabbli.

    (76)

    F’dak li għandu x’jaqsam maż-żieda fil-kostijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-livell ta’ profitti miksub qabel il-pandemija jippermetti lill-manifatturi tal-HEX awtomobilistiċi jassorbu l-kostijiet żejda fil-forma ta’ dazji anti-dumping jew kostijiet ta’ validazzjoni, jekk ikunu jixtiequ jaqilbu lura għal akkwist mingħand il-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali ta’ dawn il-kumpaniji u l-gruppi li jappartjenu għalihom u pereżempju l-qligħ imfaddal tagħhom ma indikatx sitwazzjoni finanzjarja drammatika li tipperikola l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tagħhom fil-kuntest attwali.

    (77)

    Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mal-impatt fuq il-katina tal-provvista, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-manifatturi ta’ HEX awtomobilistiċi normalment jiddependu fuq provvista doppja għal prodotti speċifiċi u li normalment ikollhom diversi fornituri vvalidati għal kull kategorija ta’ prodott (tubu, pjanċa, pinna). Il-produtturi tal-Unjoni ta’ HEX AFRPs awtomobilistiċi wrew li ilhom ħafna snin ifornu prodotti speċifiċi bħal dawn lill-manifatturi ewlenin fi kwantitajiet kbar, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha. Għalhekk, huma għandhom it-tagħmir u l-għarfien tekniku rilevanti biex jiżviluppaw u jfornu tali prodotti u ħafna drabi huma fornituri prekwalifikati. Filwaqt li dan ma jfissirx li l-utenti jistgħu jaqilbu minn fornitur tal-AFRPs għal ieħor għall-prodotti kollha tagħhom mill-ewwel jekk jixtiequ dan, l-industrija tal-Unjoni tkun f’pożizzjoni li tissostitwixxi malajr l-importazzjonijiet Ċiniżi u toffri sors alternattiv sigur ta’ provvista. Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni sostna li proċess simili kien diġà seħħ fis-suq tal-Istati Uniti fejn ċerti produtturi mhux mill-Istati Uniti setgħu jissostitwixxu l-importazzjonijiet Ċiniżi wara li ġew imposti dazji anti-dumping fuq l-AFRPs Ċiniżi.

    (78)

    Filwaqt li mhuwiex ikkontestat li l-iżvilupp ta’ vetturi elettriċi ta’ ġenerazzjoni ġdida jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod provviżorju li l-produzzjoni tal-aluminju meħtieġ f’dawn il-karozzi fl-UE tkun tniġġes inqas mill-importazzjoni tiegħu mir-RPĊ. Tabilħaqq, irrispettivament mill-kostijiet tat-trasport mir-RPĊ lejn l-UE, il-produzzjoni tal-aluminju fl-Unjoni tiġġenera medja ta’ madwar tliet darbiet inqas CO2 milli fir-RPĊ (15). Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ dazji fuq l-HEX AFRPs awtomobilistiċi mir-RPĊ mhijiex inkompatibbli mal-politiki usa’ tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, produttur esportatur wieħed, Huafon, sostna li r-rendiment tas-CO2 tiegħu kien ħafna inqas mill-medja Ċiniża. Madankollu, tali pretensjoni ma kinitx sostnuta minn evidenza u, fi kwalunkwe każ, ma setgħetx tiġi estrapolata għall-industrija tal-aluminju Ċiniża kollha.

    (79)

    Barra minn hekk, żewġ utenti, Mahle u Titanx, indikaw ukoll li l-produtturi ta’ HEX awtomobilistiċi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) jiksbu vantaġġ kompetittiv meta jixtru AFRPs miċ-Ċina mingħajr ma jħallsu dazji anti-dumping u rreferew għal produttur Ċiniż ta’ HEX awtomobilistiku stabbilit fil-Marokk. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-investiment mill-manifatturi ta’ HEX awtomobilistiċi inkwistjoni kien sar bil-għan li jiġi pprovdut sit tal-manifattura tal-karozzi ġdid fjamant li jinsab barra mill-UE fejn l-evidenza disponibbli tindika investiment immirat lejn il-forniment tas-suq lokali (16). Konsegwentement, il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (80)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet b’mod provviżorju t-talba għall-esklużjoni ta’ HEX AFRPs awtomobilistiċi mill-ambitu tal-prodott taħt investigazzjoni.

    2.3.2.   Kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u ACP

    (81)

    Utent wieħed, Kumpanija A, talab l-esklużjoni ta’ kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u tal-ACP minħabba li tali kojls għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi distinti fir-rigward tal-livellar tat-tensjoni u d-dehra tagħhom meta jitqies li anki imperfezzjoni żgħira tagħmel il-prodott inutilizzabbli għall-iskop li nxtara għalih.

    (82)

    Minħabba r-restrizzjonijiet ta’ kwalità għolja, il-kumpanija sostniet li tali prodott mhuwiex interkambjabbli ma’ AFRPs oħra u mhuwiex sostitwibbli ma’ prodotti oħra. F’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ produzzjoni, din il-parti argumentat li l-produtturi Ċiniżi jimmanifatturaw it-tip ta’ prodott inkwistjoni fuq tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku (irrumblar bis-sħana, livellar tat-tensjoni u linji ta’ rfinar bis-sħana tat-tip “stand tandem”) li jirriżultaw f’rati ogħla ta’ kwalità u produttività kif ukoll f’kostijiet aktar baxxi.

    (83)

    L-istess parti affermat ukoll li hija ltaqgħet ma’ diffikultajiet sinifikanti mhux biss fix-xiri tat-tip ta’ prodott inkwistjoni bl-istandards meħtieġa mill-industrija tal-Unjoni iżda wkoll biex taqleb xi wħud mill-akkwisti Ċiniżi tagħha għal akkwisti tal-Unjoni. Hija sostniet ukoll li t-tip ta’ prodott inkwistjoni kien jirrappreżenta proporzjon konsiderevoli tal-kost tal-produzzjoni tagħha u li, jekk jiġu imposti dazji, ikollha bżonn tivvalida fornituri ġodda li jwassal għal żieda fil-kostijiet tagħha.

    (84)

    Il-Kummissjoni stabbiliet li l-kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u l-ACP jaqgħu fid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott kif definit fil-premessi (55) sa (58) ta’ hawn fuq u jistgħu jiġu kklassifikati permezz tal-kodiċi tal-prodott previst mill-investigazzjoni f’termini ta’ ħxuna, forma, materjal użat, irfinar u ttemprar. Barra minn hekk, huma għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi, tekniċi u fiżiċi bażiċi bħal AFRPs oħra peress li huma magħmula minn aktar minn 95 % ta’ aluminju pur b’mod simili għal AFPRs oħra. Minbarra dan, huma magħmula minn ligi simili u għandhom irfinar, ittemprar u ħxuna simili bħal AFRPs oħra li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni. L-illivellar tat-tensjoni mhuwiex proċess li jiġi applikat esklużivament għat-tip ta’ prodott inkwistjoni peress li jintuża għal kategoriji oħra tal-AFRP ukoll, bħal EŻ AFRPs.

    (85)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-interkambjabbiltà, l-AFPRs li jappartjenu għal gruppi ta’ prodotti differenti jistgħu ma jkunux interkambjabbli minħabba diversi raġunijiet bħat-trattamenti speċifiċi tal-liga użati jew it-tip ta’ rfinar. Madankollu, dawn il-prodotti jaqgħu fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni peress li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi.

    (86)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ manifattura, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod provviżorju li l-kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u ACP huma r-riżultat tal-istess proċess ta’ manifattura kif deskritt fil-premessa (56) u fil-biċċa l-kbira tagħhom jużaw l-istess tagħmir bħal AFRPs oħra. Il-fatt li l-produtturi Ċiniżi allegatament jużaw tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku ma jagħmilx il-prodott differenti. Fi kwalunkwe każ, xi produtturi tal-Unjoni għandhom tagħmir ta’ produzzjoni simili.

    (87)

    Madankollu, il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-ispeċifiċità tal-prodotti li l-Kumpanija A timmanifattura u d-diffikultajiet li tiffaċċja biex tixtri kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u ACP fl-Unjoni. Sa issa, l-industrija tal-Unjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza li turi bil-kontra. Barra minn hekk, fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju li l-ebda wieħed minnhom ma kien qed jipproduċi tali tipi ta’ prodotti speċjali destinati għas-suq ħieles fi kwantitajiet suffiċjenti. Barra minn hekk, is-sehem tal-ACP fil-grupp ġenerali tal-AFRPs fl-Unjoni jista’ jiġi stmat għal inqas minn 2 %.

    (88)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq u abbażi tal-evidenza għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet tal-kojls tal-aluminju jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ħlas tad-dazji meta jintużaw għall-produzzjoni tal-kojls miksija u tal-AKP.

    2.3.3.   Folji litografiċi u fojls tal-batteriji

    (89)

    Produttur esportatur wieħed, Xiamen Xiashun, fittex kjarifika dwar jekk il-folji litografiċi u l-fojls tal-batteriji kinux koperti mill-ambitu tal-prodott. F’dan ir-rigward, huwa sostna li dawn il-prodotti kienu differenti mill-istokk tal-pinen f’termini ta’ applikazzjoni, suq ta’ destinazzjoni, karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u proċessi ta’ produzzjoni.

    (90)

    F’dan ir-rigward, l-ewwel jenħtieġ li jiġi nnotat li l-folji litografiċi u l-fojls tal-batteriji jaqgħu fid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott kif definit fil-premessi (55) sa (58) u jistgħu jiġu kklassifikati permezz tal-kodiċi tal-prodott previst mill-investigazzjoni f’termini ta’ ħxuna, forma, materjal użat, irfinar u ttemprar.

    (91)

    It-tieni, għall-kuntrarju tal-argumenti mressqa minn din il-parti, l-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni huwa ħafna usa’ u mhuwiex limitat għall-istokk tal-pinen. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-folji litografiċi u l-fojls tal-batteriji għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi bażiċi bħal AFRPs oħra, peress li huma komposti minn aktar minn 95 % tal-aluminju pur simili għal AFPRs oħra. Minbarra dan, huma magħmula minn ligi simili u għandhom irfinar, ittemprar u ħxuna simili bħal AFRPs oħra li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li dawn il-prodotti huma destinati għal applikazzjonijiet speċifiċi f’setturi speċifiċi mhuwiex uniku peress li l-biċċa l-kbira tal-AFRPs għandhom l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom stess skont l-applikazzjoni jew ir-rekwiżiti tal-utent aħħari kkonċernat.

    (92)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ manifattura, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-folji litografiċi u l-fojl tal-batteriji huma r-riżultat tal-istess proċess ta’ manifattura kif deskritt fil-premessa (56) u fil-biċċa l-kbira jużaw l-istess tagħmir bħal AFRPs oħra. Il-fatt li dawn il-prodotti jirrikjedu tagħmir speċifiku (tneħħija tal-grass, livellar tat-tensjoni) mhuwiex uniku peress li tali tagħmir jista’ jintuża sabiex jiġu prodotti AFRPs oħra. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonfermat b’mod provviżorju li l-folji litografiċi u l-fojls tal-batteriji huma parti mill-ambitu tal-investigazzjoni.

    2.3.4.   ACF-30-60

    (93)

    Il-produttur esportatur Nanshan Group fittex kjarifika dwar jekk il-fojl tal-aluminju konvertitur b’gejġijiet ta’ bejn 30 u 60 mikroni kienx kopert minn din l-investigazzjoni u talab l-esklużjoni tiegħu mill-ambitu tal-prodott. Huwa argumenta li l-ACF-30-60 għandu żewġ naħat differenti (waħda matta u waħda tleqq), huwa prodott b’ċerti ligi (1xxx u 8xxx) u jeħtieġ li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kuntatt mal-ikel (ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 (18), id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE (19) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) (ir-Regolament REACH)) u l-Istandard Ewropew CEN EN 602. Huwa rrefera wkoll għall-fatt li l-Kummissjoni kkunsidrat il-fojl tal-aluminju konvertitur u l-fojl tal-aluminju domestiku bħala prodotti differenti f’investigazzjoni antiċirkomvenzjoni preċedenti (21) bbażata fuq speċifikazzjonijiet relatati ma’ ligi tal-aluminju, kapaċità ta’ tixrib u pinholes.

    (94)

    L-istess parti rreferiet ukoll għall-użu aħħari u l-applikazzjonijiet u b’mod partikolari l-fatt li l-ACF-30-60 jintuża prinċipalment għall-applikazzjonijiet tal-ikel filwaqt li l-użi aħħarin ewlenin tal-prodott ikkonċernat allegatament huma l-fojl biex tgħatti bih u l-fojl farmaċewtiku. Barra minn hekk, hija argumentat li l-ACF-30-60 ma kkompetiex u ma kienx interkambjabbli mal-prodott ikkonċernat peress li, għall-kuntrarju tax-xerrejja tal-AFRPs, ix-xerrejja tal-ACF-30-60 huma attivi fl-industriji tal-ikel jew tal-farmaċewtika u l-ACF-30-60 jinbiegħu bi prezzijiet ogħla. L-istess parti sostniet ukoll li l-proċess ta’ produzzjoni kien differenti minħabba l-pass tal-irrumblar tal-irfinar li jwassal għal naħa matta u oħra tleqq u li l-“ilmentaturi”, fil-biċċa l-kbira tagħhom, ma kinux jimmanifatturaw ACF-30-60.

    (95)

    F’dan ir-rigward, l-ewwel jenħtieġ li jiġi nnotat li l-ACF-30-60 jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott kif definit fil-premessi (55) sa (58) sa u huwa kklassifikat permezz tal-kodiċi tal-prodott previst mill-investigazzjoni f’termini ta’ ħxuna, forma, materjal użat, irfinar u ttemprar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li l-ACF-30-60 għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi bażiċi bħal AFRPs oħra, peress li dawn huma magħmula minn aktar minn 95 % ta’ aluminju pur simili għal AFPRs oħra. Minbarra dan, huma magħmula minn ligi simili u għandhom irfinar, ittemprar u ħxuna simili bħal AFRPs oħra li jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni.

    (96)

    It-tieni, il-fatt li dawn il-prodotti għandhom żewġ naħat differenti u jeħtieġ li jikkonformaw ma’ ċerta leġiżlazzjoni dwar l-ikel mhuwiex uniku peress li l-biċċa l-kbira tal-AFRPs għandhom l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom stess skont l-applikazzjoni jew ir-rekwiżiti tal-utent aħħari kkonċernat u jeħtieġ li jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti legali. Dan japplika pereżempju għal prodotti oħra tal-ikel li huma koperti minn dan il-proċediment.

    (97)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-investigazzjoni antiċirkomvenzjoni preċedenti, l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) 2017/271 sempliċement eskluda mill-estensjoni tad-dazji anti-dumping eżistenti l-fojl tal-aluminju importat għal użi oħra għajr l-użu tal-fojl domestiku. B’riżultat ta’ dan, il-fojl tal-aluminju użat bħala fojl konvertitur ma kienx kopert minn dawk il-miżuri. Madankollu, ir-Regolament (UE) 2017/271 finalment irrikonoxxa li huwa impossibbli li ssir distinzjoni, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi, tal-ligi, tal-kapaċità ta’ tixrib u tal-pinholes, bejn fojl tal-aluminju konvertitur u fojl kopert minn dik l-investigazzjoni effettivament użat għal applikazzjonijiet domestiċi (ara l-premessa 72 tiegħu). Fi kwalunkwe każ, l-analiżi saret biss fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-elementi li jippermettu distinzjoni bejn il-fojl tal-aluminju domestiku u l-fojl tal-aluminju konvertitur fil-kuntest tal-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni stabbiliti fir-rigward tal-fojl tal-aluminju domestiku ftit immodifikat. Konsegwentement, il-konklużjonijiet misluta f’dik l-investigazzjoni ma għandhom l-ebda effett fuq l-investigazzjoni inkwistjoni.

    (98)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-użu aħħari, il-Kummissjoni kkunsidrat li tali parametri mhumiex rilevanti biex jappoġġaw talba għall-esklużjoni ta’ prodott meta t-tip ta’ prodott inkwistjoni jkollu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħal AFRPs oħra. Fi kwalunkwe każ, fil-każ inkwistjoni, l-investigazzjoni żvelat li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni din il-parti, l-AFRPs huma destinati mhux biss għall-fojl biex tgħatti bih jew għall-fojl farmaċewtiku iżda wkoll għall-imballaġġ tal-ikel kif ippreżentat fl-ilment u kkonfermat mill-investigazzjoni.

    (99)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-interkambjabbiltà, il-Kummissjoni stabbiliet li dan il-parametru mhuwiex argument rilevanti biex tiġi appoġġata talba għall-esklużjoni tal-prodott meta l-prodott inkwistjoni jkollu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħal AFRPs oħra. F’dan il-każ, għalkemm għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u jiġu mmanifatturati fuq l-istess tagħmir, l-AFPRs li jappartjenu għal gruppi ta’ prodotti differenti jistgħu ma jkunux interkambjabbli minħabba diversi raġunijiet bħat-trattamenti speċifiċi tal-ligi użati jew it-tip ta’ rfinar. Madankollu, dawn il-prodotti jaqgħu fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni peress li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi.

    (100)

    Fir-rigward tal-proċess ta’ produzzjoni, l-ACF-30-60 huma r-riżultat tal-istess proċess ta’ manifattura kif deskritt fil-premessa (56) u fil-biċċa l-kbira jużaw l-istess tagħmir bħal AFRPs oħra. Il-fatt li l-prodott jeħtieġ li jgħaddi minn ċertu proċess ta’ rfinar ma jagħmilx il-prodott differenti sakemm ikollu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħal AFRPs oħra.

    (101)

    Fl-aħħar nett, l-allegazzjoni li l-biċċa l-kbira tal-ilmentaturi ma kinux jimmanifatturaw ACF-30-60 ma kinitx sostnuta minn evidenza. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni kienet timmanifattura tali prodotti.

    (102)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet b’mod provviżorju t-talba għall-esklużjoni ta’ ACF-30-60 mill-ambitu tal-investigazzjoni.

    2.3.5.   AFRPs għall-użu fil-manifattura ta’ paletti għall-venetian blinds

    (103)

    Utent wieħed, OPL System AB, talab l-esklużjoni tal-AFRPs għall-użu fil-manifattura ta’ venetian blinds mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huwa argumenta li ma hemm l-ebda produttur ta’ materjal bħal dan fis-suq tal-Unjoni u rrefera għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2220 (22) li jipprevedi kwota ta’ importazzjoni mingħajr dazju għal strixxi jew fojl ta’ liga tal-aluminju u tal-manjeżju għall-użu fil-manifattura ta’ paletti għall-blinds. Huwa argumenta wkoll li l-prodott inkwistjoni kellu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet żviluppati għat-tagħmir tal-produzzjoni tiegħu.

    (104)

    Il-Kummissjoni osservat li din il-parti interessata ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ sostenn li turi li l-prodott inkwistjoni ma għandux l-istess karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi bażiċi bħal AFRPs oħra inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, din il-parti interessata ma pprovdietx evidenza fir-rigward tal-allegata inkapaċità tal-industrija tal-Unjoni li timmanifattura l-prodott inkwistjoni. Min-naħa tagħha, l-industrija tal-Unjoni kkummentat li kienet f’pożizzjoni li timmanifattura l-prodott inkwistjoni.

    (105)

    Fin-nuqqas ta’ aktar evidenza, il-Kummissjoni ċaħdet b’mod provviżorju din it-talba għall-esklużjoni tal-prodott.

    3.   DUMPING

    3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

    (106)

    L-evidenza disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

    (107)

    Sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti. Erbatax-il produttur esportatur ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

    (108)

    Il-Kummissjoni talbet ukoll, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (44), li l-GTĊ iwieġeb għal kwestjonarju dwar l-allegata eżistenza ta’ distorsjonijiet fir-RPĊ. Ma waslet l-ebda tweġiba. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li tuża l-fatti disponibbli għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Ma waslet l-ebda tweġiba.

    (109)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Waslet sottomissjoni mingħand Xiamen Xiashun.

    (110)

    Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju, pajjiż rappreżentattiv xieraq possibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jista’ jkun il-Brażil jekk il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jiġu kkonfermati. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (111)

    Fil-5 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ħarġet l-Ewwel nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota tal-5 ta’ Ottubru” jew “l-Ewwel Nota”) li permezz tagħha hija infurmat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li hija kellha l-intenzjoni li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott tal-aluminju rrumblat ċatt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, it-Tajlandja u t-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-ilmentatur, il-kumpaniji Airoldi Metalli Spa (“Airoldi”), il-Kumpanija A, Jiangsu Alcha Group, Nilo, Nanshan Group u Xiamen Xiashun.

    (112)

    Fil-25 ta’ Novembru 2020, u wara li analizzat il-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni ħarġet it-Tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota tal-25 ta’ Novembru” jew “it-Tieni Nota”). F’dik in-nota, il-Kummissjoni stabbiliet lista provviżorja ta’ fatturi ta’ produzzjoni u infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża lill-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u profitti bbażati fuq rapporti finanzjarji pubblikament disponibbli tal-kumpanija Brażiljana Novelis do Brasil Ltda. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Waslu kummenti mingħand l-ilmentatur, u l-kumpaniji Airoldi, il-Kumpanija A, Jiangsu Alcha Group, Lodec Metal, Nanshan Group u Xiamen Xiashun.

    (113)

    Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet dwar it-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li t-Turkija kienet għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fit-Taqsima 3.3 ta’ hawn taħt.

    3.2.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku

    (114)

    Mal-bidu tal-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet żewġ kwestjonarji dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet lill-GTĊ (23). Madankollu, il-GtĊ ma ppreżenta l-ebda tweġiba. Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ permezz ta’ Note Verbale fit-28 ta’ Settembru 2020 li kellha l-intenzjoni li tagħmel użu mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-informazzjoni koperta miż-żewġ kwestjonarji u stiednet lill-GTĊ jippreżenta l-kumment tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Ma wasal l-ebda kumment.

    3.3.   Valur normali

    (115)

    Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju talkummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur.”.

    (116)

    Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[ f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali )” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”).

    (117)

    Kif spjegat aktar hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

    3.3.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

    3.3.1.1.   Introduzzjoni

    (118)

    L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li d-“distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

    is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

    il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

    politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

    in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

    il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

    l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.”.

    (119)

    Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw attenzjoni għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

    (120)

    L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur.”.

    (121)

    Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”) (24), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien tal-bidu.

    (122)

    L-ilment kien fih informazzjoni dwar studji u rapporti addizzjonali li janalizzaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-aluminju fir-RPĊ. L-ewwel sors kien ir-Rapport dwar il-kapaċitajiet żejda fiċ-Ċina maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina (“Rapport tal-Kamra tal-Kummerċ tal-UE”), li ntuża biex juri l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ produzzjoni eċċessiva fiċ-Ċina. It-tieni, l-ilmentatur elenka d-dokument tal-OECD bit-titolu “Measuring distortions in international markets — The aluminium value chain” (“OECD Study”) (25), li janalizza mill-qrib il-kwistjoni tas-sussidji finanzjarji mogħtija lill-kumpaniji fl-industrija tal-aluminju, kif ukoll il-fatt li t-taxxi tal-esportazzjoni fuq l-aluminju primarju u r-rifużjonijiet tal-VAT mhux kompluti fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-aluminju skoraġġew l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju u ħeġġew il-produzzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti semis u fabbrikati tal-aluminju, inklużi estrużjonijiet tal-aluminju. Fl-aħħar nett, l-ilmentatur indika li f’rieżami ta’ skadenza riċenti rigward id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġina miċ-Ċina (26), il-Kummissjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u din is-sejba kienet sistemika fin-natura tagħha u mhux limitata għall-prodott ikkonċernat f’dik l-investigazzjoni partikolari, u ma kien hemm l-ebda raġuni biex wieħed jitbiegħed minn din il-metodoloġija.

    (123)

    Kif indikat fil-premessa (114), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ipprovda evidenza li tappoġġa jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ fl-istadju tal-bidu, inklużi r-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. Il-kummenti li waslu f’dan ir-rigward minn għadd ta’ partijiet interessati huma ttrattati fit-Taqsima 3.3.1.11 ta’ hawn taħt.

    (124)

    Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-PRC, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza inkluża fir-Rapport, li tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anke s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplementa dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

    3.3.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina

    (125)

    Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dan il-kunċett huwa stabbilit fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (27). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma ttollerati, bil-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (28).

    (126)

    Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (29) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dawn it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

    (127)

    L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (30). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

    (128)

    L-ewwel, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta’ dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trasversali u hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti fir-rigward tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jeħtiġilhom jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt) (31).

    (129)

    It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom għandhom jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.8 ta’ hawn taħt) (32). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (33).

    (130)

    It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi deċiżjonali (34). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (35).

    (131)

    Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Dawn l-interventi sostanzjali tal-gvern jinsabu f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (36).

    3.3.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

    (132)

    Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

    (133)

    Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (37). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari lqugħ mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (38). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-aluminju huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt.

    (134)

    L-Istudju tal-OECD, ippreżentat mill-ilmentatur bħala evidenza, jirreferi għall-SOEs fis-settur tal-aluminju li fil-preżentazzjonijiet regolatorji tagħhom b’mod speċifiku jenfasizzaw kif is-sjieda tal-Istat tinfluwenza l-politiki industrijali rilevanti u kif is-sjieda tal-Istat issarraf f’appoġġ tal-gvern. B’mod aktar speċifiku, SOE partikolari ssemmi fil-prospett tal-bonds tal-2016 tagħha li hija waħda mit-52 intrapriża ewlenin tal-Istat, li għandha rwol ewlieni fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ politiki fis-settur tal-enerġija, u li tirċievi appoġġ komprensiv u sostnut mill-GTĊ. Fil-prospett tal-bonds tal-2017 tagħha, SOE oħra tirreferi għall-fatt li l-gvern provinċjali rispettiv jista’ jeżerċita influwenza sinifikanti fuq il-grupp (39).

    (135)

    Ir-RPĊ hija l-akbar produttur tal-aluminju fid-dinja, b’diversi SOEs kbar fost il-produtturi individwali ewlenin madwar id-dinja. Skont l-istimi, l-SOEs jammontaw għal aktar minn 50 % tal-output totali tal-aluminju primarju fir-RPĊ (40). Studju dwar l-industrija tal-metall mhux ferruż fir-RPĊ jindika wkoll id-direzzjoni tal-SOEs li jirrappreżentaw sehem dominanti tas-suq domestiku (41). Filwaqt li żieda fil-kapaċità fi snin riċenti hija parzjalment attribwita għal kumpaniji bi sjieda privata, tali żieda fil-kapaċità normalment tinvolvi wkoll diversi forom ta’ involviment tal-gvern (lokali), bħat-tolleranza ta’ espansjoni illegali tal-kapaċità (42). Barra minn hekk, żdiedet ukoll il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-aluminju fost l-SOEs prinċipali, għalkemm f’livell aktar baxx (43).

    (136)

    Minbarra li jikkontrolla l-SOEs, il-GTĊ qed jinfluwenza wkoll il-kumpaniji privati fir-RPĊ. Matul l-investigazzjoni ġie stabbilit li l-produtturi tal-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti rċevew sussidji mill-gvern. Pereżempju, waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, Jiangsu Alcha Group, telenka għadd ta’ sussidji governattivi fir-rapport annwali tal-kumpanija. Għadd ta’ SOEs jippersistu fost l-esportaturi tal-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, inklużi Chalco Ruimin u Southwest Aluminium Group, li huma sussidjarji ta’ Chalco, SOE taħt is-superviżjoni tal-SASAC (44).

    (137)

    Minħabba l-livell għoli ta’ intervent mill-gvern fl-industrija tal-aluminju u sehem kbir ta’ SOEs fis-settur, anki l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-aluminju huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt.

    3.3.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew il-kostijiet;

    (138)

    Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u mezzi oħra, il-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jiġi kkunsidrat li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, (45) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji Ċiniża, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (46)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit (47). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (48). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-aluminju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

    (139)

    Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 ġie rilaxxat dokument intitolat “Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCPs dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida” (49), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. Skont il-linji gwida, it-Taqsima II.4: “Irridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Parti biex imexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6: “Irridu nżidu aktar il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit biex iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Permezz ta’ dan id-dokument, il-partit enfasizza r-rwol tal-intrapriżi privati fil- “ħidma tal-Front Magħqud” fi sforz biex jiżdied ir-rwol tas-CCP f’organizzazzjonijiet u entitajiet mhux tal-partit (50).

    (140)

    L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur tal-aluminju.

    (141)

    Kif ikkonstatat mill-Kummissjoni f’investigazzjoni oħra dwar ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġina miċ-Ċina (51), fl-2017, produttur tal-aluminju tal-Istat Ċiniż, China Aluminium International Engineering Corporation Limited (“Chalieco”), emenda l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tiegħu biex jagħti aktar prominenza lir-rwol taċ-ċelloli tal-partit fil-kumpanija. Din kienet tinkludi kapitolu sħiħ dwar il-Kumitat tal-Partit, u l-Artikolu 113 tiegħu jiddikjara: “Fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet korporattivi prinċipali, il-Bord għandu jikkonsulta mal-Kumitat tal-Partit tal-Kumpanija bil-quddiem.” (52) Barra minn hekk, fir-Rapport Annwali tal-2017 (53) tagħha, Aluminium Corporation of China (“Chalco”) iddikjarat li għadd ta’ diretturi, superviżuri, u maniġment superjuri — inkluż il-President u d-Direttur Eżekuttiv, u l-President tal-Kumitat Superviżorju — huma membri tas-CCP.

    (142)

    Fir-rigward tal-intrapriżi attivi fil-manifattura ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, inklużi Southwest Aluminium, Jiangsu Alcha Group u Chalco Ruimin, l-investigazzjoni wriet li l-ġestjoni ta’ dawk it-tliet kumpaniji tinkludi l-membri tas-CCP. Għadd ta’ manifatturi ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti jorganizzaw ukoll attivitajiet ta’ bini tal-partit għall-impjegati tagħhom, pereżempju Southwest Aluminium: “sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping, wara l-isforzi ta’ bini tal-partit politiku, il-Kumitat tal-Partit ta’ Southwest Aluminium (Group) Co., Ltd għandu jippromwovi bis-saħħa l-bini ta’ fergħat tal-partiti ta’ studju, jiżgura kopertura sħiħa effettiva tal-organizzazzjonijiet tal-Partit u l-ħidma tal-Partit, irawwem il-“promozzjoni doppja” tal-membri tal-Partit, u jinvolvi aħjar lill-membri tal-Partit bħala pijunieri u mudelli” (54). Xiamen Xiashun jispjega l-eżerċizzji tal-bini tal-partit bil-mod li ġej: “Xiashun jippromwovi b’mod attiv il-ħidma ta’ bini tal-partit u tat-trade unions, u jibqa’ impenjat lejn is-sistema ta’ laqgħat konġunti bejn il-Partit, il-gvern u l-ħaddiema matul is-snin, li tipprovdi pjattaforma importanti għall-impjegati biex jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet, jipproteġu d-drittijiet u l-interessi tagħhom, u jibnu atmosfera armonjuża” (55). Kumpaniji oħra involuti fl-attivitajiet ta’ bini tal-partit jinkludu lil Tianjin Zhongwang Aluminium Industry, Jiangsu Alcha Group u Chalco Ruimin.

    (143)

    Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.8 ta’ hawn fuq) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (56). Għaldaqstant, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inklużi l-SOEs, fis-settur tal-aluminju u f’setturi oħra (bħas-setturi finanzjarji u tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

    3.3.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

    (144)

    Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom jeħtiġilhom jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti l-aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (57).

    (145)

    Pereżempju, il-gvern għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tas-settur Ċiniż tal-aluminju. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra li jappartjenu direttament jew indirettament lis-settur, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Permezz ta’ dawn l-istrumenti u strumenti oħra, il-gvern imexxi u jikkontrolla virtwalment kull aspett tal-iżvilupp u tal-funzjonament tas-settur tal-aluminju. Politiki bħal dawn għandhom impatt dirett jew indirett importanti fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodotti tal-aluminju.

    (146)

    F’konformità mas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-każ ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġina miċ-Ċina (58) u fil-każ tal-estrużjonijiet tal-aluminju (miżuri provviżorji) (59), il-fatti li ġejjin huma applikabbli bl-istess mod għal dan il-prodott ikkonċernat, li huwa, b’mod simili, prodott downstream tal-aluminju.

    (147)

    Għalkemm it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (60) ma fihx dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aluminju, fil-każ tal-industrija tal-metall mhux ferruż inġenerali, dan jipprevedi strateġija ta’ promozzjoni tal-kooperazzjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni internazzjonali u l-manifattura tat-tagħmir. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-pjan jikkonferma li se jsaħħaħ is-sistemi ta’ appoġġ relatati mal-pjattaformi tat-tassazzjoni, tal-finanzi, tal-assigurazzjoni, tal-investiment u tal-finanzjament, kif ukoll mal-pjattaformi tal-valutazzjoni tar-riskju (61).

    (148)

    Il-pjan settorjali korrispondenti, il-Pjan ta’ Żvilupp għall-Industrija tal-Metall Mhux Ferruż (2016–2020) (“Pjan”) jistabbilixxi politiki u miri speċifiċi li l-gvern għandu l-għan li jilħaq għal għadd ta’ industriji tal-metalli mhux ferrużi (62), inkluż l-aluminju.

    (149)

    Il-Pjan għandu l-għan li jtejjeb il-firxa tat-tipi ta’ prodotti li jiġu mmanifatturati mill-industrija tal-aluminju Ċiniża, fost l-oħrajn, billi tiġi appoġġata l-innovazzjoni. Dan jitlob li jkun hemm l-iżvilupp rapidu tas-sistema ta’ sjieda mħallta u li tingħata spinta lill-vitalità tal-SOEs. Huwa jipprevedi wkoll il-possibbiltà li jinħażnu stokkijiet ta’ metalli mhux ferrużi, it-titjib tas-sigurtà tar-riżorsi, inkluż l-aluminju, u jistabbilixxi miri kwantitattivi speċifiċi biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, jiżdied il-proporzjon ta’ aluminju rriċiklat fil-produzzjoni u jiżdied l-użu tal-kapaċità (63).

    (150)

    Il-Pjan jipprevedi wkoll aġġustamenti strutturali b’kontroll aktar strett fuq faċilitajiet ta’ tidwib ġodda u l-eliminazzjoni ta’ kapaċità skaduta. Huwa jipprevedi d-distribuzzjoni ġeografika tal-impjanti tal-ipproċessar, jiffoka fuq proġetti biex jiżdied l-isfruttament tar-riżorsi tal-boksajt u tal-alumina, u jkopri l-politika tal-forniment u tal-ipprezzar tal-elettriku (64).

    (151)

    B’din il-firxa wiesgħa ta’ miżuri u politiki, il-Pjan jirrappreżenta kontinwazzjoni tal-Pjan ta’ Aġġustament u Rivitalizzazzjoni għall-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi tal-2009 li ġie adottat biex jittaffew l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja fuq l-industrija tal-metall mhux ferruż. L-objettivi ewlenin stabbiliti fil-pjan jinkludu, fost l-oħrajn, il-kontroll tal-volum tal-produzzjoni, ir-ristrutturar, il-provvista tal-materja prima, il-politika dwar it-taxxa tal-esportazzjoni, is-sigurtà tar-riżorsi, il-ħażna, l-innovazzjoni teknoloġika, il-politika finanzjarja u l-ippjanar u l-implimentazzjoni (65).

    (152)

    Dokument ta’ politika ieħor immirat lejn is-settur tal-aluminju huwa l-Kundizzjonijiet Standard applikabbli għall-Industrija tal-Aluminju li nħarġu mill-MIIT fit-18 ta’ Lulju 2013 sabiex jitħaffef l-aġġustament strutturali u titrażżan l-espansjoni diżorganizzata tal-kapaċitajiet ta’ tidwib tal-aluminju. Il-Kundizzjonijiet Standard jintroduċu kwantitajiet minimi ta’ produzzjoni għal impjanti ġodda, standards ta’ kwalità u sigurtà tal-provvista għall-boksajt u għall-alumina li jiġu importati u fornuti b’mod domestiku. Il-Kundizzjonijiet Standard jindikaw li l-MIIT hija l-awtorità inkarigata mill-istandardizzazzjoni u mill-ġestjoni tal-industrija tal-aluminju, kif ukoll mill-pubblikazzjoni tal-lista ta’ kumpaniji awtorizzati biex joperaw fl-industrija tal-aluminju (66).

    (153)

    Fl-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-ħolqien ta’ ambjent tas-suq eċċellenti, it-trawwim tal-aġġustament u t-trasformazzjoni strutturali tal-industrija tal-metall mhux ferruż u ż-żieda fil-benefiċċji maħruġa mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kunsill tal-Istat fl-2016 (2016/42) (67), l-awtoritajiet Ċiniżi jiddikjaraw bħala objettivi ewlenin “l-ottimizzazzjoni tal-istruttura tal-industrija tal-metall mhux ferruż; L-ibbilanċjar tal-provvista u d-domanda ta’ kategoriji ta’ prodotti ewlenin; Iż-żamma tar-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-aluminju elettrolitiku ogħla minn 80 %; Iż-żieda b’mod sinifikanti tal-kapaċità tas-sigurtà tal-provvista tar-riżorsi minerali għall-minerali bħar-ram u l-aluminju” (68). Id-dokument jippreskrivi wkoll “il-kontroll b’mod strett tal-kapaċità l-ġdida tal-produzzjoni.” Biex jinkiseb dan, l-Istat jirrikjedi li: “Jiżgura l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni ġodda tal-aluminju elettrolitiku indispensabbli (riformati, estiżi); […] Juża s-superviżjoni soċjali u għodod oħra; Iżid l-isforzi ta’ superviżjoni u spezzjoni; Jinvestiga b’mod strett u jittratta proġetti ġodda tal-aluminju elettrolitiku li jiksru r-regolamenti (69). Dawn id-dispożizzjonijiet juru l-grad sostanzjali tal-intervent tal-GTĊ fis-settur tal-metalli mhux ferrużi, inkluż is-settur tal-aluminju.

    (154)

    L-interferenza mill-Istat imsemmija hawn fuq fil-funzjonament tas-settur tal-aluminju permezz ta’ dokumenti tal-ippjanar hija riflessa wkoll fil-livell provinċjali. Pereżempju, l-Avviż tal-Gvern tal-Provinċja ta’ Shandong dwar il-pjan ta’ implimentazzjoni għall-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tas-seba’ industriji intensivi fl-enerġija (2018/248) tas-6 ta’ Novembru 2018 jirrikjedi “t-trawwim tal-estensjoni tal-katina tal-industrija tal-aluminju elettrolitiku” permezz tal-azzjonijiet li ġejjin: “Iż-żieda ulterjuri tal-proporzjon tal-ipproċessar fin u fil-fond ta’ aluminju elettrolitiku likwidu u materjali għall-ipproċessar tal-aluminju; Il-ħeffa u t-trawwim tal-estensjoni tal-katina tal-industrija tal-aluminju għal prodotti lesti u prodotti ta’ kwalità għolja; L-espansjoni tal-użu ta’ materjali tal-aluminju ta’ kwalità għolja; Iż-żieda tal-possibbiltajiet ta’ żvilupp tal-industrija tal-ipproċessar tal-aluminju (70).”

    (155)

    L-Istat ilu jintervjeni fil-funzjonament tas-settur tal-aluminju għal ħafna snin qabel il-ħruġ tad-dokumenti ta’ politika msemmija hawn fuq, li, pereżempju, huwa spjegat mil-Linji Gwida għall-Aċċellerazzjoni tar-Ristrutturar tal-Industrija tal-Aluminju (“Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar”) (71), maħruġa mill-NDRC f’April 2006. Din tal-aħħar qieset l-aluminju bħala prodott fundamentali fl-iżvilupp tal-ekonomija nazzjonali. Il-Linji Gwida dwar ir-Ristrutturar jiddikjaraw li, fl-implimentazzjoni tal-Politika għall-Iżvilupp Industrijali approvata mill-Kunsill tal-Istat, għandhom jintlaħqu objettivi speċifiċi f’ċerti oqsma. Dawn l-oqsma kienu: It-tisħiħ tal-konċentrazzjoni fl-industrija; L-aċċess għal kapital finanzjarju (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.8 ta’ hawn taħt); L-organizzazzjoni tal-industrija; Il-kontroll strett tal-esportazzjonijiet tal-aluminju elettrolitiku; u L-eliminazzjoni tal-kapaċità li tkun skadiet.

    (156)

    Barra minn hekk, l-Istat Ċiniż kien qed jinterferixxi mal-moviment ħieles tal-forzi tas-suq fis-settur tal-prodotti tal-aluminju upstream, u b’hekk fil-produzzjoni ta’ inputs u ta’ inputs għall-inputs, li jintużaw mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. F’dak ir-rigward, pereżempju, l-Avviż dwar it-trawwim tal-iżvilupp ordnat tal-Industrija tal-Alumina (2018/1655) maħruġ fit-28 ta’ Diċembru 2018 mill-Uffiċċju Ġenerali tal-MIIT (72) jistipula — fir-rigward tal-alumina (input ewlieni fil-produzzjoni tal-aluminju primarju) — li “iggwidata mill-ideoloġija soċjalista ta’ Xi Jinping b’karatteristiċi Ċiniżi f’era ġdida, [il-partijiet rilevanti kollha għandhom] jimplimentaw b’mod komprensiv u sħiħ l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit; żamma mal-orjentazzjoni ġenerali tal-istabbiltà fix-xogħol li jkun għaddej; żamma mal-kunċett ta’ żvilupp ġdid; fokus fuq ir-riformi strutturali min-naħa tal-provvista; użu sħiħ mir-rwol deċiżiv tas-suq fl-allokazzjoni tar-riżorsi, fl-involviment aħjar tal-gvern, […] fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp domestiku, u fil-promozzjoni ta’ żvilupp ordnat u b’saħħtu tal-industrija tal-alumina.” (73) L-istess dokument jiddikjara li “l-Kummissjonijiet għall-Iżvilupp u r-Riforma provinċjali u l-amministrazzjonijiet tal-MIIT għandhom: iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi attwali fl-industrija tal-alumina fir-reġjun tagħhom; jikkombinaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-bażi tal-industrija, id-domanda tas-suq u l-konsum tal-enerġija u l-kapaċità ambjentali tar-reġjun tagħhom; issaħħu l-ippjanar xjentifiku għall-iżvilupp tal-industrija tal-alumina; jikkoordinaw l-iskala u t-tqassim tal-iżvilupp tal-industrija tar-reġjun tagħhom; jiżguraw id-dimostrazzjonijiet tal-proġetti; jimplimentaw b’mod strett ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni; jappoġġaw b’mod ordnat il-kostruzzjoni ta’ proġetti; issaħħu s-superviżjoni tal-proċess kollu; jiżguraw li l-iskala tal-iżvilupp tal-industrija taqbel mad-domanda tas-suq domestiku u l-kapaċità ta’ appoġġ lokali; jipprevjenu l-għaġġla fil-kostruzzjoni ta’ proġetti .” (74) Sabiex jinkiseb dan tal-aħħar, id-dokument jippreskrivi t-tisħiħ tas-superviżjoni u l-ispezzjoni: “Skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-avviż, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma, il-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi taċ-Ċina u partijiet rilevanti oħra għandhom jipproċedu għal spezzjonijiet ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni tal-alumina fil-forma ta’ ittri ta’ stħarriġ, riċerka u investigazzjonijiet każwali. F’każ ta’ problemi, dawn għandhom jiġu trattati b’mod strett skont ir-regolament rilevanti.” (75) Id-dispożizzjonijiet deskritti hawn fuq juru l-grad ta’ intervent u kontroll mill-Istat fis-suq Ċiniż tal-alumina, input ewlieni fil-produzzjoni tal-aluminju primarju, li huwa l-materja prima użata mill-produtturi tal-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti.

    (157)

    Input ieħor fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat huwa l-elettriku, li jikkostitwixxi sa 4 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonstatat evidenza ta’ distorsjonijiet ikkawżati mill-Istat li jaffettwaw il-prezz tal-elettriku pprovdut lill-produtturi Ċiniżi tal-aluminju. B’mod partikolari, ġie stabbilit li l-Istat intervjena favur il-produtturi Ċiniżi permezz ta’ pprezzar tal-enerġija differenzjat u aktar vantaġġuż. Fl-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-ħolqien ta’ ambjent tas-suq eċċellenti, it-trawwim tal-aġġustament u t-trasformazzjoni strutturali tal-industrija tal-metall mhux ferruż u ż-żieda fil-benefiċċji msemmija hawn fuq, l-awtoritajiet Ċiniżi rrikonoxxew bħala għan ta’ politika “it-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-politika differenzjata tal-prezzijiet tal-elettriku; L-inkoraġġiment tal-utenti eliġibbli tal-elettriku biex jikkonkludu ftehimiet diretti ma’ kumpaniji tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; L-iffissar ta’ prezzijiet permezz ta’ negozjar” (76). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li politiki simili ġew implimentati fil-livell provinċjali. Pereżempju, fil-Provinċja ta’ Yunnan, skont l-informazzjoni rrapportata minn China Industry Journal f’Novembru 2019: “Sabiex jiġi implimentat il-pjan, Yunnan ħarġet suċċessivament politiki speċifiċi bħall-“Opinjoni ta’ Implimentazzjoni dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrat tal-Idroenerġija u l-Materjali tal-Aluminju” u l-“Pjan li jimplimenta prezzijiet preferenzjali għall-promozzjoni tal-użu tal-Idroenerġija”. Jidher ċar li kwalunkwe intrapriża li ġġib il-kwota tal-kapaċità tagħha lil Yunnan għandha tibbenefika mill-politika ta’ “prezz preferenzjali bi trażmissjoni sħiħa”, li jfisser li għall-ewwel 5 snin, l-aluminju elettrolitiku għandu jibbenefika minn prezz preferenzjali speċjali tal-elettriku ta’ RMB 0,25 għal kull kWh. Fir-rigward tal-ipproċessar fil-fond tal-materjali, għandu jingħata prezz preferenzjali speċjali tal-elettriku ta’ RMB 0,20 għal kull kWh. Skont rapporti, il-proġetti integrati ta’ Henan Shenhuo u Sichuan Qija li ġabu kwoti għall-bini f’Yunnan diġà bbenefikaw mill-politika għal proġetti ta’ integrazzjoni u ffirmaw ftehimiet rilevanti ma’ gvernijiet lokali, kumpaniji tal-enerġija elettrika, u kumpaniji tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.” (77)

    (158)

    Bħala eżempju ieħor ta’ interferenza mill-Istat, fil-livell provinċjali, fl-Avviż li diġà ssemma qabel tal-Gvern tal-Provinċja ta’ Shandong dwar il-pjan ta’ implimentazzjoni għall-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tas-seba’ industriji intensivi fl-enerġija, l-awtoritajiet ħarġu miri ta’ trasformazzjoni u ta’ aġġornament għall-industrija tal-aluminju elettrolitiku fir-rigward tal-użu tal-enerġija: “Sal-2022, il-konsum tal-elettriku tal-aluminju elettrolitiku għal kull tunnellata ta’ aluminju għandu jinżel għal madwar 12 800 kWh, ir-rata ta’ pproċessar fil-fond elettrolitiku tal-aluminju elettrolitiku fil-provinċja għandha tilħaq madwar 50 %, u l-valur miżjud tal-aluminju għal kull tunnellata għandu jiżdied b’medja ta’ aktar minn 30 %” (78).

    (159)

    Fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-dokumenti tal-ippjanar imsemmija hawn fuq, l-assoċjazzjonijiet Ċiniżi tal-industrija għandhom rwol importanti. Dawn l-entitajiet għandhom jiggarantixxu li l-industrija timplimenta l-politiki tal-GTĊ. Din ir-responsabbiltà hija kkonfermata mill-fatt li fl-attività tagħhom, huma jikkollaboraw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istat, li huwa rifless fl-istatuti tagħhom. Fil-każ tas-settur tal-aluminju, l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi taċ-Ċina jafferma b’mod partikolari li “l-Assoċjazzjoni taderixxi mal-linja bażika u diversi prinċipji u politiki tal-partit, tirrispetta l-Kostituzzjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki nazzjonali, u tirrispetta l-valuri soċjali u morali. Għandha żżomm mal-iskop li sservi lill-gvern, l-industrija, l-intrapriżi u lill-maniġers tan-negozju; għandha tistabbilixxi u ttejjeb l-mekkaniżmu ta’ awtodixxiplina tal-industrija; għandha tinvolvi b’mod sħiħ lill-persunal tal-gvern biex tikseb l-assistenza; għandu jkollha rwol ta’ tranżizzjoni bejn il-gvern u l-intrapriżi .” (l-Artikolu 3). Bl-istess mod, l-Artikolu 25 jiddikjara li l-president, il-viċi president u s-segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni jeħtiġilhom jissodisfaw l-ewwel kundizzjoni li: “Jaderixxu mal-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-partit, u jkollhom kwalitajiet politiċi tajbin” (79).

    (160)

    Bl-istess mod, l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Fabbrikazzjoni Mhux Ferruża taċ-Ċina jistipula li “l-Assoċjazzjoni taċċetta gwida tan-negozju kif ukoll superviżjoni u ġestjoni mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat, il-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili u l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi taċ-Ċina” (l-Artikolu 4). Wieħed mill-elementi stabbiliti fl-ambitu tan-negozju tal-Assoċjazzjoni huwa wkoll li “b’mod attiv jitressqu suġġerimenti u opinjonijiet dwar l-iżvilupp tal-industrija u politiki, liġijiet u regolamenti tal-industrija, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u l-kompiti tal-Partit u l-Istat li jikkonċernaw il-bini ta’ sistema soċjalista tal-ekonomija tas-suq filwaqt li titqies is-sitwazzjoni attwali tal-industrija.” (l-Artikolu 6). Fl-aħħar nett, l-Artikolu 22 jippreskrivi wkoll li l-president, il-viċi president u s-segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni jeħtiġilhom, fost l-oħrajn, jissodisfaw il-kundizzjoni li: “Jaderixxu mal-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-partit, u jkollhom kwalitajiet politiċi tajbin” (80).

    (161)

    Għalhekk, id-diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra li jappartjenu għall-aluminju, maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, juru b’mod ċar il-grad għoli ta’ intervent tal-gvern Ċiniż fis-settur tal-aluminju (81). Permezz ta’ dawn l-istrumenti u strumenti oħra, il-gvern jidderieġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett mill-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur.

    (162)

    Lil hinn mill-pjanijiet, l-intervent mill-gvern fis-settur ħa l-forma, fost l-oħrajn, ta’ miżuri relatati mal-esportazzjoni, inklużi dazji tal-esportazzjoni, kwoti tal-esportazzjoni, rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u rekwiżiti minimi tal-prezz tal-esportazzjoni fuq materja prima differenti għall-aluminju.

    (163)

    Il-GTĊ ikompli jiskoraġġixxi l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju u tal-inputs tiegħu, bl-għan li jippromwovi prodotti tal-aluminju b’valur miżjud ogħla. Dan l-objettiv huwa segwit bl-għoti ta’ rifużjonijiet sħaħ jew parzjali tal-VAT fuq prodotti tal-aluminju downstream flimkien ma’ rifużjonijiet mhux kompluti tal-VAT u taxxi tal-esportazzjoni fuq l-aluminju primarju (82).

    (164)

    Il-prezzijiet tal-inputs ewlenin bħall-enerġija u l-elettriku huma influwenzati minn tipi differenti ta’ intervent mill-gvern (83). Tipi oħra ta’ intervent mill-gvern li jwasslu għal distorsjonijiet fis-suq jinkludu l-politika ta’ ħżin ta’ stokkijiet permezz tal-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat u r-rwol ta’ Shanghai Futures Exchange (SHFE) (84). Barra minn hekk, bosta investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ stabbilew li l-gvern Ċiniż b’mod konsistenti approva tipi differenti ta’ miżuri ta’ appoġġ mill-Istat lill-produtturi tal-aluminju (85). L-intervent estensiv tal-GTĊ fis-settur tal-aluminju wassal għall-kapaċità żejda, (86) li aktarx huwa l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GTĊ u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw.

    (165)

    L-Istudju tal-OECD identifika wkoll appoġġ tal-gvern addizzjonali li jinfluwenza l-forzi tas-suq fis-settur tal-aluminju. Dan l-appoġġ tipikament jieħu l-forma ta’ inputs, b’mod partikolari l-elettriku u l-alumina primarja, mibjugħa bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tas-suq (87). L-Istudju tal-OECD jiddeskrivi wkoll kif l-objettivi tal-GTĊ għas-settur tal-aluminju jissarrfu f’politiki industrijali u f’azzjonijiet speċifiċi fil-livell provinċjali u lokali, inkluż pereżempju injezzjonijiet ta’ kapital, drittijiet ta’ pussess ta’ prijorità għar-riżorsi minerali, għotjiet u sussidji tal-gvern jew inċentivi fiskali (88).

    (166)

    Fil-qosor, il-GTĊ implimenta miżuri biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw l-industriji ewlenin, inkluż is-settur tal-aluminju, li jinkludi l-produzzjoni ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, kif ukoll tal-aluminju primarju — il-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat (aktar minn 50 % tal-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu). Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

    3.3.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

    (167)

    Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin propji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali minn prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (89).

    (168)

    Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (90). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bil-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, b’ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (91). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (92).

    (169)

    Bħal setturi oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Bħala tali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet meta kumpaniji insolventi jinżammu fil-wiċċ u meta jiġu allokati d-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-prodotti rrumblati ċatti tal-aluminju.

    (170)

    Din is-sejba hija appoġġata mid-determinazzjoni affermattiva provviżorja tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, fl-Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju ta’ ċertu Fojl tal-Aluminju miċ-Ċina li, bl-użu tal-fatti disponibbli, sabet li l-forniment ta’ art tal-Gvern taċ-Ċina għal Remunerazzjoni Inqas Minn Adegwata jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tat-Taqsima 771 (5)(D) tal-Att dwar it-Tariffi tal-1930, kif emendat (93).

    (171)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-aluminju, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

    3.3.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet lavorattivi

    (172)

    Mhuwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (94). Skont il-liġi nazzjonali, hija attiva organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (95). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (96). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet lavorattivi fir-RPĊ.

    (173)

    Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza rilevanti li turi li s-settur tal-aluminju, inklużi l-produtturi ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża deskritta tal-liġi tax-xogħol. Għalhekk, is-settur tal-aluminju huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-fabbrikazzjoni tal-prodott ikkonċernat jew il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

    3.3.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

    (174)

    L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

    (175)

    L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (97), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Bl-istess mod għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (98) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. B’dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (99). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (100).

    (176)

    Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

    (177)

    Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (101).

    (178)

    Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (102). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

    (179)

    F’dan ir-rigward, l-Istudju tal-OECD jirreferi għal evidenza aneddotali li ċerti produtturi tal-aluminju fir-RPĊ kisbu finanzjament fuq termini preferenzjali, fejn jidher li l-kost tal-finanzjament kien diżakkoppjat mil-livell korrispondenti ta’ influwenza korporattiva. Skont dak l-istudju, fil-prospett tal-bonds tiegħu tal-2016, produttur wieħed tal-aluminju tal-Istat jiddikjara b’mod espliċitu li huwa jattira appoġġ finanzjarju konsiderevoli mill-banek ta’ politika Ċiniżi b’rata tal-imgħax aktar baxxa mill-valur ta’ riferiment. B’mod simili, il-prospett tal-bonds tal-2017 ta’ produttur ieħor tal-Istat jirreferi għar-rabtiet mill-qrib li l-kumpanija għandha mal-banek Ċiniżi, inklużi banek ta’ politika li taw sorsi ta’ finanzjament b’kost baxx lil dik il-kumpanija. B’rabta ma’ dan, l-Istudju tal-OECD jikkonkludi li filwaqt li jista’ jkun hemm ħafna raġunijiet għalfejn ir-rati tal-imgħax huma baxxi għal dawn id-ditti, il-kuntrast bejn indikaturi finanzjarji dgħajfin u rati tal-imgħax baxxi jista’ jissuġġerixxu xi valutazzjoni insuffiċjenti potenzjali tar-riskju assoċjat ma’ dawk il-mutwatarji (103).

    (180)

    It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux reazzjonijiet kummerċjali normali.

    (181)

    It-tielet nett, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem tas-self fir-rata tal-valur ta’ riferiment jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u jidher li żdied ir-rikors għall-kreditu mmirat, billi dan is-sehem żdied b’mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

    (182)

    It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

    (183)

    Essenzjalment, minkejja l-passi riċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali.

    (184)

    Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-aluminju, inklużi l-produtturi ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, ikun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

    3.3.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

    (185)

    Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritt hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.1.1–3.3.1.5 japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.1.6–3.3.1.8 ta’ hawn fuq.

    (186)

    Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, hija meħtieġa firxa wiesgħa ta’ inputs. Meta l-produtturi ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-aluminju jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw xogħol li huwa soġġett għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha.

    (187)

    B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatt mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-input kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, ix-xogħol, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, ix-xogħol, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. L-argumenti u l-evidenza miġjuba mill-produtturi esportaturi f’dan ir-rigward huma indirizzati fit-taqsima li jmiss.

    3.3.1.10.   Konklużjoni

    (188)

    L-analiżi preċedenti, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-interventi pubbliċi fl-ekonomija Ċiniża b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-aluminju (inkluż il-prodott ikkonċernat), uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali mill-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

    3.3.1.11.   Kummenti mill-partijiet interessati

    (189)

    Fil-kummenti tiegħu, produttur esportatur wieħed, Xiamen Xiashun, l-ewwel nett indika li l-Artikolu 2(6a) huwa inkonsistenti mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”). Dan għaliex, l-ewwel, l-Artikolu 2.2 tal-ADA jirrikonoxxi tliet xenarji li jippermettu l-istabbiliment tal-valur normali: (i) il-bejgħ ma jsirx fil-perkors normali tal-kummerċ, (ii) ikun hemm sitwazzjoni partikolari tas-suq jew (iii) minħabba l-volum baxx ta’ bejgħ fis-suq domestiku, dan il-bejgħ ma jkunx rappreżentattiv. Xiamen Xiashun sostna li distorsjonijiet sinifikanti ma jissodisfaw l-ebda wieħed mit-tliet kriterji. Huwa sostna wkoll li anki jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti jista’ possibbilment jitqies li jaqa’ taħt it-tieni kriterju ta’ hawn fuq, il-Bord fid-WTO DS529 Awstralja — Miżuri Anti-Dumping fuq Karta Kopjanti A4 ikkonferma li l-fatt li l-prezz domestiku tal-prodott ikkonċernat u l-inputs tiegħu huma affettwati minn distorsjonijiet tal-gvern ma kienx biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li l-paragun xieraq bejn il-bejgħ fis-suq domestiku u l-bejgħ tal-esportazzjoni huwa affettwat “minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq”. Barra minn hekk, Xiamen Xiashun ikkummenta li l-Kummissjoni applikat l-istabbiliment tal-valur normali b’mod sistematiku, filwaqt li jenħtieġ li tivverifika fuq bażi ta’ każ b’każ jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2.2 tal-ADA jiġux issodisfati. Xiamen Xiashun sostna wkoll li l-Artikolu 2.2 tal-ADA jirrikjedi li l-istabbiliment tal-valur normali jrid jirrifletti “kost fil-pajjiż tal-oriġini”, kif ikkonfermat fil-każijiet tad-WTO DS529 Awstralja — Miżuri Anti-Dumping fuq Karta Kopjanti A4 u tad-WTO DS473 UE — Bijodiżil. Barra minn hekk, Xiamen Xiashun argumenta li l-valur normali jenħtieġ li jkun kostruwit f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, u żiedet li s-sejbiet fil-każ tad-WTO DS427 Ċina — Miżuri ta’ Dazju Anti-Dumping u Kumpensatorju fuq il-Prodotti tal-Brojlers mill-Istati Uniti kienu jirrikjedu li l-awtoritajiet investigattivi jqisu l-kostijiet irreġistrati tal-produtturi esportaturi sakemm ma jkunux f’konformità mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati jew ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni. Anki jekk il-kostijiet irreġistrati ssodisfaw dawk iż-żewġ kundizzjonijiet, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa skont Xiamen Xiashun inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA tad-WTO minħabba li l-kostijiet tal-produttur esportatur huma injorati sistematikament.

    (190)

    Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma kompletament konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Kif iċċarat espliċitament mill-Korp tal-Appell tad-WTO f’ DS473 — Miżuri Antidumping dwar il-Bijodiżil mill-Arġentina, il-liġi tad-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Il-Kummissjoni fakkret li l-każijiet DS529 Awstralja — Miżuri Anti-Dumping fuq il-Karta Kopjanti A4 u DS427 Ċina — Prodotti tal-Brojlers ma kinux jikkonċernaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet fattwali sottostanti f’dawk il-każijiet kienu differenti mis-sitwazzjoni sottostanti u l-kriterji li wasslu għall-applikazzjoni tal-metodoloġija skont din id-dispożizzjoni tar-Regolament bażiku, li tikkonċerna l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur. Skont l-Artikolu 2(6a) huwa biss meta jinstab li hemm distorsjonijiet sinifikanti u li dawn jaffettwaw il-kostijiet u l-prezzijiet li l-valur normali jinħadem b’referenza għall-kostijiet u l-prezzijiet mingħajr distorsjoni miksuba f’pajjiż rappreżentattiv jew b’referenza għal valur ta’ riferiment internazzjonali. Fi kwalunkwe każ, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(6a), it-tielet sing tar-Regolament bażiku jipprevedi l-possibbiltà li jintużaw kostijiet domestiċi sal-punt li jiġi stabbilit li ma jkunux distorti. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn il-pretensjonijiet.

    (191)

    It-tieni, Xiamen Xiashun sostna li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.2 tal-ADA. Huwa sostna wkoll li l-Korp tal-Appell f’DS219 KE — Tubu jew Fittings tal-Pajpijiet ikkonferma li l-awtorità investigattiva hija obbligata tuża l-SG&A u l-profitt effettivi tal-produtturi esportaturi, sakemm tali data tkun teżisti. Għalhekk, Xiamen Xiashun sostna li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kien inkompatibbli mal-Artikolu 2.2.2 ADA.

    (192)

    Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-valur normali jiġi stabbilit b’referenza għal prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (190), l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tippermetti wkoll l-użu tal-kostijiet domestiċi jekk jiġi stabbilit b’mod pożittiv li dawn mhumiex distorti. F’dak il-kuntest, il-produtturi esportaturi kellhom il-possibbiltà li jipprovdu evidenza li l-kostijiet tal-SG&A individwali tagħhom u/jew kostijiet oħra tal-input tagħhom kienu effettivament mingħajr distorsjoni. Madankollu, kif muri fit-Taqsimiet 3.3.1.2 sa 3.3.1.9, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fl-industrija Ċiniża tal-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti u ma kien hemm l-ebda evidenza pożittiva li l-fatturi ta’ produzzjoni ta’ produtturi esportaturi individwali mhumiex distorti. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ġewx milqugħa.

    (193)

    It-tielet, Xiamen Xiashun sostna li l-Kummissjoni kienet obbligata, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, twettaq analiżi speċifika għall-kumpaniji u speċifika għall-kostijiet. Għalhekk, kellu jkun hemm analiżi speċifika ta’ Xiamen Xiashun ibbażata fuq il-kwestjonarju li ppreżenta.

    (194)

    Il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fil-livell tal-pajjiż kollu. Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, allura d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) japplikaw a priori għall-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ u jirrigwardaw l-ispejjeż kollha relatati mal-fatturi ta’ produzzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tipprevedi l-użu ta’ kostijiet domestiċi li huma stabbiliti b’mod pożittiv biex ma jiġux affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti. Madankollu, ma ġie stabbilit l-ebda kost domestiku biex ma jkunx hemm distorsjoni abbażi ta’ evidenza preċiża u xierqa. B’mod partikolari, il-produtturi esportaturi ma ppreżentawx evidenza preċiża u xierqa dwar il-prezzijiet u l-kostijiet mingħajr distorsjoni.

    (195)

    Barra minn hekk, il-kalkoli li jikkonċernaw ir-rata anti-dumping ta’ Xiamen Xiashun jirriflettu d-data ppreżentata mill-kumpanija nnifisha, ikkalkulata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-Artikolu 2(6a). Ma kien hemm l-ebda evidenza li l-prezzijiet u l-kostijiet ta’ Xiamen Xiashun ma kinux distorti mid-distorsjonijiet pervażivi stabbiliti abbażi tal-evidenza disponibbli. Għalhekk, il-marġnijiet provviżorji tad-dumping jirriflettu s-sitwazzjoni speċifika tal-kumpanija, inklużi l-fatturi ta’ produzzjoni u l-ammonti kif irrapportati mill-kumpanija fit-tweġiba għall-kwestjonarju, iżda filwaqt li jqisu b’mod xieraq l-eżistenza u l-impatt ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ġewx milqugħa.

    (196)

    Fir-rigward tas-sitwazzjoni individwali tal-kumpanija, Xiamen Xiashun sostna l-ewwel li l-kumpanija kienet impriża barranija kollha kemm hi (“WOFE”) u soġġetta għal-liġijiet Ċiniżi. L-azzjonist tagħha kien Daching Enterprises Limited, kumpanija inkorporata f’Hong Kong. Huwa sostna wkoll li r-rapporti finanzjarji tagħha ġew awditjati skont l-istandards kontabilistiċi internazzjonali peress li hija parti minn grupp internazzjonali. Huwa sostna li kienet kumpanija privata u li ma kien hemm l-ebda evidenza li kienet soġġetta għall-istess sjieda, kontroll jew superviżjoni u gwida politika mill-awtoritajiet Ċiniżi bħala SOE u ma kinitx soġġetta għal superviżjoni u gwida politika permezz ta’ interferenza fil-preżenza tal-Istat fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet. Għalhekk, huwa sostna li ma kinitx topera “taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur” kif imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b), tar-Regolament bażiku.

    (197)

    Il-Kummissjoni tenniet li ladarba jiġu stabbiliti d-distorsjonijiet sinifikanti, il-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tapplika għall-pajjiż kollu sakemm ma jiġix stabbilit b’mod pożittiv li ċerti kostijiet mhumiex affettwati minn distorsjonijiet. Xiamen Xiashun ma pprovda l-ebda evidenza bħal din, iżda biss xi argumenti ġeneriċi dwar ċerti kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a)(b) għall-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur kollu kemm hu u mhux marbuta ma’ li l-entrati speċifiċi tal-kostijiet tagħhom ma jkunux distorti. Għalhekk, l-evidenza dwar is-sitwazzjoni speċifika ta’ Xiamen Xiashun bħala allegatament indipendenti mill-kontroll tal-Istat mhijiex rilevanti f’dan il-kuntest. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li anki jekk dawn il-pretensjonijiet kienu rilevanti f’dan il-kuntest, quod non, fis-sustanza l-argument ta’ Xiamen Xiashun li mhuwa influwenzat bl-ebda mod mill-gvern, inkluż bil-kontroll tas-sjieda jew is-superviżjoni u l-gwida tal-politika mill-awtoritajiet Ċiniżi, ma jikkorrispondix għar-realtà. Il-korp sostanzjali ta’ evidenza u l-konklużjonijiet fit-Taqsimiet 3.3.1.3 sa 3.3.1.5 juru l-firxa u l-pervażività tal-influwenza tal-gvern u tas-CCP fl-ekonomija Ċiniża, inkluż fis-settur tal-aluminju. Xiamen Xiashun ma ppreżentax biżżejjed evidenza li tqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Barra minn hekk, kif indikat fit-Taqsima 3.3.1.8, il-gvern jiddisponi minn għadd kbir ta’ strumenti u inċentivi finanzjarji biex imexxi lill-kumpaniji, inklużi dawk privati, biex isegwu l-gwida tiegħu. Kif deskritt fl-istess Taqsima, l-istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi dawk privati, għandhom inċentivi biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għal proġetti f’konformità mal-pjanijiet governattivi, li għandu impatt sostanzjali fuq il-kumpaniji privati li jeħtieġ li jikkonformaw mad-direttivi tal-gvern biex jiżguraw il-likwidità finanzjarja.

    (198)

    Fir-rigward b’mod speċifiku ta’ Xiamen Xiashun, il-Kummissjoni nnotat li huwa formalment rikonoxxut bħala: Intrapriża ta’ Livell Nazzjonali Ewlenija ta’ Teknoloġija Avvanzata mill-Kunsill tal-Istat; l-Intrapriża Ewlenija għall-Industriji Strateġiċi u Emerġenti tal-Provinċja ta’ Fujian mill-Kummissjoni Ekonomika u tal-IT tal-Provinċja ta’ Fujian; Intrapriża Innovattiva tal-Provinċja ta’ Fujian mill-Uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Provinċja ta’ Fujian, il-Kummissjoni Ekonomika u tal-IT tal-Provinċja ta’ Fujian, il-Federazzjoni Provinċjali tat-Trade Unions ta’ Fujian u mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Gvern tal-Poplu tal-Provinċja ta’ Fujian (104). Sabiex tirċievi dawn ir-rikonoxximenti formali, il-kumpanija jeħtiġilha tkun issodisfat ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà rilevanti, li jinkludu, fost l-oħrajn, li tiġi segwita l-linja uffiċjali tal-GTĊ u li jkun hemm konformità mal-istrateġiji u l-politiki governattivi uffiċjali. Dan huwa meħtieġ ukoll biex ikunu jistgħu jinżammu tali rikonoxximenti u jittieħed vantaġġ ulterjuri mill-appoġġ governattiv dirett jew indirett marbut magħhom. Pereżempju, uħud mill-politiki, l-objettivi u l-benefiċċji speċifiċi marbuta mar-rikonoxximent bħala intrapriżi ewlenin tal-Industriji Strateġiċi u Emerġenti fil-Provinċja ta’ Fujian, titolu miżmum minn Xiamen Xiashun, jinkludu: “Jinvolvu l-intrapriżi ewlenin bħala mexxejja u eżempji, irawmu l-iżvilupp xjentifiku ewlieni tal-industriji emerġenti strateġiċi f’Fujian, u jiksbu l-għanijiet u l-kompiti stabbiliti fil-“Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Aċċellerazzjoni tal-Iżvilupp tal-Industriji Strateġiċi Emerġenti fil-Provinċja ta’ Fujian””; “Jappoġġaw id-diversi tipi ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju ta’ Fujian għal industriji emerġenti strateġiċi biex iwettqu investiment ta’ ekwità biex jiżviluppaw proġetti ewlenin ta’ intrapriżi ewlenin”; “Jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-intrapriżi ewlenin tal-industriji strateġiċi provinċjali emerġenti biex isiru pubbliċi għal finanzjament u joħorġu bonds korporattivi, kambjali ta’ finanzjament fuq terminu qasir, eċċ., u jipprovdu appoġġ u servizzi rilevanti għall-finanzjament korporattiv”; “Flimkien mad-dipartimenti ekonomiċi u kummerċjali ta’ distretti, ta’ bliet, taż-Żona Esperimentali Komprensiva ta’ Pingtan u ma’ kumpaniji (azzjonarji) tal-grupp provinċjali, il-Kumitat Ekonomiku u Kummerċjali Provinċjali stabbilixxa sistema ta’ ħidma u kuntatt ma’ intrapriżi ewlenin tal-industrija emerġenti biex tgħin fil-koordinazzjoni u s-soluzzjoni tad-diffikultajiet u l-problemi ffaċċjati fl-iżvilupp tal-intrapriżi, u biex jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-analiżi tal-iżvilupp tal-intrapriżi ewlenin” (105). Għalhekk, il-Kummissjoni ma aċċettatx id-difiża speċifika tal-kumpanija li Xiamen Xiashun ikun ħieles mill-kontroll jew mis-superviżjoni tal-politika jew mill-gwida tal-awtoritajiet tar-RPĊ.

    (199)

    Barra minn hekk, Xiamen Xiashun sostna li ġie ffurmat abbażi tal-Liġi dwar il-Kummerċ Barrani tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Liġi dwar l-Investiment Barrani tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Liġi dwar il-Kumpaniji tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u kien soġġett għal-Liġi dwar il-Falliment tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Skont dawk il-liġijiet, huwa kien protett mil-liġi dwar il-falliment u l-kapital tiegħu seta’ jiġi rimess b’mod liberu ’l ġewwa jew ’il barra f’konformità mal-liġi. Huwa argumenta wkoll li r-rapporti finanzjarji tiegħu ġew awditjati skont l-istandards kontabilistiċi internazzjonali, minn Ernst & Young u jekk is-saħħa finanzjarja tiegħu kienet fil-periklu, ikollu jsegwi l-istandards internazzjonali u possibbilment jitpoġġa f’falliment.

    (200)

    Il-Kummissjoni fakkret, li, kif deskritt fit-Taqsima 3.3.1.6, id-distorsjonijiet fir-RPĊ fil-qasam tal-liġi ma jirriżultawx mill-fatt li l-liġijiet Ċiniżi huma inadegwati għall-iskop tagħhom. Għall-kuntrarju, il-liġijiet Ċiniżi huma mmudellati fuq liġijiet simili f’pajjiżi oħra u għalhekk ma hemm l-ebda problema ta’ kwalità bil-liġijiet bħala tali. Il-problema tinsab fl-infurzar inadegwat ta’ dawk il-liġijiet u r-rwol li għandu l-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza. Abbażi tas-sejbiet fit-Taqsima 3.3.1.6 u fin-nuqqas ta’ evidenza li Xiamen Xiashun ma kienx se jkun soġġett għad-distorsjonijiet fil-pajjiż kollu fir-rigward tal-proċedimenti ta’ falliment, din il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (201)

    Xiamen Xiashun ikkummenta wkoll li huwa mexxa negozjati indipendenti dwar il-prezzijiet mal-klijenti tiegħu fl-UE jew x’imkien ieħor abbażi tal-kost tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq. Huwa żied jgħid li meta jbigħ lill-klijenti tiegħu fl-UE, il-prezz tiegħu kien ibbażat fuq primjum ta’ konverżjoni flimkien mal-prezz tal-aluminju kkwotat, għall-bejgħ fl-UE, fil-London Metal Exchange (LME).

    (202)

    Skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jrid jiġi stabbilit abbażi ta’ prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni jekk jiġi ddeterminat li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Il-pretensjonijiet miġbura fil-qosor fil-premessa preċedenti huma bbażati fuq il-kost tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq meta jsir bejgħ lill-klijenti tal-UE (jew x’imkien ieħor). Għalhekk, il-kuntest u s-sitwazzjoni fattwali tagħhom jikkonċernaw il-prezz tal-esportazzjoni lejn l-UE (u postijiet oħra) u mhux il-valur normali, li huwa s-suġġett ta’ din id-dispożizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx din il-pretensjoni.

    (203)

    Fir-rigward tal-materja prima, Xiamen Xiashun sostna li ma hemm l-ebda politika jew miżura pubblika li tiddiskrimina favur il-fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor tinfluwenza l-forzi tas-suq ħieles fir-RPĊ. Fil-fehma tiegħu, huwa għandu għażla libera li jagħżel il-fornituri tiegħu stess, kemm jekk produtturi kif ukoll distributuri, bi prezzijiet negozjati b’mod liberu. Huwa żied jgħid li l-prezz tax-xiri tal-materja prima u ta’ inputs oħra kien iddeterminat permezz ta’ negozjati u ta’ offerti bejn diversi fornituri. Xiamen Xiashun żied jgħid ukoll li xtara parti mill-materja prima tiegħu barra mill-pajjiż. B’mod partikolari, dan huwa l-każ għat-Titanium Boron Aluminium Rod, li huwa jixtri kompletament mir-Renju Unit.

    (204)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li Xiamen Xiashun ma pprovdiex evidenza li tistabbilixxi pożittivament li l-kostijiet tiegħu fir-rigward ta’ inputs minn sorsi domestiċi ma kinux affettwati mill-intervent sostanzjali tal-gvern skont is-sejbiet li saru fit-taqsimiet 3.3.1.2 sa 3.3.1.9. L-investigazzjoni stabbilixxiet distorsjonijiet fil-katina kollha tas-settur tal-prodotti rrumblati ċatti tal-aluminju. Dawk id-distorsjonijiet jikkonċernaw ukoll il-fornituri tal-materja prima, li huma soġġetti għat-tipi kollha ta’ distorsjonijiet misjuba fir-RPĊ, inkluż il-kost tal-elettriku, ix-xogħol, l-aċċess għall-finanzi eċċ. B’kuntrast ma’ dan, fil-każ tax-xiri ta’ Xiamen Xiashun barra mill-pajjiż, abbażi tal-evidenza ppreżentata u sussegwentement kontroverifikata mill-bogħod, inkluża t-tweġiba għall-kwestjonarju, il-kuntratti rilevanti, analiżi tal-prezzijiet ta’ dan ix-xiri (li turi prezzijiet simili għal dawk użati mill-pajjiż rappreżentattiv), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza ta’ distorsjonijiet għal dan l-input fir-Renju Unit, ġie stabbilit b’mod pożittiv li l-prezz tax-xiri ta’ Titanium Boron Aluminium Rod mir-Renju Unit (li jirrappreżenta parti żgħira mill-ispejjeż kumplessivi tal-materja prima ta’ din il-kumpanija) mhuwiex distort u ma għandux għalfejn jiġi sostitwit b’data minn pajjiż rappreżentattiv.

    (205)

    Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li Xiamen Xiashun stabbilixxa b’mod konġunt ma’ Yunlu Aluminium Co., SOE, intrapriża inkorporata taħt l-isem ta’ Yunnan Yongshun Aluminium Co., Ltd. fil-Kontea ta’ Jianshui, Provinċja ta’ Yunnan. In-negozju ewlieni ta’ dik il-kumpanija huwa l-produzzjoni ta’ ċangaturi kbar tal-liga tal-aluminju u hija fornitur ta’ Xiamen Xiashun. L-eżempju ta’ hawn fuq juri li l-ewwel, Xiamen Xiashun qed jikkoopera mill-qrib mal-Istat Ċiniż, billi joħloq impriża konġunta ma’ SOE, u t-tieni nett, li d-distorsjonijiet fil-pajjiż kollu jikkonċernaw ukoll lill-fornituri tiegħu.

    (206)

    Xiamen Xiashun sostna wkoll li l-gvern ma kellu l-ebda influwenza fuq il-kapaċità tiegħu li jaċċessa l-kreditu jew it-termini ta’ kreditu li l-kumpanija ngħatat u li t-termini tal-kreditu, bħar-rata tal-imgħax, huma ddeterminati mir-rata tas-suq prevalenti pertinenti. Barra minn hekk, Xiamen Xiashun sostna li l-ispejjeż SG&A tiegħu kienu raġonevoli u mingħajr distorsjoni u jenħtieġ li jitqiesu.

    (207)

    Il-Kummissjoni fakkret li għall-fini li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi distorsivi elenkati f’dik id-dispożizzjoni huwa analizzat fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur. Anki jekk il-produttur esportatur ma bbenefika minn ebda finanzjament sinifikanti mill-Istat b’mod dirett quod non, Xiamen Xiashun kien eliġibbli għal appoġġ finanzjarju kif deskritt fit-Taqsimiet 3.3.1.8 flimkien ma’ 3.3.1.5 ta’ hawn taħt. Dan għaliex, kif spjegat fit-Taqsima 3.3.1.5, il-produttur esportatur kien soġġett, bħall-kumpaniji kollha fis-settur tal-aluminju, għal dokumenti ta’ ppjanar u gwida tal-Istat Ċiniż u gawda minn aċċess għall-finanzjament, permezz tas-sistema finanzjarja Ċiniża deskritta fit-Taqsima 3.3.1.8. F’dan ir-rigward, il-banek u istituzzjonijiet oħra ta’ finanzjament li jsegwu l-gwida tal-GTĊ, jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi mill-atturi tas-suq, inklużi l-produtturi ta’ prodotti tal-aluminju, u b’hekk joħolqu xibka ta’ sikurezza finanzjarja għal dawk l-intrapriżi, u jagħtuhom vantaġġ addizzjonali meta mqabbla mal-kontropartijiet tagħhom li jinsabu barra mir-RPĊ. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (198), Xiamen Xiashun, li għandu l-istatus ta’ Industrija Strateġika Emerġenti (Strategic Emerging Industry, SEI), huwa soġġett għall-appoġġ finanzjarju disponibbli għall-kumpaniji li għandhom l-istatus ta’ SEI, kif deskritt fil-premessa msemmija.

    (208)

    Fir-rigward tal-manodopera, Xiamen Xiashun sostna li segwa sistema tajba u normali ta’ kostijiet lavorattivi. Huwa nnegozja b’mod indipendenti mal-impjegati tiegħu għall-pagi individwali abbażi tar-rati tas-suq u l-għarfien espert u l-kisbiet personali tagħhom. Huwa żied jgħid li ma hemm l-ebda mandat tal-Istat rigward il-kontrolli tal-pagi fir-RPĊ.

    (209)

    Il-Kummissjoni fakkret li d-distorsjonijiet fis-suq tax-xogħol ġew stabbiliti fil-livell tal-pajjiż kollu fit-Taqsima 3.3.1.7. Il-kwistjonijiet inerenti għas-suq tax-xogħol Ċiniż, inkluż in-nuqqas ta’ trade unions indipendenti mill-gvern u r-restrizzjonijiet tal-mobilità tal-forza tax-xogħol minħabba s-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi kif deskritt fil-premessa (172) għandhom impatt distorsiv fuq il-ħolqien tal-pagi fir-RPĊ. F’dan ir-rigward, ma hemm l-ebda evidenza li tistabbilixxi li l-effetti distorsivi tan-nuqqas ta’ trejdjunjins indipendenti fil-pajjiż kollu u l-kwistjoni tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi mhumiex applikabbli għal Xiamen Xiashun. Għalhekk, il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (210)

    Fl-aħħar nett, Xiamen Xiashun sostna li, għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, l-SG&A u l-profitti tiegħu ma kinux distorti u kienu anki raġonevoli u jenħtieġ li jitqiesu fil-kalkoli.

    (211)

    Fir-rigward tal-pretensjoni li tikkonċerna l-SG&A u l-profitti, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li din kienet ġenerika u mhux sostanzjata, peress li sempliċement irreferiet għall-pretensjonijiet l-oħra minn dan il-produttur esportatur li kollha ma ġewx milqugħa. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jirrikjedi b’mod speċifiku li jekk ikun hemm sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti, il-valur normali stabbilit irid jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kostijiet SG&A u għall-profitti. Peress li dan huwa l-każ f’din l-investigazzjoni u l-produttur esportatur kif ukoll il-fornituri tiegħu huma affettwati minn dawn id-distorsjonijiet, dawn il-pretensjonijiet ma ġewx milqugħa.

    (212)

    B’reazzjoni għall-kummenti ta’ Xiamen Xiashun, Airoldi ppreżentat sett ta’ kummenti dwar distorsjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra skont il-punt 8(i) tan-Notifika ta’ Bidu.

    (213)

    L-ewwel, Airoldi esprimiet l-appoġġ tagħha għall-kummenti ta’ Xiamen Xiashun ppreżentati dwar il-bidu fir-rigward tal-inkompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku b’diversi dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping.

    (214)

    Il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament anti-dumping bażiku mal-liġi tad-WTO diġà ġiet diskussa fil-premessi (189) sa (195). Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ġewx milqugħa.

    (215)

    Barra minn hekk, Airoldi sostniet li f’każ li l-Kummissjoni tikkonkludi li hemm distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, xorta waħda jenħtieġ li tagħmel analiżi tal-kostijiet speċifika għall-produttur esportatur u tqis il-kostijiet domestiċi tal-produttur esportatur stess li jinstabu mingħajr distorsjoni.

    (216)

    Fil-premessa (195) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni spjegat li l-kalkoli kollha kienu bbażati fuq id-data speċifika tal-kumpanija, u kemm it-tipi ta’ fatturi ta’ produzzjoni kif ukoll l-ammonti tagħhom intużaw kif irrapportat mill-kumpanija, bil-valuri biss sostitwiti b’valur ta’ riferiment mingħajr distorsjoni. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ġewx milqugħa.

    (217)

    It-tielet, Airoldi kkummentat li l-ilment imressaq mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aluminju kien fil-fatt ilment antisussidji, peress li l-lingwa tal-ilment irreferiet f’numru ta’ każijiet għal sussidji magħmula disponibbli għall-produtturi ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti fir-RPĊ. Airoldi sostniet li billi ressqet l-ilment anti-dumping u billi bbażat ruħha fuq is-suppożizzjoni li l-metodoloġija rappreżentattiva tal-pajjiż kienet awtomatikament applikabbli, l-ilmentatur ipprova jevita l-essenza stess tad-diversi objettivi tal-investigazzjonijiet kompensatorji u anti-dumping. L-ewwel waħda indirizzat il-prattiki kummerċjali inġusti, bħala li joriġinaw mill-benefiċċju mogħti mill-Istat. It-tieni waħda kienet tikkonċerna prattiki kummerċjali inġusti mill-esportaturi individwali. Airoldi osservat li l-aċċettazzjoni ta’ tali pretensjonijiet tammonta għal ksur tal-objettivi stess tar-Regolamenti anti-dumping u antisussidji bażiċi (106).

    (218)

    Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jirrikjedi dimostrazzjoni ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur inkwistjoni. L-ilment għamel ċerti referenzi għal sussidji biex juri l-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, f’konformità mar-rekwiżit tal-Artikolu 2(6a)(b), b’mod partikolari mat-tielet inċiż tiegħu (politiki pubbliċi jew miżuri li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li jinfluwenzaw b’xi mod ieħor il-forzi tas-suq ħieles). Huwa inkontestabbli li s-sussidji huma biss wieħed mill-mezzi użati mill-gvernijiet biex jinterferixxu mal-forzi tas-suq ħieles, u b’hekk juru intervent sostanzjali mill-gvern skont din id-dispożizzjoni tar-Regolament anti-dumping bażiku. Għalhekk, l-ilment kien kompletament konformi mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi tar-Regolament anti-dumping bażiku. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (219)

    Ir-raba’, Airoldi sostniet li l-ilmentatur kien issuġġerixxa li l-Kummissjoni kienet marbuta bil-prinċipju ta’ stare decisis fir-rigward tal-investigazzjonijiet preċedenti tagħha, skont il-paragrafi 85-87 tal-ilment. Airoldi spjegat li tali raġunament kien manifestament inaċċettabbli mal-istandards bażiċi tal-oneru tal-prova skont ir-Regolamenti anti-dumping u antisussidji bażiċi tal-UE. Fil-fehma ta’ Airoldi, il-premessa kollha tal-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata biss fuq żewġ dokumenti evidenzjarji: (i) ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2017; u (ii) ir-rapport tal-OECD. L-ilmentatur ma eżerċitax id-diliġenza dovuta fl-istabbiliment tal-eżistenza ta’ skemi speċifiċi, b’referenza għal miżuri speċifiċi kif applikabbli fir-RPĊ, li jkunu ta’ benefiċċju biss għas-settur tal-aluminju fir-RPĊ. Il-pretensjonijiet ma kinux sostanzjati u ma kellhomx appoġġ evidenzjarju. Għalhekk, Airoldi talbet li n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni min-naħa tal-ilmentatur tar-rekwiżit tat-twettiq tal-oneru tal-prova jenħtieġ li jirriżulta f’ċaħda tal-ilment.

    (220)

    Il-Kummissjoni fakkret li d-determinazzjoni dwar l-eżistenza attwali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sseħħ biss fil-mument tal-iżvelar provviżorju u/jew definittiv u mhux fil-bidu. Abbażi tal-evidenza ppreżentata fl-ilment, inklużi ż-żewġ rapporti, jiġifieri r-Rapport tal-pajjiż u r-Rapport tal-OECD, u l-firxa ta’ sorsi oġġettivi sottostanti msemmija fihom, il-Kummissjoni qieset l-evidenza ppreżentata mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni fuq din il-bażi u b’konformità sħiħa mal-Artikolu 2(6a)(d) tar-Regolament bażiku, li speċifikament jagħti lill-ilmentaturi l-possibbiltà li jużaw ir-Rapport tal-pajjiż bħala evidenza meta jressqu lment. Fir-rigward tar-Rapport tal-pajjiż, il-Kummissjoni fakkret li huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti uffiċjali oħra ta’ politika ppubblikati mill-GTĊ, rapporti minn partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħra. Ir-rapport ġie ppubblikat f’Diċembru 2017 u l-partijiet kollha kellhom biżżejjed opportunità biex jirribattu, jissupplimentaw, jew jippreżentaw kummenti dwar ir-Rapport f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, iżda l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew evidenza li tinvalida r-Rapport. Fir-rigward tas-sejbiet f’investigazzjonijiet preċedenti bħal dawk fil-paragrafi 85-87 tal-ilment, dawn jikkostitwixxu evidenza rilevanti speċjalment peress li kienu jikkonċernaw mhux biss id-distorsjonijiet fil-pajjiż kollu fl-istess pajjiż, iżda b’mod speċifiku d-distorsjonijiet u s-sitwazzjonijiet fis-settur tal-aluminju li x’aktarx jaffettwaw ukoll lill-produtturi esportaturi f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ġewx milqugħa.

    (221)

    Fl-aħħar nett, Airoldi ppreżentat l-appoġġ tagħha għall-pretensjoni ta’ Xiamen Xiashun li l-prezzijiet tal-ingotti tal-aluminju fiċ-Ċina huma ddeterminati mill-forzi tas-suq, jew l-LME jew Shanghai Futures Exchange, flimkien ma’ primjum għall-konverżjoni. Wasal ukoll kumment simili mingħand Jiangsu Alcha Group, li fit-tweġiba għall-kwestjonarju ppreżenta li x-xiri kollu tiegħu sar abbażi ta’ negozjati ta’ distakkament mal-fornituri tiegħu, u mhuwa affettwat minn l-ebda distorsjoni sinifikanti. Pereżempju, Jiangsu Alcha Group ippreżenta evidenza li l-prezz tax-xiri tiegħu għall-ingotti tal-aluminju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien ogħla mill-prezz tal-LME.

    (222)

    Il-Kummissjoni nnotat li l-ingotti tal-aluminju huma soġġetti għal taxxa tal-esportazzjoni fir-RPĊ. L-operazzjoni ta’ din it-taxxa tal-esportazzjoni speċifika tfixkel l-operat normali tal-forzi tas-suq billi tirrestrinġi l-esportazzjonijiet u b’hekk iżżid il-provvista domestika ta’ ingotti tal-aluminju għall-produtturi tal-aluminju fiċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni li l-prezzijiet tal-ingotti tal-aluminju fiċ-Ċina kienu ħielsa minn interferenza mill-Istat u determinati mill-forzi tas-suq. F’dan ir-rigward, il-prezz attwali mħallas mhuwiex determinanti. Ma ġiex stabbilit b’mod pożittiv li l-ingotti tal-aluminju ma kinux affettwati mill-interventi tal-gvern skont is-sejbiet li saru fit-taqsimiet 3.3.1.2 sa 3.3.1.9. Dawk id-distorsjonijiet jikkonċernaw ukoll il-fornituri domestiċi ta’ ingotti tal-aluminju, li huma soġġetti għat-tipi kollha ta’ distorsjonijiet li jinsabu fir-RPĊ, inkluż il-kost tal-elettriku, ix-xogħol, l-aċċess għall-finanzi eċċ.

    3.3.1.12.   Konklużjoni ġenerali dwar distorsjonijiet sinifikanti

    (223)

    Billi l-Kummissjoni irrifjutat il-pretensjonijiet kollha ta’ hawn fuq, hija affermat mill-ġdid il-konklużjoni tagħha skont il-premessa (188) li ma kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

    (224)

    B’konsegwenza, il-Kummissjoni pproċediet biex tistabbilixxi l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Fl-istess ħin hija aċċettat il-prezzijiet għat-Titanium Boron Aluminium Rod minn produttur esportatur wieħed li kiseb dik il-materja prima partikolari kompletament mir-Renju Unit kif spjegat fil-premessa (204).

    3.4.   Pajjiż rappreżentattiv

    3.4.1.   Kummenti ġenerali

    (225)

    L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

    (1)

    Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (107);

    (2)

    Il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat f’dak il-pajjiż;

    (3)

    Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

    (4)

    Fejn kien hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, tingħata preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

    (226)

    Kif imsemmi fil-premessi (111) sa (113), il-Kummissjoni għamlet disponibbli fil-fajl żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali li l-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwaru: In-Nota tal-5 ta’ Ottubru (“l-Ewwel Nota”) u n-Nota tal-25 ta’ Novembru (“it-Tieni Nota”), rispettivament. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-fatti u l-evidenza u l-konklużjonijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

    3.4.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina

    (227)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat 55 pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Bank Dinji kklassifika lil dawn il-pajjiżi bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Madankollu, kif iddikjarat fl-ilment, produzzjoni mdaqqsa tal-prodott taħt investigazzjoni kienet magħrufa li ssir biss f’sitta minn dawn il-pajjiżi, jiġifieri fil-Brażil, l-Indoneżja, ir-Russja, l-Afrika t’Isfel, it-Tajlandja u t-Turkija.

    (228)

    Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-Indoneżja, l-Afrika t’Isfel u r-Russja kellhom restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-aluminju, wieħed mill-materji primi ewlenin biex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt investigazzjoni (108). Għalhekk, minħabba li dawn ir-restrizzjonijiet jista’ jkollhom ukoll influwenza u jgħawġu l-prezz tal-importazzjoni ta’ din il-materja prima, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma tikkunsidrax lil dawn il-pajjiżi bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa u għalhekk ivvalutat aktar id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti għall-Brażil, it-Tajlandja u t-Turkija biss.

    3.4.3.   Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

    (229)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar data pubblika rilevanti, b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ informazzjoni finanzjarja ta’ kumpaniji li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni fil-Brażil, it-Tajlandja u t-Turkija, u dwar l-importazzjonijiet lejn dawn il-pajjiżi tal-materja prima biex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt investigazzjoni identifikat mill-partijiet interessati.

    (230)

    Skont il-bażi tad-data tal-Global Trade Atlas, GTA, il-Brażil, it-Tajlandja u t-Turkija importaw il-biċċa l-kbira tal-materja prima rilevanti fi kwantitajiet rappreżentattivi u dawn l-importazzjonijiet jistgħu għalhekk jintużaw bħala valuri ta’ riferiment biex jiġi stabbilit il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni identifikat ukoll produtturi f’dawn il-pajjiżi b’informazzjoni pubblikament disponibbli (109).

    (231)

    Wara li rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha u kkunsidrat li l-aktar data pubblika xierqa kienet disponibbli għall-kumpanija Brażiljana Novelis do Brasil Ltda (“Novelis do Brasil”). Għall-kuntrarju tal-produtturi identifikati fit-Tajlandja u fit-Turkija, din il-kumpanija kellha rapporti finanzjarji awditjati sħaħ disponibbli fuq is-sit web tagħha (110), u l-informazzjoni finanzjarja kienet tikkoinċidi mal-PI b’disa’ xhur.

    (232)

    Konsegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni pproponiet li l-Brażil jintgħażel bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-istabbiliment ta’ prezzijiet u valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni u li d-data tal-kumpanija Brażiljana Novelis do Brasil tintuża għall-istabbiliment ta’ SGA u profitt raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

    (233)

    Diversi partijiet interessati (111) qajmu oġġezzjonijiet kontra l-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huma argumentaw prinċipalment li l-politiki tal-Gvern, l-eżistenza ta’ taxxi differenti (112) fuq il-prodotti importati u l-ineffiċjenzi marbuta mal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Brażil wasslu għal prezzijiet eċċezzjonalment għoljin tal-prodott taħt investigazzjoni fis-suq Brażiljan u għal profitt għoli mhux raġonevoli tal-kumpanija Brażiljana. Għalhekk, il-profitt tal-kumpanija Brażiljana Novelis do Brasil allegatament ma kienx jikkostitwixxi valur ta’ riferiment xieraq fis-sens tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku (113).

    (234)

    Barra minn hekk, xi partijiet interessati (Airoldi Metalli Spa u Xiamen Xiashun) indikaw ukoll li fid-29 ta’ Lulju 2020, l-awtoritajiet Brażiljani fetħu investigazzjoni anti-dumping dwar importazzjonijiet Ċiniżi ta’ prodotti tal-aluminju fil-Brażil (iċ-Ċirkolari Nru 46 tat-28 ta’ Lulju 2020 — “Ċirkolari 46” — tas-Segretarjat Brażiljan tal-Kummerċ Barrani — “SECEX”) (114).

    (235)

    L-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni msemmi fiċ-Ċirkolari 46 fil-biċċa l-kbira kien jikkoinċidi mal-ambitu tal-prodott ikkonċernat fl-investigazzjoni attwali, definit fit-Taqsima 2 ta’ hawn fuq. Iċ-Ċirkolari 46 ippubblikat ukoll, f’format ta’ indiċi, l-introjtu operatorju tal-ilmentaturi (tliet kumpaniji inkluż Novelis do Brasil) li wera li matul il-perjodu 2015–2019, l-ilmentaturi rreġistraw telf (115).

    (236)

    Abbażi ta’ din l-evidenza ġdida, u minkejja l-fatt li ċ-Ċirkolari 46 fiha ċifri indiċjati kkonsolidati għat-tliet produtturi li lmentaw, il-Kummissjoni kkunsidrat improbabbli li l-profitt irrapportat ta’ Novelis do Brasil (19,4 % fl-aħħar perjodu finanzjarju (116)) kien inkiseb fir-rigward tal-prodott taħt investigazzjoni. F’dan ir-rigward, minħabba li l-kumpanija tipproduċi firxa kbira ta’ prodotti (117), il-Kummissjoni kkunsidrat li tali profitt x’aktarx, u fil-biċċa l-kbira tiegħu, inkiseb fir-rigward ta’ prodotti oħra mmanifatturati minn Novelis do Brasil, bħal prodotti għall-ajruspazju, l-industrija awtomobilistika u l-bottijiet tax-xorb.

    (237)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod provviżorju li d-data ta’ Novelis do Brasil ma kinitx tikkostitwixxi valur ta’ riferiment xieraq biex jiġu stabbiliti SG&A u profitt raġonevoli għall-prodott taħt investigazzjoni.

    (238)

    Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat mill-ġdid il-merti rispettivi tat-Tajlandja u tat-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Madankollu, l-unika data finanzjarja pubblikament disponibbli tal-kumpaniji fit-Tajlandja u t-Turkija kienet biss parzjalment tikkoinċidi mal-PI. Barra minn hekk, fl-aktar perjodu finanzjarju riċenti li kien disponibbli, l-introjti operatorji ta’ dawn il-kumpaniji kienu qrib il-punt ta’ ekwilibriju (118). Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li d-data ta’ dawn il-kumpaniji ma kinitx tikkostitwixxi valur ta’ riferiment xieraq għall-istabbiliment ta’ profitt u SG&A raġonevoli u mingħajr distorsjoni.

    (239)

    Minħabba din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li d-data tal-kumpaniji f’settur li jipproduċi prodott simili tista’ tkun xierqa f’dawn iċ-ċirkostanzi. Din il-konklużjoni ntlaħqet qrib l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji. Fid-dawl tar-restrizzjonijiet imposti mil-limiti ta’ żmien obbligatorji stabbiliti fir-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tibbaża l-analiżi tagħha b’mod proviżorju fuq l-għarfien u l-informazzjoni diġà disponibbli f’investigazzjoni antidumping oħra li għaddejja bħalissa fl-istess settur (tal-aluminju) u li tkopri prodott simili u perjodu simili — estrużjonijiet tal-aluminju (119). L-estrużjonijiet tal-aluminju huma prodotti li għandhom karatteristiċi tekniċi u fiżiċi simili bħal prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti. Fir-rigward tal-proċess ta’ produzzjoni, l-aluminju jista’ jiġi ffurmat f’varjetà ta’ prodotti permezz ta’ estrużjoni, irrumblar jew ikkastjar. L-aluminju estruż huwa ffurmat fi profili tal-aluminju ta’ forom differenti. Il-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti jinkludu folji ċatti, folji kojljati, pjanċi, u fojl. Barra minn hekk, dawn il-prodotti spiss jiġu mmanifatturati mill-istess kumpaniji bħal dawk li jipproduċu prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti jew fl-istess grupp.

    (240)

    Il-Kummissjoni se tkompli l-investigazzjoni tagħha u jekk tikseb data ġdida u xierqa mill-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali s-sitwazzjoni tista’ tiġi vvalutata mill-ġdid.

    (241)

    Għalhekk, minħabba s-similaritajiet bejn l-AFRPS u l-prodotti tal-estrużjoni tal-aluminju, u minħabba li d-data rilevanti kienet disponibbli għall-pubbliku (120), il-Kummissjoni ddeċidiet provviżorjament li tuża d-data tal-kumpaniji li jipproduċu estrużjonijiet tal-aluminju peress li din id-data kienet, fil-fehma tal-Kummissjoni, rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu prodotti rrumblati ċatti tal-aluminju.

    3.4.4.   Il-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

    (242)

    Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan l-istadju tal-investigazzjoni, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a) l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku.

    3.4.5.   Konklużjoni

    (243)

    Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod provviżorju li tikkunsidra lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.5.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni għall-fatturi ta’ produzzjoni

    (244)

    Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-partijiet interessati u informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet, fl-Ewwel Nota, lista inizjali ta’ fatturi ta’ produzzjoni (FOP) bħal materjali, enerġija u manodopera użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni.

    (245)

    F’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat ukoll sorsi li għandhom jintużaw biex jiġu stabbiliti prezzijiet u valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni. Is-sors ewlieni li l-Kummissjoni pproponiet li jintuża inkluda l-Atlas tal-Kummerċ Globali (il-“GTA”). Fl-aħħar nett, fl-istess nota, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċijiet ta’ fatturi ta’ produzzjoni tas-Sistema Armonizzata (SA) li abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati, inizjalment ġew ikkunsidrati biex jintużaw għall-analiżi tal-GTA.

    (246)

    Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni pubblikament disponibbli dwar valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-Nota.

    (247)

    Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni abbażi tal-kummenti tal-partijiet u l-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fit-tweġiba għall-kwestjonarju.

    (248)

    Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati, il-fatturi ta’ produzzjoni u s-sorsi tagħhom li ġejjin ġew identifikati fir-rigward tat-Turkija sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

    Tabella 2

    Fatturi ta’ produzzjoni u sorsi ta’ informazzjoni

    Materja prima

    Il-kodiċijiet tal-komodiatjiet fit-Turkija

    Valur

    Unità ta’ kejl

    Ligi tal-aluminju

    760120800000

    14,01

    kg

    Trab tal-alumina

    281820

    6,94

    kg

    Ingotti tal-aluminju

    760110

    12,73

    kg

    Aluminju likwidu

    760110000000 — kostijiet tal-ipproċessar

    12,20

    kg

    Fluworur tal-aluminju

    282612

    10,37

    kg

    Ruttam tal-aluminju

    760200190000

    11,01

    kg

    Ċangatura tal-aluminju

    760120200000

    13,91

    kg

    Ram katodiku

    740329

    39,47

    kg

    Kojl illaminat bil-kesħa

    760612920000

    26,06

    kg

    Kojl illaminat bis-sħana

    760612930000

    760612990000

    31,86

    kg

    Pjanċa rrumblata bis-sħana

    760612990000

    36,02

    kg

    Ingott tal-manjeżju

    810411

    19,50

    kg

    Aġent tar-ram tat-tidwib

    740329

    39,47

    kg

    Aġent Ferro tat-tidwib

    720299300000

    720299800000

    10,88

    kg

    Aġent tal-manganiż tat-tidwib

    811100

    15,59

    kg

    Kokk tal-petroleum

    271311

    0,42

    kg

    Piċċ

    270810

    3,82

    kg

    Żejt tal-laminazzjoni

    271012110000

    3,17

    kg

    Faħam tal-fwar

    270119000000

    0,59

    kg

    Wajer tal-karbonju tat-titanju

    760521

    21,77

    kg

    Ingott taż-żingu

    790111

    15,93

    kg

    Aġent tas-siliċju li jdub malajr

    280469

    18,38

    kg

    Aġent tal-ħadid

    732690

    37,13

    kg

    Aġent tal-kromju

    811221

    54,20

    kg

    Gagazza tal-aluminju

    262040

    7,59

    kg

    Żejt tal-iskart

    340399

    33,3

    kg

    Manodopera

    Manodopera

    Mhux applikabbli

    42,21

    siegħa

    Enerġija

    Elettriku

    Mhux applikabbli

    0,62

    Kwh

    Gass

    Mhux applikabbli

    1,95

    m3

    Ilma

    Mhux applikabbli

    5,21

    m3

    Prodott sekondarju/skart

    Ruttam tal-aluminju

    760200190000

    11,01

    kg

    3.5.1.   Materja prima użata fil-proċess ta’ produzzjoni

    (249)

    Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni (CIF) għall-pajjiż rappreżentattiv, kif irrapportat fil-GTA, mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO u elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (121). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ peress li kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (il-premessi (188) sa (224) ta’ hawn fuq). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw l-esportazzjoni. Fejn xieraq, il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni ġie aġġustat għad-dazji tal-importazzjoni.

    (250)

    Għal għadd żgħir ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni taħt rieżami. Peress li l-valur użat għal dawk ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ttrattat dawk il-fatturi ta’ produzzjoni bħala oġġetti konsumabbli kif spjegat fil-premessa (13).

    (251)

    Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost attwali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

    (252)

    Il-Kummissjoni nnotat li l-likwidu tal-aluminju, li ntuża bħala input minn waħda mill-kumpaniji fi ħdan Nanshan Group ma setax jiġi ttrasportat fuq distanzi twal u li ma kien jeżisti l-ebda valur ta’ riferiment internazzjonali għal dan l-input. Għalhekk, bħala alternattiva, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża bħala valur ta’ riferiment il-prezz mingħajr distorsjoni tal-ingott tal-aluminju li jaqa’ taħt il-kodiċi SA 7601 10 li minnu tnaqqsu l-kostijiet tal-ipproċessar, espressi bħala perċentwal, imġarrba mill-kumpanija kkonċernata biex tittrasforma l-likwidu tal-aluminju f’ingott (122).

    (253)

    Wara l-pubblikazzjoni tat-Tieni Nota, Nanshan Group tenna l-argument tiegħu ppreżentat wara l-pubblikazzjoni tal-Ewwel Nota, jiġifieri li r-ruttam tal-aluminju li uża biex jipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni kellu l-istess purità tal-aluminju bħall-oġġetti lesti u li, f’termini ta’ użu, dan il-prodott ġie rriċiklat fl-istadju tal-ikkastjar bl-istess mod bħall-ingotti tal-aluminju. Konsegwentement, skont Nanshan Group, il-kodiċi SA rrapportat mill-Kummissjoni fl-Ewwel u fit-Tieni Nota kien jirreferi għal prodott differenti, jiġifieri għar-ruttam tal-aluminju b’diversi sorsi, għal inqas purità u għal kompożizzjoni differenti ta’ liga.

    (254)

    Il-Kummissjoni rrieżaminat il-pretensjoni. Hija osservat abbażi tal-evidenza miġjuba minn Nanshan Group matul il-proċess tal-RCC li r-ruttam tal-aluminju użat (u mibjugħ) mill-kumpaniji differenti f’Nanshan Group ma kienx ipprezzat fl-istess livell bħall-ingotti tal-aluminju, iżda sar tnaqqis ta’ bejn 2 %-9 % skont il-grad tiegħu biex tiġi riflessa l-purità tar-ruttam. Għalhekk, ġie kkonfermat li l-prezz tal-ingotti tal-aluminju kien ogħla mill-prezz tar-ruttam.

    (255)

    Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-kodiċi rilevanti tal-komodità taħt in-nomenklatura Torka rrikonoxxa l-hekk imsejjaħ ruttam tal-manifattura (taħt kodiċi aktar raffinat tal-prodott bażiku 760200190000) li, meta mqabbel mar-ruttam taħt il-kodiċi tal-komodità 760200 900000, deher li jirrifletti aħjar it-tip ta’ ruttam ikkunsmat u prodott mill-Grupp Nanshan. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tenniet ukoll li ma kienet irċeviet l-ebda evidenza dwar il-kompożizzjoni partikolari tar-ruttam tal-aluminju importat taħt il-kodiċi SA msemmi biex tiġi appoġġata l-pretensjoni li huwa ruttam b’inqas purità u kompożizzjoni differenti ta’ liga. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża bħala valur ta’ riferiment il-prezz tal-importazzjoni taħt il-kodiċi tal-komodità 760200190000 u mhux prezz tal-importazzjoni għal ingott kif issuġġerit mill-kumpanija.

    (256)

    Nanshan Group argumenta wkoll li l-prezz tal-GTA bbażat fuq il-kodiċijiet SA ma ddifferenzjax l-użi aħħarin u l-ligi tal-kojl tal-aluminju, filwaqt li skont il-kwantità, porzjon kbir ħafna tal-kojls tal-aluminju importati jistgħu jintużaw għal prodotti mhux koperti mill-ambitu tal-prodott jiġifieri għall-industrija tal-karozzi jew tal-ajruspazju, jew, bħala stokk ta’ laned. Huwa argumenta li l-prezzijiet tal-ligi differenti u l-użi aħħarin varjaw sostanzjalment, u għalhekk, fil-fehma tiegħu, il-prezz medju tal-GTA naqas milli jipprovdi l-valur ta’ sostituzzjoni tal-kojl tal-aluminju speċifiku għal dak ikkunsmat minn Nanshan Group għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Nanshan Group ippropona li, minflok ma jittieħdu bħala valur ta’ riferiment il-prezzijiet tal-GTA, jintużaw il-prezzijiet ipprovduti fir-rapporti tas-CRU għall-prezz tal-istokk tal-fojl tal-liga 1050 li fil-fehma tiegħu kien simili ħafna għall-istokk tal-fojl tal-liga 8079 f’termini tal-kompożizzjoni kimika tiegħu.

    (257)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-pretensjoni. L-ewwel, hija osservat li taħt in-nomenklatura Torka, il-kodiċi SA użat bħala l-valur ta’ riferiment għall-kalkolu tal-marġni provviżorju kien jeskludi, kuntrarjament għall-pretensjoni ta’ Nanshan Group, l-akbar grupp ta’ prodotti li jaqgħu barra mill-ambitu tal-prodott jiġifieri l-prodotti li għandhom jintużaw mill-industrija tal-laned. It-tieni nett, fin-nomenklatura Torka, il-kodiċijiet tal-prodotti partikolari ddistingwew bejn il-ħxuna differenti, u għalhekk, ippermettew qasma aktar preċiża bejn it-tipi differenti ta’ prodotti, meta mqabbla mal-prezzijiet fir-rapport tas-CRU li rrefera biss għal ħxuna partikolari waħda. It-tielet, il-prezzijiet fir-rapporti tas-CRU kienu relatati mas-swieq fl-Unjoni u għalhekk ma kinux jirriflettu l-prezzijiet f’pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-prezzijiet fil-GTA tal-kojls importati kienu jirrappreżentaw valur ta’ riferiment aktar xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali meta mqabbel mal-prezzijiet indikati fir-rapport tas-CRU. Il-Kummissjoni, għalhekk, ċaħdet il-pretensjoni u ddeċidiet li tuża bħala valur ta’ riferiment il-prezz tal-importazzjoni taħt il-kodiċi SA 760612920000 għall-kojls illaminati bil-kesħa, il-medja tal-kodiċi tal-kommodità 760612930000, tal-kodiċi tal-kommodità 760612990000 għall-kojls illaminati bis-sħana u tal-kodiċi tal-kommodità 760612990000 għall-pjanċi.

    (258)

    Nanshan Group argumenta wkoll li għall-faħam bituminuż, il-Kummissjoni jenħtieġ li ma tibbażax ruħha fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-faħam fil-bażi tad-data tal-GTA, peress li l-kwantitajiet tal-importazzjoni fit-Turkija għall-2019 kienu negliġibbli. Minflok, il-Kummissjoni setgħet tikkunsidra l-prezzijiet tal-kokk termali u tal-kokk petroliferu fir-rapport tal-IHS (123).

    (259)

    Il-Kummissjoni l-ewwel osservat li ma kien hemm l-ebda evidenza biex jiġi kkunsidrat li l-prezz fil-bażi tad-data tal-GTA tal-kwantità importata (ta’ aktar minn 500 tunnellata) ma kienx rappreżentattiv ta’ prezz tas-suq jew li l-prezz fil-bażi tad-data tal-GTA kien ikun sostanzjalment differenti kieku l-volum ta’ importazzjonijiet kien ogħla. It-tieni, fir-rapport ippreżentat, il-prezzijiet kienu relatati, minbarra ċ-Ċina, ma’ ħames pajjiżi oħra biss, jiġifieri l-Awstralja, l-Indja, ir-Russja, l-Afrika t’Isfel u l-Indoneżja. Dawn il-prezzijiet varjaw bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi differenti. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza konvinċenti li l-prezzijiet f’dawk il-pajjiżi jkunu aktar rappreżentattivi ta’ prezz internazzjonali mingħajr distorsjoni mill-prezzijiet fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni u ddeċidiet li tuża bħala valur ta’ riferiment il-prezz tal-importazzjoni tal-faħam fit-Turkija.

    3.5.2.   Manodopera

    (260)

    Biex tistabbilixxi l-valur ta’ riferiment għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-aktar statistika riċenti ppubblikata mill-Istitut Statistiku Tork (124). Dan l-istitut jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni stabbiliet il-valur ta’ riferiment abbażi tal-kostijiet lavorattivi fis-siegħa għall-attività ekonomika C.24 (manifattura ta’ metalli bażiċi) (125). Il-valuri ġew aġġustati bl-użu tal-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi ppubblikat mill-istitut tal-istatistika Tork (126) bħala deflatur.

    3.5.3.   Elettriku

    (261)

    Biex tistabbilixxi l-prezz indikattiv għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Turkija ppubblikati mill-istitut tal-istatistika Tork (127). Il-valur ta’ riferiment ġie stabbilit abbażi tal-prezz tal-elettriku ppubblikat fil-25 ta’ Marzu 2020. Il-prezz kien jirreferi għat-tieni semestru tal-2019. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-medda tal-konsum korrispondenti li hija rispettivament 2 000 ≤ T < 20 000 MWh għall-konsumaturi medji u > 150 000 MWh għall-konsumaturi kbar ħafna.

    3.5.4.   Gass

    (262)

    Biex tistabbilixxi l-valur ta’ riferiment għall-gass, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-gass għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Turkija ppubblikati mill-istitut tal-istatistika Tork. Il-prezzijiet varjaw għal kull volum ta’ konsum (128). Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet korrispondenti għall-konsumaturi medji jew kbar. Il-Kummissjoni użat bħala valur ta’ riferiment l-aktar data riċenti relatata mat-tieni semestru tal-2019.

    (263)

    Kemm għall-elettriku kif ukoll għall-gass, il-Kummissjoni użat prezzijiet fil-livell nett (mingħajr VAT).

    3.5.5.   Ilma

    (264)

    Il-prezz tal-ilma fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Amministrazzjoni tal-Ilma u d-Drenaġġ ta’ Istambul (ISKI), l-Amministrazzjoni tal-Ilma u d-Drenaġġ ta’ Eskişehir u l-Amministrazzjoni tal-Ilma u d-Drenaġġ ta’ Antalya (129). Biex tistabbilixxi l-prezz indikattiv għall-ilma, il-Kummissjoni użat prezz medju tal-industrija fir-reġjun ta’ Istanbul, iż-Żona Industrijali Organizzata (OIZ) ta’ Eskişehir u l-prezzijiet fl-OIZ ta’ Antalya li għalihom l-informazzjoni rilevanti kienet pubblikament disponibbli.

    3.5.6.   SG&A u profitti

    (265)

    Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

    (266)

    Biex tistabbilixxi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u l-profitti, il-Kummissjoni użat l-SG&A u l-profitt tal-ħames kumpaniji fit-Turkija, li kienu ġew identifikati fl-investigazzjoni antidumping li tkopri l-prodott simili, jiġifieri prodotti tal-estrużjoni tal-aluminju kif spjegat fil-premessi (239)-(241). Għalhekk, il-Kummissjoni użat l-istess ċifri relatati mad-data finanzjarja tal-2018 bħal dawk użati fir-regolament reċenti li jimponi miżuri provviżorji fuq dak il-prodott fil-proċediment antidumping li għaddej li jikkonċerna estrużjonijiet tal-aluminju (130). Il-ħames kumpaniji użati kienu dawn li ġejjin:

    (1)

    Alugen Aluminyum Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi,

    (2)

    Eksal Aluminyum Kalip Sanayi Ve Ticaret Limited Sirketi,

    (3)

    Gensa Aluminyum Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi,

    (4)

    Onat Aluminyum Sanayi Ticaret Anonim Sirketi, u,

    (5)

    Okyanus Aluminyum Sanayi Ticaret Anonim Sirketi.

    (267)

    L-istess livell tal-profitt medju ponderat ta’ 7,2 % u tal-proporzjon medju ponderat tal-kostijiet tal-SG&A ta’ 12,2 % intuża f’din l-investigazzjoni.

    3.5.7.   Kalkolu tal-valur normali

    (268)

    Abbażi tal-prezzijiet u l-valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (269)

    Sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura għal kull entità legali li timmanifattura u tesporta l-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni ssostitwiet, għal kull produttur esportatur, fatturi ta’ produzzjoni mixtrija kemm minn partijiet relatati kif ukoll minn partijiet mhux relatati bil-fatturi ta’ produzzjoni identifikati fit-Tabella 2.

    (270)

    Nanshan Group argumenta li l-valur normali għall-Grupp jenħtieġ li jiġi kkalkulat b’mod konsolidat jiġifieri l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra biss li tissostitwixxi l-prezzijiet tal-fatturi ta’ produzzjoni li l-Grupp kien qed jixtri fil-bidu tal-proċess ta’ produzzjoni minn parti mhux relatata bil-prezzijiet indikattivi. Għalhekk, huwa kkunsidra li l-Kummissjoni jenħtieġ li tinjora l-bejgħ intragrupp ta’ prodotti intermedjarji. Nanshan Group irrefera b’mod partikolari għall-prattika tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ “entità ekonomika unika” bil-għan li tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni. Il-Grupp argumenta b’mod partikolari li l-kumpaniji kollha fil-Grupp kienu kkontrollati minn entità legali waħda, ma kien hemm l-ebda kuntratt bil-miktub għall-bejgħ bejn il-kumpaniji, il-kumpaniji kienu jinsabu fl-istess faċilità jew fil-qrib, it-tipi ta’ produzzjoni ma kinux jikkoinċidu, il-produzzjoni downstream tiddependi mill-produzzjoni upstream, u fl-aħħar nett, li l-kumpaniji ma għandhomx bejgħ ta’ esportazzjoni indipendenti.

    (271)

    Il-Kummissjoni osservat li tabilħaqq, il-produzzjoni ta’ tipi ta’ prodotti differenti u/jew stadji differenti fil-proċessi ta’ produzzjoni fil-Grupp kienet maqsuma bejn il-kumpaniji fil-Grupp, u li l-kumpaniji individwali użaw l-inputs tal-produzzjoni prodotti minn kumpanija relatata fil-grupp. Il-bejgħ intragrupp kien jinkludi bejgħ ta’ materja prima (bħal pereżempju l-aluminju likwidu), enerġija (bħal pereżempju l-elettriku) u anki prodott ikkonċernat li kien użat ulterjorment bħala input ta’ produzzjoni minn kumpanija downstream (bħal pereżempju kojls illaminati bil-kesħa użati minn waħda mill-kumpaniji biex tipproduċi fojl tal-aluminju).

    (272)

    Bi tweġiba, il-Kummissjoni nnotat li d-dikjarazzjoni ta’ Nanshan Group hija relatata mal-kostruzzjoni ta’ valur normali għad-diversi produtturi esportaturi fil-grupp. Meta l-prodott ikkonċernat jiġi prodott u esportat minn diversi entitajiet fil-grupp, il-prattika tal-Kummissjoni hija li tistabbilixxi valur normali għal kull tip ta’ prodott individwali investigat li jiġi esportat lejn l-Unjoni fi grupp ta’ kumpaniji għal kull produttur esportatur individwali separatament abbażi tad-data speċifika (hawnhekk, il-fatturi tal-produzzjoni) tal-produttur esportatur ikkonċernat. It-talba biex il-valur normali jiġi stabbilit fuq bażi konsolidata tassumi artifiċjalment li l-grupp jikkostitwixxi produttur uniku integrat. Kif spjegat hawn fuq, dan mhuwiex il-każ. Id-diversi kumpaniji produtturi tal-grupp jipproduċu l-prodott ikkonċernat b’mod separat. It-talba ġiet għaldaqstant miċħuda.

    (273)

    L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura bbażati fuq il-fatturi ta’ produzzjoni mixtrija minn kull waħda mill-kumpaniji. Hija mbagħad applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni ta’ kull wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-Kummissjoni naqqset il-kostijiet tal-manifattura bil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji użati mill-ġdid fil-proċess ta’ produzzjoni.

    (274)

    It-tieni, biex tasal għal kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-materja prima u l-oġġetti konsumabbli msemmija fil-premessa (250) u sussegwentement espressi bħala sehem tal-kostijiet tal-manifattura li fil-fatt ġew imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

    (275)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni żiedet l-SG&A u l-profitt, iddeterminati abbażi tal-ħames kumpaniji Torok (ara t-Taqsima 3.5.6). L-SG&A espress bħala perċentwal tal-kost tal-manifattura u applikat għall-kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, kien jammonta għal 15,16 %. Il-profitt espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, kien jammonta għal 9,07 %.

    (276)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni stabbiliet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.5.8.   Prezz tal-esportazzjoni

    (277)

    Meta l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ta’ Nanshan Group esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fiċ-Ċina jew f’pajjiżi terzi, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    (278)

    Żewġ kumpaniji f’Nanshan Group biegħu wkoll il-prodott ikkonċernat lill-Unjoni permezz ta’ kumpanija relatata addizzjonali fl-Unjoni li taġixxi bħala importatur. Għal dan il-bejgħ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti li saru relatati mal-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A, u għall-profitti, sabiex jiġi stabbilit prezz tal-esportazzjoni affidabbli, fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni.

    (279)

    Kumpanija oħra inkluża fil-kampjun, Xiamen Xiashun, esportat il-prodotti kkonċernati direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għal dan il-bejgħ, il-prezz tal-esportazzjoni kien għalhekk il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    3.5.9.   Tqabbil

    (280)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ex-works.

    (281)

    Sabiex tiżgura paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar u t-tagħbija, l-imballaġġ, l-iskontijiet, il-kostijiet tal-krediti, it-tariffi bankarji u imposti oħra fuq l-importazzjoni.

    (282)

    Il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat min-Nanshan Group ġie esportat permezz ta’ kumpanija kummerċjali domestika kollha kemm hi fiċ-Ċina, li bigħetu jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpanija kummerċjali relatata f’Singapor. Nanshan Group sostna li din il-kumpanija kummerċjali domestika aġixxiet bħala d-dipartiment intern tal-bejgħ tal-kumpaniji tal-produzzjoni. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-evidenza disponibbli bħalissa, il-Kummissjoni aċċettat il-pretensjoni b’mod provviżorju u ma sar l-ebda aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i).

    (283)

    Jiangsu Alcha Group esporta l-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat permezz ta’ negozjanti relatati fiċ-Ċina u f’Hong Kong. Waħda mill-kumpaniji fi ħdan Nanshan Group biegħet ukoll parzjalment il-prodott ikkonċernat lill-Unjoni permezz ta’ negozjant relatat f’Singapor, kif imsemmi fil-premessa preċedenti. Għalhekk għal dan il-bejgħ, il-Kummissjoni aġġustat il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji f’konformità mal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku billi dawn in-negozjanti kienu qed jaġixxu bħala aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni. L-aġġustament ammonta għall-SG&A u profitt tan-negozjant.

    3.5.10.   Marġnijiet tad-dumping

    (284)

    Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat biex tikkalkula l-marġni tad-dumping, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

    (285)

    Għall-kumpaniji f’Nanshan Group, hija kkalkulat marġnijiet ta’ dumping individwali għal kull kumpanija fil-Grupp u mbagħad, ikkalkulat marġni ta’ dumping ponderat għall-Grupp.

    (286)

    Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-medja ponderata tal-marġni ta’ dumping, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

    (287)

    Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 67,1 %.

    (288)

    Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-volum totali ta’ esportazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-importazzjonijiet tal-Eurostat — mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni.

    (289)

    Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu biss madwar 40 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li ma kkooperawx fil-livell tal-ogħla marġni stabbilit għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi abbażi tad-data tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-marġni tad-dumping stabbilit b’dan il-mod kien ta’ 183,3 %.

    (290)

    Il-marġnijiet ta’ dumping provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

    Kumpanija

    Marġni tad-dumping provviżorju

    Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

    88,3 %

    Nanshan Group

    122,1 %

    Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

    30,0 %

    Kumpaniji oħra li kkooperaw

    68,5 %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    183,7 %

    4.   DANNU

    4.1.   Kumment preliminari

    (291)

    Kif indikat fil-premessi (50) sa (52), il-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 u r-Renju Unit ma baqax soġġett għad-dritt tal-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2021. Konsegwentement, il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jipprovdu informazzjoni aġġornata fuq il-bażi tal-EU-27. Fid-dawl tal-istadju avvanzat tal-fażi provviżorja meta ntalbet din id-data aġġornata, bl-eċċezzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz, is-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni kienu bbażati fuq id-data tal-EU-28, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa li jmiss.

    (292)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li d-data tal-EU-28 kienet xierqa f’dan l-istadju wara li analizzat l-informazzjoni fil-fajl. Dan minħabba li l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-analiżi tad-dannu kienet tidher li hi limitata. Il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lejn ir-Renju Unit kien jirrappreżenta inqas minn 5 % tal-bejgħ totali tagħhom lil klijenti mhux relatati fl-UE. Hemm produttur wieħed biss tal-AFRPs li jinsab fir-Renju Unit. L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn ir-Renju Unit baqgħu stabbli u evolvew f’konformità mal-esportazzjonijiet lejn l-UE, u l-esportazzjonijiet tar-Renju Unit lejn l-UE baqgħu stabbli wkoll.

    (293)

    Fi kwalunkwe każ, is-sejbiet dwar id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni se jiġu vvalutati mill-ġdid fl-istadju definittiv fuq il-bażi tad-data tal-EU-27 u jiġu emendati, jekk ikun hemm bżonn. Dawk is-sejbiet se jiġu żvelati u l-partijiet se jkollhom l-opportunità li jikkummentaw.

    4.2.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (294)

    Il-prodott simili kien immanifatturat minn aktar minn 20 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (295)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 1 907 127 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tad-data tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ European Aluminium, li ġiet kontroverifikata għall-affidabbiltà u l-kompletezza mal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inkluża d-data tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (35), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 35 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

    4.3.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

    (296)

    Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk u sa liema punt l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellu jitqies fl-analiżi.

    (297)

    Biex tagħti stampa tal-industrija tal-Unjoni li kienet kompluta kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-AFRPs u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles.

    (298)

    Il-Kummissjoni sabet li parti żgħira ħafna mill-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għas-suq kaptiv kif muri fit-Tabella 3 ta’ hawn taħt. Is-suq kaptiv żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni iżda baqa’ f’livelli baxxi ħafna, inqas minn 1,5 % tal-konsum. Fejn xieraq, iċ-ċifri għas-suq kaptiv huma pprovduti u vvalutati separatament. Għal indikaturi oħra, bħall-produzzjoni, il-kapaċità, il-produttività, l-impjiegi u l-pagi, iċ-ċifri kkunsidrati hawn taħt huma relatati mal-attività kollha u għalhekk ma kienet iġġustifikata l-ebda separazzjoni.

    (299)

    Kif imsemmi fit-Taqsima 2.3.1, il-produttur esportatur mhux inkluż fil-kampjun Huafon talab l-esklużjoni tal-HEX AFRPs awtomobilistiċi mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ esklużjoni bħal din, huwa talab analiżi speċifika għas-segment fir-rigward tad-dumping, id-dannu, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni għall-HEX AFRPs awtomobilistiċi. B’appoġġ għat-talba tiegħu, huwa sostna li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi wrew similaritajiet mal-każijiet tar-roti tal-aluminju (131), fejn ġew identifikati kanali ta’ distribuzzjoni differenti (Fabbrikant tat-Tagħmir Oriġinali vs suq sekondarju), u b’hekk hija ġġustifikata analiżi skont is-segmenti. Huwa rrefera wkoll għar-rapporti tal-Korp tal-Appell fiċ-Ċina — HP-SSST (Ġappun)/iċ-Ċina — HP-SSST (UE) (132) mingħajr, madankollu, ma spjega eżattament kif din il-każistika tapplika għall-fatti ta’ dan il-każ.

    (300)

    Kif spjegat fil-premessi (62) sa (80), instab li l-HEX AFRPs awtomobilistiċi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħal AFRPs oħra u għalhekk waqgħu fl-ambitu tal-prodott ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li ma kienx hemm raġunijiet ta’ interess tal-Unjoni biex il-prodott jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni.

    (301)

    F’dak li għandu x’jaqsam mar-referenza għall-każijiet tar-roti tal-aluminju, ma hemm l-ebda linja ta’ diviżjoni ċara bejn l-HEX AFRPs awtomobilistiċi u AFRPs oħra f’termini ta’ kanali ta’ distribuzzjoni. Tabilħaqq, kif spjegat fil-premessa (74), l-HEX AFRPs awtomobilistiċi mhumiex l-uniku prodott destinat għall-industrija awtomobilistika. Il-prodott taħt investigazzjoni jkopri prodotti tal-karozzi oħra, bħal parts strutturali għal applikazzjonijiet tal-karozzi (xażi, komponenti), li jinbiegħu wkoll lill-fornituri ta’ Grad 1.

    (302)

    Barra minn hekk, filwaqt li dan il-produttur esportatur ma għamilx referenza għal elementi speċifiċi tar-rapport tal-Korp tal-Appell fl-HP-SSST imsemmi fil-premessa (299), il-fatti fl-investigazzjoni preżenti huma differenti. Fil-każ imsemmi, id-differenzi fil-prezzijiet bejn il-gradi differenti inkwistjoni kienu sinifikanti ħafna (+ 100 % jew +200 %). B’kuntrast ma’ dan, fil-każ attwali, ma hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-prezz bejn l-HEX AFRPs awtomobilistiċi u AFRPs oħra li kienet tindika linja ta’ diviżjoni ċara bejn dan il-prodott u AFRPs oħra. Għalhekk, l-analiżi fl-HP-SSST tapplika għal sitwazzjoni fattwali speċifika f’dak il-każ, u ma tistax tiġi estrapolata għal dan il-każ, fejn l-analiżi saret abbażi ta’ PCNs. Ta’ min ifakkar li l-awtorità investigattiva Ċiniża ma tapplikax metodu ta’ tqabbil tal-PCN. Fi kwalunkwe każ, ma hemm l-ebda obbligu legali li l-Kummissjoni twettaq analiżi segmentali f’kull każ, irrispettivament miċ-ċirkostanzi fattwali — la fir-Regolament bażiku u lanqas fil-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO u ma hemm xejn fir-rapporti tal-HP-SSST li jissuġġerixxi li l-Korp tal-Appell ħa pożizzjoni bħal din. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba għal analiżi speċifika għas-segment.

    (303)

    Il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun Xiamen Xiashun sostna li l-istokk tal-fojl ma kienx maħsub biex jiġi kopert mill-ilment. Il-produttur esportatur talab analiżi speċifika skont is-segment fuq il-bażi li l-istokk tal-fojl kien differenti mill-prodotti l-oħra deskritti bħala folji komuni u li nbiegħ permezz ta’ kanal ta’ distribuzzjoni differenti. Huwa sostna wkoll li l-istokk tal-fojl inbiegħ minn ftit kumpaniji u kien prinċipalment prodott u kkunsmat fis-suq kaptiv. B’appoġġ għat-talba tiegħu, huwa sostna li l-istokk tal-fojls awtomobilistiċi wera similaritajiet mal-każijiet tar-roti tal-aluminju (133), fejn ġew identifikati kanali ta’ distribuzzjoni differenti (Fabbrikant tat-Tagħmir Oriġinali vs suq sekondarju), u b’hekk hija ġġustifikata analiżi skont is-segmenti. Hija rreferiet ukoll għar-rapporti tal-Korp tal-Appell iċ-Ċina — HP-SSST (il-Ġappun)/iċ-Ċina — HP-SSST (UE) (134) mingħajr ma kienet aktar speċifika. Fl-aħħar nett, huwa argumenta li ma kienx elenkat bħala produttur fl-ilment u li l-prodotti tiegħu ma ssemmewx b’mod ċar.

    (304)

    Il-fatt li produttur ma kienx elenkat bħala produttur esportatur mill-ilmentatur ma jfissirx li mhuwiex ikkonċernat minn proċediment jew li l-prodotti tiegħu mhumiex koperti mill-proċediment. Fil-fatt, huwa naturali li l-ilmentaturi ma jkunux konxji tal-produtturi eżistenti kollha f’pajjiż partikolari u għalhekk il-lista pprovduta b’dan il-mod ma tistax tiġi mistennija li tkun eżawrjenti.

    (305)

    L-istokk tal-fojl jaqa’ fid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott, kif definit fil-premessa (55) sa (61) ta’ hawn fuq, u jista’ jiġi kklassifikat permezz tal-kodiċi tal-prodott previst mill-investigazzjoni f’termini ta’ ħxuna, forma, materjal użat, irfinar u ttemprar. Huwa għandu l-istess karatteristiċi kimiċi, tekniċi u fiżiċi bażiċi bħal AFRPs oħra peress li huma komposti minn aktar minn 95 % ta’ aluminju pur. Barra minn hekk, huma magħmula mill-istess ligi jew minn ligi simili u għandhom l-istess irfinar, ittemprar u ħxuna simili bħal AFRPs oħra.

    (306)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-kanali ta’ distribuzzjoni, ma hemm l-ebda linja ta’ diviżjoni ċara bejn l-istokk tal-fojl u AFRPs oħra. Fil-pretensjoni tiegħu, Xiamen Xiashun irrefera għall-każ tar-roti tal-aluminju (135) fejn saret distinzjoni bejn is-segmenti OEM u dak sekondarju. Madankollu, is-sitwazzjoni fil-każ inkwistjoni hija differenti peress li l-istokk tal-fojl ma jinbiegħx lil segment tas-suq differenti minn AFRPs oħra. Filwaqt li, bħal AFRPs oħra, l-istokk tal-fojl għandu l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu stess, tali prodott jinbiegħ lil utenti industrijali li jipproċessawh fi prodott differenti. Pereżempju, dan huwa minnu għal-limiti massimi tal-PP li se jsiru mill-AFRPs. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li tali prodott inbiegħ mill-produtturi tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Bl-istess mod, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biegħu wkoll il-prodotti esportati mill-produtturi l-oħra fil-kampjun irrispettivament mis-segment allegat tagħhom. Barra minn hekk, b’kuntrast mar-rapport tal-Korp tal-Appell dwar l-HP-SSST, fil-każ attwali, ma hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-prezz bejn l-istokk tal-fojl u AFRPs oħra li kienet tiddistingwi b’mod inekwivoku dan il-prodott minn AFRPs oħra. Ta’ min ifakkar ukoll li l-awtorità investigattiva Ċiniża ma tapplikax metodu ta’ tqabbil tal-PCN. Minbarra dan, kif imsemmi fil-premessa (302), ma hemm l-ebda obbligu legali li l-Kummissjoni twettaq analiżi segmentali f’kull każ, irrispettivament miċ-ċirkostanzi fattwali — la fir-Regolament bażiku u lanqas fil-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO u ma hemm xejn fl-HP-SSST li jissuġġerixxi li l-Korp tal-Appell ħa pożizzjoni bħal din. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba għal analiżi speċifika skont is-segment.

    (307)

    L-importatur Airoldi talab analiżi speċifika skont is-segment bejn il-ligi rotob u iebsa u sostna li kien hemm għadd kbir ta’ produtturi ta’ AFRPs ta’ liga ratba u ftit produtturi biss għal-ligi ibsin. Huwa sostna wkoll li ma kienx hemm biżżejjed kapaċità ta’ produzzjoni għal-ligi ibsin.

    (308)

    Airoldi ma pprovdiet l-ebda evidenza li kien hemm nuqqas ta’ provvista għall-AFRPs bil-ligi ibsin. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li AFRPs magħmula minn ligi ibsin jew rotob għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi ta’ AFRPs oħra koperti mid-definizzjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun jimmanifatturaw kemm ligi rotob kif ukoll iebsa fi kwantitajiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-ittemprar hija waħda mill-karatteristiċi previsti fid-definizzjoni tat-tipi ta’ prodotti differenti ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, l-allegati differenzi ta’ prodotti bħal dawn fi kwalunkwe każ inqabdu fit-tqabbil tal-prezzijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet ukoll din it-talba għal analiżi skont is-segmenti.

    4.4.   Konsum tal-Unjoni

    (309)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tad-data ta’ European Aluminium għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni flimkien mad-data tal-importazzjoni mill-Eurostat kif definit fil-premessa (312).

    (310)

    Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 3

    Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Konsum totali tal-Unjoni

    2 623 119

    2 772 585

    2 659 616

    2 403 637

    Indiċi

    100

    106

    101

    92

    Suq kaptiv

    19 347

    29 987

    34 953

    33 204

    Indiċi

    100

    155

    181

    172

    Suq ħieles

    2 603 772

    2 742 598

    2 624 664

    2 370 433

    Indiċi

    100

    105

    101

    91

    Sors: European Aluminium u Eurostat

    (311)

    Il-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni naqas b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Mill-2017 sal-2018, is-suq tal-Unjoni żdied b’6 % minn madwar 2,6 għal 2,7 miljun tunnellata qabel ma fl-2019 naqas b’erba’ punti perċentwali u kompla jonqos għal 2,4 miljun tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-konsum totali tal-Unjoni segwa xejra simili b’żieda fl-2018 segwita minn tnaqqis fl-2019, li kompla fil-perjodu ta’ investigazzjoni bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19.

    4.5.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    4.5.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (312)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data aġġustata tal-Eurostat għall-kodiċijiet NM skont il-metodoloġija mhux ikkontestata ssuġġerita mill-ilmentatur. Il-Kummissjoni vverifikat u kkonfermat l-istimi tal-ilmentatur fir-rigward tal-proporzjon tal-prodott ikkonċernat f’volumi importati taħt il-kodiċijiet NM indikati fin-Notifika ta’ Bidu (136).

    (313)

    Barra minn hekk, wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ emenda msemmi fin-nota f’qiegħ il-paġna 11, tqiesu wkoll l-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 7607 19 90 sabiex jiġi stabbilit il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat meta mqabbel mal-volum tal-konsum totali tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 3.

    (314)

    Minbarra l-analiżi tal-importazzjonijiet kumplessivi, il-Kummissjoni analizzat ukoll b’mod separat l-importazzjonijiet taħt l-ipproċessar attiv, minħabba s-sehem sinifikanti ta’ dawn tal-aħħar fil-każ inkwistjoni.

    (315)

    L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

    Tabella 4

    Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)

    160 869

    321 851

    345 720

    265 727

    Indiċi

    100

    200

    215

    165

    Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat taħt reġim ta’ pproċessar attiv (tunnellati)

    15 588

    108 188

    104 054

    60 824

    Indiċi

    100

    694

    668

    390

    Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat minbarra l-ipproċessar attiv

    145 281

    213 662

    241 666

    204 904

    Indiċi

    100

    147

    166

    141

    Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (%)

    6,2

    11,7

    13,2

    11,2

    Indiċi

    100

    190

    213

    181

    Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat taħt reġim ta’ pproċessar attiv (%)

    0,6

    3,9

    3,9

    2,5

    Indiċi

    100

    657

    658

    426

    Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat minbarra l-ipproċessar attiv (%)

    5,5

    7,7

    9,1

    8,5

    Indiċi

    100

    139

    164

    154

    Sors: Eurostat

    (316)

    L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’aktar mid-doppju bejn l-2017 u l-2019 u laħqu 345 720 tunnellata qabel ma naqsu bi 23 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-AFRPs żdiedu b’65 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (317)

    L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat taħt ipproċessar attiv żdiedu b’mod sinifikanti fl-2018 u laħqu 108 188 tunnellata qabel ma naqsu bi ftit fl-2019 u fi proporzjonijiet ħafna akbar (b’278 punt perċentwali) fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-AFRPs taħt reġim ta’ pproċessar attiv żdiedu b’290 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (318)

    L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat minbarra l-ipproċessar attiv żdiedu bil-kbir bejn l-2017 u l-2018 minn 145 281 tunnellata għal 213 662. Fl-2019, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet taħt l-ipproċessar attiv u l-importazzjonijiet kumplessivi mill-pajjiż ikkonċernat, dan reġa’ żdied bi 19-il punt perċentwali meta mqabbel mal-2018. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, dan naqas b’36 762 tunnellata. B’mod ġenerali, dawn l-importazzjonijiet żdiedu b’41 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (319)

    Il-produttur esportatur Xiamen Xiashun ikkummenta dwar l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 7606 11 99 fil-Greċja bejn l-2019 u l-2020 u staqsa jekk il-prodotti rrapportati taħt dan il-kodiċi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet fil-Greċja, kinux fil-fatt jaqgħu fl-ambitu tal-prodott.

    (320)

    Il-Kummissjoni investigat il-kwistjoni iżda ma setgħetx tasal għal konklużjonijiet sinifikattivi fl-istadju provviżorju. Fi kwalunkwe każ, jidher li sehem sinifikanti tal-importazzjonijiet Ċiniżi taħt il-kodiċi NM 7606 11 99 fil-Greċja u b’mod aktar ġenerali, fl-UE, saru taħt reġim ta’ pproċessar attiv fil-perjodu 2018–2019 u naqsu b’mod sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni se tkompli l-investigazzjoni tagħha dwar din il-kwistjoni fl-istadju definittiv.

    (321)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat l-ewwel żdied minn 6,1 % fl-2017 għal 11,6 % fl-2018 u għalhekk qabeż iż-żieda fil-konsum. Fl-2019, filwaqt li l-konsum naqas, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat komplew jiżdiedu u dan wassal għal sehem mis-suq ta’ 13,2 %. Is-sehem mis-suq naqas għal 11,2 % fil-PI. Madankollu, b’mod ġenerali, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied b’5 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ekwivalenti għal żieda ta’ 81 %.

    (322)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet taħt reġim ta’ pproċessar attiv mill-pajjiż ikkonċernat żdied minn 0,6 % fl-2017 għal 3,9 % fl-2018 u l-2019 qabel ma niżel għal 2,5 % fil-PI.

    (323)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minbarra l-ipproċessar attiv mill-pajjiż ikkonċernat żdied minn 5,5 % fl-2017 għal 9,1 % fl-2019. Fil-PI, wara tnaqqis f’dawn l-importazzjonijiet u fil-konsum, b’mod aktar estiż, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minbarra l-ipproċessar attiv naqas għal 8,5 %. B’mod ġenerali, dan is-sehem mis-suq żdied b’54 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    4.5.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

    (324)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat permezz tal-kodiċijiet NM u l-metodoloġija indikata fil-premessi (312) u (313).

    (325)

    Il-prezz medju pponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

    Tabella 5

    Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata)

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Importazzjonijiet kollha

    2 437

    2 296

    2 177

    2 205

    Indiċi

    100

    94

    89

    91

    Ipproċessar attiv

    2 856

    2 139

    1 968

    2 098

    Indiċi

    100

    75

    69

    73

    Importazzjonijiet minbarra pproċessar attiv

    2 391

    2 376

    2 266

    2 237

    Indiċi

    100

    99

    95

    94

    3 Xhur ta’ LME Aluminium — Ask (EUR/tunnellata)

    1 752

    1 791

    1 617

    1 535

    Indiċi

    100

    102

    92

    88

    Sors: Eurostat, LME

    (326)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn EUR 2 437 għal EUR 2 205 kull tunnellata. Dawk il-prezzijiet baqgħu b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, kif muri fit-Tabella 9.

    (327)

    Il-prezz tal-importazzjonijiet taħt l-ipproċessar attiv naqas b’mod sinifikanti fl-2018 meta l-volum ta’ importazzjoni ta’ importazzjonijiet bħal dawn żdied b’mod sinifikanti. B’mod ġenerali, dan naqas b’27 % u baqa’ b’mod sinifikanti taħt il-prezz medju tal-importazzjonijiet bl-esklużjoni tal-ipproċessar attiv mill-2018 ’il quddiem.

    (328)

    Il-prezz tal-importazzjonijiet minbarra l-ipproċessar attiv naqas kontinwament b’EUR 2 391/tunnellata fl-2017 u laħaq EUR 2 237 fil-PI (–6 %).

    (329)

    Dawn l-iżviluppi jenħtieġ li jitqiesu fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-indiċijiet dinjija tal-aluminju bħall-kwotazzjoni tal-prezz ta’ 3 xhur ta’ LME Aluminium (“LME”) (EUR/tunnellata) li turi l-prezz tal-aluminju bħala materja prima u spiss tintuża bħala punt ta’ referenza għan-negozjar tal-prezz finali tal-ARFPs. F’dan ir-rigward, jidher li l-korrelazzjoni kienet l-ogħla bejn l-LME u l-prezzijiet Ċiniżi ta’ importazzjonijiet taħt reġimi oħra (0,97). Il-korrelazzjoni bejn l-LME u l-prezz tal-importazzjonijiet taħt l-ipproċessar attiv kienet l-aktar baxxa (0,5). Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, abbażi tal-prezzijiet medji tal-Unjoni fit-Tabella 9 ta’ hawn taħt, kien hemm differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-prezzijiet tal-Unjoni ta’ madwar 18 % meta mqabbla mal-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u madwar 17 % meta mqabbla mal-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina minbarra l-ipproċessar attiv.

    (330)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (137) billi qabblet:

    (a)

    il-prezzijiet medji tal-bejgħ ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jintalbu lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

    (b)

    il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni (138).

    (331)

    It-tqabbil tal-prezzijiet sar tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament debitu fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 4,6 % u 11,2 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. It-twaqqigħ tal-prezz medju ponderat li nstab kien ta’ 7,5 %.

    (332)

    Il-produttur esportatur Xiamen Xiashun sostna li, abbażi tal-karatteristiċi tal-PCN, l-istokk tal-fojl ikun simili għall-istokk tal-pinen, it-tappijiet PP u l-folji litografiċi. Huwa sostna wkoll li fid-dawl tal-użu tiegħu bħala materja prima għall-imtieħen tal-irrumblar tal-fojl, dan il-prodott kellu prezz differenti mit-tipi ta’ prodotti msemmija hawn fuq. Xiamen Xiashun talab lill-Kummissjoni tikseb mill-produtturi tal-Unjoni l-kuntratti u l-prezzijiet tagħhom għall-bejgħ tal-istokk tal-fojl b’mod speċifiku u tqabbel dawn il-prezzijiet mal-prezzijiet mitluba minn Xiamen Xiashun għall-istokk tal-fojl li biegħ lill-UE.

    (333)

    Madankollu, Xiamen Xiashun ma pprovdiex evidenza fir-rigward tal-allegata differenza fil-prezz bejn l-applikazzjonijiet differenti (stokk tal-pinen, tappijiet PP u folji litografiċi) u l-mudelli li esporta lejn l-UE. Barra minn hekk, huwa ma kkwantifikax dawn id-differenzi. Fi kwalunkwe każ, il-prodotti ta’ Xiamen Xiashun ma tqabblux mal-istokk tal-pinen jew mal-folji litografiċi minħabba li dawn il-prodotti ma nbigħux mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun taħt l-istess kodiċi tal-prodott bħall-istokk tal-fojl. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx din il-pretensjoni.

    4.6.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.6.1.   Kummenti ġenerali

    (334)

    F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kienu jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (335)

    Kif indikat fil-premessi (35) sa (37), intuża l-kampjunar għas-sejbien tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    (336)

    Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aluminju li kienet tinkludi data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (337)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

    (338)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

    4.6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    4.6.2.1.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (339)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 6

    Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    2 130 916

    2 164 561

    2 104 231

    1 907 127

    Indiċi

    100

    102

    99

    89

    Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

    2 471 262

    2 528 879

    2 522 331

    2 509 831

    Indiċi

    100

    102

    102

    102

    Użu ta’ kapaċità (%)

    86,2

    85,6

    83,4

    76,0

    Indiċi

    100

    99

    97

    88

    Sors: European Aluminium, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (340)

    Il-volum tal-produzzjoni l-ewwel żdied fl-2018 bħala konsegwenza ta’ żieda fil-bejgħ tal-esportazzjoni u fis-suq kaptiv. Dan naqas fl-2019 u kompla jonqos fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-volum tal-produzzjoni naqas bi 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (341)

    Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet bi ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Hekk kif il-volum tal-produzzjoni naqas b’mod ġenerali u l-kapaċità żdiedet bi ftit, l-użu tal-kapaċità juri xejra ’l isfel (–12 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    4.6.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

    (342)

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 7

    Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni — kemm użu ħieles kif ukoll użu ristrett (tunnellati)

    1 742 739

    1 726 391

    1 650 249

    1 518 343

    Indiċi

    100

    99

    95

    87

    Bejgħ u użu tas-suq kaptiv

    19 347

    29 987

    34 953

    33 204

    Indiċi

    100

    155

    181

    172

    Bejgħ u użu fis-suq kaptiv bħala % tal-bejgħ totali tas-suq

    0,7

    1,1

    1,3

    1,4

    Indiċi

    100

    147

    178

    187

    Bejgħ fis-suq ħieles

    1 723 392

    1 696 403

    1 615 297

    1 485 139

    Indiċi

    100

    98

    94

    86

    Sehem mis-suq (tal-bejgħ fis-suq ħieles (%)

    66,2

    61,9

    61,5

    62,7

    Indiċi

    100

    93

    93

    95

    Sors: European Aluminium, Eurostat u produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (343)

    Il-bejgħ totali fl-UE segwa xejra ’l isfel matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (–13 %) u kien diġà naqas b’5 % fl-2019.

    (344)

    Kif imsemmi fil-premessa (298), parti żgħira ħafna tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għas-suq kaptiv. Din il-parti kienet tammonta għal inqas minn 1,5 % tal-konsum tal-Unjoni.

    (345)

    Il-bejgħ totali fis-suq ħieles mill-industrija tal-Unjoni naqas bi kważi 240 000 tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li l-konsum kien żdied għall-ogħla livell tiegħu fl-2018 (+ 5 %), dak il-bejgħ kien diġà wera xejra ’l isfel (–2 %) li kompliet fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-bejgħ ġenerali fis-suq ħieles tal-UE naqas b’14 %.

    (346)

    Is-sehem mis-suq tal-bejgħ tas-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 66,2 % fl-2017 għal 62,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Wara li naqas b’7 % fl-2018–2019, dan żdied b’1,2 punti perċentwali.

    4.6.2.3.   Tkabbir

    (347)

    F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet il-volumi tal-bejgħ fl-UE iżda wkoll is-sehem mis-suq fis-suq ħieles.

    4.6.2.4.   Impjiegi u produttività

    (348)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 8

    Impjiegi u produttività

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Għadd ta’ impjegati (Ekwivalenti għall-Full Time “FTE”)

    9 025

    8 518

    8 644

    8 240

    Indiċi

    100

    94

    96

    91

    Produttività (tunnellata/FTE)

    236

    254

    243

    231

    Indiċi

    100

    108

    103

    98

    Sors: European Aluminium u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (349)

    L-impjiegi naqsu b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni hekk kif l-industrija tal-Unjoni ppruvat tiżgura s-sostenibbiltà tagħha u tallinjaha mad-domanda fis-suq domestiku.

    (350)

    Konsegwentement, fl-2018, il-produttività tagħha l-ewwel tjiebet minn 236 għal 254 tunnellata/FTE qabel ma naqset wara t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. Il-produttività ġenerali ddeterjorat bi 2 %.

    4.6.2.5.   Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

    (351)

    Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-kobor tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

    (352)

    Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

    4.6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    4.6.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (353)

    Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 9

    Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles (EUR/tunnellata)

    2 792

    2 888

    2 752

    2 680

    Indiċi

    100

    103

    99

    96

    Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

    2 712

    2 854

    2 762

    2 739

    Indiċi

    100

    105

    102

    101

    3 Xhur ta’ LME Aluminium — Ask (EUR/tunnellata)

    1 752

    1 791

    1 617

    1 535

    Indiċi

    100

    102

    92

    88

    Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u LME

    (354)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati (is-suq ħieles) l-ewwel żdiedu minn 2 792 għal EUR 2 888/tunellata fl-2018. Imbagħad naqas b’4 punti perċentwali fl-2019 qabel naqas għal EUR 2 680/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (355)

    Jenħtieġ li din ix-xejra titqies fid-dawl tal-iżviluppi fl-industrija. L-ewwel, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ippruvaw iżommu l-istess volum ta’ produzzjoni biex inaqqsu l-kost tagħhom filwaqt li jadattaw it-taħlita tal-prodott tagħhom biex iżidu l-bejgħ tagħhom ta’ prodotti b’valur miżjud għoli. Il-prezzijiet tagħhom imbagħad segwew tendenza ta’ tnaqqis f’konformità mal-evoluzzjoni tal-prezz tal-aluminju tal-LME bħala materja prima kif irrapportat fit-Tabella 9.

    (356)

    Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun kien affettwat bil-kbir ukoll mill-iżvilupp tal-prezz tal-LME u kien jinkludi l-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-produtturi inklużi fil-kampjun biex jaqilbu għal prodotti ta’ valur miżjud ogħla. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni osservat mill-2019 ’il quddiem kellu impatt negattiv fuq il-kost unitarju tal-produzzjoni. B’mod ġenerali, il-kost tal-produzzjoni żdied b’1 % filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles naqas b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod parallel, il-prezz tal-LME tal-aluminju naqas bi 12 %.

    (357)

    Importatur wieħed, Nilo, sostna li l-produtturi Ġermaniżi bbenefikaw minn tnaqqis fil-kostijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kostijiet tal-elettriku tagħhom. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tal-Unjoni kellhom jassorbu kostijiet tal-elettriku diretti u indiretti ogħla li jirriżultaw mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (“ETS”) (139), li permezz tagħha l-kumpaniji tal-UE se jirċievu inqas kwoti tas-CO2 mingħajr ħlas u għalhekk jeħtieġ li jixtru kwoti addizzjonali tas-CO2 tal-UE biex jipproduċu l-istess volum ta’ AFPRs. Fil-każ inkwistjoni, ir-riżultat nett bejn iż-żieda fil-kost tal-elettriku għall-produtturi Ġermaniżi u l-kumpens irċevut kien telf nett u għalhekk il-pretensjoni tal-importatur hija fattwalment skorretta. Abbażi ta’ dan, din il-pretensjoni ma ġiex milqugħa.

    4.6.3.2.   Kostijiet lavorattivi

    (358)

    Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 10

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

    70 255

    72 448

    72 523

    73 430

    Indiċi

    100

    103

    103

    105

    Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (359)

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kumpanija waħda inkluża fil-kampjun ġarrbet kostijiet tar-ristrutturar li huma riflessi fil-kost lavorattiv.

    4.6.3.3.   Inventarji

    (360)

    Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 11

    Inventarji

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    L-istokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

    63 273

    66 879

    65 204

    65 455

    Indiċi

    100

    106

    103

    103

    L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

    7,8

    8,3

    8,4

    9,2

    Indiċi

    100

    106

    108

    118

    Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (361)

    L-istokks tal-għeluq baqgħu f’livell raġonevoli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Peress li l-industrija tal-AFRPs ġeneralment topera fuq bażi ta’ produzzjoni skont l-ordni, dan l-indikatur huwa ta’ inqas importanza fl-analiżi ġenerali tad-dannu.

    (362)

    Il-perċentwal tal-istokkijiet tal-għeluq espress fuq il-produzzjoni juri żieda ġenerali li hija prinċipalment dovuta għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni.

    4.6.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    (363)

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 12

    Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

    2,8

    1,2

    –0,4

    –2,2

    Indiċi

    100

    42

    –13

    -78

    Il-fluss tal-flus (EUR)

    97 502 816

    82 877 851

    92 397 462

    43 585 647

    Indiċi

    100

    85

    95

    45

    Investimenti (EUR)

    64 646 226

    73 447 421

    160 412 341

    141 607 601

    Indiċi

    100

    114

    248

    219

    Redditu fuq l-investimenti (%)

    12,0

    7,3

    3,6

    –2,8

    Indiċi

    100

    60

    30

    –23

    Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (364)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

    (365)

    Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati nbidel minn profitt fl-2017 għal telf fl-2019 u fil-PI. Għalhekk, il-profittabbiltà segwiet xejra ’l isfel kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 2,8 % fl-2017 għal –2,2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (366)

    Huwa importanti li, kif spjegat fil-premessa (356), il-kostijiet tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu aktar mill-prezzijiet tagħhom, li wassal għal tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess mod li bih il-kostijiet kienu qed jiżdiedu minħabba l-pressjoni ’l isfel ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (kemm f’termini ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi). Tabilħaqq, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet Ċiniżi kienu konsistentement baxxi u ferm taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (ara t-tabelli 5 u 9), li jillimita ż-żidiet fil-prezzijiet li kienu jkunu mistennija fil-kuntest ta’ domanda li qed tikber (sal-2019) u bidla fit-taħlita tal-prodotti (prodotti ta’ valur aktar għoli). Dan irriżulta f’soppressjoni tal-prezzijiet u tnaqqis fil-profittabbiltà. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, is-soppressjoni tal-prezzijiet kompliet. Tabilħaqq, filwaqt li l-prezzijiet Ċiniżi żdiedu bi ftit, dawn baqgħu ferm taħt il-livell tal-prezz miksub mill-industrija tal-Unjoni. Evidenza ta’ dan huma wkoll il-marġni sinifikanti ta’ twaqqigħ tal-prezz iddikjarati fil-premessa (331).

    (367)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni f’konformità mal-evoluzzjoni tal-profittabbiltà. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-fluss tal-flus naqas b’55 %.

    (368)

    L-investimenti żdiedu b’119 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn kienu xprunati mit-tnedija tal-pjanijiet ta’ investiment minn żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-investimenti saru sabiex ikun hemm titjib fl-effiċjenza u biex in-negozji jitmexxew lejn prodotti b’valur miżjud għoli u enfasi fuq il-klijent. Dan tqies bħala essenzjali għall-produtturi inklużi fil-kampjun biex iżommu l-kompetittività fis-suq u jkunu jistgħu jsegwu l-aħħar żviluppi tal-prodott u joffru prodotti ta’ kwalità.

    (369)

    Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppata b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 12 % fl-2017 għal –2,8 % fil-PI. Dan l-iżvilupp isegwi t-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

    (370)

    It-tliet produtturi inklużi fil-kampjun huma parti minn gruppi akbar ta’ kumpaniji u komplew iżidu l-kapital għall-investimenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, b’redditi fuq l-investiment jonqsu daqshekk malajr, huwa ċar li l-kapaċità tal-entitajiet produtturi inklużi fil-kampjun biex jiġġeneraw il-kapital fil-futur tinsab f’periklu.

    4.6.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

    (371)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet tal-AFRPs miċ-Ċina żdiedu b’mod sinifikanti kemm f’termini assoluti (+ 65 %) kif ukoll f’termini relattivi (+ 5 punti perċentwali fis-sehem mis-suq) filwaqt li l-konsum fl-UE naqas bi 8 %. Iż-żieda fl-importazzjonijiet kienet tikkonċerna kemm l-importazzjonijiet taħt l-ipproċessar attiv kif ukoll l-importazzjonijiet totali minbarra l-ipproċessar attiv. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu konsistentement baxxi u b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’medja ta’ 7,5 %. Irrispettivament mit-twaqqigħ tal-prezz speċifiku li nstab fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni osservat ukoll li l-prezzijiet Ċiniżi kienu konsistentement baxxi u b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat (ara t-tabelli 5 u 9). L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess mod li bih il-kostijiet kienu qed jiżdiedu minħabba l-pressjoni ’l isfel ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (kemm f’termini ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi).

    (372)

    Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi makroekonomiċi wrew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-UE, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u l-produttività. Il-kapaċità biss uriet xejra kemxejn pożittiva. Bl-istess mod, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi mikroekonomiċi wrew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bħall-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-UE, il-kost tal-produzzjoni, il-kostijiet lavorattivi, il-profittabbiltà, l-istokks tal-għeluq, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti. L-investimenti biss urew xejra pożittiva wara li l-produtturi inklużi fil-kampjun għamlu investimenti sabiex iżommu l-kompetittività u jsegwu l-aħħar żviluppi tal-prodott. L-istess indikaturi tad-dannu żviluppaw ukoll b’mod negattiv meta wieħed iħares lejn il-perjodu 2017–2019, jiġifieri, qabel il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19.

    (373)

    L-industrija tal-Unjoni adattat it-taħlita tal-prodotti tagħha sabiex tiżgura marġnijiet aħjar fuq prodotti b’valur miżjud ogħla matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni filwaqt li żżomm volum suffiċjenti biex tnaqqas il-kostijiet fissi tagħha. F’dan il-kuntest, il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’mod naturali. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum fl-2018–2019 u kellha tnaqqas il-kostijiet fissi tagħha fuq volum ta’ produzzjoni aktar baxx (–11 %) li wassal għal żieda ġenerali fil-kostijiet tal-produzzjoni (+ 1 %) filwaqt li l-prezz tal-aluminju ta’ 3 xhur tal-LME kien naqas (–12 %). F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet tal-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat ukoll kompetizzjoni qawwija fis-swieq ta’ valur miżjud ogħla u ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha għal-livell mistenni (–4 %). Fid-dawl tal-iżviluppi fil-kostijiet u fil-prezzijiet, il-profittabbiltà ddeterjorat b’mod progressiv u qalbet għal sitwazzjoni ta’ telf diġà fl-2019 qabel ma s-sitwazzjoni aggravat fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (374)

    Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

    5.   KAWŻALITÀ

    (375)

    F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping. Ġew identifikati l-fatturi potenzjali li ġejjin: il-pandemija tal-COVID-19, it-tnaqqis fid-domanda, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-istrateġija kummerċjali tal-industrija tal-Unjoni, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-effiċjenza tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni u l-obbligi kuntrattwali marbuta mal-prezz tal-LME aluminium.

    5.1.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping

    (376)

    Id-deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida mal-penetrazzjoni sinifikanti mill-importazzjonijiet miċ-Ċina, li konsistentement waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u rażżnu l-prezz tas-suq tal-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (371), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’medja ta’ 7,5 %.

    (377)

    Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied (kif muri fit-Tabella 4) minn madwar 161 000 tunnellata fl-2017 għal madwar 266 000 fil-perjodu ta’ investigazzjoni, żieda ta’ 65 %. F’termini ta’ sehem mis-suq, iż-żieda kienet ta’ 81 %, minn 6,2 % għal 11,2 %. Matul l-istess perjodu (kif muri fit-Tabella 7), il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’14 % u s-sehem mis-suq tagħha fis-suq ħieles naqas minn 66,2 % għal 62,7 %, tnaqqis ta’ 5 %. Sakemm issir l-analiżi tal-importazzjonijiet fil-Greċja taħt ipproċessar attiv, il-Kummissjoni eżaminat l-importazzjonijiet li jeskludu wkoll dawk l-importazzjonijiet. F’każ bħal dan, ix-xejra tkun simili u turi żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi b’41 % u żieda fis-sehem mis-suq b’54 % minn 5,5 % għal 8,5 %.

    (378)

    Is-sitwazzjoni fil-perjodu 2017–2019 hija saħansitra aktar evidenti hekk kif l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’aktar mid-doppju (minn 161 000 tunnellata għal 354 000 tunnellata) u laħqu sehem mis-suq ta’ 13,2 % filwaqt li s-sehem mis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni naqas għal 61,5 % (-4,7 punti perċentwali). Tabilħaqq, minkejja tnaqqis fil-konsum bejn l-2018 u l-2019, l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jiżdiedu u jiksbu sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni.

    (379)

    L-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping żdiedu b’mod stabbli fuq bażi ta’ sena wara sena f’termini kemm assoluti kif ukoll relattivi sal-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 fl-ewwel nofs tal-2020 (dan huwa analizzat fit-taqsima li jmiss). Kif jidher mit-Tabelli 3 u 4, iż-żieda fil-konsum fl-2018 u l-2019 kienet ta’ benefiċċju prinċipalment għall-importazzjonijiet Ċiniżi. It-tnaqqis evidenti fil-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jagħti impressjoni żbaljata. Ħarsa mill-qrib lejn ix-xejriet fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni tagħmel ir-relazzjoni bejn l-importazzjonijiet u d-dannu mġarrab mill-industrija pjuttost evidenti. Tabilħaqq, l-istampa li wieħed jista’ jara matul il-perjodu ta’ investigazzjoni hija biss estensjoni tax-xejra osservata, kemxejn imnaqqsa mill-impatt ġenerali tal-pandemija fuq il-produzzjoni Ċiniża, l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u l-konsum fl-UE.

    (380)

    Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping naqsu b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (kif muri fit-Tabella 5) minn 2 437 għal EUR 2 205/tunnellata. B’paragun, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu biss b’4 % matul l-istess perjodu; jiġifieri minn EUR 2 792/tunnellata fl-2017 għal EUR 2 680/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, għalkemm bdew minn livell ta’ prezz aktar baxx fl-2017, il-prezzijiet Ċiniżi naqsu aktar (-EUR 232/tunnellata) mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (-EUR 112/tunnellata) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, fil-perjodu 2017–2019, it-tnaqqis fil-prezzijiet Ċiniżi ammonta għal 11 % filwaqt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu naqsu b’1 %.

    (381)

    L-importazzjonijiet taħt l-ipproċessar attiv saru bi prezzijiet aktar baxxi mill-importazzjonijiet bl-esklużjoni tal-ipproċessar attiv. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina taħt ipproċessar attiv kienu wkoll ħafna inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni. Dawn il-prezzijiet żviluppaw b’mod erratiku u jidhru li huma kompletament maqtugħa mill-evoluzzjoni tal-prezzijiet dinjija tal-aluminju bħal-LME. Dawn naqsu b’27 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (382)

    Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping bl-esklużjoni tal-ipproċessar attiv, li jirrappreżentaw medja ta’ aktar minn 70 % tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, naqsu b’mod stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn EUR 2 391/tunnellata fl-2017 għal EUR 2 237/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni jew b’6 % b’mod ġenerali.

    (383)

    L-iżvilupp tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping juri trażżin sinifikanti tal-prezzijiet. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess mod li bih il-kostijiet kienu qed jiżdiedu minħabba l-pressjoni ’l isfel ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina (kemm f’termini ta’ volumi kif ukoll ta’ prezzijiet baxxi). Tabilħaqq, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet Ċiniżi kienu konsistentement baxxi u ferm taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li jillimita ż-żidiet fil-prezzijiet li kienu jkunu mistennija fil-kuntest ta’ domanda li qed tikber (sal-2019) u bidla fit-taħlita tal-prodotti (prodotti ta’ valur aktar għoli). Dan irriżulta fi tnaqqis fil-prezzijiet u fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

    (384)

    Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni nkisbet mhux biss fil-partijiet tal-komoditajiet tas-suq fejn normalment japplikaw kuntratti fuq terminu qasir iżda wkoll f’partijiet oħra tas-suq fejn prodotti b’valur miżjud ogħla jinbiegħu fil-qafas ta’ kuntratti fuq terminu medju/twil. Il-prezz mhuwiex l-uniku element importanti f’kuntratti bħal dawn iżda huwa ċar li l-prezzijiet baxxi (li jirriflettu l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz indikati hawn fuq ta’ medja ta’ 7,5 %) għandhom rwol ewlieni fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-klijenti.

    (385)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Dannu bħal dan kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz.

    5.1.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

    5.1.2.1.   Kontrazzjoni fid-domanda

    (386)

    Importatur wieħed, Airoldi, sostna li t-tnaqqis fil-konsum kien relatat ma’ tnaqqis fid-domanda fis-settur ajruspazjali. Għalhekk, dan l-importatur talab l-inklużjoni ta’ dan is-settur fl-analiżi tad-dannu.

    (387)

    Kif indikat fil-premessa (57), il-prodotti għall-użu fil-manifattura ta’ parts tal-inġenji tal-ajru huma esklużi minn din l-investigazzjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ġiex milqugħa.

    (388)

    Importatur ieħor, Nova Trading S.A. (Nova Trading), sostna li l-industrija tal-Unjoni kienet żiedet il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha biex tilħaq tkabbir mistenni fis-suq tal-vetturi elettriċi li ma mmaterjalizzax u dan wassal għal prezzijiet aktar baxxi u profittabbiltà aktar baxxa. Madankollu, l-AFPRs għall-użu bħala pannelli tal-karrozzerija fl-industrija tal-karozzi huma esklużi mill-ambitu tal-prodott u għalhekk kwalunkwe dannu mġarrab minnhom mhuwiex kopert jew muri minn din l-investigazzjoni. Din il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (389)

    Il-produttur esportatur Xiamen Xiashun sostna li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-2019 kienet aktar moderata mit-tnaqqis fil-konsum tal-2019 u li l-industrija tal-Unjoni kienet aktar affettwata mit-tnaqqis fil-konsum milli miż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi. L-istess produttur esportatur sostna li l-indikaturi makroekonomiċi kienu stabbli sa nofs/tmiem l-2019 u li t-tnaqqis fid-domanda kien il-kawża tad-dannu.

    (390)

    Iż-żieda addizzjonali fl-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-2019, li seħħet f’perjodu meta l-konsum naqas, jenħtieġ li titqies bħala evidenza oħra ta’ dannu. Tabilħaqq, meta d-domanda tkun qed tonqos, wieħed normalment jistenna li l-produtturi kollha jiġu affettwati b’mod simili jew li saħansitra l-esportazzjonijiet jonqsu aktar meta mqabbla mal-bejgħ domestiku (il-bejgħ tal-Unjoni) fid-dawl tal-prossimità bejn il-produtturi domestiċi u l-klijenti. Madankollu, fl-2019, l-importazzjonijiet miċ-Ċina komplew jiżdiedu f’termini assoluti u dan wassal għal żieda fis-sehem mis-suq b’1,5 punti perċentwali meta mqabbel mal-2018 għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, meta l-konsum naqas b’madwar 113 000 tunnellata, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’madwar 76 000 tunnellata. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni assorbiet 67 % tat-tnaqqis filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’madwar 24 000 tunnellata. B’mod parallel, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi diġà baxxi komplew jonqsu b’5 %.

    (391)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-evoluzzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi, is-snin 2018 u 2019 diġà wrew sinjali ta’ dannu peress li l-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-impjiegi kienu diġà ddeterjoraw b’mod sinifikanti. Fi kwalunkwe każ, l-analiżi tad-dannu jenħtieġ li ma tkunx ibbażata biss fuq l-evoluzzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi iżda fuq valutazzjoni ġenerali tal-indikaturi mikroekonomiċi u makroekonomiċi. Meta wieħed iħares lejn is-sena 2018 u s-sena 2019 kollha kemm hi, iż-żewġ tipi ta’ indikaturi diġà kienu qed juru sitwazzjoni dannuża.

    5.1.2.2.   Il-pandemija tal-COVID-19

    (392)

    Il-pandemija tal-COVID-19 li bdiet fl-ewwel nofs tal-2020 affettwat is-sitwazzjoni fis-suq tal-UE b’diversi modi. Kien hemm tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-UE akkumpanjat minn tnaqqis fl-importazzjonijiet miċ-Ċina.

    (393)

    Kif spjegat fil-premessa (379), l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġetti ta’ dumping kienu diġà żdiedu b’mod stabbli fuq bażi ta’ sena wara sena fil-perjodu 2017–2019 li wassal għal żieda ta’ aktar minn 100 % sal-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 fl-ewwel nofs tal-2020. Fi kliem ieħor, id-dannu materjali kkawżat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping diġà mmaterjalizza kif muri mill-iżvilupp negattiv tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi fil-perjodu 2017–2019 meta l-COVID-19 saret parti mir-realtà.

    (394)

    F’dan il-kuntest, ma jistax jiġi miċħud li l-pandemija tal-COVID-19, u t-tnaqqis li ġej fil-konsum, ikkontribwew biex tkompli taggrava s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li diġà marret għall-agħar.

    (395)

    Madankollu, dan l-iżvilupp ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn id-dannu materjali misjub u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Kif innotat hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mir-RPĊ li aktar milli rduppjaw f’perjodu ta’ tliet snin qabel it-tifqigħa tal-pandemija u għalhekk huwa ċar li diġà seħħ dannu materjali qabel il-pandemija u irrispettivament minnha.

    5.1.2.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    (396)

    Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 13

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    Pajjiż

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiż ikkonċernat

    Volum (tunnellati)

    719 511

    724 344

    663 648

    619 566

     

    Indiċi

    100

    101

    92

    86

     

    Sehem mis-suq fis-suq ħieles (%)

    27,6

    26,4

    25,3

    26,1

     

    Indiċi

    100

    96

    92

    95

     

    Prezz medju

    3 091

    3 075

    2 924

    2 887

     

    Indiċi

    100

    99

    95

    93

    Li minnhom it-Turkija

    Volum (tunnellati)

    165 649

    173 429

    189 574

    184 824

     

    Indiċi

    100

    105

    114

    112

     

    Sehem mis-suq fis-suq ħieles (%)

    6,4

    6,3

    7,2

    7,8

     

    Indiċi

    100

    98

    113

    122

     

    Prezz medju

    2 622

    2 714

    2 517

    2 443

     

    Indiċi

    100

    103

    96

    93

    Sors: Eurostat

    (397)

    Il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun Xiamen Xiashun, indika li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni għall-benefiċċju tal-industrija tal-Unjoni u ta’ pajjiżi oħra. Huwa indika wkoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu żdiedu f’dak il-perjodu. Barra minn hekk, huwa indika li l-industrija tal-Unjoni nnifisha rrikonoxxiet il-kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet minn pajjiżi bħall-Indja, l-Eġittu u t-Turkija.

    (398)

    L-utent Kumpanija A sostniet li s-sehem mis-suq Ċiniż kien baxx meta mqabbel ma’ dak tal-industrija tal-Unjoni u talbet analiżi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra.

    (399)

    Minkejja t-tnaqqis fil-volum, l-importazzjonijiet Ċiniżi xorta ammontaw għal sehem mis-suq ta’ 11,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jikkorrispondi għal żieda ta’ 80 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, minkejja li l-prezzijiet Ċiniżi żdiedu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi xorta waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 7,5 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (400)

    Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqsu b’14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fid-dawl tat-tnaqqis fil-konsum (-8 %), is-sehem mis-suq korrispondenti tagħhom naqas ukoll minn 27,6 % għal 26,1 %. Dan ifisser li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra tilfu wkoll is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina.

    (401)

    B’mod partikolari, l-importazzjonijiet mit-Turkija li kienu t-tieni l-akbar bħala volumi wara l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-UE żdiedu bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kisbu sehem mis-suq ta’ 1,2 punti perċentwali. Madankollu, il-prezzijiet tagħhom baqgħu ferm ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u segwew l-evoluzzjoni tal-LME.

    (402)

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra u t-tnaqqis żgħir tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma kkontribwixxewx għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.1.2.4.   Strateġija kummerċjali tal-industrija tal-Unjoni

    (403)

    Il-produttur esportatur Xiamen Xiashun sostna li l-enfasi tal-industrija tal-Unjoni fuq ċerti segmenti bi prodotti bi prezzijiet ogħla, fejn id-domanda naqset matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kienet fattur li kapaċi jkisser ir-rabta kawżali. Huwa argumenta wkoll li, billi ffukat fuq prodotti bi prezz ogħla, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tagħha disponibbli għall-klijenti tal-istokk tal-fojl, li kellhom jirrikorru għal sorsi oħra ta’ provvista. Barra minn hekk, huwa sostna li, ħlief għall-industrija tal-Unjoni, kien bil-bosta l-fornitur ewlieni għas-suq tal-UE, u li l-prezzijiet Ċiniżi u tal-Unjoni kienu komparabbli għall-AFRPs destinati għall-istokk tal-fojl.

    (404)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-istrateġija kummerċjali tal-industrija tal-Unjoni, kif indikat fil-premessa (355), l-industrija tal-Unjoni ppruvat iżżomm l-istess volum ta’ produzzjoni, li naqas biss b’1 % bejn l-2017 u l-2019, filwaqt li tadatta t-taħlita tal-prodotti tagħha biex iżżid il-bejgħ tagħha ta’ prodotti b’valur miżjud ogħla.

    (405)

    Kif muri fit-Tabella 3, id-domanda għall-AFPRs koperti minn din l-investigazzjoni baqgħet stabbli jew saħansitra żdiedet fil-perjodu 2017–2019. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelatx li kien hemm tnaqqis fid-domanda għal prodotti li jitolbu prezzijiet ogħla. Kif indikat fil-premessa (384), l-investigazzjoni pjuttost żvelat li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat ukoll kompetizzjoni severa mill-importazzjonijiet Ċiniżi fil-parti ta’ livell għoli tas-suq. Għalhekk, l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping iwasslu għal tnaqqis fil-bejgħ mingħajr il-possibbiltà li jinkisbu l-prezzijiet ogħla mistennija. Konsegwentement, is-sitwazzjoni tal-industrija ddeterjorat b’mod sinifikanti.

    (406)

    F’dak li għandu x’jaqsam mas-settur tal-fojl, kif indikat fil-premessa (303) sa (306), analiżi skont is-segmenti nstabet li ma kinitx ġustifikata u l-istess raġunijiet imsemmija fil-premessa (405) japplikaw ukoll. Barra minn hekk, id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ġie wkoll mill-prezzijiet dannużi mitluba minn Xiamen Xiashun, li biegħ biss lis-settur tal-fojl u waqqa’ l-prezzijiet tal-Unjoni f’livell simili għall-marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezz misjub ta’ 7,5 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (407)

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istrateġija kummerċjali segwita mill-industrija tal-Unjoni ma kkontribwietx għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.1.2.5.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    (408)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej:

    Tabella 14

    Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

    315 664

    370 316

    387 640

    328 898

    Indiċi

    100

    117

    123

    104

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    2 855

    2 996

    2 902

    2 794

    Indiċi

    100

    105

    102

    98

    Sors: European Aluminium u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (409)

    L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 315 664 tunnellata fl-2017 għal madwar 328 898 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (410)

    Il-prezz medju ta’ dawn l-esportazzjonijiet l-ewwel żdied b’5 % fl-2018 qabel ma naqas progressivament għal livell aktar baxx milli fl-2017 (–2 %). Il-prezz medju ta’ dawn l-esportazzjonijiet baqa’ konsistentement ogħla mill-prezz li l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb fis-suq tal-UE.

    (411)

    Importatur wieħed, Nova Trading sostna li l-gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kellha impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

    (412)

    Kif muri fit-Tabella 14, l-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni ma kinux affettwati b’mod negattiv mid-deterjorament tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (413)

    Fl-isfond tal-kontribut tagħhom għall-produzzjoni u l-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni, u meta wieħed iżomm f’moħħu l-prezz għoli tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi u l-volum stabbli tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kkontribwietx għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.1.2.6.   L-effiċjenza tal-industrija tal-Unjoni

    (414)

    Diversi partijiet interessati, Xiamen Xiashun, Airoldi, Nilo u l-Kumpanija A għamlu diversi pretensjonijiet fir-rigward tal-effiċjenza tal-industrija tal-Unjoni. Dawn il-pretensjonijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

    It-tagħmir tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni huwa antik u kkaratterizzat minn livell baxx ta’ użu. Għall-kuntrarju tal-industrija Ċiniża, l-industrija tal-Unjoni tista’ tforni biss volum limitat ta’ prodotti b’wisa’ kbira. L-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċità. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċità għal-ligi ebsin.

    Il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ fis-segment tal-fojl kienu affettwati mir-ristrutturar

    It-tnaqqis fil-profittabbiltà kien affettwat minn żidiet fil-kostijiet tal-pagi u l-kostijiet tas-servizz

    (415)

    Filwaqt li xi produtturi tal-Unjoni xorta għadhom lura f’termini ta’ tagħmir, l-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni hija dinamika u żiedet b’mod sinifikanti l-investimenti tagħha f’perjodu diffiċli sabiex iżżid il-kapaċità tagħha, tadatta t-tagħmir tal-produzzjoni tagħha biex tissimplifika l-proċess ta’ produzzjoni tagħha u takkwista l-aħħar teknoloġija biex tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-klijenti. L-analiżi tal-kapaċità u l-użu tal-kapaċità fit-Tabella 6 turi li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità tagħha u tista’ tikseb rati ogħla ta’ użu tal-kapaċità. Fir-rigward tal-ligi ebsin, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li tindika nuqqas ta’ biżżejjed kapaċità. Fi kwalunkwe każ, il-ligi ebsin kienu jammontaw għal 20–30 % tal-bejgħ totali tal-produtturi inklużi fil-kampjun fis-suq tal-UE. Meta wieħed iqis id-daqs tal-kampjun, il-bejgħ tiegħu ta’ ligi ebsin u fin-nuqqas ta’ evidenza pprovduta minn Airoldi, ġie konkluż b’mod provviżorju li kien hemm biżżejjed kapaċità għal prodotti bħal dawn. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (416)

    F’dak li għandu x’jaqsam mas-sitwazzjoni fis-segment tal-fojl b’mod partikolari, analiżi separata ta’ dak is-segment ma nstabitx li kienet iġġustifikata. Tabilħaqq, kif indikat fil-premessi (303) sa (306), l-istokk tal-fojl jaqa’ fid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott u ma hemm l-ebda linja b’rabta mal-kanal ta’ distribuzzjoni jew il-prezz ta’ dan il-prodott. Għalhekk, instab li din il-pretensjoni hija mingħajr skop.

    (417)

    Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li jistgħu jkunu meħtieġa investimenti addizzjonali fl-aħħar teknoloġija biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istat tat-tagħmir tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-iżvilupp tal-kostijiet operatorji tagħha ma jnaqqsux ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    (418)

    Il-Kummissjoni sabet li l-allegata żieda fil-kostijiet tas-servizz kienet insinifikanti filwaqt li l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżomm il-kostijiet lavorattivi tagħha taħt kontroll minkejja l-impatt tal-ispejjeż tar-ristrutturar. Konsegwentement, din il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (419)

    Importatur wieħed, Nova Trading sostna wkoll li l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet affettwata minn attakk ċibernetiku fuq Hydro u tilwima ambjentali fil-Brażil dwar l-istess produttur.

    (420)

    L-ewwel, dawn l-elementi ma jikkonċernawx l-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni peress li huma relatati mal-kumpanija omm tal-produttur tal-Unjoni bbażata fin-Norveġja u ma’ kumpanija affiljata bbażata fl-Amerika t’Isfel. Fi kwalunkwe każ, minħabba n-natura tagħhom, dawn l-elementi huma relatati ma’ spejjeż straordinarji li ma jitqisux meta tiġi vvalutata l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, din il-pretensjoni ma ġietx milqugħa.

    (421)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mill-fatturi ta’ hawn fuq ma kkontribwixxa għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.1.2.7.   L-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni

    (422)

    Il-produttur esportatur Xiamen Xiashun sostna li l-allegat dannu mġarrab kien ikkawżat minn xiri tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni nnifisha.

    (423)

    L-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni saru minn kumpanija li kienet relatata ma’ produttur tal-Unjoni u li kienet taħdem fuq bażi semi-indipendenti, fejn kisbet parti żgħira mill-ħtiġijiet tagħha miċ-Ċina. Dawn l-importazzjonijiet kienu marġinali u naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u jirrappreżentaw biss minn 1 sa 4 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba l-volum baxx involut, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan ix-xiri ma setax jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni.

    5.1.2.8.   Prezz tal-LME Aluminium

    (424)

    L-importatur Nova Trading sostna li t-tnaqqis fil-prezz tal-LME minn Lulju 2018 ’il quddiem sal-perjodu ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19 kellu influwenza diretta fuq il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni.

    (425)

    L-industrija tal-Unjoni normalment tbigħ AFRPs permezz ta’ kuntratti fejn l-aktar prezz riċenti tal-LME jew il-prezz tal-LME ta’ 3 xhur jiġu kkwotati bħala referenza. Il-produtturi tal-Unjoni mbagħad jużaw faċilitajiet ta’ ħħeġġjar biex ikopruhom kontra d-differenza bejn il-prezz tal-aluminju kkwotat fil-kuntratt u l-prezz effettiv tax-xiri tal-aluminju.

    (426)

    Meta wieħed iżomm f’moħħu l-mod kif il-prezzijiet tal-aluminju jiġu stabbiliti permezz ta’ kuntratti, u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni tipproteġi lilha nnifisha kontra l-fluttwazzjonijiet tal-materja prima, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima ma kienx jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni.

    5.1.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

    (427)

    Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping. Bl-eċċezzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 li aggravat is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li diġà ġarrbet dannu materjali, l-ebda wieħed mill-fatturi ma kkontribwixxa, waħdu jew flimkien, għall-iżviluppi negattivi tal-indikaturi tad-dannu osservati fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (428)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-pandemija tal-COVID-19 ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping u d-dannu materjali.

    6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

    6.1.   L-interess tal-industrija u l-fornituri tal-Unjoni

    (429)

    Hemm madwar 20 grupp magħruf ta’ kumpaniji li jipproduċu AFRPs fl-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra s-sehem mis-suq mitluf, filwaqt li ttejjeb il-profittabbiltà tagħha lejn livelli kkunsidrati sostenibbli.

    (430)

    L-industrija tal-Unjoni timpjega aktar minn 8 000 ħaddiem direttament b’ħafna aktar jiddependu fuqha indirettament. Il-produtturi huma mifruxa b’mod wiesa’ madwar l-Unjoni.

    (431)

    In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ trażżin ulterjuri tal-prezzijiet, bejgħ aktar baxx u deterjorament ulterjuri tal-profittabbiltà fi żmien meta l-industrija investiet ammonti sinifikanti sabiex tiżgura s-sostenibbiltà tagħha. Il-miżuri se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta l-potenzjal tagħha fis-suq tal-Unjoni, tirkupra s-sehem mis-suq mitluf, u ttejjeb il-profittabbiltà għal livelli mistennija f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

    (432)

    Minbarra li tirrappreżenta l-industrija tal-Unjoni, European Aluminium tirrappreżenta wkoll parti kbira mis-settur tal-aluminju primarju fl-Unjoni li jforni ingotti/ċangaturi lill-industrija tal-Unjoni. Is-settur tal-aluminju primarju huwa wkoll impjegatur kbir fl-Unjoni u jiddependi mis-saħħa tal-klijenti downstream. Il-vijabbiltà ta’ dawn il-fornituri upstream, li jimpjegaw madwar 2 800 ħaddiem se titqiegħed ukoll f’riskju jekk l-industrija tal-Unjoni tkompli tikkuntratta.

    (433)

    Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni u l-fornituri upstream tagħha.

    6.2.   L-interessi tal-importaturi

    (434)

    Mill-importaturi, 4 kumpaniji mhux relatati biss ippreżentaw formola ta’ kampjunar li tirrappreżenta inqas minn 2 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi. L-importaturi xtraw ukoll AFRPs minn sorsi oħra.

    (435)

    L-importaturi inklużi fil-kampjun kienu qed joperaw f’diversi setturi ta’ attività fl-Unjoni u barra minnha. B’mod ġenerali, l-AFRPs ammontaw għal inqas minn 30 % tal-fatturat tagħhom u għal 10–15 % tal-fatturat tagħhom bħala medja. Dawn l-importaturi kienu qed jakkwistaw AFRPs mill-pajjiż ikkonċernat, minn pajjiżi terzi u mill-industrija tal-Unjoni. L-importaturi esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq il-bażi li l-utenti u l-importaturi jkunu affettwati b’mod negattiv minn żieda artifiċjali fil-prezz għall-AFRPs.

    (436)

    Importatur wieħed, Nilo, irrefera għas-sitwazzjoni fis-suq tal-Istati Uniti u indika li l-introduzzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq AFRPs Ċiniżi wasslet għal żieda fil-prezz u għal sostituzzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi b’importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bħall-UE. Huwa sostna li tali xenarju x’aktarx li jseħħ fis-suq tal-UE. L-istess importatur sostna wkoll li l-prezzijiet fis-suq tal-UE jaraw żieda fid-dawl tan-nuqqas ta’ kapaċità żejda tal-industrija tal-Unjoni.

    (437)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-impożizzjoni ta’ miżuri mhux neċessarjament tkun fl-interess tal-importaturi. Madankollu, hija vvalutat ukoll l-effetti probabbli tagħhom meta qabblet l-interessi differenti inkwistjoni (ara t-Taqsima 6.5).

    6.3.   L-interess tal-utenti

    (438)

    Il-prodott ikkonċernat jinkiseb minn diversi industriji tal-utenti, prinċipalment dawk tal-bini u l-kostruzzjoni, il-karozzi u t-trasport, l-oġġetti tal-konsum durabbli, l-enerġija, l-istokk tekniku u tal-fojl. L-AFRPs jistgħu jintużaw direttament fi prodott lest jew jiġu pproċessati u jinbiegħu lil utent industrijali ieħor.

    (439)

    Kif indikat fil-premessa (46), ħames utenti pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju. Dawn l-utenti ammontaw għal 12 % biss tal-importazzjonijiet Ċiniżi u kienu attivi fis-setturi li ġejjin: il-bini u l-kostruzzjoni u b’mod aktar speċifiku l-produzzjoni ta’ prodotti miksija u ACPs, fojl tal-aluminju u b’mod aktar speċifiku imballaġġ flessibbli, tekniku u b’mod aktar speċifiku HEX awtomobilistiċi. Fl-istadju provviżorju, żewġ kumpaniji biss ġew ivverifikati permezz ta’ kontroverifiki mill-bogħod. Il-Kummissjoni se tivvaluta aktar il-kompletezza tat-tweġibiet tal-utenti u jekk ikunx meħtieġ li aktar kumpaniji jkunu soġġetti għall-RCCs. Dan jista’ jkollu impatt fuq is-sejbiet definittivi rigward l-utenti.

    6.3.1.   Il-bini u l-kostruzzjoni

    (440)

    Żewġ kumpaniji attivi fis-settur tal-kostruzzjoni pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju tal-utenti. Utent wieħed, Multilaque SAS, xtara AFRPs esklużivament mill-industrija tal-Unjoni u indika li jenħtieġ li jipprevalu prezzijiet tas-suq ġusti.

    (441)

    L-utent l-ieħor, il-Kumpanija A xtrat AFRPs mill-pajjiż ikkonċernat, l-industrija tal-Unjoni u pajjiżi oħra. Il-Kumpanija A esprimiet l-oppożizzjoni tagħha għall-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, kif elaborat fit-Taqsima 2.3.2, il-Kumpanija A talbet l-esklużjoni ta’ kojls tal-aluminju għall-produzzjoni ta’ kojls miksija u ACP. Din it-talba ġiet aċċettata. Il-kummenti li tqajmu mill-Kumpanija A u li jappartjenu għall-interess tal-Unjoni ġew indirizzati f’din it-taqsima. Kummenti oħra li tqajmu minn din il-parti ġew indirizzati fejn rilevanti.

    6.3.2.   Stokk tal-fojl

    (442)

    Utent wieħed, Amcor Flexibles Singen GmbH (“Amcor”), attiv fis-settur tal-imballaġġ flessibbli pprovda tweġiba għall-kwestjonarju tal-utenti. Madankollu, huwa ma pprovdiex pożizzjoni fir-rigward tal-impożizzjoni tal-miżuri u ma pprovdiex kummenti mhux kunfidenzjali sinifikattivi.

    (443)

    Abbażi tat-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, jekk dan l-utent ma jkunx jista’ jittrasferixxi żieda fil-kostijiet, ikun f’pożizzjoni li jassorbi fid-dawl tal-profittabbiltà li jkun irrapporta.

    6.3.3.   Tekniku

    (444)

    Żewġ kumpaniji, Valeo u TitanX, attivi fis-settur tal-HEX awtomobilistiċi pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju tal-utenti. Iż-żewġ kumpaniji kisbu AFRPs mill-pajjiż ikkonċernat u mill-Unjoni. Valeo kisbet ukoll AFRPs minn pajjiżi oħra. Filwaqt li Valeo kienet kontra miżuri anti-dumping potenzjali, TitanX ma esprimietx pożizzjoni. Iż-żewġ kumpaniji ppreżentaw talbiet għall-esklużjoni kif spjegat fid-dettall fit-Taqsima 2.3.1. Dawn it-talbiet ġew miċħuda. Il-kummenti li tqajmu minn dawn l-utenti u minn partijiet interessati oħra li talbu l-esklużjoni tal-HEX AFRPs awtomobilistiċi u li jappartjenu għall-interess tal-Unjoni ġew indirizzati f’din it-taqsima.

    (445)

    Kif spjegat fit-Taqsima 2.3.1 ta’ hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità biex tissodisfa d-domanda attwali u futura u li ma hemm l-ebda riskju ta’ żieda strutturali fil-prezzijiet fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-kapaċitajiet disponibbli fl-UE. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-livell ta’ profitti miksuba qabel il-pandemija jippermetti lill-manifatturi tal-HEX awtomobilistiċi jassorbu l-kostijiet żejda fil-forma ta’ dazji anti-dumping jew kostijiet ta’ validazzjoni, jekk ikunu jixtiequ jaqilbu lura għall-produtturi tal-Unjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mal-impatt tal-miżuri fuq il-katina tal-provvista, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tranżizzjoni minn fornitur tal-AFRPs għal ieħor tista’ tkun ta’ piż iżda li l-industrija tal-Unjoni tkun f’pożizzjoni li tissostitwixxi malajr l-importazzjonijiet Ċiniżi u toffri sors alternattiv sigur ta’ provvista.

    (446)

    Barra minn hekk, ta’ min jinnota li minbarra Mahle, utent ieħor f’dan is-settur, diversi kumpaniji oħra, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-konsum stmat ta’ HEX AFRPs awtomobilistiċi, ma ppreżentawx ruħhom biex jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom għall-investigazzjoni jew għal miżuri anti-dumping potenzjali.

    (447)

    Konsegwentement, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-utenti inkwistjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-utenti attivi fis-settur tal-HEX awtomobilistiċi.

    6.3.4.   Industriji oħra

    (448)

    Ma waslet l-ebda data verifikabbli għas-setturi l-oħra tal-utenti, bħall-oġġetti tal-konsum durabbli u l-enerġija. Ma jistax jiġi eskluż li xi utenti, li ma kkooperawx fl-investigazzjoni, jista’ jkollhom ċerti effetti detrimentali li jirriżultaw mill-miżuri. Madankollu, fil-fajl tal-każ ma hemmx informazzjoni li tissostanzja jew tikkwantifika dawn l-effetti.

    6.3.5.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-utenti

    (449)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda interess uniformi tal-utenti la favur u lanqas kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri. Madankollu, dawk l-utenti, li tkellmu kontra l-miżuri ta’ impożizzjoni, jistgħu jiffaċċjaw, ċerti konsegwenzi negattivi limitati.

    6.4.   Interessi oħra

    (450)

    L-aluminju huwa ħafna eħfef mill-azzar u huwa meqjus fl-Unjoni bħala materja prima ewlenija biex isir progress lejn l-ilħuq tal-miri tal-emissjonijiet stabbiliti mill-Ftehim ta’ Pariġi (2015) u l-miri tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea stess, kif stabbilit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10/11 ta’ Diċembru 2020. Pereżempju, l-AFRPs li jaqgħu fi ħdan u barra l-ambitu tal-prodott qed jintużaw dejjem aktar fl-industrija tal-karozzi u huma essenzjali fl-istabbiliment tal-industrija tal-vetturi elettriċi fl-Unjoni. Kemm l-AFRPs li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott kif ukoll dawk li jaqgħu barra minnu u li jintużaw fl-industrija tal-karozzi huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni. In-nuqqas ta’ miżuri fuq l-AFRPs fl-ambitu jkollu wkoll impatt negattiv fuq il-produzzjoni ta’ AFRPs barra mill-ambitu peress li l-kostijiet fissi jkollhom jiġu dilwiti fuq volum ta’ produzzjoni aktar baxx li jwassal għal żidiet fil-kostijiet u fil-prezzijiet għal tali prodotti wkoll.

    (451)

    Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ ekonomija nadifa u ċirkolari, l-industrija tal-Unjoni qed iżżid l-użu ta’ materjali riċiklati fil-proċess ta’ produzzjoni tagħha biex tnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħha. Dan jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tal-UE. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (78), il-produzzjoni tal-aluminju fl-UE tiġġenera bħala medja kważi 3 darbiet inqas CO2 milli fir-RPĊ.

    (452)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri tikkontribwixxi għall-kisba tal-politika tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2.

    6.5.   Ibbilanċjar tal-interessi konkorrenti

    (453)

    F’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat l-interessi konkorrenti u tat kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jiġu eliminati l-effetti distorsivi tal-kummerċ tad-dumping dannuż u li tiġi restawrata l-kompetizzjoni effettiva. Hija vvalutat b’mod partikolari l-pretensjoni tal-importatur Nilo li dan se jintlaqat b’mod sproporzjonat mill-impożizzjoni ta’ miżuri, kif muri minn żvilupp simili fis-suq tal-Istati Uniti wara l-impożizzjoni ta’ miżuri mill-gvern tal-Istati Uniti.

    (454)

    Il-Kummissjoni nnotat f’dak ir-rigward li l-operaturi ekonomiċi (produtturi, utenti u importaturi) mhumiex l-istess. It-tieni, l-investigazzjoni tal-Istati Uniti ma kellhiex eżattament l-istess ambitu tal-prodott u l-livell tad-dazji imposti fl-Istati Uniti kien ħafna ogħla.

    (455)

    F’dak li għandu x’jaqsam maż-żieda fil-prezzijiet, l-investigazzjoni żvelat li l-prezzijiet Ċiniżi kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’medja ta’ 7,5 % u li t-trażżin tal-prezzijiet iwassal għal deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Jekk il-prezzijiet jerġgħu jogħlew għal livelli sostenibbli u meta jitqies is-sehem sinifikanti mis-suq ta’ pajjiżi oħra, kif indikat fit-Taqsima 5.1.2.3, il-Kummissjoni kkunsidrat li tali żieda tkun limitata fid-dawl tal-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Kif diġà ssemma fit-Taqsima 4.6.2.1, l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità żejda. Għaldaqstant, l-effett negattiv fuq l-utenti jibqa’ wkoll limitat.

    (456)

    Meta vvalutat is-sinifikat ta’ effetti negattivi bħal dawn għall-importaturi, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx ħafna. Abbażi ta’ din l-informazzjoni limitata fil-fajl, fi kwalunkwe każ hija kkunsidrat b’mod provviżorju li l-importaturi se jkunu jistgħu jgħaddu d-dazju fuq il-klijenti tagħhom minħabba l-marġni ta’ profitt tagħhom ta’ madwar 5 % sa 8 % fuq il-prodott ikkonċernat. Huma għandhom ukoll il-possibbiltà li jsibu sorsi alternattivi ta’ provvista, inklużi fornituri minn pajjiżi terzi oħra u l-industrija tal-Unjoni li diġà qed joperaw magħha. Tabilħaqq, l-importaturi inklużi fil-kampjun għandhom struttura tal-provvista bbilanċjata u ma jiddependux esklużivament mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, l-importaturi inklużi fil-kampjun għandhom attivitajiet sinifikanti li mhumiex relatati mal-prodott ikkonċernat, u li mhumiex affettwati mill-impożizzjoni tad-dazji.

    (457)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-importaturi mhux relatati ma jkunux affettwati b’mod sproporzjonat mill-impożizzjoni tal-miżuri grazzi għall-attivitajiet l-oħra tagħhom, sorsi oħra ta’ provvista għall-prodott taħt investigazzjoni u l-abbiltà li jgħaddu parzjalment l-effett tad-dazji fuq il-klijenti tagħhom. Fi kwalunkwe każ, is-sitwazzjoni tal-importaturi se tkompli tiġi vvalutata fl-istadju definittiv.

    (458)

    Fl-aħħar nett, importatur wieħed, Airoldi, sostna li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tuża l-istrument anti-dumping biex tikseb pożizzjoni dominanti, li huwa abbuż tad-drittijiet skont il-każistika tal-Qrati tal-Unjoni. Madankollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni fil-fajl dwar imġiba antikompetittiva attwali jew futura jew oligopolju abbużiv mill-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda interess prevalenti biex tippreserva l-kompetizzjoni effettiva fl-Unjoni bħala raġuni biex ma timponix miżuri.

    6.6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (459)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex tikkonkludi li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ AFRPs li joriġinaw miċ-Ċina.

    7.   LIVELL TAL-MIŻURI

    (460)

    Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex ineħħi d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni.

    (461)

    F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex twettaq il-valutazzjoni dwar il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Imbagħad eżaminat jekk dan l-ammont ta’ dazju jkunx adegwat biex ineħħi d-dannu meta titqies l-allegata preżenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

    7.1.   Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

    (462)

    Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia, u tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”).

    (463)

    F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin:

    il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat,

    il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet u l-investimenti sħaħ, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u

    il-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

    (464)

    Dan il-marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %.

    (465)

    European Aluminium sostniet li l-profitt fil-mira jenħtieġ li jiġi stabbilit għal mill-inqas 12 % minħabba n-natura tas-settur li hija intensiva fil-kapital u mmexxija mill-innovazzjoni. Produttur wieħed, Hydro, irrefera għal marġni ta’ profitt ta’ “bejn 5 u 10 %” u rrefera wkoll għall-profitt miksub f’settur ieħor (0–15 %) fejn ma kien hemm l-ebda importazzjoni oġġett ta’ dumping.

    (466)

    F’dan l-istadju tal-investigazzjoni, l-ebda wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun ma pprovda evidenza li kiseb il-profitt fil-mira kif sostnut minn European Aluminium matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni jew fl-għaxar snin qabel tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, kif indikat fit-Tabella 10, il-profitt medju miksub mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, baqa’ inqas mill-profitt fil-mira previst mill-Artikolu 7(2c) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-użu tal-profitt miksub f’settur ieħor eskluż mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni ma kienx meħtieġ.

    (467)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 6 % f’konformità mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(2c).

    (468)

    F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali li jvarja minn madwar EUR 0,5 sa EUR 8 għal kull tunnellata li ġie miżjud mal-prezz mhux dannuż għall-produtturi tal-Unjoni kkonċernati. Nota għal-fajl dwar kif il-Kummissjoni stabbiliet dan il-kost addizzjonali tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

    (469)

    Dawn il-kostijiet kienu jinkludu l-kostijiet futuri addizzjonali sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (EU ETS). L-EU ETS hija pedament tal-politika tal-UE għall-konformità mal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali. Dawn il-kostijiet addizzjonali ġew ikkalkulati abbażi tal-medja tal-Kwoti Ġenerali (EUA) addizzjonali li se jkollhom jinxtraw matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri (mill-2021 sal-2025). L-EUAs użati fil-kalkolu kienu netti mill-kwoti bla ħlas riċevibbli u ġew aġġustati biex jiġi żgurat li kienu relatati biss mal-prodott simili. Il-kostijiet addizzjonali qiesu wkoll il-kostijiet indiretti tas-CO2 li jirriżultaw minn żieda fil-prezzijiet tal-elettriku matul il-perjodu 2021–2025 marbuta mal-EU ETS. Tali kostijiet indiretti tas-CO2 kienu bbażati wkoll fuq l-EUA u netti minn kwalunkwe kumpens riċevut mill-awtoritajiet nazzjonali.

    (470)

    Il-kostijiet tal-EUAs ġew estrapolati sabiex titqies il-varjazzjoni mistennija fil-prezzijiet matul il-ħajja tal-miżuri. Is-sors ta’ dawn il-prezzijiet proġettati hija estrazzjoni minn Bloomberg New Energy Finance datata 8 ta’ Frar 2021. Il-prezz medju proġettat għall-EUAs għal dan il-perjodu huwa ta’ EUR 35,51/tunnellata ta’ emissjoni ta’ CO2.

    (471)

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni.

    (472)

    Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, kif stabbilit għall-kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

    (473)

    F’termini tal-marġni residwu, meta wieħed iżomm f’moħħu li l-kooperazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi ma kinitx għolja, u kunsiderazzjonijiet oħra spjegati fil-premessa (289) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jiġi stabbilit marġni residwu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Dan il-marġni ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz stabbilit għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi, abbażi tad-data tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz residwu kkalkulat b’dan il-mod ġie stabbilit f’livell ta’ 46,7 %.

    (474)

    Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli huwa muri fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Kumpanija

    Marġni tad-dumping

    Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

    Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

    88,3 %

    28,3 %

    Nanshan Group

    122,1 %

    19,3 %

    Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

    30,0 %

    21,4 %

    Kumpaniji oħra li kkooperaw

    68,5 %

    22,6 %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    183,7 %

    46,7 %

    (475)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien meħtieġ li jiġi vvalutat jekk hemmx distorsjonijiet tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, li jrendi dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping insuffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat.

    7.2.   Id-distorsjonijiet fil-materja prima

    (476)

    L-ilmentatur allega li fir-RPĊ, waħda mill-materji primi użata biex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat kienet soġġetta għal taxxa tal-esportazzjoni u għalhekk, distorta. Il-materja prima distorta kienu ingotti tal-aluminju li, skont l-ilmentatur, kienu jammontaw għal aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

    (477)

    Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-allegati distorsjonijiet fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

    (478)

    L-investigazzjoni kkonfermat li fil-PI, ir-RPĊ kellha taxxa tal-esportazzjoni fuq l-ingotti tal-aluminju. Din it-taxxa tammonta għal 15 % tal-prezz tal-esportazzjoni tal-ingotti. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li din il-miżura taqa’ taħt il-lista ta’ miżuri li jammontaw għal distorsjoni tal-materja prima fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

    (479)

    Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-prezz ta’ din il-materja prima kienx ferm aktar baxx meta mqabbel mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(2a). Għall-fini ta’ dan it-tqabbil, il-Kummissjoni użat provviżorjament il-prezz ta’ riferiment stabbilit biex tikkalkula l-valur normali, jiġifieri l-prezz tal-importazzjoni tal-ingotti tal-aluminju fit-Turkija kif indikat fit-Tabella 2 fil-premessa (248), peress li f’dan il-każ dan il-prezz tqies ukoll li jikkostitwixxi prezz ta’ swieq internazzjonali rappreżentattivi. Il-Kummissjoni qabblet il-prezz ta’ riferiment mal-prezz tal-ingotti tal-aluminju effettivament imħallas mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, u stabbilixxiet fuq dik il-bażi li l-prezz tax-xiri ta’ din il-materja prima fir-RPĊ mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kienx ferm inqas mill-prezz ta’ riferiment internazzjonali rappreżentattiv, jiġifieri inqas minn [6 %] bħala medja. L-evidenza fil-fajl uriet ukoll li l-prezzijiet domestiċi għall-ingotti tal-aluminju varjaw ’il fuq u ’l isfel mill-prezzijiet internazzjonali.

    (480)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet provviżorjament li l-prezz tal-ingotti tal-aluminju ma kienx ferm aktar baxx meta mqabbel mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi. Għalhekk il-Kummissjoni kkunsidrat f’dan l-istadju li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati u b’riżultat ta’ dan id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) kienu applikabbli biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju provviżorju.

    8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

    (481)

    Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, id-dannu, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji biex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping.

    (482)

    Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku wara l-konklużjoni provviżorja fil-premessa (480) dwar l-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

    (483)

    Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz u l-marġnijiet tad-dumping (il-premessa (474) ta’ hawn fuq). L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tal-bejgħ taħt il-prezz.

    (484)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping provviżorju

    Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

    28,3 %

    Nanshan Group

    19,3 %

    Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

    21,4 %

    Kumpaniji oħra li kkooperaw

    22,6 %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    46,7 %

    (485)

    Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma kienu jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturati mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għal ebda rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

    (486)

    Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ tiġi kkunsidrata bħala waħda li minnha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

    (487)

    Biex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    9.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU

    (488)

    F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata wkoll fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli żvelati b’mod speċifiku lilhom.

    (489)

    Jiangsu Alcha, Nanshan Group u Xiamen Xiashun ikkummentaw dwar l-akkuratezza tal-kalkoli. L-industrija tal-Unjoni ma pprovdietx kummenti dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti u kkoreġiet l-iżbalji klerikali fil-kalkoli fejn xieraq.

    10.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    (490)

    Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

    (491)

    Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, dazju anti-dumping provviżorju huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju, irrumblati ċatti, kemm jekk illigati kif ukoll jekk le, kemm jekk maħduma aktar milli rrumblati ċatti kif ukoll jekk le, mingħajr appoġġ, mingħajr saffi interni ta’ materjal ieħor,

    f’kojls jew fi strixxi koljati, f’folji maqtugħa għall-qies, jew fil-forma ta’ ċrieki; ta’ ħxuna ta’ 0,2 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 6 mm;

    fi pjanċi, ta’ ħxuna ta’ aktar minn 6 mm;

    f’kojls jew fi strixxi koljati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,03 mm iżda inqas minn 0,2 mm;

    li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7606 11 10 (kodiċijiet TARIC 7606111025, 7606111086), ex 7606 11 91 (kodiċijiet TARIC 7606119125, 7606119186), ex 7606 11 93 (kodiċijiet TARIC 7606119325, 7606119386), ex 7606 11 99 (kodiċijiet TARIC 7606119925, 7606119986), ex 7606 12 20 (kodiċijiet TARIC 7606122025, 7606122088), ex 7606 12 92 (kodiċijiet TARIC 7606129225, 7606129293), ex 7606 12 93 (kodiċi TARIC 7606129386), ex 7606 12 99 (kodiċijiet TARIC 7606129925 u 7606129986), ex 7606 91 00 (kodiċijiet TARIC 7606910025, 7606910086), ex 7606 92 00 (kodiċijiet TARIC 7606920025, 7606920092), ex 7607 11 90 (kodiċijiet TARIC 7607119044, 7607119048, 7607119051, 7607119053, 7607119065, 7607119071, 7607119073, 7607119075, 7607119077, 7607119091, 7607119093) u ex 7607 19 90 (kodiċijiet TARIC 7607199075, 7607199094) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping provviżorju (%)

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Jiangsu Alcha Aluminium Group Co., Ltd.

    28,3

    C610

    Nanshan Group

    Shandong Nanshan Aluminium Co., Ltd.,

    Yantai Nanshan Aluminium New Material Co., Ltd.,

    Longkou Nanshan Aluminium Rolling New Material Co., Ltd.,

    Yantai Donghai Aluminium Foil Co., Ltd.

    19,3

    C611

    Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd.

    21,4

    C612

    Kumpaniji oħra li kkooperaw (Anness)

    22,6

     

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    46,7

    C999

    3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta .” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

    4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

    5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    1.   Il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1):

    Stokk tal-parti ċilindrika tal-bottijiet tax-xorb, stokk tat-tarf tal-bottijiet tax-xorb u stokk tal-ħolqa tat-tapp tal-bottijiet tax-xorb tal-aluminju.

    Prodotti tal-aluminju, illigati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,2 mm u mhux aktar minn 6 mm, għall-użu bħala pannelli tal-karozzerija fl-industrija tal-karozzi.

    Prodotti tal-aluminju, illigati, ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,8 mm, għall-użu fil-manifattura ta’ parts ta’ inġenji tal-ajru.

    2.   Il-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) għandu jiġi eżentat mid-dazju antidumping provviżorju jekk jiġi importat għall-użu fil-produzzjoni ta’ kojls miksija u pannelli komposti tal-aluminju u jekk jikkonforma mal-karatteristiċi tekniċi li ġejjin

    Kojls tal-aluminju llivellati bit-tensjoni

    Kojls illaminati bis-sħana

    Wisgħat: minn 800 mm sa 2 050 mm

    Ħxuna: 0,20 mm sa 1,5 mm

    Tolleranza fuq il-ħxuna:

    +/- 0,01 mm mill-ħxuna 0,20 sa 0,50 mm

    +/- ½ norma għall-ħxuna minn 0,51 mm sa 1,50 mm

    Tolleranza fuq il-wisa’: +1,50/-0,00 mm

    Ligi: 5005, 3005, 3105

    Ittemprar: h14, h16, h24, h26

    Għoli massimu tal-mewġa: mass. 3 f’1 000 mm

    3.   L-esklużjonijiet skont il-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet inċiż u l-eżenzjoni skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni dwar il-proċedura tal-użu aħħari, b’mod partikolari l-Artikolu 254 tar-Regolament 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (140) (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni).

    Artikolu 3

    1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Avviż ta’ Bidu ta’ proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 268, 14.8.2020, p. 5).

    (3)  Dokument TRON T20.006896.

    (4)  https://www.european-aluminium.eu/activity-report-2019-2020/market-overview/ ikkonsultat fil-25 ta’ Jannar 2021.

    (5)  Il-kumpanija kkunsidrat li l-kostijiet tat-trasport tagħha kienu kunfidenzjali.

    (6)  Ara l-paragrafu 105 tal-Ilment.

    (7)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2475

    (8)  Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

    (9)  Dokument TRON t21.000574.

    (10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).

    (11)  Kif definit fl-Avviż li jemenda l-Avviż ta’ bidu (ĠU C 36, 2.2.2021, p. 18).

    (12)  Kif definit mill-parti u b’referenza għad-definizzjoni tal-prodott kif ippubblikata fin-Notifika ta’ bidu msemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 2 ta’ hawn fuq.

    (13)  Il-validazzjoni tiżgura li l-prodott żviluppat jissodisfa r-rekwiżiti tal-konsumatur. Il-validazzjoni tikkonċerna l-HEX awtomobilistiku nnifsu u l-HEX AFRPs awtomobilistiċi. Dan il-proċess jista’ jdum sa sentejn u jinkludi l-ittestjar tal-laboratorju, il-validazzjoni tal-materjal u tal-proċess.

    (14)  Każ M.9560 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gränges/Impexmetal skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (23.9.2020 C(2020) 6652 final), disponibbli hawn: https://ec.europa.eu/competition/mergers/cases1/202050/m9560_488_3.pdf

    (15)  https://www.world-aluminium.org/media/filer_public/2018/02/19/lca_report_2015_final_26_june_2017.pdf Tabella 10 p. 34 u https://www.european-aluminium.eu/media/2052/european-aluminium-environmental-profile-report-2018-executive-summary.pdf p. 6 ikkonsultati fit-18 ta’ Frar 2020.

    (16)  https://www.ecofinagency.com/finance/2007-34929-morocco-car-manufacturer-nanjing-xiezhong-to-build-at-kenitra; https://autotechinsight.ihsmarkit.com/news/36512/nanjing-xiezhong-auto-airconditioner-to-set-up-a-new-plant-in-morocco-report; https://www.usinenouvelle.com/article/automobile-au-maroc-une-usine-en-vue-pour-le-chinois-xiezhong-specialiste-de-la-clim-a-proximite-du-futur-site-psa.N402812 ikkonsultat fil-15 ta’ Frar 2020.

    (17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

    (18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 75).

    (19)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

    (20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

    (21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/271 tas-16 ta’ Frar 2017 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju ftit modifikata (ĠU L 40, 17.2.2017, p. 51), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2213 (ĠU L 316, 1.12.2017, p. 17).

    (22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2220 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (ĠU L 333, 27.12.2019, p. 33).

    (23)  “Questionnaire on the existence of significant distortions within the meaning of Article 2(6a) of Regulation (UE) 2016/1036 for the Government of the People’s Republic of China” u “Questionnaire on the existence of raw material distortions within the meaning of Article 7(2a) of Regulation (UE) 2016/1036 for the Government of the People’s Republic of China”.

    (24)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport”).

    (25)  OECD (2019), “Measuring distortions in international markets: the aluminium value chain”, OECD Trade Policy Papers, No. 218, OECD Publishing, Paris, https://doi.org/10.1787/c82911ab-en (aċċessat l-aħħar fit-3 ta’ Settembru 2020).

    (26)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/915 tal-4 ta’ Ġunju 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 63).

    (27)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 6-7.

    (28)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 10.

    (29)  Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fit-8 ta’ Settembru 2020).

    (30)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 20-21.

    (31)  Ir-Rapport — Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

    (32)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 120–121.

    (33)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 122–135.

    (34)  Ir-Rapport — Kapitolu 7, p. 167–168.

    (35)  Ir-Rapport — Kapitolu 8, p. 169–170, 200–201.

    (36)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 15–16, ir-Rapport — Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport — Kapitolu 5, p. 108-9.

    (37)  Ir-Rapport — Kapitolu 3, p. 22–24 u Kapitolu 5, p. 97–108.

    (38)  Ir-Rapport — Kapitolu 5, p. 104–9.

    (39)  Studju tal-OECD, p. 29.

    (40)  Il-Kummissjoni Awstraljana Anti-Dumping, Aluminium Extrusions from China, REP 248, p. 79 (it-13 ta’ Lulju 2015).

    (41)  Taube, M. (2017). Analysis of Market Distortions in the Chinese Non-Ferrous Metals Industry, Think!Desk, 24 ta’ April 2017, p. 51.

    (42)  Ara pereżempju rapport li jikkonċerna n-nuqqas tal-gvern provinċjali ta’ Shandong li jrażżan l-espansjoni tal-kapaċità tal-aluminju: https://mp.weixin.qq.com/s?__biz=MzI2OTUyMzA0Nw==&mid=2247494318&idx=1&sn=9690ca50845c19f38eafff659516817a&chksm=eaddaba6ddaa22b071a5e2588aa787ed6f6a1a964ccae55c4d85c6f7ccbfcb5cedd3cdceac9d&scene=0&pass_ticket=JFplYZoDqNTFmOPYUGJbMwF0XlC1N3hAJ3EYPpsKx6rkt4fSeZ4TwIvB5BffX4du#rd (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2020).

    (43)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 387–388.

    (44)  Ara l-pożizzjoni 35 tal-lista tal-SASAC: http://www.sasac.gov.cn/n2588035/n2641579/n2641645/index.html

    (45)  Ir-Rapport — Kapitolu 5, p. 100–1.

    (46)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 26.

    (47)  Ir-Rapport — Kapitolu 2, p. 31-2.

    (48)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fid-9 ta’ Settembru 2020).

    (49)  Disponibbli fuq www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2021)

    (50)  Financial Times (2020) “Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise”, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j

    (51)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/915.

    (52)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 388.

    (53)  http://www.chalco.com.cn/chalcoen/rootfiles/2018/04/19/1524095189602052-1524095189604257.pdf, (aċċessat fit-8 ta’ Marzu 2019).

    (54)  Ara l-Ġurnal tal-Metall Mhux Ferruż taċ-Ċina, 20 ta’ Ottubru 2020: https://www.cnmn.com.cn/ShowNews1.aspx?id=423470

    (55)  http://act.chinatt315.org.cn/hy/tthy/2014/0906/13763.html

    (56)  Ir-Rapport — Kapitoli 14.1 sa 14.3.

    (57)  Ir-Rapport — Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

    (58)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/915.

    (59)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 13.10.2020, p. 8).

    (60)  It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020),http://en.ndrc.gov.cn/newsrelease/201612/P020161207645765233498.pdf.

    (61)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 377.

    (62)  Ir-Rapport — Kapitolu 12, p. 275-282 u l-Kapitolu 15, p. 378–382.

    (63)  Ir-Rapport — Kapitolu 12, p. 275–282.

    (64)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 378–382, 390.

    (65)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 384–385.

    (66)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 382–383.

    (67)  Ara http://www.gov.cn/zhengce/content/2016-06/16/content_5082726.htm (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020).

    (68)  Ibid, Taqsima 3.

    (69)  Ibid, Taqsima 4.

    (70)  Ara: http://gxt.shandong.gov.cn/art/2018/11/6/art_15681_3450015.html (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020), Taqsima 13.

    (71)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 386.

    (72)  Ara http://miit.gov.cn/n1146285/n1146352/n3054355/n3057569/n3057572/c6566256/content.html (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020).

    (73)  Ibid, Taqsima I.

    (74)  Ibid, Taqsima II.

    (75)  Ibid, Taqsima VII.

    (76)  Ara: http://www.gov.cn/zhengce/content/2016-06/16/content_5082726.htm, Taqsima 10.

    (77)  Ara: https://finance.sina.com.cn/money/future/indu/2019-11-26/doc-iihnzahi3508583.shtml (aċċessat fl-20 ta’ Lulju 2020).

    (78)  Ara: http://gxt.shandong.gov.cn/art/2018/11/6/art_15681_3450015.html, Taqsima 6.

    (79)  Ara http://www.chinania.org.cn/html/introduce/xiehuizhangcheng/ (aċċessat fil-21 ta’ Lulju 2020).

    (80)  Ara: http://www.cnfa.net.cn/about/1546.aspx (aċċessat fil-21 ta’ Lulju 2020).

    (81)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, pp. 377–387.

    (82)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, p. 378 u 389; Studju tal-OECD, p. 25–26.

    (83)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, pp. 390–391. Il-provvista tal-elettriku bi prezz skontat hija rrapportata wkoll minn sorsi oħra. Ara pereżempju: Economic Information Daily: Worrying over growth downturns, western region releasing preferential policies to support high energy consumption industries http://jjckb.xinhuanet.com/2012-07/24/content_389459.htm (aċċessat fl-4 ta’ Settembru 2020), li jirrapporta dwar kif provinċji Ċiniżi fil-punent bħal Shaanxi, Ningxia, Qinghai u Gansu komplew jipprovdu elettriku irħis biex jattiraw aktar investimenti.

    (84)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, pp. 392–393.

    (85)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, pp. 393–394.

    (86)  Ir-Rapport — Kapitolu 15, pp. 395–396.

    (87)  Ibid, p. 16, p. 30. Madankollu, l-awtoritajiet Ċiniżi jinterferixxu fir-rigward ta’ inputs oħra wkoll. Eżempju tipiku huwa l-faħam, fejn il-gvern għandu s-setgħa li jbaxxi ż-żidiet fil-prezz tal-faħam. Ara: https://policycn.com/policy_ticker/coal-price-unlikely-to-jump-during-heating-season/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (aċċessat fl-4 ta’ Settembru 2020).

    (88)  Ibid. p. 16–18.

    (89)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 138–149.

    (90)  Ir-Rapport — Kapitolu 9, p. 216.

    (91)  Ir-Rapport — Kapitolu 9, p. 213-215.

    (92)  Ir-Rapport — Kapitolu 9, p. 209-211.

    (93)  Decision Memorandum for the Preliminary Affirmative Determination: Countervailing Duty Investigation of certain Aluminium Foil from The People’s Republic of China, ippubblikata mill-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali, id-Dipartiment tal-Kummerċ, fis-7 ta’ Awwissu 2017, IX.E. p. 30, disponibbli fuq https://enforcement.trade.gov/frn/summary/prc/2017-17113-1.pdf (aċċessat l-aħħar fil-11 ta’ Marzu 2019).

    (94)  Ir-Rapport — Kapitolu 13, p. 332–337.

    (95)  Ir-Rapport — Kapitolu 13, p. 336.

    (96)  Ir-Rapport — Kapitolu 13, p. 337–341.

    (97)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 114–117.

    (98)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 119.

    (99)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 120.

    (100)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 121–122, 126–128, 133–135.

    (101)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’ s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203

    (102)  Ir-Rapport — Kapitolu 6, p. 121–122, 126–128, 133–135.

    (103)  Studju tal-OECD, p. 21.

    (104)  Ara s-sit web ta’ Xiamen Xiashun: http://www.xiashun.com/about/awards.htm

    (105)  Ara l-Avviż tal-2012 tal-Provinċja ta’ Fujian dwar l-iżvilupp tar-rikonoxximent tal-intrapriżi ewlenin tal-industrija Strateġika u Emerġenti, it-Taqsimiet II u VI: http://www.fjmtxh.com/NewsInfo.aspx?Id=11101

    (106)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21 u ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

    (107)  Data Miftuħa tal-Bank Dinji — Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income

    (108)  Aluminju, jiġifieri aluminju, mhux illigat, mhux maħdum (kodiċi SA 7601 10) u/jew ligi tal-aluminju, mhux maħduma (kodiċi SA 7601 20) u/jew ruttam tal-aluminju (kodiċi SA 7602 00) jistgħu, skont it-tip ta’ prodott, jirrappreżentaw sa 80 % tal-kost totali tal-manifattura tal-prodott ikkonċernat skont id-data pprovduta fl-ilment u minn diversi partijiet interessati. Ir-ruttam tal-aluminju huwa prodott sekondarju sinifikanti li sa ċertu punt jista’ jerġa’ jintuża fil-proċess ta’ produzzjoni. Skont l-ilment, il-kwantità totali ta’ ruttam iġġenerat matul il-produzzjoni tista’ tirrappreżenta sa 50 % tal-kwantità totali tal-produzzjoni.

    (109)  Fil-Brażil, rapporti finanzjarji riċenti pubblikament disponibbli (2019) kienu disponibbli biss għal waħda miż-żewġ kumpaniji li kellhom id-data finanzjarja tagħhom disponibbli. Fit-Turkija, rapporti finanzjarji riċenti pubblikament disponibbli (2019) kienu disponibbli biss għal waħda mill-erba’ kumpaniji li kellhom d-data finanzjarja tagħhom disponibbli. Fit-Tajlandja, rapporti finanzjarji riċenti pubblikament disponibbli (2019) kienu disponibbli biss għal tlieta mill-ħames kumpaniji li kellhom id-data finanzjarja tagħhom disponibbli.

    (110)  http://www.hindalco.com/investor-cetre/reports-and-presentations

    (111)  Kumpaniji Airoldi, Kumpanija A, Jiangsu Alcha Group, Lodec Metal, Nanshan Group u Xiamen Xiashun.

    (112)  It-taxxa fuq l-importazzjoni, it-taxxa fuq il-prodotti industrijalizzati (“IPI”), l-hekk imsejħa “PIS-import” (PIS tirreferi għall-Programm ta’ Integrazzjoni Soċjali) u “COFINS-Import Tax” (COFINS-Import Tax) (COFINS tirreferi għall-Kontribuzzjoni għall-Finanzjament tas-Sigurtà Soċjali), Merkanzija addizzjonali għar-Rinnovazzjoni tal-Flotta Merkantili u t-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-oġġetti.

    (113)  Ir-Regolament bażiku jirrikjedi li l-valur stabbilit “jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”.

    (114)  Iċ-Ċirkolari Nru 46 tat-28 ta’ Lulju 2020, tas-Segretarjat Brażiljan tal-Kummerċ Barrani, http://www.in.gov.br/en/web/dou/-/circular-n-46-de-28-de-julho-de-2020-269159613.

    (115)  It-Taqsima 6.1.6.3 taċ-Ċirkolari 46.

    (116)  April 2019 sa Marzu 2020

    (117)  Ir-rapporti finanzjarji ta’ Novelis do Brasil u s-sit web ta’ Novelis do Brasil isemmu l-produzzjoni tal-aluminju għas-setturi ajruspazjali, tal-karozzi u tal-bottijiet tax-xorb, https://pt-br.novelis.com.

    (118)  Jiġifieri dħul li huwa ekwivalenti għat-total tal-kostijiet fissi u varjabbli.

    (119)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428.

    (120)  Din id-data hija pubblikament disponibbli fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar il-prodotti tal-estrużjoni tal-aluminju, ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428.

    (121)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L123, 19.5.2015, p. 33).

    (122)  Il-perċentwal eżatt tal-kostijiet tal-ipproċessar huwa kunfidenzjali.

    (123)  IHS Markit, https://ihsmarkit.com/index.html, fil-fajl miftuħ.

    (124)  Il-kostijiet lavorattivi huma disponibbli fuq http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2088

    (125)  Il-kategorija “metalli bażiċi” tinkludi l-aluminju taħt il-kodiċi C24.4.2.

    (126)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/DownloadIstatistikselTablo?p=RQJc6lWaNMpivNV6h1MxkWk9ycHqk1cNqZM2UJkJfMUYAmenKIIz/lKzy74RY7Y2

    (127)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/DownloadFile?p=RitGfpW8hZZnYLLz6NVmT9EdA97OcZ4kN3AGp97wTnz8hDUuqKcBcTsov5HkqdePBK2GLKg1cJVUEzIPmlerlcsrW7chIl366PgstWPx188=

    (128)  http://www.turkstat.gov.tr/HbGetir.do?id=33646&tb_id=1

    (129)  https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx

    (130)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1428, il-premessi (185) u (186).

    (131)  ĠU L 282, 28.10.2010, p. 1, premessa 83 u ĠU L 18, 24.1.2017, p. 1, premessa 28.

    (132)  China — Measures imposing anti-dumping duties on high-performance stainless steel seamless tubes (“HP-SSST”) from Japan and China — Measures imposing anti-dumping duties on high-performance stainless steel seamless tubes (“HP-SSST”) from the European Union, WT/DS454/AB/R; WT/DS460/AB/R.

    (133)  ĠU L 282, 28.10.2010, p. 1, premessa 83 u ĠU L 18, 24.1.2017, p. 1, premessa 28.

    (134)  China — Measures imposing anti-dumping duties on high-performance stainless steel seamless tubes (“HP-SSST”) from Japan and China — Measures imposing anti-dumping duties on high-performance stainless steel seamless tubes (“HP-SSST”) from the European Union, WT/DS454/AB/R; WT/DS460/AB/R.

    (135)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/353 tat-3 ta’ Marzu 2020 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 65, 4.3.2020, p. 9).

    (136)  Kodiċijiet NM 7606 11 10, 7606 11 91, 7606 11 93, 7606 11 99, 7606 12 20, 7606 12 92, 7606 12 93, 7606 12 99, 7606 91 00, 7606 92 00 u 7606 11 90.

    (137)  Kif spjegat fil-premessa (291), il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz ġew ikkalkulati fuq bażi tal-EU-27.

    (138)  Fejn il-bejgħ mill-produttur Ċiniż lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni kien permezz ta’ kumpanija tal-bejgħ relatata bbażata fl-Unjoni, il-prezz tal-importazzjoni kien stabbilit fuq bażi CIF, billi ġie aġġustat il-prezz tal-bejgħ lill-ewwel klijent indipendenti filwaqt li tqiesu l-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-SG&A tal-importatur relatat u għall-profitti li jakkumulaw abbażi tal-marġni tal-profitt medju ponderat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni rrapportat mill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

    (139)  L-EU ETS hija pedament tal-politika tal-UE għall-konformità mal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali.

    (140)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


    ANNESS

    Produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun

    Isem

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Southwest Aluminium (Group) Co., Ltd

    C613

    Jiangsu Dingsheng New Materials Joint-Stock Co., Ltd

    C614

    Shanghai Huafon Aluminium Corporation

    C615

    Alnan Aluminium Inc.

    C616

    Yinbang Clad Material Co., Ltd.

    C617

    Jiangsu Metcoplus Industry Intl. Co., Ltd.

    C618

    Dalishen Aluminum CO.,Ltd

    C619

    Binzhou Hongbo Aluminium Foil Technology Co., Ltd.

    C620

    Yong Jie New Material Co., Ltd.

    C621

    Chalco Ruimin Co., Ltd.

    C622

    Luoyang Wanji Aluminium Processing Co., Ltd.

    C623

    Jiangyin Dolphin Pack Limited Company

    C624

    Henan Xindatong Aluminum Industry Co., Ltd.

    C625

    Zhejiang Yongjie Aluminum Co., Ltd.

    C626

    Jiangsu Zhongji Lamination Materials Co., Ltd.

    C627

    Zhengzhou Guandong Aluminum Industry Co., Ltd.

    C628


    Top