Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0622

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/622 tad-29 ta’ April 2020 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    C/2020/2922

    ĠU L 144, 7.5.2020, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/622/oj

    7.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 144/6


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/622

    tad-29 ta’ April 2020

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

    (4)

    Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2020.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President,

    Stephen QUEST

    Direttur Ġenerali

    Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


    (1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-oġġetti

    Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Panell ta’ quddiem rettangolari ta’ radju tal-karozza, magħruf bħala “panell ta’ kontroll”, li għandu diversi buttuni għall-attivazzjoni ta’ funzjonijiet varji tar-radju. Magħmul mill-plastik. Fuq il-buttuni/swiċċijiet hemm iskrizzjonijiet minquxa permezz tal-laser.

    L-oġġett huwa ppreżentat mingħajr komponenti elettriċi jew elettroniċi.

    (Ara l-istampi) (*1)

    8529 90 92

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8529, 8529 90 u 8529 90 92 .

    L-oġġett għandu rwol dirett fl-użu tar-radju tal-karozza. Huwa komponent essenzjali għat-tħaddim tiegħu billi jippermetti l-attivazzjoni tal-punti ta’ kuntatt u b’hekk jagħti l-aċċess għall-funzjonijiet varji tar-radju. L-istruttura u l-metodu ta’ tħaddim tiegħu jipprekludu kwalunkwe użu ieħor għajr bħala komponent ta’ radju tal-karozza. (Ara s-sentenza tal-Qorti Ġustizzja tal-15 ta’ Frar 2007, RUMA GmbH v Oberfinanzdirektion Nürnberg, C-183/06, ECLI:EU:C:2007:110). B’hekk, dan jitqies bħala parti mir-radju. Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 8529 bħala partijiet oħrajn tal-apparat tal-intestatura 8527.

    Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 8529 90 49 hija eskluża għaliex l-oġġett mhuwiex “armarju jew case” skont it-tifsira tal-intestatura 8529, iżda biss il-pannell ta’ quddiem ta’ radju tal-karozza (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għas-subintestaturi 8529 90 41 u 8529 90 49 , it-tielet paragrafu).

    Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8529 90 92 bħala partijiet oħrajn għal apparat tal-intestatura 8527.

    Image 1

    Image 2


    (*1)  L-istampi għandhom jintużaw biss għal finijiet ta’ informazzjoni.


    Top