This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0594
Council Decision (EU) 2021/594 of 9 April 2021 on the position to be taken on behalf of the European Union within the European Committee for drawing up standards in the field of inland navigation and within the Central Commission for the Navigation of the Rhine on the adoption of standards concerning professional qualifications in inland navigation
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/594 tad-9 ta’ April 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ standards fil-qasam tan-navigazzjoni interna u fi ħdan il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu fir-rigward tal-adozzjoni ta’ standards dwar il-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/594 tad-9 ta’ April 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ standards fil-qasam tan-navigazzjoni interna u fi ħdan il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu fir-rigward tal-adozzjoni ta’ standards dwar il-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna
ST/7140/2021/INIT
ĠU L 125, 13.4.2021, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/594
tad-9 ta’ April 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ standards fil-qasam tan-navigazzjoni interna u fi ħdan il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu fir-rigward tal-adozzjoni ta’ standards dwar il-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu iffirmata f’Mannheim fis-17 ta’ Ottubru 1868, kif emendata mill-Konvenzjoni li temenda l-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, iffirmata fi Strasburgu fl-20 ta’ Novembru 1963, daħlet fis-seħħ fl-14 ta’ April 1967 (“il-Konvenzjoni”). |
(2) |
Skont l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (“CCNR”) tista’ tadotta rekwiżiti fil-qasam tal-kwalifiki professjonali. |
(3) |
Il-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ standards komuni fil-qasam tan-navigazzjoni interna (“CESNI”) twaqqaf fit-3 ta’ Ġunju 2015 fil-qafas tas-CCNR biex jiżviluppa standards tekniċi għall-passaġġi fuq l-ilma interni f’diversi oqsma, b’mod partikolari fir-rigward tal-bastimenti, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-ekwipaġġ. |
(4) |
Is-CESNI, fil-laqgħa tiegħu li jmiss fil-15 ta’ April 2021, huwa mistenni li jadotta standard għat-taħriġ bażiku dwar is-sikurezza għall-baħrin li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ taħriġ li l-Istati Membri jistgħu jsegwu bħala r-rekwiżiti nazzjonali tagħhom (“CESNI standard 20 04”) u standard għal frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati f’erba’ lingwi għall-baħħara u l-boatmasters biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ sitwazzjonijiet li jinvolvu problemi ta’ komunikazzjoni (“CESNI standard 20 39”). Iż-żewġ standards CESNI standard 20 04 u CESNI standard 20 39 għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
(5) |
Fil-laqgħa plenarja tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2021, is-CCNR hija mistennija tadotta riżoluzzjoni li temenda r-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu sabiex tinkludi referenza għall-Istandards Ewropej għall-Kwalifiki fin-Navigazzjoni Interna (“ES QIN standards”), fosthom CESNI standard 20 04 u CESNI standard 20 39. |
(6) |
CESNI standard 20 04 u CESNI standard 20 39 għandhom l-għan li jikkontribwixxu għaż-żamma tal-ogħla livell ta’ sikurezza fin-navigazzjoni interna u jinkoraġġixxu l-armonizzazzjoni fil-kuntest tad-Direttiva (UE) 2017/2397. |
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-CESNI u fi ħdan is-CCNR. |
(8) |
L-Unjoni la hija membru tas-CCNR u lanqas tas-CESNI. Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma membri ta’ dawk il-korpi, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-CESNI fir-rigward tal-adozzjoni ta’ CESNI standard 20_04 u CESNI standard 20_39 għandha tkun li taqbel mal-adozzjoni tagħhom.
2. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-CCNR fir-rigward tal-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni li temenda r-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu sabiex tinkludi referenza għall-ES QIN standards inkluż CESNI standard 20_04 u CESNI standard 20_39, għandha tkun li tappoġġa l-proposti kollha li jallinjaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti dwar il-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu mal-ES QIN standards.
Artikolu 2
1. Il-pożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(1) għandhom jesprimuha l-Istati Membri i li huma membri tas-CESNI, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni.
2. Il-pożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(2) għandhom jesprimuha l-Istati Membri li huma membri tas-CCNR, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Bidliet tekniċi minuri fil-pożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu miftiehma mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A.P. ZACARIAS
(1) Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53).