This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020L0012
Commission Delegated Directive (EU) 2020/12 of 2 August 2019 supplementing Directive (EU) 2017/2397 of the European Parliament and of the Council as regards the standards for competences and corresponding knowledge and skills, for the practical examinations, for the approval of simulators and for medical fitness (Text with EEA relevance)
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/12 tat-2 ta’ Awwissu 2019 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/12 tat-2 ta’ Awwissu 2019 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/5646
ĠU L 6, 10.1.2020, p. 15–100
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/15 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/12
tat-2 ta’ Awwissu 2019
li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) u (4), l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 23(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifika ta’ persuni involuti fit-tħaddim tal-inġenji fil-passaġġi tal-ilma interni tal-Unjoni. Iċ-ċertifikazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-mobilità, tiżgura s-sikurezza tan-navigazzjoni u tiżgura l-protezzjoni tal-ħajja umana u tal-ambjent. |
(2) |
Biex tipprovdi standards armonizzati minimi għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa biex tadotta regoli dettaljati li jistabbilixxu standards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, standards għall-eżamijiet prattiċi, standards għall-approvazzjoni tas-simulaturi u standards għall-istat mediku. |
(3) |
Skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2017/2397, l-atti delegati jenħtieġ li jagħmlu referenza għall-istandards stabbiliti mill-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ standards fil-qasam tan-navigazzjoni interna (“CESNI”) u jinkludu t-test sħiħ tagħhom, dment li dawk l-istandards ikunu disponibbli u aġġornati, li dawk l-istandards jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit applikabbli stabbilit fl-Annessi tad-Direttiva u li l-interessi tal-Unjoni ma jinxteħtux f’riskju minħabba t-tibdiliet fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tas-CESNI. It-tliet kundizzjonijiet ġew issodisfati bl-adozzjoni, mis-CESNI, matul il-laqgħa tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2018, tal-ewwel standards dwar il-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna. |
(4) |
L-istandards għall-kompetenzi jenħtieġ li jistabbilixxu l-kompetenzi minimi meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju, u dan, għall-membri tal-ekwipaġġ fil-livelli operazzjonali u maniġerjali, għall-kaptani awtorizzati li jbaħħru bl-għajnuna tar-radar u dawk awtorizzati jbaħħru fuq il-passaġġi tal-ilma b’karattru marittimu, għall-esperti fin-navigazzjoni tal-passiġġieri u għall-esperti fil-gass naturali likwifikat (LNG). Kull kompetenza meħtieġa jenħtieġ li tiġi definita bl-għarfien u bil-ħiliet korrispondenti tagħha. |
(5) |
Biex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-eżamijiet prattiċi meħtieġa mill-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 b’mod simili, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards għall-eżamijiet prattiċi. Għal dan l-għan, l-istandards jenħtieġ li jiddefinixxu, għal kull eżami prattiku, il-kompetenzi speċifiċi u s-sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni, li jinkludu sistema speċifika ta’ punteġġi u r-rekwiżiti tekniċi għall-installazzjonijiet fuq l-inġenji u fuq l-art. Għall-kandidati għall-kwalifika ta’ kaptan li qabel ma tkunx saritilhom valutazzjoni fil-livell operazzjonali, jenħtieġ li jiġi previst modulu addizzjonali, bl-għan li tkun tista’ tiġi vverifikata wkoll il-ħila li jwettqu l-kompiti ssorveljati relatati. |
(6) |
L-istandards għall-approvazzjoni tas-simulaturi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiżguraw li s-simulaturi użati għal valutazzjoni tal-kompetenza jitfasslu b’tali mod li jippermettu għall-verifika tal-kompetenzi kif stipulat fl-istandards għall-eżamijiet prattiċi. L-istandards jenħtieġ li ikopru r-rekwiżiti tekniċi u funzjonali għas-simulaturi tal-kontroll tal-bastimenti u tar-radar kif ukoll il-proċedura għall-approvazzjoni amministrattiva ta’ dawk is-simulaturi. |
(7) |
Biex jitnaqqsu d-differenzi nazzjonali fir-rekwiżiti mediċi u fil-proċeduri ta’ eżami u biex jiġi żgurat li ċ-ċertifikati mediċi li jinħarġu għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta fin-navigazzjoni interna jkunu indikatur validu tal-istat mediku tagħhom għax-xogħol li ser ikunu qed iwettqu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards għall-istat mediku. L-istandards jenħtieġ li jispeċifikaw it-testijiet li l-prattikanti mediċi jenħtieġ li jwettqu u l-kriterji li jridu japplikaw biex jiddeterminaw l-idoneità għax-xogħol tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta. Dawn jenħtieġ li jkopru l-vista, is-smigħ u l-kundizzjonijiet fiżiċi u psikoloġiċi li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ idoneità temporanju jew permanenti għax-xogħol, kif ukoll miżuri ta’ mitigazzjoni u restrizzjonijiet possibbli. Għall-koerenza, l-istandards jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-linji gwida dwar l-eżamijiet mediċi tal-baħħara ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, b’mod partikolari fuq il-kriterji applikati għas-servizzi kostali. |
(8) |
Id-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva delegata jenħtieġ li tkun allinjata mad-dati tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għal raġunijiet ta’ koerenza u ta’ effiċjenza. |
(9) |
F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni li l-Istati Membri huma obbligati li jfornu lill-Kummissjoni fil-kuntest tat-traspożizzjoni ta’ direttiva trid tkun ċara u preċiża. Dan japplika wkoll għal dan l-att delegat. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-istandards għall-kompetenzi u l-għarfien u l-ħiliet korrispondenti msemmija fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-istandards għall-eżamijiet prattiċi msemmija fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-istandards għall-approvazzjoni tas-simulaturi msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
L-istandards għall-istat mediku msemmija fl-Artikolu 23(6) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-17 ta’ Jannar 2022. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn iridu jkunu jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal Stat Membru li ma jkunx ittraspona u implimenta bis-sħiħ id-Direttiva (UE) 2017/2397 f’konformità mal-Artikolu 39(2), (3) jew (4) ta’ dik id-Direttiva. Meta t-tali Stat Membru jittrasponi u jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva (UE) 2017/2397, fl-istess ħin dan għandu jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jinforma lill-Kummissjoni li jkun għamel dan.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 6
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS I
STANDARDS GĦALL-KOMPETENZI U GĦALL-GĦARFIEN U L-ĦILIET KORRISPONDENTI
I. STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦAL-LIVELL OPERAZZJONALI
1. Navigazzjoni
1.1. Il-baħħar għandu jkun jista’ jgħin lill-maniġment tal-inġenju f’sitwazzjonijiet ta’ mmanuvrar u ta’ mmaniġġjar ta’ inġenju f’passaġġi fuq l-ilma interni. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jagħmel dan fuq it-tipi kollha ta’ passaġġi fuq l-ilma u fit-tipi kollha ta’ portijiet.
B’mod partikolari, il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
2. L-operat tal-inġenju
2.1. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jassisti lill-maniġment tal-inġenju fil-kontroll tal-operat tal-inġenju u fl-indokrar tal-persuni abbord.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
2.2. Il-baħħar għandu jkun kapaċi juża t-tagħmir tal-inġenju.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
3. Immaniġġar tal-merkanzija, stivar u trasport tal-passiġġieri
3.1. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jassisti lill-maniġment tal-inġenju fit-tħejjija, fl-istivar u fil-monitoraġġ tal-merkanzija matul operazzjonijiet ta’ tagħbija u ta’ ħatt.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
3.2. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jassisti lill-maniġment tal-inġenju fil-provvista ta’ servizzi lill-passiġġieri u jipprovdi assistenza diretta lil persuni b’diżabilità u lil persuni b’mobilità mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u l-istruzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
4. Inġinerija marina u inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll
4.1. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jassisti lill-maniġment tal-inġenju fl-inġinerija marina, elettrika, elettronika u ta’ kontroll biex jiżgura s-sikurezza teknika ġenerali.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
4.2. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-tagħmir tal-inġinerija marina, elettrika, elettronika u ta’ kontroll biex jiżgura s-sikurezza teknika ġenerali.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
5. Manutenzjoni u Tiswija
5.1. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jgħin lill-maniġment tal-inġenju fil-manutenzjoni u fit-tiswija tal-inġenju, tal-apparati tiegħu u tat-tagħmir tiegħu.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
6. Komunikazzjoni
6.1. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jikkomunika b’mod ġenerali u professjonali. Dan jinkludi l-ħila li juża frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati f’sitwazzjonijiet bi problemi ta’ komunikazzjoni.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
6.2. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jkun soċjevoli.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
7. Saħħa u sikurezza u protezzjoni ambjentali
7.1. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jaderixxi mar-regoli dwar ix-xogħol sikur, jifhem l-importanza tar-regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza u l-importanza tal-ambjent.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
7.2. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jagħraf l-importanza tat-taħriġ abbord u jaġixxi minnufih fil-każ ta’ emerġenzi.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Ħila li jżomm ir-rotot għall-ħruġ f’emerġenza ħielsa mill-ostakli (skont il-karatteristiċi lokali abbord). |
||||||||||||||||||||||||||
|
Ħila li juża s-sistemi u t-tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm f’emerġenzi |
7.3. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jieħu prekawzjonijiet biex jipprevjeni n-nirien u għandu juża t-tagħmir għat-tifi tan-nar kif suppost.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
7.4. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jwettaq id-dmirijiet filwaqt li titqies l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent.
Il-baħħar għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
II. STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦAL-LIVELL MANIĠERJALI
0. Superviżjoni
Il-kaptan għandu jkun kapaċi jagħti struzzjonijiet lil membri oħra tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta u jissorvelja l-kompiti li jeżerċitaw, kif imsemmi fit-Taqsima 1 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/2397, li jimplikaw ħiliet adegwati għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti.
Persuni li jkunu lesti li jikkwalifikaw bħala kaptan għandhom jagħtu xiehda tal-kompetenzi elenkati fit-Taqsimiet 0.1 sa 7.4 li ġejjin sakemm ma jkunux ħadu wieħed minn dawn il-passi li ġejjin:
— |
wettqu programm ta’ taħriġ approvat fuq il-bażi tal-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali; |
— |
għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa minn awtorità amministrattiva mmirata lejn il-verifika li l-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali jkunu ntlaħqu. |
0.1. Navigazzjoni
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
0.2. L-operat tal-inġenju
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
0.3. Immaniġġar tal-merkanzija, stivar u trasport tal-passiġġieri
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
0.4. Inġinerija marina u inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Ħila li jmantni u jżomm fi stat tajjeb il-kamra tal-magni, il-magna ewlenija, il-makkinarju ewlieni, it-tagħmir awżiljarju u s-sistemi ta’ kontroll. |
||||||||||||||||
|
Ħila li jmantni u jieħu ħsieb pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra. |
0.5. Manutenzjoni u tiswija
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
0.6. Komunikazzjoni
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
0.7. Saħħa u sikurezza u protezzjoni ambjentali
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħila li juża s-sistemi u t-tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm f’emerġenzi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
1. Navigazzjoni
1.1. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana vjaġġ u jmexxi n-navigazzjoni f’passaġġi fuq l-ilma interni, inkluż li jkun kapaċi jagħżel l-aktar rotta tat-tbaħħir loġika, ekonomika u ekoloġika biex jasal fid-destinazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt filwaqt li jqis ir-regolamenti tat-traffiku applikabbli u ġabra ta’ regoli miftiehma applikabbli fin-navigazzjoni interna.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
1.2. Il-kaptan għandu jkun kapaċi japplika għarfien fuq ir-regoli applikabbli dwar l-arranġamenti tal-persunal tal-inġenju, inkluż għarfien dwar il-ħin tal-mistrieħ u dwar il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta;
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||||||
|
|
1.3. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jbaħħar u jimmanuvra filwaqt li jiżgura t-tħaddim sigur tal-inġenju fil-kundizzjonijiet kollha fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inkluż f’sitwazzjonijiet li jinvolvu traffiku qawwi jew meta inġenji oħrajn iġorru merkanzija perikoluża u li jeħtieġu għarfien bażiku dwar il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
1.4. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jwieġeb għal emerġenzi navigazzjonali fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
2. L-operat tal-inġenju
2.1. Il-kaptan għandu jkun kapaċi japplika għarfien dwar il-metodi ta’ bini tal-bastimenti u ta’ kostruzzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni għall-operat ta’ diversi tipi ta’ inġenji u jkollu għarfien bażiku dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, kif imsemmija fid-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
2.2. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jikkontrolla u jimmonitorja t-tagħmir obbligatorju kif imsemmi fiċ-ċertifikat applikabbli tal-inġenju.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
3. Immaniġġar tal-merkanzija, stivar u trasport tal-passiġġieri
3.1 Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana u jiżgura t-tagħbija, l-istivar, l-irbit, il-ħatt u l-indukrar sikuri tal-merkanziji matul il-vjaġġ.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
3.2. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana u jiżgura l-istabbiltà tal-inġenju.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
3.3. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana u jiżgura t-trasport sikur tal-passiġġieri u li jittieħed ħsieb tagħhom matul il-vjaġġ, inkluż billi tingħata assistenza diretta lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u struzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
4. Inġinerija marina u inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll
4.1. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana l-fluss tax-xogħol tal-inġinerija marina u tal-inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
4.2. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jimmonitorja l-magni ewlenin u l-makkinarju u t-tagħmir awżiljarji.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Ħila li juża u jinterpreta l-manwali biex jevalwa l-prestazzjoni tal-magna u jħaddem il-magni kif xieraq. |
4.3. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana u jagħti struzzjonijiet b’rabta mal-pompa u mas-sistema ta’ kontroll tal-pompa tal-inġenju.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
4.4. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jorganizza l-użu u l-applikazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija sikuri tal-apparati elettrotekniċi tal-inġenju.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
4.5. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jikkontrolla l-manutenzjoni u t-tiswija sikuri tal-apparati tekniċi.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
5. Manutenzjoni u tiswija
5.1. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jorganizza l-manutenzjoni u t-tiswija sikuri tal-inġenju u tat-tagħmir tiegħu.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Ħila li jagħti struzzjonijiet u jissorvelja l-ekwipaġġ skont il-proċeduri ta’ ħidma u l-limitazzjonijiet tas-sikurezza meta juża ħbula u wajers skont iċ-ċertifikat u l-iskedi ta’ data tal-inġenju. |
6. Komunikazzjoni
6.1. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jimmaniġġja r-riżorsi umani, ikun soċjalment responsabbli, u jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-fluss tax-xogħol u tat-taħriġ abbord l-inġenju.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
6.2. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni tajba f’kull ħin, li tinkludi l-użu ta’ frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati f’sitwazzjonijiet bi problemi ta’ komunikazzjoni.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
6.3 Il-kaptan għandu jkun kapaċi jrawwem ambjent tax-xogħol ibbilanċjat sew u soċjevoli abbord.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
7. Is-saħħa u s-sikurezza, id-drittijiet tal-passiġġieri u l-protezzjoni ambjentali
7.1. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jimmonitorja r-rekwiżiti legali applikabbli u jieħu miżuri għall-iżgurar tas-sikurezza tal-ħajja.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
7.2. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jżomm is-sikurezza u s-sigurtà għall-persuni abbord inkluża l-assistenza diretta lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u struzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
7.3. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jistabbilixxi pjanijiet ta’ kontroll ta’ emerġenza u ta’ ħsarat, u jimmaniġġja sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
7.4. Il-kaptan għandu jkun kapaċi jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti għall-ħarsien ambjentali.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
III. STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦAT-TBAĦĦIR FUQ PASSAĠĠI TAL-ILMA INTERNI B’KARATTRU MARITTIMU
1. Il-kaptan li jbaħħar fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu għandu jkun kapaċi jaħdem b’ċarts u b’mapep aġġornati, b’avviżi għall-iskippers u għall-baħħara u b’pubblikazzjonijiet oħra speċifiċi għall-passaġġi fuq l-ilma b’karattru marittimu.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||
|
|
2. Il-kaptan li jbaħħar fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu għandu jkun kapaċi juża d-datums tal-mareat, il-kurrenti tal-mareat, il-perjodi u ċ-ċikli, il-ħin tal-kurrenti tal-mareat u l-mareat u l-varjazzjonijiet fi ħdan estwarju.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
3. Il-kaptan li jbaħħar fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu għandu jkun kapaċi juża SIGNI (Signalisation de voies de Navigation Intérieure) u IALA (Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Għajnuniet Marittimi lil Awtoritajiet ta’ Navigazzjoni u ta’ Fanal tal-Portijiet) għan-navigazzjoni sikura fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
IV. STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦAT-TBAĦĦIR BL-GĦAJNUNA TAR-RADAR
1. Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jieħu azzjoni xierqa b’rabta man-navigazzjoni bl-għajnuna tar-radar qabel it-tluq.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
2. Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jinterpreta d-displej tar-radar u janalizza l-informazzjoni fornita mir-radar.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
3. Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jnaqqas l-interferenza b’oriġini li tvarja.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
4. Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jinnaviga bir-radar filwaqt li jqis is-sett miftiehem ta’ regoli applikabbli għan-navigazzjoni interna u skont ir-regolamenti li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għan-navigazzjoni bir-radar (bħar-rekwiżiti tal-arranġamenti tal-persunal jew ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti).
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||
|
|
5. Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jimmaniġġja ċirkustanzi speċifiċi, bħad-densità tat-traffiku, ħsara fl-apparati, sitwazzjonijiet perikolużi.
Il-kaptan għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
V. STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦALL-ESPERTI FIN-NAVIGAZZJONI TAL-PASSIĠĠIERI
1. L-espert għandu jkun kapaċi jorganizza l-użu tat-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja abbord il-bastimenti tal-passiġġieri.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
2. L-espert għandu jkun kapaċi japplika l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġi l-passiġġieri b’mod ġenerali, speċjalment f’każ ta’ emerġenza (eż. evakwazzjoni, ħsara, kolliżjoni, inkaljar, nar, splużjoni jew sitwazzjonijiet oħra li jistgħu joħolqu paniku), inkluż billi tingħata assistenza diretta lil persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa f’konformità mar-rekwiżiti tat-taħriġ u l-istruzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
3. L-espert għandu jkun kapaċi jikkomunika b’Ingliż elementari.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
4. L-espert għandu jkun kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
VI. STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦALL-ESPERTI FIL-GASS NATURALI LIKWIFIKAT (LNG)
1. L-espert għandu jkun kapaċi jiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards applikabbli għal inġenji li juża l-LNG bħala fjuwil, kif ukoll ma’ regolamenti rilevanti oħra dwar is-saħħa u s-sikurezza.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
2. L-espert għandu jkun kapaċi jkun konxju dwar punti speċifiċi ta’ attenzjoni relatati mal-LNG, jagħraf ir-riskji u jimmaniġġjahom.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||
|
|
||||||
|
|
3. L-espert għandu jkun kapaċi jopera s-sistemi speċifiċi għal-LNG b’mod sikur.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
4. L-espert għandu jkun kapaċi jiżgura l-verifika regolari tas-sistema tal-LNG.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||
|
|
5. L-espert għandu jkun jaf kif iwettaq l-operazzjonijiet ta’ bunkering tal-LNG b’mod sikur u kkontrollat.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||||||||||
|
|
6. L-espert għandu jkun kapaċi jħejji s-sistema tal-LNG għall-manutenzjoni tal-inġenju.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||
|
|
7. L-espert għandu jkun kapaċi jimmaniġġja s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati mal-LNG.
L-espert għandu jkun kapaċi:
KOLONNA 1 KOMPETENZA |
KOLONNA 2 GĦARFIEN U ĦILIET |
||||||||||||||||||||||
|
|
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118).
ANNESS II
STANDARD GĦAL EŻAMIJIET PRATTIĊI
I. STANDARDS GĦALL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ AWTORIZZAZZJONI SPEĊIFIKA GĦAT-TBAĦĦIR BL-GĦAJNUNA TAR-RADAR
1. Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni
L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-elementi tal-eżamijiet individwali.
L-eżaminaturi għandhom jittestjaw l-elementi 1-16 u tal-anqas wieħed mill-elementi 17 sa 19. L-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element.
Nru |
Kompetenzi |
Element tal-eżami |
1 |
1.1. |
ixgħel, aġġusta u kkontrolla l-funzjonament tal-installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali; |
2 |
1.1. |
ixgħel, aġġusta u kkontrolla l-funzjonament tal-indikatur tar-rata tad-dawran; |
3 |
1.1. |
interpreta d-displej tar-radar kif suppost billi tissettja l-medda, ir-riżoluzzjoni, il-luminożità, il-gain, il-kuntrast, apparat konness ieħor, iċċentra u rfina; |
4 |
1.1. |
uża l-indikatur tar-rata tad-dawran, eż. billi tistabbilixxi r-rata tad-dawran skont ir-rata massima tad-dawran tal-inġenju; |
5 |
2.1 |
identifika l-pożizzjoni tal-antenna fuq l-iskrin u l-linja tal-intestatura, l-issettjar tal-pożizzjoni, ir-rotta u d-direzzjoni tad-dawran tal-inġenju proprju u d-distanzi u l-ilħuq determinanti; |
6 |
2.1 |
interpreta l-imġiba ta’ parteċipanti oħra fit-traffiku (inġenji weqfin, inġenji resqin u inġenji mexjin fl-istess direzzjoni); |
7 |
2.2 |
analizza l-informazzjoni fornuta mir-radar bħal-linja tal-intestatura, l-electronic bearing line, iċ-ċrieki tal-medda u l-markatur tal-medda varjabbli, il-linji tal-mira, id-diċentrar u l-linji paralleli u li jispjega l-istampa tar-radar; |
8 |
3.1 |
naqqas id-disturbi li ġejjin mill-inġenju proprju billi tivverifika l-antenna, billi tnaqqas id-dellijiet u r-riflessjonijiet multipli, eż. fiż-żona tal-istivi; |
9 |
3.2 |
ħu azzjoni biex tnaqqas id-disturbi mill-ambjent billi tnaqqas l-influwenza mix-xita u mill-mewġ, billi tindirizza kif suppost il-kampi mifruxa (eż. mill-pontijiet), l-eki foloz/fantażma mil-linji tat-trażmissjoni tal-elettriku u mill-kejbils kif ukoll b’effetti ta’ dellijiet u ta’ diversi perikorsi; |
10 |
3.3 |
neħħi d-disturbi li ġejjin minn installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali oħra billi tuża r-rifjut tal-interferenza; |
11 |
4.1. |
attribwixxi kif suppost il-kompiti lill-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta; |
12 |
4.1. |
żgura l-kooperazzjoni bejn it-tmunier u l-persuna li tuża l-installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali skont il-viżibbiltà u l-karatteristiċi tal-kamra tat-tmunier; |
13 |
4.1 |
uża l-indikaturi tar-rata tad-dawran u l-ECDIS interna jew displejs simili flimkien mar-radar; |
14 |
4.1. |
aġixxi skont ir-regolamenti tal-pulizija f’każ ta’ viżibbiltà mnaqqsa u fil-każ ta’ viżibbiltà tajba; |
15 |
4.1. |
uża r-radju u sinjali akustiċi biex taqbel fuq rotta billi tuża l-informazzjoni fornuta mir-radar; |
16 |
4.1. |
agħti kmandi lit-tmunier inkluż billi tivverifika l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa tal-persuna |
17 |
5.1 |
ħu miżuri xierqa f’densità għolja tat-traffiku; |
18 |
5.1. |
ħu miżuri xierqa fil-każ ta’ ħsara fl-apparati; |
19 |
5.1. |
irreaġixxi kif xieraq f’sitwazzjonijiet tat-traffiku li ma jkunux ċari jew li jkunu perikolużi. |
2. Rekwiżiti tekniċi għall-inġenji użati għall-eżami prattiku
Inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.
Inġenju użat għall-eżamijiet prattiċi għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jissodisfa r-rekwiżit tekniku stabbilit fl-Artikolu 7.06 tal-istandard ES-TRIN 2017/1 (1). L-inġenju għandu jkun mgħammar b’ECDIS interna operabbli jew b’apparat komparabbli għall-wiri ta’ ċarts elettroniċi.
II. STANDARDS GĦALL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KWALIFIKAZZJONI BĦALA ESPERT FIN-NAVIGAZZJONI TAL-PASSIĠĠIERI
1. Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni
L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-elementi tal-eżamijiet individwali.
L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 11 mill-14-il element tal-kategorija I, dment li: jiġu vvalutati l-element 16 u l-element 20.
L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 7 minn 8 elementi tal-kategorija II.
L-applikanti jistgħu jiksbu 10 punti f’kull element bħala riżultat massimu.
Għall-kategorija I, l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element. Għall-kategorija II, l-applikanti jridu jiksbu punteġġ minimu totali ta’ 45 punt.
Nru |
Kompetenzi |
Elementi tal-eżami |
Kategorija I-II |
1 |
1.1. |
uri l-użu tal-bagi tas-salvataġġ għall-passiġġieri; |
I |
2 |
1.1. |
uri l-użu tal-ġkieket tas-salvataġġ għall-passiġġieri u għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta u l-persunal abbord il-bastiment inkluż tagħmir individwali speċifiku tas-salvataġġ tal-ħajja għal persuni li ma jwettqux kompiti għal-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal; |
I |
3 |
1.1. |
uri l-użu ta’ tagħmir xieraq għall-evakwazzjoni f’ilma baxx, għal fuq ix-xatt jew fuq inġenju ieħor; |
I |
4 |
1.1. |
uri l-użu tad-dgħajjes tal-bastiment inklużi l-magna u d-dawl tat-tiftix ta’ emerġenza jew il-pjattaforma tagħhom skont l-Artikolu 19.15 ES-TRIN 2017/1, biddel l-apparati tas-salvataġġ tal-ħajja tad-dgħajsa tal-bastiment jew dawk kollettivi skont l-Artikolu 19.09(5) sa (7) ES-TRIN 2017/1; |
I |
5 |
1.1. |
uri l-użu ta’ streċer xieraq; |
I |
6 |
1.1. |
uri l-użu tal-kits tal-ewwel għajnuna; |
I |
7 |
1.1. |
uri l-użu ta’ settijiet awtonomi ta’ apparati tat-teħid tan-nifs u ta’ settijiet ta’ tagħmir kif ukoll ta’ kappi tad-duħħan skont l-Artikolu 19.12(10) ES-TRIN 2017/1 jew ta’ taħlita ta’ dawn; |
I |
8 |
2.1. |
ivverifika u mmonitorja l-intervalli tal-ispezzjonijiet għat-tagħmir imsemmi fin-nri 1 - 7 ta’ din it-tabella; |
II |
9 |
2.1. |
ivverifika u mmonitorja l-kwalifika neċessarja tal-persuni li jużaw il-kits tal-ewwel għajnuna u s-settijiet ta’ apparti awtonomi għat-teħid tan-nifs u s-settijiet ta’ tagħmir kif ukoll il-kappi tad-duħħan; |
II |
10 |
2.1. |
stiva kif xieraq u qassam l-apparati tas-salvataġġ tal-ħajja; |
I |
11 |
2.3. |
identifika ż-żoni aċċessibbli għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa; |
II |
12 |
1.1. |
uri l-użu tat-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa; |
I |
13 |
2.1 |
spjega l-elementi tal-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal u l-pjan ta’ sikurezza; |
II |
14 |
2.1. |
agħti l-kompiti lill-persunal abbord il-bastiment skont il-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal u l-pjan ta’ sikurezza; |
II |
15 |
2.3 |
agħti l-kompiti lill-persunal abbord il-bastiment fir-rigward tal-aċċess nondiskriminatorju u l-ippjanar tal-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa; |
II |
16 |
2.3 |
organizza t-taħriġ u l-istruzzjonijiet għall-persuni b’mobilità mnaqqsa skont l-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010; |
I |
17 |
2.2 |
organizza l-evakwazzjoni ta’ żona tal-passiġġieri billi tispjega l-miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu f’każ ta’ kolliżjoni, ta’, inkaljar, ta’ dħaħen u ta’ nirien; |
I |
18 |
2.2. |
itfi nar li għadu kif tkebbes u mmaniġġja bibien impermeabbli għall-ilma u reżistenti għan-nar; |
I |
19 |
2.2. |
ipprovdi l-informazzjoni neċessarja lill-kaptan, lill-passiġġieri u lill-forzi tas-salvataġġ esterni f’emerġenza simulata; |
II |
20 |
3.1 |
uża vokabolarju elementari bl-Ingliż u lissen frażijiet xierqa biex tiggwida lill-passiġġieri u lill-persunal abbord il-bastiment f’sitwazzjonijiet standard u biex twissihom u tiggwidahom fil-każ ta’ emerġenzi; |
I |
21 |
4.1 |
spjega liema drittijiet tal-passiġġieri huma applikabbli; |
I |
22 |
4.1 |
implimenta l-proċeduri applikabbli biex tipprovdi aċċess u assistenza professjonali lill-passiġġieri skont ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010. |
II |
2. Rekwiżiti tekniċi għall-inġenji u għall-installazzjoni fuq l-art użati għall-eżami prattiku
Il-post fejn isseħħ il-valutazzjoni għandu jkun mgħammar b’tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja għall-bastimenti tal-passiġġieri neċessarju biex jintwera l-element nru 2 tal-eżami inkluż tagħmir speċifiku tas-salvataġġ tal-ħajja għal bastimenti bil-kabina skont l-ES-TRIN 2017/1 applikabbli. Dan għandu jkun mgħammar b’lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal u bi pjan ta’ sikurezza li jikkonformaw mal-ES-TRIN 2017/1 u spazji u tagħmir xierqa għall-valutazzjoni tal-ħila ta’ organizzazzjoni tal-evakwazzjoni u tal-imġiba għall-ġlieda kontra n-nar u għar-reazzjonijiet f’każ ta’ nar.
Inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.
III. STANDARDS GĦALL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KWALIFIKAZZJONI BĦALA ESPERT FIL-GASS NATURALI LIKWIFIKAT (LNG)
1. Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni
L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-elementi tal-eżamijiet individwali. L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 9 mill-11-il element tal-kategorija I.
L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 5 mis-7 elementi tal-kategorija II.
L-applikanti jistgħu jiksbu 10 punti f’kull element bħala riżultat massimu.
Għall-kategorija I, l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element ittestjat. Għall-kategorija II, l-applikanti jridu jiksbu punteġġ minimu totali ta’ 30 punt.
Nru. |
Komp. |
Elementi tal-eżami |
Kategorija I-II |
||||||||
1 |
1.1 |
agħti struzzjonijiet u mmonitorja l-operazzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ biex tiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards applikabbli għal inġenji li jużaw l-LNG bħala fjuwil abbord l-inġenji u b’mod partikolari mal-proċedura ta’ bunkering; |
II |
||||||||
2 |
1.2 |
agħti struzzjonijiet u mmonitorja l-operazzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ biex tiżgura l-konformità ma’ regolamenti rilevanti oħra dwar is-saħħa u s-sikurezza; |
II |
||||||||
3 |
2.2 |
immaniġġja r-riskji, iddokumenta dwar is-sikurezza abbord (inkluż il-pjan ta’ sikurezza u l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza), biex tivvaluta u tikkontrolla ż-żoni perikolużi, is-sikurezza tan-nirien u biex tuża t-tagħmir ta’ protezzjoni personali; |
II |
||||||||
4 |
3.1 |
ippreżenta l-modalità ta’ azzjoni tal-LNG; |
II |
||||||||
5 |
3.1 |
aqra l-pressjoni u t-temperatura, opera s-sistemi ta’ stripping, ta’ konteniment, tal-pajpijiet ta’ provvista tal-gass, ta’ ventilazzjoni, ta’ sikurezza, il-valvi u mmaniġġja l-evaporazzjoni tal-LNG; |
I |
||||||||
6 |
4.1 |
agħmel il-manutenzjoni ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa u dik perjodika regolari, |
I |
||||||||
7 |
4.1 |
irranġa l-ħsarat individwati matul il-manutenzjoni; |
I |
||||||||
8 |
4.1 |
iddokumenta x-xogħol ta’ manutenzjoni; |
II |
||||||||
9 |
5.1 |
niedi u mmonitorja l-proċeduri ta’ bunkering inklużi miżuri għall-garanzija ta’ rmiġġ sikur, il-pożizzjoni korretta tal-kejbils u tal-pajpijiet biex tiġi evitata tnixxija u li ħu miżuri biex taqla’ l-konnessjoni tal-LNG u l-konnessjoni tal-bunkering b’mod sikur jekk ikun hemm bżonn fi kwalunkwe waqt; |
I |
||||||||
10 |
5.1 |
żgura l-konformità mar-regolamenti rilevanti dwar iż-żona ta’ sikurezza; |
II |
||||||||
11 |
5.1 |
irrapporta l-bidu tal-proċedura ta’ bunkering; |
II |
||||||||
12 |
5.1 |
wettaq bunkering sikur skont il-manwal li jinkludi l-ħila li timmonitorja l-pressjoni, it-temperatura u l-livell ta’ LNG fit-tankijiet; |
I |
||||||||
13 |
5.1 |
battal is-sistemi tal-pajpijiet, agħlaq il-valvi u aqla’ l-konnessjoni bejn l-installazzjoni tal-bunkering u rrapporta t-tmiem tal-proċedura wara l-bunkering; |
I |
||||||||
14 |
6.1 |
agħmel
|
I |
||||||||
15 |
7.1 |
irreaġixxi kif xieraq f’każ ta’ emerġenzi bħal
|
I |
||||||||
16 |
7.1 |
irreaġixxi kif xieraq fil-każ ta’ nar fil-viċin tat-tankijiet tal-fjuwil tal-LNG jew fil-kmamar tal-magni; |
I |
||||||||
17 |
7.1 |
irreaġixxi kif xieraq fil-każ ta’ pressjoni akkumulata fis-sistemi tal-pajpijiet wara attivazzjoni tat-tifi ta’ emerġenza fil-każ ta’ rilaxx imminenti jew ta’ ventilazzjoni; |
I |
||||||||
18 |
7.1 |
ħu miżuri ta’ emerġenza u miżuri ta’ emerġenza ta’ sorveljanza mill-bogħod, eż. biex tikkontrolla kif xieraq nirien tal-LNG, nirien f’għadajjar, nirien f’ġettijiet u nirien li jaħtfu. |
I |
2. Rekwiżiti tekniċi għall-inġenji u għall-faċilitajiet fuq l-art użati għall-eżami prattiku
L-inġenju u l-faċilitajiet fuq l-art iridu jkunu mgħammra b’
1. |
Dokumentazzjoni użata għall-valutazzjoni bħal
|
2. |
Speċifika s-sistemi għall-użu tal-LNG
|
3. |
Kamra tal-magna xierqa,
|
Inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.
IV. STANDARDS GĦALL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KWALIFIKAZZJONI BĦALA KAPTAN
1. Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni
L-eżami jinkludi żewġ partijiet: waħda dwar l-ippjanar tal-vjaġġi u t-tieni dwar l-eżekuzzjoni tal-vjaġġ. Il-valutazzjoni għall-eżekuzzjoni tal-vjaġġ għandha sseħħ f’sessjoni waħda. Kull parti mill-eżami tikkonsisti f’diversi elementi.
Għall-kaptani, li la lestew programm ta’ taħriġ approvat fuq il-bażi tal-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali u li lanqas m’għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza minn awtorità amministrattiva mmirata lejn il-verifikar li l-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali huma ssodisfati, ir-rekwiżiti huma supplimentati bl-elementi speċifiċi stabbiliti fl-istandards stabbiliti fit-Taqsima V (modulu addizzjonali dwar is-superviżjoni fil-kuntest tal-eżami prattiku għall-kisba ta’ ċertifikat ta’ kwalifika bħala kaptan).
Fir-rigward tal-kontenut, l-eżami għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
Ippjanar tal-vjaġġ
Il-parti tal-eżami dwar l-ippjanar tal-vjaġġ tinkludi l-elementi elenkati fit-tabella fl-Appendiċi 1. L-elementi huma raggruppati fil-kategoriji I u II skont l-importanza tagħhom. 10 elementi minn kull kategorija għandhom jintgħażlu minn dik il-lista u jiġu ttestjati fl-eżami.
Eżekuzzjoni tal-vjaġġ
L-applikanti huma meħtieġa juru li huma kapaċi jeżegwixxu vjaġġ. Prekundizzjoni indispensabbli għal dan hu li l-applikanti jimmaniġġjaw l-inġenju huma stess. L-elementi individwali li jridu jiġu ttestjati jistgħu jinstabu fit-tabella fl-Appendiċi 2 u – għall-kuntrarju tal-parti tal-ippjanar tal-vjaġġ – dawn ikoll dejjem għandhom jiġu ttestjati.
L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut ta’ kull element individwali tal-eżami.
Appendiċi 1
Kontenut tal-parti tal-eżami dwar l-ippjanar tal-vjaġġ
F’kull kategorija għandhom jiġu ttestjati 10 elementi. L-applikant jista’ jikseb 10 punti f’kull element bħala riżultat massimu.
Għall-kategorija I, l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element ittestjat. Għall-kategorija II, l-applikanti jridu jiksbu punteġġ minimu totali ta’ 60 punt.
Nru. |
Kompetenzi |
Elementi tal-eżami |
Kategorija I-II |
1 |
1.1.1 |
innaviga fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni Ewropej inklużi l-imgħalaq u l-lifts skont il-ftehimiet dwar in-navigazzjoni mal-aġent; |
I |
2 |
1.1.3 |
ikkunsidra l-aspetti ekonomiċi u ekoloġiċi tal-operat tal-inġenju biex tuża l-inġenju b’mod effiċjenti u tirrispetta l-ambjent; |
II |
3 |
1.1.4 |
qis l-istrutturi u l-profili tekniċi tal-passaġġi fuq l-ilma, u ħu l-prekawzjonijiet; |
I |
4 |
1.2.1 |
żgura l-adegwatezza, f’termini ta’ sikurezza, tal-arranġamenti tal-persunal skont ir-regoli applikabbli; |
I |
5 |
1.3.3 |
żgura aċċess sikur għall-inġenju; |
II |
6 |
2.1.1 |
irrispetta l-prinċipji tal-bini tal-bastimenti u tal-kostruzzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni; |
II |
7 |
2.1.2 |
iddistingwi bejn il-metodi ta’ kostruzzjoni ta’ inġenju għall-passaġġi fuq l-ilma intern u l-imġiba tiegħu fl-ilma, speċjalment f’termini ta’ stabbiltà u ta’ saħħa; |
II |
8 |
2.1.3 |
ifhem il-partijiet strutturali tal-inġenju u l-kontroll u l-analiżi tal-ħsarat; |
II |
9 |
2.1.4 |
ħu azzjoni biex tipproteġi l-integrità tal-impermeabbiltà tal-ilma tal-inġenju; |
I |
10 |
2.2.1 |
ifhem il-funzjonalitajiet tat-tagħmir tal-inġenju; |
II |
11 |
2.2.2 |
irrispetta r-rekwiżiti speċifiċi għat-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri; |
I |
12 |
3.1.1 |
ifhem ir-regolamenti, il-kodiċijiet u l-istandards nazzjonali, Ewropej u internazzjonali rilevanti rigward l-operazzjoni ta’ trasport tal-merkanziji; |
II |
13 |
3.1.2 |
fassal pjanijiet dwar l-istivar inkluż għarfien dwar it-tagħbija tal-merkanziji u s-sistemi tas-saborra biex iżżomm l-istress fuq il-buq fi ħdan limiti aċċettabbli; |
I |
14 |
3.1.3. |
ikkontrolla l-proċeduri ta’ tagħbija u ta’ ħatt fir-rigward tat-trasport sikur; |
I |
15 |
3.1.4 |
agħmel distinzjoni bejn diversi oġġetti u l-karatteristiċi tagħhom biex tissorvelja u tiżgura t-tagħbija sikura u sigura tal-oġġetti kif stabbilit fil-pjan ta’ stivar; |
II |
16 |
3.2.1 |
irrispetta l-effett fuq l-inklinazzjoni lonġitudinali u l-istabbiltà tal-merkanziji u tal-operazzjonijiet tal-merkanzija; |
I |
17 |
3.2.2 |
ivverifika t-tunnellaġġ effettiv tal-inġenju, uża d-dijagrammi tal-istabbiltà u tal-inklinazzjoni lonġitudinali u tagħmir għall-kalkolu tal-istress, inkluża l-ADB (Bażi tad-Data Awtomatika) biex tivverifika pjan ta’ stivar; |
I |
18 |
3.3.1 |
ifhem ir-regolamenti, il-kodiċijiet u l-istandards nazzjonali, Ewropej u internazzjonali rilevanti rigward it-trasport tal-passiġġieri; |
II |
19 |
3.3.2 |
organizza u ssorvelja eżerċizzji dwar is-sikurezza kif stabbiliti fil-lista (tas-sikurezza) ta’ rwoli f’każ ta’ emerġenza biex tiggarantixxi l-imġiba sikura f’sitwazzjonijiet potenzjali ta’ periklu; |
II |
20 |
3.3.3 |
ikkomunika mal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
I |
21 |
3.3.4 |
iddefinixxi u ssorvelja analiżi tar-riskju abbord ta’ aċċess limitat għall-passiġġieri kif ukoll ikkumpila sistema ta’ protezzjoni effettiva abbord biex tipprevjeni aċċess mhux awtorizzat; |
II |
22 |
3.3.5 |
analizza rapporti mogħtija mill-passiġġieri (jiġifieri okkorrenzi imprevisti, malafama, vandaliżmu) biex tirreaġixxi kif jixraq; |
II |
23. |
4.4.1 |
ipprevjeni ħsara potenzjali lill-apparati elettriċi u elettroniċi abbord; |
II |
24 |
4.5.3 |
evalwa dokumentazzjoni teknika u interna; |
II |
25 |
5.1.1 |
żgura l-imġiba sikura tal-membri tal-ekwipaġġ fir-rigward tal-użu tal-materjali u tal-addittivi; |
II |
26 |
5.1.2 |
iddefinixxi, issorvelja u żgura ordnijiet tax-xogħol biex il-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija b’mod indipendenti; |
II |
27 |
5.1.3 |
ixtri u kkontrolla materjal u għodod fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent; |
II |
28 |
5.1.4 |
żgura li l-wajers u l-ħbula jintużaw skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-iskop maħsub tal-manifattur; |
II |
29 |
6.3.2 |
applika l-leġiżlazzjoni soċjali nazzjonali, Ewropea u internazzjonali; |
II |
30 |
6.3.3 |
segwi projbizzjoni stretta ta’ alkoħol u ta’ drogi u rreaġixxi kif xieraq f’każijiet ta’ ksur, erfa’ r-responsabbiltà u spjega l-konsegwenzi ta’ mġiba ħażina; |
II |
31 |
6.3.4 |
organizza l-forniment u t-tħejjija tal-ikliet abbord; |
II |
32 |
7.1.1 |
applika leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali u ħu miżuri xierqa għall-protezzjoni tas-saħħa u għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti; |
II |
33 |
7.1.2 |
ikkontrolla u mmonitorja l-validità taċ-ċertifikat tal-inġenju u dokumenti oħra rilevanti għall-inġenju u għall-operat tiegħu; |
I |
34 |
7.1.3 |
ikkonforma mar-regolamenti dwar is-sikurezza matul il-proċeduri ta’ ħidma kollha billi tuża l-miżuri rilevanti dwar is-sikurezza biex tevita aċċidenti; |
I |
35 |
7.1.4 |
ikkontrolla u mmonitorja l-miżuri ta’ sikurezza kollha li huma neċessarji għat-tindif ta’ spazji magħluqa qabel ma l-persuni jiftħu u jnaddfu dawk il-faċilitajiet u jidħlu fihom; |
II |
36 |
7.2.5 |
ikkontrolla l-apparati tas-salvataġġ tal-ħajja u l-applikazzjoni korretta tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali; |
II |
37 |
7.3.1 |
agħti bidu għal preparamenti għall-pjanijiet tas-salvataġġ ta’ tipi differenti ta’ emerġenzi; |
II |
38 |
7.4.1 |
ħu prekawzjonijiet biex tipprevjeni t-tniġġis ambjentali u uża t-tagħmir rilevanti; |
II |
39 |
7.4.2 |
applika l-liġijiet dwar il-ħarsien tal-ambjent; |
II |
40 |
7.4.3 |
uża tagħmir u materjali b’mod ekonomiku u ekoloġiku. |
II |
Appendiċi 2
Kontenut tal-parti tal-eżami dwar l-eżekuzzjoni tal-vjaġġ
L-elementi kollha elenkati f’din il-parti tal-eżami għandhom jiġu ttestjati. F’kull element, l-applikant irid jikseb tal-anqas 7 punti minn massimu ta’ 10.
Nru. |
Kompetenzi |
Elementi tal-eżami |
1 |
1.1.1 |
Innaviga u mmanuvra l-inġenju kif xieraq għas-sitwazzjoni u skont ir-rekwiżiti statutorji tal-liġi navigazzjonali (bħala funzjoni tal-veloċità u tad-direzzjoni kurrenti, filwaqt li tivverifika l-fond tal-ilma u l-pixka tal-bastiment mgħobbi, id-distanza taħt il-propella, id-densità tat-traffiku, l-interazzjoni ma’ inġenji oħra, eċċ.); |
2 |
1.1.4 |
Trakka u vara l-inġenju tal-passaġġ fuq l-ilma intern, b’mod korrett u xieraq u f’konformità mar-rekwiżiti statutorji u/jew relatati mas-sikurezza; |
3 |
1.1.5 |
Erġa’ aġġusta jew irrisettja l-għajnuniet għan-navigazzjoni jekk hemm bżonn; |
4 |
1.1.5 |
Iġbor l-informazzjoni kollha rilevanti għan-navigazzjoni fornita mill-għajnuniet għan-navigazzjoni u użaha biex tadatta l-immaniġġjar tal-inġenju; |
5 |
1.1.6 |
Ixgħel l-apparati neċessarji fil-pożizzjoni tas-sewqan (għajnuniet għan-navigazzjoni bħall-AIS Interna, ECDIS Interna) u aġġustahom; |
6 |
2.2.2 |
Ara li l-inġenju hu lest għall-vjaġġ skont ir-regolamenti, u li l-merkanzija u oġġetti oħra ġew stivati b’mod sikur skont ir-regolamenti; |
7 |
4.2.2 |
Wieġeb kif xieraq għall-ħsarat (li għandhom jiġu ssimulati, fejn xieraq) matul in-navigazzjoni (eż. żieda fit-temperatura tal-ilma tat-tberrid, tnaqqis fil-pressjoni taż-żejt tal-magna, ħsara fil-magna/i ewlenija, ħsara fit-tmun, komunikazzjonijiet disturbati tar-radju, ħsara fl-apparat tat-telefown tar-radju, direzzjoni inċerta ta’ inġenji oħra), iddeċiedi fuq il-passi li jmiss u organizza jew ħu l-passi xierqa rigward ix-xogħol ta’ manutenzjoni biex tiżgura navigazzjoni sikura; |
8 |
5.1.2 |
Immaniġġja l-inġenju b’tali mod li tkun tista’ tantiċipa l-possibbiltà ta’ aċċident u tevita tkagħbir bl-użu għalxejn; verifika frekwenti tal-indikaturi disponibbli; |
9 |
6.1.1 |
Stabbilixxi komunikazzjoni speċifika mal-membri tal-ekwipaġġ (komunikazzjoni abbord) rigward diversi manuvri u bħala parti mil-laqgħat mal-persunal (pereżempju briefings) jew ma’ persuni li magħhom hu meħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni (billi tuża n-netwerks ta’ komunikazzjoni tar-radju kollha); |
10 |
6.2.2 |
Ikkomunika mal-persuni kkonċernati (abbord) u ma’ atturi oħra (ċentru tat-traffiku tas-settur, inġenji oħra, eċċ.) matul dawn l-attivitajiet skont ir-regolamenti (netwerks, passaġġi fuq l-ilma tul ir-rotta vvjaġġata): użu tat-telefown tar-radju, tat-telefown; |
11 |
7.3.3 |
Indirizza sitwazzjoni ta’ emerġenza (li tiġi ssimulata, fejn xieraq – eż. persuna taqa’ fl-ilma, inċident ta’ ħsara, nar abbord, il-ħruġ ta’ sustanzi perikolużi, tnixxijiet) permezz ta’ manuvri jew miżuri fil-pront u prudenti tas-salvataġġ u/jew ta’ limitazzjoni tal-ħsarat. Innotifika u informa lill-individwi rilevanti u lill-awtoritajiet kompetenti f’każ ta’ emerġenza; |
12 |
7.3.4 |
Ikkomunika mal-persuni kkonċernati f’każ ta’ ħsarat (abbord) u ma’ atturi oħra (użu tat-telefown tar-radju, tat-telefown) biex il-problemi jkunu jistgħu jiġu solvuti. |
2. Rekwiżiti tekniċi għall-inġenji użati għall-eżami prattiku
L-inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.
V. STANDARDS GĦALL-MODULU ADDIZZJONALI DWAR IS-SUPERVIŻJONI FIL-KUNTEST TAL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KWALIFIKAZZJONI BĦALA KAPTAN
Il-kandidati li la lestew programm ta’ taħriġ approvat fuq il-bażi tal-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali u li lanqas ma għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza minn awtorità amministrattiva mmirata biex tivverifika li l-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali huma ssodisfati, iridu jgħaddu minn dan il-modulu.
Ir-rekwiżiti ta’ hawn taħt iridu jiġu ssodisfati b’mod supplimentari għal dawk imsemmija taħt l-istandards għall-eżami prattiku għall-kisba ta’ ċertifikat ta’ kwalifika bħala kaptan.
1. Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni
L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-elementi tal-eżamijiet individwali. L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 20 mill-25 element tal-kategorija I.
L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 8 mit-12-il element tal-kategorija II.
L-applikanti jistgħu jiksbu 10 punti f’kull element bħala riżultat massimu.
Għall-kategorija I, l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element. Għall-kategorija II, l-applikanti jridu jiksbu punteġġ minimu totali ta’ 40 punt.
Nru. |
Kompetenzi |
Elementi tal-eżami |
Kategorija I-II |
1 |
0.1.1 |
uża materjali disponibbli abbord bħal winċijiet, bollards, ħbula u wajers fid-dawl tal-miżuri rilevanti ta’ sikurezza fix-xogħol li jinkludu l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ; |
I |
2 |
0.1.2 |
qabbad u aqla’ kombinamenti ta’ barkuni mbuttati billi tuża t-tagħmir u l-materjali meħtieġa; |
I |
3 |
0.1.2 |
uża t-tagħmir u l-materjali disponibbli abbord għal operazzjonijiet ta’ akkoppjar filwaqt li tqis il-miżuri rilevanti ta’ sikurezza fix-xogħol li jinkludu l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ; |
I |
4 |
0.1.3 |
uri manuvri ta’ ankraġġ; |
I |
5 |
0.1.3 |
uża t-tagħmir u l-materjali disponibbli abbord għall-operazzjonijiet ta’ ankraġġ filwaqt li tqis il-miżuri ta’ sikurezza fix-xogħol inkluż dwar l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ; |
I |
6 |
0.1.4 |
issiġilla l-inġenju b’tali mod li ma jidħolx ilma; |
I |
7 |
0.1.4 |
aħdem skont il-lista ta’ kontroll fuq il-gverta u fil-postijiet ta’ għajxien bħall-protezzjoni kontra l-ilma u l-għeluq tal-bokkaporti u tal-istivi; |
I |
8 |
0.1.5 |
spjega u uri l-proċeduri applikabbli lill-membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta filwaqt li l-inġenju jkun għaddej minn imgħalaq, minn digi u minn taħt pontijiet; |
II |
9 |
0.1.6 |
immaniġġja u mantni s-sistema ta’ mmarkar, tas-sinjali u tas-senjalazzjonijiet bil-ħoss ta’ binhar u billejl tal-inġenju; |
I |
10 |
0.3.3 |
uża l-metodi għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ merkanzija mgħobbija jew rilaxxata; |
II |
11 |
0.3.3 |
ikkalkula l-ammont ta’ merkanzija likwida bl-użu tas-soundings jew tat-tabelli tat-tank, jew it-tnejn; |
II |
12 |
0.4.1 |
opera u kkontrolla l-makkinarju fil-kamra tal-magni skont il-proċeduri; |
I |
13 |
0.4.1 |
spjega l-funzjoni, l-operat u l-manutenzjoni sikuri tas-sistema tas-sentina u tas-saborra inklużi: ir-rapportar ta’ inċidenti assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ trasferiment u l-ħila li tkejjel u tirrapporta kif suppost il-livelli tat-tank; |
II |
14 |
0.4.1 |
ħejji u ħaddem operazzjonijiet ta’ tifi tal-magni wara l-operat; |
I |
15 |
0.4.1 |
ħaddem is-sistemi tas-sentina tal-ippumpjar, tas-saborra u tal-ippumpjar tal-merkanzija; |
I |
16 |
0.4.1 |
uża sistemi idrawliċi u pnewmatiċi; |
I |
17 |
0.4.2 |
uża switchboard; |
I |
18 |
0.4.2 |
uża l-provvista tal-elettriku minn fuq l-art; |
I |
19 |
0.4.3 |
applika proċeduri ta’ xogħol sikur fil-manutenzjoni u fit-tiswija ta’ magni u ta’ tagħmir; |
I |
20 |
0.4.5 |
mantni u ħu ħsieb pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra; |
II |
21 |
0.5.1 |
naddaf l-ispazji ta’ akkomodazzjoni kollha, il-kamra tat-tmunier u żomm l-ambjent kif xieraq b’mod li jirrispetta r-regoli dwar l-iġjene, inklużar-responsabbiltà għall-ispazju ta’ akkomodazzjoni tiegħek stess; |
II |
22 |
0.5.1 |
naddaf il-kmamar tal-magni u l-magni billi tuża l-materjali tat-tindif xierqa; |
I |
23 |
0.5.1 |
naddaf u ppreserva l-partijiet esterni, il-buq u l-gverti tal-inġenjufl-ordni korrett filwaqt li tuża l-materjali xierqa skont ir-regoli ambjentali; |
II |
24 |
0.5.1 |
ħu ħsieb l-inġenju u r-rimi tal-iskart domestiku skont ir-regoli ambjentali; |
II |
25 |
0.5.2 |
mantni u ħu ħsieb it-tagħmir tekniku kollu skont l-istruzzjonijiet tekniċi u uża l-programmi ta’ manutenzjoni (inklużi diġitali); |
I |
26 |
0.5.3 |
uża u stiva il-ħbula u l-wajers skont il-prattiki u r-regoli dwar ix-xogħol sikur; |
II |
27 |
0.5.4 |
iċċomba wajers u ħbula, applika għoqiedi skont l-użu tagħhom u mantni l-wajers u l-ħbula; |
I |
28 |
0.6.1 |
uża t-termini tekniċi u nawtiċi meħtieġa kif ukoll it-termini relatati mal-aspetti soċjali fi frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati; |
I |
29 |
0.7.1 |
ipprevjeni perikli abbord; |
I |
30 |
0.7.1 |
ipprevjeni attivitajiet li jistgħu jkunu perikolużi għall-persunal jew għall-inġenju; |
I |
31 |
0.7.2 |
uża t-tagħmir ta’ protezzjoni personali; |
I |
32 |
0.7.3 |
uża l-ħiliet tal-għawm għal operazzjonijiet tas-salvataġġ; |
II |
33 |
0.7.3 |
uża t-tagħmir tas-salvataġġ fil-każ ta’ operazzjonijiet tas-salvataġġ u salva u ttrasporta vittma ta’ diżgrazzja; |
II |
34 |
0.7.4 |
żomm ir-rotot ta’ ħruġ f’emerġenza ħielsa minn ostakli; |
II |
35 |
0.7.5 |
uża s-sistemi u t-tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm f’emerġenzi; |
I |
36 |
0.7.6, 0.7.7 |
applika diversi metodi għat-tifi tan-nar u tagħmir għat-tifi tan-nar u installazzjonijiet fissi; |
I |
37 |
0.7.8 |
agħti l-ewwel għajnuna medika. |
I |
2. Rekwiżiti minimi għall-inġenji li fuqhom ser isir l-eżami prattiku
Inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.
(1) L-Istandards Ewropej li jistabbilixxu r-Rekwiżiti Tekniċi għal bastimenti ta’ Navigazzjoni Interna huma disponibbli fuq https://www.cesni.eu.
NNESS III
STANDARDS GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ SIMULATURI
I. REKWIŻITI TEKNIĊI U FUNZJONALI GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-BASTIMENTI U GĦAS-SIMULATURI TAR-RADARS FIN-NAVIGAZZJONI FUQ L-ART
Nru |
Tema |
Livell tal-kwalità tar-rekwiżit tekniku |
Proċedura tat-test |
Simulatur tal-immaniġġjar tal-bastiment |
Simulatur tar-radar |
||||||||
1. |
Installazzjoni tar-radar navigazzjonali interna |
Tal-anqas installazzjoni tar-radar navigazzjonali interna waħda bl-istess funzjonalitajiet bħal installazzjoni tar-radar navigazzjonali interna b’approvazzjoni tat-tip skont ES-TRIN trid tkun installata fuq is-simulatur. |
Irid jiġi vverifikat jekk l-installazzjoni għandhiex l-istess funzjonalitajiet bħall-installazzjoni tar-radar navigazzjonali interna b’approvazzjoni tat-tip. |
x |
x |
||||||||
2. |
Sistema ta’ komunikazzjoni |
Is-simulatur għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ komunikazzjoni li tinkludi
|
Irid jiġi vverifikat jekk is-simulatur huwiex mgħammar b’sistemi ta’ komunikazzjoni. |
x |
x |
||||||||
3. |
ECDIS Interna |
Tal-anqas ECDIS Interna waħda trid tkun installata fuq is-simulatur. |
Irid jiġi vverifikat jekk l-installazzjoni għandhiex l-istess funzjonalitajiet bħall-ECDIS Interna. |
x |
|
||||||||
4. |
Żona tal-eżerċizzji |
Iż-żona tal-eżerċizzji fiha tal-anqas xmara rappreżentattiva bi friegħi jew kanali laterali u b’portijiet |
Spezzjoni viżwali taż-żona |
x |
x |
||||||||
5. |
Sinjali akustiċi |
Is-sinjali akustiċi jistgħu jingħataw bl-użu ta’ pedali tas-saqajn jew buttuni. |
Irid jiġi vverifikat jekk il-pedali tas-saqajn jew il-buttuni jaħdmux kif suppost. |
x |
x |
||||||||
6. |
Panil tad-dwal għan-navigazzjoni billejl |
Hemm panil tad-dwal għan-navigazzjoni billejl installat fuq is-simulatur. |
Irid jiġi vverifikat jekk il-panil tad-dwal għan-navigazzjoni billejl jaħdimx kif suppost. |
x |
x |
||||||||
7. |
Mudelli matematiċi għall-inġenju |
Tal-anqas tliet mudelli matematiċi ta’ tipi rappreżentattivi ta’ inġenji b’metodi differenti ta’ propulsjoni u ta’ kundizzjonijiet ta’ tagħbija inkluż inġenju żgħir wieħed li jista’ jkun inġenju tal-ġbid wieħed ta’ daqs medju (eż. tul ta’ 86 m) u inġenju kbir wieħed (eż. tul ta’ 110 jew 135 m). |
Irid jiġi vverifikat jekk it-tliet mudelli obbligatorji humiex disponibbli. |
x |
|
||||||||
8. |
Mudelli matematiċi għall-inġenju |
Tal-anqas mudell matematiku wieħed ta’ tip rappreżentattiv ta’ inġenju (eż. tul ta’ 86 m). |
Irid jiġi vverifikat jekk il-mudell obbligatorju huwiex disponibbli. |
|
x |
||||||||
9 |
Numru ta’ inġenji mira disponibbli (1) |
Is-simulatur għandu jinkludi inġenju mira ta’ tal-anqas 5 klassijiet tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (CEMT). |
Irid jiġi vverifikat jekk in-numru u l-varjetà meħtieġa tal-inġenju mira humiex disponibbli. |
x |
x |
||||||||
10. |
Stazzjon tal-operatur |
L-operatur għandu jkun kapaċi jikkomunika bil-kanali kollha ta’ frekwenza għolja ħafna (VHF). L-operatur irid ikun kapaċi jimmonitorja l-użu tal-kanali. |
Irid jiġi vverifikat jekk l-operatur jistax jikkomunika bil-kanali tal-VHF kollha u jekk l-operatur jistax jimmonitorja l-użu tal-kanali kollha. |
x |
x |
||||||||
11. |
Diversi eżerċizzji |
Għandu jkun hemm possibbiltà li jinħolqu, jinħażnu u jitwettqu diversi eżerċizzji, li għandhom ikunu manipulabbli waqt it-tħaddim. |
Għandhom jitwettqu operazzjonijiet differenti. |
x |
x |
||||||||
12. |
Eżerċizzji separabbli |
Matul l-eżaminar ta’ aktar minn applikant wieħed, l-eżerċizzji tal-applikanti m’għandhomx itellfu fl-eżami ta’ applikant ieħor. |
L-eżerċizzju għandu jerġa’ jsir għal kull applikant. |
x |
x |
||||||||
13. |
Il-funzjonijiet u t-tifsila tal-pont tal-inġenju |
Il-kamra tat-tmunier għandha tkun imfassla għan-navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda kif stipulat fl-ES-TRIN 2017/1. |
Irid jiġi vverifikat jekk it-tifsila tal-pont u l-funzjonijiet tat-tagħmir jikkorrispondux għar-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Irid jiġi vverifikat jekk il-kamra tat-tmunier hijiex imfassla għal operazzjonijiet tat-tmun imwettqa minn persuna waħda. |
x |
x |
||||||||
14. |
Stazzjon tat-tmun (pont/kabina) |
L-istazzjonijiet tat-tmun jixbhu lil dawk abbord inġenji interni fir-rigward tal-forma u tad-dimensjonijiet. |
Spezzjoni viżwali. |
x |
x |
||||||||
15. |
Stazzjon tal-operatur |
|
Spezzjoni viżwali tal-istazzjon tal-operatur u kontroll tal-funzjonalità. |
x |
x |
||||||||
16. |
Stazzjon tal-Briefing/tad-Debriefing |
Possibbiltà ta’ twettiq mill-ġdid fi stazzjon tal-operatur jew tad-debriefing. |
L-attivitajiet ta’ valutazzjoni jridu jkunu mmonitorjati. |
x |
x |
||||||||
Inġenju proprju (2) |
|||||||||||||
17. |
Gradi ta’ libertà |
Is-simulatur għandu jkun kapaċi jivviżwalizza l-moviment f’sitt gradi ta’ libertà. |
Il-gradi ta’ libertà implimentati fis-simulatur jistgħu jiġu evalwati bl-osservazzjoni tas-sistema ta’ viżwalizzazzjoni jew bl-istrumenti. Għaldaqstant, il-manuvri li ġejjin jitwettqu bl-użu ta’ inġenji żgħar li normalment jiċċaqilqu b’mod aktar distintiv u veloċi minn dawk akbar minnhom.
|
x |
|
||||||||
18. |
Gradi ta’ libertà |
Is-simulatur għandu jkun kapaċi jissimula l-moviment fi tliet gradi ta’ libertà. |
Il-gradi ta’ libertà implimentati fis-simulatur iridu jiġu evalwati. |
|
x |
||||||||
19. |
Sistema ta’ propulsjoni |
Is-simulazzjoni tal-komponenti kollha tas-sistema ta’ propulsjoni titwettaq viċin ir-realtà u tikkunsidra l-influwenzi rilevanti kollha. |
Is-sistema ta’ propulsjoni trid tiġi ttestjata b’manuvri ta’ aċċellerazzjoni u ta’ waqfien li matulhom tkun tista’ tiġi osservata l-prestazzjoni tal-magna (f’termini tar-reazzjoni għat-throttle) u tal-inġenju (f’termini tal-veloċità massima u tal-imġiba relatata mal-ħin). |
x |
x |
||||||||
20. |
Apparati ta’ kontroll |
L-apparat ta’ kontroll iġib ruħu viċin għar-realtà rigward ir-rata tad-dawran tat-tmun u jqis l-aktar influwenzi importanti. |
Biex tiġi ttestjata l-kwalità tas-simulazzjoni tal-apparati ta’ kontroll, jistgħu jitwettqu investigazzjonijiet differenti. Il-limitazzjonijiet jingħataw fejn ma jkunx possibbli li tiġi evalwata l-imġiba mingħajr protokolli ta’ varjabbli tal-istat.
|
x |
x |
||||||||
21. |
Effetti tal-ilma baxx |
L-effett ta’ fond limitat tal-ilma fuq id-domanda għall-potenza u l-imġiba ta’ mmanuvrar hu mmudellat b’mod korrett f’termini tal-kwalità. |
Huma proposti żewġ tipi ta’ testijiet li jippermettu li tiġi ġġudikata l-kwalità rigward il-kunsiderazzjoni tal-influwenza tal-ilma baxx: Sewqan dritt’ il quddiem: fuq fond li jvarja tal-ilma titkejjel il-veloċità massima miksuba, standardizzata bil-veloċità fuq l-ilma fond u plottjata kontra l-parametru pixka skont il-fond tal-ilma (T/h). It-tqabbil mad-data eżistenti mit-testijiet mudell jagħti informazzjoni dwar il-kwalità tal-influwenza tal-ilma baxx fis-simulazzjoni. Ċirku tad-dawran: billi inġenju jitħaddem b’potenza kostanti u f’angolu tat-tmun ta’ 20° fuq ilma mingħajr restrizzjonijiet laterali, il-valuri tal-veloċità, tal-angolu tad-deriva, tar-rata tad-dawran u tad-dijametru taċ-ċirku tad-dawran ta’ bastiment wieqaf f’manuvra ta’ dawran jistgħu jiġu rreġistrati fuq fond tal-ilma mnaqqas b’mod gradwali. L-ipplottjar ta’ din id-data kontra t-T/h jippermetti li jiġi ddeterminat kif l-angolu tad-deriva, ir-rata tad-dawran, il-veloċità u d-dijametru jinbidlu mal-fond tal-ilma. |
x |
|
||||||||
22. |
Influwenza tal-kurrent |
Jeżistu tal-anqas żewġ punti ta’ kejl kurrenti fuq l-inġenju biex ikun jista’ jiġi kkalkolat il-mument tal-imbardata kurrenti. |
Huma ppjanati testijiet biex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-karatteristika tal-prestazzjoni u l-kunsiderazzjoni tagħha fis-simulazzjoni:
|
x |
x |
||||||||
23. |
Influwenza tar-riħ |
L-influwenza tar-riħ tiġġenera forzi fil-pjan orizzontali skont il-veloċità u d-direzzjoni attwali tar-riħ. Ir-riħ jiġġenera mumenti tal-imbardata u ta’ rrolljar ukoll. |
Biex jiġi vverifikat il-livell ta’ kwalità tal-influwenza tar-riħ, jistgħu jitwettqu testijiet differenti. Biex dawn l-effetti jkunu jistgħu jiġu individwati faċilment, iridu jintgħażlu veloċitajiet relattivament għoljin tar-riħ. Eżegwixxi t-test kif ġej: wettaq test bir-riħ ġej minn faċċata kif ukoll lateralment b’żewġ veloċitajiet tar-riħ differenti f’żona b’ebda influwenza oħra minbarra r-riħ. Ibda r-riħ u nnota l-imġiba. Waqqaf ir-riħ u erġa’ nnota l-imġiba. Ibda b’inġenju li ma jkunx qed jiċċaqlaq. |
x |
|
||||||||
24. |
Effett tax-xatt |
Il-forza laterali u l-mument tal-imbardata għandhom tendenza li jinbidlu mad-distanza mix-xatt u mal-veloċità b’mod xieraq. |
Għall-kontroll tal-effett tax-xatt fis-simulatur, hemm bżonn ta’ żona tal-eżerċizzji li tipprovdi xatt jew ħajt fuq naħa minnhom. Iridu jsiru t-testijiet li ġejjin:
|
x |
|
||||||||
25. |
Interazzjoni bejn inġenju u ieħor |
L-inġenji jinteraġixxu ma’ xulxin u jiġu kkalkolati l-effetti realistiċi. |
Għal kontroll sħiħ tal-interazzjoni bejn inġenju u ieħor għandu jinbeda eżerċizzju b’żewġ inġenji proprji fuq is-simulatur f’ilma mingħajr restrizzjoni laterali. Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test jista’ jsir ukoll billi jintuża inġenju tat-traffiku bħala l-inġenju l-ieħor. Għal valutazzjoni tajba tar-riżultati, l-inġenju għandu jibda f’rotot paralleli f’distanza laterali relattivament żgħira.
|
x |
|
||||||||
26. |
Squat |
Kemm il-kalar kif ukoll l-inklinazzjoni lonġitudinali dinamiċi jiġu mmudellati skont il-veloċità, il-fond tal-ilma u l-pixka. |
Din il-karatteristika tiġi ttestjata l-aħjar f’żona b’ilma mingħajr restrizzjoni laterali u b’fond kostanti tal-ilma.
|
x |
|
||||||||
27. |
Effett tal-kanali |
Kunsiderazzjoni tal-fluss tar-reżistenza tal-kurrent. Il-fluss tar-reżistenza mhuwiex lineari għall-veloċità tal-inġenju. |
Il-fluss tar-reżistenza mhuwiex effett fiżiku miġjub fis-simulatur bħala forza reżistenti eżegwita fuq l-inġenju. Biex dan jiġi ttestjat, inġenju jitqiegħed f’kanal dejjaq, l-inġenju jitħaddem b’potenza kostanti. Imbagħad titkejjel il-veloċità. Tiżdied il-potenza u titkejjel il-veloċità. It-test jiġi ripetut f’ilma fil-ftuħ bl-istess potenza kostanti (żewġ livelli) applikata. L-effett mistenni hu:
|
x |
|
||||||||
28. |
Effett tal-magħlaq |
F’magħlaq, l-inġenju jesperjenza l-istess effetti bħal f’kanal. Il-magħlaq jikkawża effett addizzjonali minħabba fluss ta’ spostament ikkawżat mill-inġenju b’fattur ta’ mblokkar kbir li jidħol fil-magħlaq (l-effett tal-pistuni). |
It-test għall-effett tal-kanal juri l-fluss tar-reżistenza. Dan it-test m’għandux bżonn jiġi ripetut. L-effett tal-pistuni jista’ jintwera billi:
|
x |
|
||||||||
29. |
Inkaljar |
L-inkaljar inaqqas il-veloċità tal-inġenju, u dan jista’ jinstema’ iżda mhux f’kull każ iwassal biex l-inġenju jieqaf. L-inkaljar jiġi nnotifikat lill-operatur. |
Żona tal-eżerċizzji b’qiegħ regolari li jitla’ ftit, ftit hi neċessarja biex isiru verifiki għall-inkaljar. Hawnhekk tiġi indirizzata l-eżistenza ta’ informazzjoni xierqa dwar il-fond fis-simulatur innifsu u mhux ir-rappreżentazzjoni fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni. Meta l-inkaljar isir fuq xtajta, irid jiġi ttestjat jekk l-inġenju verament jiqafx u, jekk iva, jekk jiqafx minnufih jew inaqqasx il-veloċità. Matul l-inkaljar, it-tibdil fil-pjan orizzontali tal-inġenju jrid jiġi vverifikat bis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni. Matul is-sewqan fuq qiegħ ċatt f’ilma baxx ħafna, irid jiġi ttestjat jekk l-inġenju jinkaljax minħabba l-isquat filwaqt li l-veloċità tkompli tiżdied kontinwament. Għal kull okkorrenza ta’ inkaljar irid jiġi vverifikat jekk dan l-inċident ikunx akkumpanjat minn ħoss. |
x |
|
||||||||
30. |
Inkaljar Kolliżjoni inġenju-xatt Kolliżjoni inġenju-inġenju Kolliżjoni inġenju-pont |
Inkaljar, kolliżjoni inġenju-xatt, inġenju-inġenju, inġenju jew pont jiġu nnotifikati fis-simulazzjoni lill-kandidat u lill-operatur. |
Spezzjoni viżwali |
|
x |
||||||||
31. |
Kolliżjoni inġenju-xatt |
Il-kolliżjonijiet inġenju-xatt jiġu nnotifikati fis-simulazzjoni tal-anqas b’ħoss. Is-simulazzjoni tnaqqas il-veloċità tal-inġenju. Il-kalkolu tal-kolliżjoni jsir billi tintuża forma bidimensjonali (2) tal-inġenju. |
Għaż-żoni tal-eżerċizzji b’oġġetti differenti fuq ix-xatt biss tista’ tiġi ttestjata s-simulazzjoni inġenju-plajja. Billi jsir tbaħħir kontra oġġetti differenti jkun jista’ jiġi ttestjat jekk is-simulatur jistax jindividwahom u jirreaġixxi għalihom. Għal oġġetti differenti, għandu jiġi ttestjat jekk hemmx ċerti tipi li għalihom ma sseħħ ebda reazzjoni għall-kolliżjoni. Il-ħoss għall-kolliżjoni jista’ jiġi ttestjat bis-sistema tal-awdjo tas-simulatur, jekk tkun disponibbli. L-osservazzjoni tal-kolliżjoni fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni turi jekk il-kolliżjoni sseħħx f’daqqa waħda jew jekk tiġix issimulata żona tat-tifrik. Kolliżjoni ma’ angolu ċatt b’veloċità baxxa tista’ turi jekk tiġix ikkalkulata mbuttatura elastika. |
x |
|
||||||||
32. |
Kolliżjoni inġenju-inġenju |
Il-kolliżjonijiet inġenju–inġenju jiġu nnotifikati fis-simulazzjoni tal-anqas b’ħoss. Is-simulazzjoni tnaqqas il-veloċità tal-inġenju. Il-kalkolu tal-kolliżjoni jsir billi tintuża forma bidimensjonali tal-inġenju. |
Taħt il-prekundizzjoni li ma tagħmel ebda differenza għall-inġenju proprju jekk l-inġenju l-ieħor li jkun qed jidħol fil-kolliżjoni miegħu huwiex inġenju proprju ieħor jew inġenju tat-traffiku, jistgħu jitwettqu kolliżjonijiet differenti. Jiġi vverifikat liema reazzjoni sseħħ fis-simulatur matul kolliżjoni inġenju-inġenju għall-inġenju proprju u jekk jistax jiġi nnotat ħoss. Fl-istazzjon tal-istruttur, jiġi vverifikat bi tkabbir suffiċjenti, jekk jintużawx it-truf tal-inġenju għad-detezzjoni tal-kolliżjoni. Jiġi ttestjat, jekk il-kolliżjoni sseħħ eżatt f’dak il-mument, meta t-truf imissu ma’ xulxin. Jiġi vverifikat jekk hemmx detezzjoni preċiża tal-kolliżjoni anki għal inġenji varji b’forom differenti. |
x |
|
||||||||
33. |
Kolliżjoni inġenju-pont |
Il-kolliżjonijiet inġenju-pont jiġu individwati bl-użu ta’ valur statiku tal-għoli (li jikkorrispondi għal kamra tat-tmunier baxxuta, arblu baxxut). Il-kolliżjonijiet jiġu nnotifikati fis-simulazzjoni tal-anqas b’ħoss. Is-simulazzjoni tnaqqas il-veloċità tal-inġenju. |
Biex tiġi eżaminata din il-kisba, irid ikun jeżisti pont fiż-żona tal-eżerċizzji u tintuża Ċart Elettronika tan-Navigazzjoni Interna. Jiġi vverifikat jekk matul il-passaġġ ta’ pont li ma jkollux distanza biżżejjed isseħħx kolliżjoni u xi jkun l-eżitu għas-simulazzjoni ulterjuri. Jiġi vverifikat jekk huwiex possibbli passaġġ sikur bi tnaqqis suffiċjenti tal-livell tal-ilma jew b’żieda tal-pixka. Dan għandu jiġi vverifikat ukoll fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni. Hemm bżonn li jsiru diversi tentattivi biex jiġi vverifikat il-punt ta’ kolliżjoni fuq il-bastiment, jekk ikun jeżisti wieħed biss. F’dan il-każ jista’ jiġi llokalizzat ukoll jekk il-pont jikkawżax kolliżjoni fil-linja tan-nofs jew fit-truf esterni. |
x |
|
||||||||
34. |
Kamra tat-tmunier li togħla |
L-għoli tal-kolliżjoni u l-livell tal-għajnejn għandhom ikunu adattabbli għall-pożizzjoni tal-pont. Għandu jkun disponibbli moviment kontinwu tal-kamra tat-tmunier li togħla. |
Prekundizzjoni għall-ittestjar ta’ din il-karatteristika tal-prestazzjoni hi d-disponibbiltà ta’ inġenju tipiku tal-passaġġ fuq l-ilma intern, eż. inġenju b’tul ta’ 110 m. Id-disponibbiltà bażika ta’ din il-funzjonalità tista’ tiġi vverifikata bil-preżenza ta’ apparat operazzjonali għat-tibdil tal-pożizzjoni tal-pont. Il-funzjoni tista’ tiġi ttestjata fuq il-pont u għandu jiġi vverifikat jekk jistgħux jintgħażlu pożizzjonijiet arbitrarji u jekk il-moviment iseħħx f’daqqa jew b’veloċità realistika. Billi jiġi ppożizzjonat inġenju proprju ieħor fil-viċin, jista’ jiġi ttestjat jekk din il-funzjonalità hix disponibbli wkoll għal inġenji oħra fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni. Jista’ jiġi osservat ukoll jekk id-dwal navigazzjonali u s-sinjali ta’ binhar jimxux skont il-moviment tal-kamra tat-tmunier li togħla tat-tieni inġenju proprju fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni. |
x |
|
||||||||
35. |
Ħbula |
Is-sistema ta’ viżwalizzazzjoni għandha turi d-dinamika tal-inġenju kif ukoll tal-ħabel (eż. kemm jintreħa, l-elastiċità, il-piż u t-tqattigħ u l-konnessjonijiet mal-punti tal-bollards). |
F’żona tal-eżerċizzji b’ħajt tal-moll, għandu jiġi ttestjat l-irmiġġ b’ħabel. Meta jintuża l-ħabel, għandu jiġi vverifikat jekk il-ħabel jaqbadx ma’ ċerti punti tal-bollards. It-tqattigħ ta’ ħabel għandu jiġi vverifikat billi jsir tentattiv li l-inġenju jitwaqqaf b’ħabel filwaqt li jkun għaddej b’veloċità sħiħa Ir-reħi tal-ħabel għandu jiġi vverifikat billi jitnaqqsu l-forza u d-distanza. |
x |
|
||||||||
36. |
Ankri |
L-ankri jistgħu jiġu ssettjati u jinġibdu lura. Il-fond tal-ilma u d-dinamika tal-katina jiġu kkunsidrati. |
F’żona tal-eżerċizzji b’fond tal-ilma ristrett u b’inġenju proprju b’ankra waħda jew b’diversi tkun tista’ tiġi eżaminata l-funzjoni tal-ankra. Ikun raġonevoli jekk ikun hemm kurrent kostanti b’veloċità varjabbli disponibbli. L-issettjar u l-ġbid lura tal-ankra jkunu possibbli biss jekk ikunu jeżistu elementi operazzjonali xierqa. Irid jiġi vverifikat jekk hemmx strumenti li jindikaw it-tul tal-katina. Jiġi vverifikat jekk il-veloċitajiet ivarjawx waqt l-issettjar u l-ġbid lura. Barra minn hekk, irid jiġi vverifikat ukoll jekk jinstemax ħoss xieraq. B’varjazzjoni tal-fond tal-ilma jrid jiġi vverifikat jekk il-fond tal-ilma għandux influwenza fuq il-funzjoni tal-ankra. B’veloċità baxxa tal-kurrent, irid jiġi ttestjat jekk l-inġenju joxxillax u jiqafx kompletament wara l-ankraġġ. B’żieda kontinwa tal-kurrent, irid jiġi ttestjat jekk l-ankra żżommx l-inġenju. Jekk ankra waħda ma żżommx, irid jiġi vverifikat jekk l-inġenju jiqafx b’żewġ ankri meta jintużaw żewġ ankri. |
x |
|
||||||||
37. |
Irmunkar (operazzjoni bejn żewġ inġenji) |
Matul l-irmunkar, jiġu kkunsidrati d-dinamika taż-żewġ inġenji kif ukoll il-konnessjoni tal-ħbula. |
Iż-żona tal-eżerċizzji għall-verifika tal-funzjoni tal-irmunkar tista’ tkun żona ta’ baħar miftuħ. Minbarra l-inġenju proprju li jirmonka jew dak irmunkat, hemm bżonn ta’ inġenju ieħor (inġenju proprju jew inġenju tat-traffiku). Il-kundizzjoni bażika għall-irmunkar tista’ tiġi ttestjata billi tinħareġ linja tal-irmunkar bejn inġenju proprju u l-inġenju l-ieħor. Jekk dan ma jkunx possibbli, irid jiġi vverifikat jekk tal-anqas jingħatax metodu alternattiv għad-definizzjoni ta’ forza li tiġi minn ġibda virtwali. Jiġi vverifikat jekk l-inġenju l-ieħor, użat bħala assistenza għall-irmunkar, jistax jaċċellera l-inġenju proprju rmunkat u jibda wkoll moviment tal-imbardata b’ġibda laterali. Jiġi vverifikat jekk l-inġenju proprju li jirmonka jistax imexxi l-inġenju l-ieħor b’manuvri xierqa u jwaqqfu u jekk l-inġenju l-ieħor jistax jiddawwar ukoll permezz ta’ ġibda laterali. |
x |
|
||||||||
Inġenju tat-traffiku |
|||||||||||||
38. |
Kwantità tal-inġenji tat-traffiku |
Minimu ta’ għaxar inġenji tat-traffiku għandhom ikunu disponibbli. |
It-test irid juri jekk il-kwantità meħtieġa tistax tiddaħħal f’eżerċizzju. |
x |
x |
||||||||
39. |
Kontroll tal-inġenji tat-traffiku |
L-inġenji tat-traffiku jistgħu jsegwu rotot b’tibdil fir-rotta u fil-veloċità b’mod realistiku. |
Id-disponibbiltà tal-funzjonijiet ta’ kontroll trid tiġi vverifikata billi jinħoloq eżerċizzju ġdid li jinkludi l-inġenji tat-traffiku. |
x |
x |
||||||||
40. |
Imġiba tal-moviment |
Imġiba tal-moviment raġonevolment fluwida. |
Tapplika l-proċedura tat-test fuq il-kontroll tal-inġenji tat-traffiku. |
x |
x |
||||||||
41. |
Influwenza tar-riħ |
L-inġenju tat-traffiku jirreaġixxi għal riħ partikolari billi juri angolu tad-deriva. |
Ir-riħ applikat għal eżerċizzju jrid juri angolu tad-deriva fuq l-inġenju tat-traffiku li jinbidel skont il-veloċità u d-direzzjoni tar-riħ. |
x |
|
||||||||
42. |
Influwenza tal-kurrent |
L-inġenju tat-traffiku jirreaġixxi għal kurrent partikolari billi juri angolu tad-deriva. |
Il-kurrent applikat għal eżerċizzju jrid juri angolu tad-deriva fuq l-inġenju tat-traffiku li jinbidel skont il-veloċità u d-direzzjoni tal-kurrent. |
x |
x |
||||||||
43. |
Taqsima u daqs tal-immaġni |
Is-sistema ta’ viżwalizzazzjoni tippermetti viżjoni madwar l-orizzont (360 grad). Il-kamp viżwali orizzontali jista’ jinkiseb b’viżjoni fissa ta’ tal-anqas 210 gradi u viżjoni(jiet) addizzjonali li jistgħu jitbiddlu għall-bqija tal-orizzont. Il-viżjoni vertikali tippermetti l-viżwalizzazzjoni ‘l isfel sal-ilma u ’l fuq sas-sema hekk kif tkun tidher mill-pożizzjoni regolari tat-tmun fil-kamra tat-tmunier. |
Spezzjoni viżwali tas-simulatur imħaddem. |
x |
|
||||||||
44. |
Riżoluzzjoni skont il-frame |
Ir-riżoluzzjoni tilħaq ir-riżoluzzjoni tal-għajn tal-bniedem. Ir-rata tal-frames (idealment > 50 fps, li tal-anqas turi stampa ċara realistika) ma turi l-ebda tqabbiż. |
Ir-riżoluzzjoni trid tiġi vverifikata bi spezzjoni viżwali. |
x |
|
||||||||
45. |
Dettalji ulterjuri u kwalità tad-displej |
Il-livell ta’ dettall tas-sistema tad-displej tmur lil hinn minn rappreżentazzjoni simplifikata. Din turi viżwalizzazzjoni tajba taż-żona navigazzjonali fiċ-ċirkustanzi kollha. |
Il-mudell viżwali jrid jiġi vverifikat bi spezzjoni viżwali. |
x |
|
||||||||
46. |
Superfiċje tal-ilma |
Il-mewġ indott mill-inġenju jiddependi mill-veloċità tal-inġenju. Il-fond tal-ilma jiġi kkunsidrat. Il-mewġ indott mir-riħ hu allinjat mad-direzzjoni u mal-veloċità tar-riħ. |
L-ispezzjoni viżwali trid turi jekk il-mewġ indott mill-inġenju jinbidilx mal-veloċità tal-inġenju u jekk il-mewġ indott mir-riħ jinbidilx mad-direzzjoni u mal-veloċità tar-riħ. |
x |
|
||||||||
47. |
Xemx, qamar, korpi ċelesti |
Ix-xemx u l-qamar isegwu intervall ta’ 24 siegħa. Il-pożizzjonijiet ma jikkorrispondux bl-eżatt għall-post u għad-data tas-simulazzjoni. Is-sema ta’ billejl jista’ jikkonsisti fi stilel arbitrarji. |
L-ispezzjoni viżwali trid turi jekk ix-xemx, il-qamar u l-korpi ċelesti f’sitwazzjonijiet ta’ binhar, ta’ billejl u tal-għabex jistgħux jiġu mmodifikati |
x |
|
||||||||
48. |
Temp |
Jiġu rappreżentati saffi ta’ sħab għoli wieqaf. Barra minn hekk jistgħu jintwerew xita u ċpar. |
L-ispezzjoni viżwali turi l-livell meħtieġ ta’ dettall. |
x |
|
||||||||
49. |
Il-ħsejjes ambjentali |
Il-ħsejjes tal-magna jiġu riprodotti b’mod realistiku. |
Il-ħsejjes tal-magna jridu jiġu ttestjati f’temp u f’kundizzjonijiet tal-baħar kwieti billi jiġu vvalutati l-ħsejjes għall-veloċitajiet kollha tal-magna. Irid jiġi ddeterminat jekk il-ħoss tal-magna jinstemax u jekk il-livell tal-volum u l-ħoss humiex xierqa. |
x |
x |
||||||||
50. |
Sorsi ta’ ħsejjes esterni (eż. ħsejjes ta’ magni, sinjali ta’ twissija li jinstemgħu u l-ankra). |
Sinjali ta’ ħoss uniku jinstemgħu b’mod realistiku, iżda ma jistgħux jiġu lokalizzati akustikament. |
Bħala l-ewwel pass fil-kamra tat-tmunier tal-inġenju proprju stazzjonarju, is-sinjali akustiċi disponibbli kollha jiġu attivati wieħed wara l-ieħor. Jiġi vvalutat jekk is-sinjali akustiċi humiex realistiċi rigward il-livelli tal-ħoss u tal-volum. Bħala t-tieni pass, l-istess sinjali akustiċi jiġu attivati fuq inġenju ieħor, filwaqt li tiġi mmodifikata d-distanza mill-inġenju. Irid jiġi eżaminat jekk il-ħsejjes korretti tas-sinjali u jekk il-livelli tal-volum jinstemgħux kif suppost. L-unitajiet operabbli kollha ta’ potenza awżiljarja (eż. l-ankri) fil-kamra tat-tmunier tal-inġenju humiex attivati b’mod separat. Irid jiġi vverifikat jekk l-istatus operazzjonali huwiex perċepibbli akustikament. |
x |
|
||||||||
51. |
Ħoss estern (sinjali akustiċi) |
Is-sinjali akustiċi mill-inġenju mira għandhom ikunu jinstemgħu. |
Matul eżerċizzju, għandu jingħata sinjal akustiku minn inġenju mira. |
|
x |
||||||||
52. |
Informazzjoni akustika interna |
Is-sinjali akustiċi minn apparti pont jinstemgħu b’mod realistiku, iżda jindaqqu minn speakers li jinsabu fuq il-konsol tas-simulatur. |
Is-sinjali akustiċi kollha tal-apparati disponibbli kollha tal-kamra tat-tmunier jiġu attivati wieħed wara l-ieħor. Jiġi ttestjat jekk is-sinjali jinħelsux mill-apparati nfushom jew mill-ispeakers tas-simulatur u kemm jinstemgħu realistiċi. |
x |
|
||||||||
53. |
Smigħ |
L-operatur kapaċi jismal-ħsejjes kollha mill-kamra tat-tmunier tal-inġenju. |
Fi ħdan l-ambitu ta’ simulazzjoni, irid jiġi ttestjat jekk il-ħsejjes mill-kamra tat-tmunier tal-inġenju jiġux trażmessi b’mod ċar u li jinftiehem u jekk il-livell tal-volum huwiex aġġustabbli. |
x |
|
||||||||
54. |
Reġistrazzjoni |
Il-ħsejjes mill-kamra tat-tmunier tal-inġenju jiġu rreġistrati b’mod sinkroniku mas-simulazzjoni. |
Jiġi eżegwit eżerċizzju li jinkludi l-komunikazzjoni bir-radju u l-ħsejjes. Id-daqq mill-ġdid irid juri reġistrazzjoni xierqa li tinstema’ li tkun sinkronika mal-bidu mill-ġdid tas-simulazzjoni. |
x |
|
||||||||
55. |
Konformità tar-radar |
Il-preċiżjoni angolari għall-pożizzjoni orizzontali għandha tkun konformi mal-Ispeċifikazzjoni Teknika Ewropea (ETSI) EN 302 194 . L-effetti relatati mal-angolu tal-ftuħ limitat vertikalment huma identifikabbli eż. meta l-inġenju jkun għaddej minn pontijiet. |
Konformità “vertikali”: simulazzjoni tal-passaġġ tal-pont b’kunsiderazzjoni ta’:
|
x |
x |
||||||||
56. |
Riżoluzzjoni |
Is-simulazzjoni tar-radar għandha toħloq immaġni realistika tar-radar. Is-simulazzjoni tar-radar għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-ETSI EN 302 194 [1]. |
Riżoluzzjoni xierqa trid tintwera f’distanza ta’ 1200 m: żewġ oġġetti b’distanza ażimutali ta’ 30 m iridu jiġu identifikati bħala żewġ oġġetti separati. Żewġ oġġetti f’distanza ta’ 1200 m fl-istess direzzjoni b’distanza ta’ 15-il m bejniethom iridu jiġu identifikati bħala żewġ oġġetti differenti. |
x |
x |
||||||||
57. |
Dellijiet ikkawżati mill-inġenju proprju jew minn inġenji oħra |
Id-dellijiet jikkorrispondu għar-relazzjonijiet trigonometriċi, iżda ma jikkunsidrawx tibdiliet fil-pożizzjoni dinamika tal-inġenju. |
Id-dellijiet ikkawżati mill-inġenju proprju jridu jiġu ttestjati bl-avviċinament lejn baga u bl-identifikazzjoni tad-distanza meta l-baga tkun moħbija mill-pruwa tal-inġenju. Din id-distanza għandha tkun realistika. Id-dellijiet ikkawżati minn inġenju ieħor iridu jiġu ttestjati billi jitqiegħdu żewġ inġenji fl-istess direzzjoni. Meta inġenju iżgħar jitqiegħed wara inġenju akbar, l-inġenju iżgħar m’għandux ikun jidher fuq id-displej tar-radar. |
x |
x |
||||||||
58. |
Clutter tal-baħar u tax-xita |
L-aġġustament tal-filtri u l-effett tagħhom jikkorrispondu għall-kobor tal-apparati approvati reali. |
Issir valutazzjoni biex l-filtri jinxtegħlu u jiġu aġġustati. |
x |
x |
||||||||
59. |
Eki foloz |
Jiġu ġġenerati eki foloz. Barra minn hekk, il-frekwenza ta’ diversi eki tinbidel mad-distanza b’mod realistiku. |
F’eżerċizzju b’diversi inġenji mira, l-eki foloz għandhom ikunu jidhru. Matul it-test, l-osservatur irid jara jkunx hemm interferenza u diversi eki. |
x |
x |
||||||||
60. |
Fond tal-ilma |
It-topografija tal-qiegħ hi deskritta f’dettall mill-kontorni batimetriċi u mis-soundings jew fi kwalunkwe forma oħra f’riżoluzzjoni oħra, dment li jkun hemm data disponibbli. |
Meta titbaħħar iż-żona li trid tiġi spezzjonata, irid jiġi vverifikat jekk is-sounder tal-eku jurix valuri realistiċi. |
x |
|
||||||||
61. |
Kurrenti |
Il-kurrent jista’ jiġi definit b’mod arbitrarju b’tal-anqas kampijiet tal-vettur bidimensjonali (2) b’riżoluzzjoni għolja adattati għad-daqs tal-inġenju u għaż-żona. |
L-effett tal-kurrent irid jiġi ttestjat billi inġenju proprju jitħalla jinġarr fuq xmara. L-inġenju għandu jimxi mal-kurrent b’mod realistiku. |
x |
x |
||||||||
62. |
Marea |
Id-data dwar il-marea tingħata f’riżoluzzjoni ħarxa spazjali jew temporali, jew it-tnejn li huma. |
L-effett tal-marea fuq l-oġġetti li jżommu fil-wiċċ jista’ jiġi evalwat billi jiġi ssimulat idealment oġġett żgħir li jżomm fil-wiċċ mingħajr ebda propulsjoni jew forza oħra (eż. mir-riħ jew mill-ħbula). Billi jitbiddel il-ħin tal-ġurnata, jista’ jiġi vverifikat jekk il-kurrent tal-marea u l-livell tal-ilma humiex dipendenti mill-ħin u realistiċi. Il-livell tal-ilma jista’ jiġi analizzat direttament fis-sounder tal-eku, u jista’ jiġi rreġistrat għal jum sħiħ li jrid jitqabbel mad-data mkejla jew ikkalkolata. |
x |
|
||||||||
63. |
Riħ |
Fluttwazzjonijiet u kampijiet tal-vettur tar-riħ jistgħu jiġu ddefiniti u jippermettu modifika lokali. |
Jekk jiġi “installat” anemometru abbord, l-istrument fuq il-pont għandu juri l-veloċità u d-direzzjoni relattivi tar-riħ. Trid tiġi ttestjata l-influwenza tal-kampijiet differenti tar-riħ fuq id-dinamika tal-inġenju. |
x |
|
||||||||
64. |
Mudelli 2D/3D ta’ oġġetti stazzjonarji |
Is-sostituzzjonijiet 2D tal-oġġetti huma permessi biss għal oġġetti mbiegħda u ma jintgħarfux. |
Filwaqt li inġenju jkun miexi fiż-żona ta’ simulazzjoni sħiħa li trid tiġi vvalidata, jiġu osservati l-oġġetti fissi. Jista’ jinstab f’liema distanza u b’liema mod jitnaqqas il-livell ta’ dettall u jekk jintużawx il-mudelli 2D. |
x |
|
||||||||
65. |
Livell ta’ dettall ta’ oġġetti stazzjonarji |
Livell tajjeb ta’ dettall jista’ juri oġġetti realistiċi, għad li s-simplifikazzjonijiet ikunu jistgħu jingħarfu fil-forma u fis-superfiċje. |
Iż-żona tat-taħriġ li trid tiġi vvalutata tiġi llowdjata u jiġi ssettjat inġenju proprju. L-ewwel ikun hemm bżonn li jiġi eżaminat jekk humiex identifikati l-oġġetti kollha li huma importanti għan-navigazzjoni. Ix-xenarju jrid jidher realistiku mal-ewwel daqqa t’għajn. |
x |
|
||||||||
66. |
Il-mudelli ta’ binhar/billejl ta’ oġġetti mobbli |
Fid-dlam, kwalunkwe oġġett jista’ jiġi illuminat. Sorsi tad-dawl importanti għan-navigazzjoni jistgħu jeħilsu dawl b’karatteristiċi predeterminati. |
Iż-żona tat-taħriġ li trid tiġi vvalutata tiġi llowdjata u jiġi ssettjat inġenju proprju. Il-ħin tas-simulazzjoni jiġi ssettjat għal nofsillejl. Irid jiġi ttestjat jekk l-oġġetti kollha importanti għan-navigazzjoni humiex illuminati fis-simulazzjoni bħal fir-realtà. Barra minn hekk irid jiġi ttestjat jekk humiex illuminati oġġetti oħra. Jekk is-softwer tas-simulatur għandu din il-funzjoni, l-istruttur jixgħel u jitfi d-dawl tal-oġġetti fil-mira. |
x |
|
||||||||
67. |
Mudelli 2D/3D ta’ oġġetti mobbli |
L-oġġetti bidimensjonali jintużaw biss fl-isfond (distanza kbira) biex bilkemm ikunu jidhru. Inkella jittieħdu mudelli 3D. |
Iż-żona tat-taħriġ li trid tiġi vvalutata tiġi llowdjata u jingħażel inġenju proprju. Iż-żona tat-taħriġ tiġi nnavigata kollha kemm hi; fl-istess ħin, l-oġġetti mobbli disponibbli jintużaw, jiġu osservati u evalwati biex jiġi ddeterminat jekk għandhomx superfiċji ċatti li jduru lejn l-osservatur. |
x |
|
||||||||
68. |
Livell ta’ dettall |
F’każ ta’ livell ta’ dettall imtejjeb, oġġetti realistiċi jiġu ppreżentati, għad li l-forom u s-superfiċji jidhru b’mod issimplifikat. |
Inġenju proprju jitħaddem fi ħdan żona operazzjonali magħżula b’mod arbitrarju. Jintużaw oġġetti li jiċċaqalqu li jistgħu jiġu vvalutati. Dawn għandhom jidhru b’mod realistiku. |
x |
|
||||||||
69. |
L-issettjar tad-dwal u tas-sinjali ta’ binhar |
Id-dwal u s-sinjal murija jistgħu jinxtegħlu individwalment, jiġifieri d-dwal u s-sinjali kollha jinħażnu b’mod separat fil-bażi ta’ data u jiġu ppożizzjonati skont ir-rekwiżiti ta’ inġenju reali u skont ir-regolament applikabbli għall-inġenju użat. |
Qrib inġenju tat-traffiku jintuża inġenju proprju fi kwalunkwe żona ta’ taħriġ. Fl-akbar distanza possibbli, l-operatur jistabbilixxi t-tipi kollha ta’ sinjali ta’ binhar u d-dwal tat-traffiku abbord l-inġenju tat-traffiku. Jekk is-simulatur jippermetti hekk, jintuża t-tieni inġenju proprju minflok l-inġenju tat-traffiku. Fuq it-tieni inġenju proprju, jiġu ssettjati wkoll it-tipi kollha ta’ dawl u ta’ sinjali ta’ binhar. Fl-istazzjon tat-tmun tal-ewwel inġenju proprju, jiġi vverifikat liema dawl u sinjali ta’ binhar huma viżibbli fuq iż-żewġ inġenji l-oħra. |
x |
|
||||||||
70. |
Mudelli ta’ binhar/billejl |
Is-sorsi tad-dawl jistgħu jpetptu skont ċerti karatteristiċi. |
Inġenju proprju jinnaviga fi ħdan żona operazzjonali. Il-ħin tas-simulazzjoni jiġi ssettjat għal 24:00 h. Jintużaw l-oġġetti li jiċċaqalqu kollha li jistgħu jiġu vvalutati. Sa fejn possibbli, l-operatur jixgħel is-sorsi tad-dawl disponibbli kollha li huma installati fl-oġġetti għal spezzjoni viżwali. |
x |
|
||||||||
71. |
Riflettività tar-radar |
L-eku fl-istampa tar-radar għandu jkun realistiku u dipendenti mill-angolu tal-viżwalizzazzjoni. |
Għandu jiġi vverifikat jekk l-oġġetti li jirriflettu jurux eku realistiku. |
x |
x |
||||||||
72. |
Eki kkawżati mill-mewġ u mill-preċipitazzjoni |
L-eki tal-istat tal-baħar jinħażnu għax-xejra tipika tal-mewġ li tkopri wkoll il-medda tal-livelli tal-istat tal-baħar. L-eki tal-preċipitazzjoni jintwerew b’mod realistiku. |
L-eki tal-istat tal-baħar iridu jiġu ttestjati billi jiġu introdotti għoli u direzzjonijiet differenti tal-mewġ. L-eki tal-preċipitazzjoni jiġu vverifikati. |
x |
x |
||||||||
73. |
Mewġ |
L-istat u d-direzzjoni tal-mewġ tal-baħar jistgħu jiġu aġġustati; l-inġenju jimxi b’mod realistiku. |
Irid jiġi ttestjat jekk il-moviment tal-inġenju jvarjax skont l-istat tal-baħar. Id-direzzjonijiet u l-għoli tal-mewġ iridu jkunu viżibbli. |
x |
|
||||||||
74. |
Preċipitazzjoni |
Il-kundizzjonijiet kollha tat-temp (restrizzjoni tal-viżibbiltà, preċipitazzjoni bl-eċċezzjoni tad-dawl u tal-formazzjoni tas-sħab) huma disponibbli b’mod li jirriżulta fi stampa koerenti. |
Għandha ssir spezzjoni viżwali biex jiġi vverifikat jekk tistax titnaqqas il-viżibbiltà. |
x |
|
||||||||
75. |
Il-wiri taċ-ċart |
L-ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-aktar standard riċenti ppubblikat mill-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni tar-Renu (Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013 jew l-edizzjoni 2.3 tal-ECDIS Interna tas-CCNR jew l-edizzjoni aġġornata ta’ din). |
Irid jiġi vverifikat jekk is-softwer tal-ECDIS huwiex iċċertifikat u jekk tintużax iċ-Ċart Elettronika tan-Navigazzjoni Interna. |
x |
|
||||||||
76. |
Unitajiet ta’ kejl |
Is-simulatur juża unitajiet għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi navigabbli interni Ewropej (km, km/h). |
L-unitajiet murija jridu jiġu evalwati. |
x |
x |
||||||||
77. |
Għażliet tal-lingwa |
Il-lingwa tal-eżami u/jew l-Ingliż għandhom japplikaw. |
Il-lingwa tal-istrumenti trid tiġi vverifikata. |
x |
x |
||||||||
78. |
Kwantità ta’ eżerċizzji |
Għandu jkun hemm possibbiltà li jinħolqu, jinħażnu u jitwettqu diversi eżerċizzji, li għandhom ikunu manipulabbli waqt it-tħaddim. |
Għandhom jitwettqu operazzjonijiet differenti. |
x |
x |
||||||||
79. |
Kwantità ta’ inġenji proprji |
Għal kull pont jista’ jiġi llowdjat inġenju proprju differenti. |
Wiri ta’ eżerċizzji separati fuq diversi pontijiet (jekk applikabbli). |
x |
|
||||||||
80. |
Data tal-ħżin |
Il-valuri kollha tas-simulazzjoni li huma neċessarji biex terġa’ ssir is-simulazzjoni, inklużi l-vidjo u l-ħoss tal-prestazzjoni tal-applikant, iridu jinħażnu. |
Tinbeda sessjoni tas-simulazzjoni u jsir il-ħżin. Is-simulazzjoni terġa’ tiġi llowdjata u rieżaminata biex jiġi ddeterminat jekk id-data rilevanti kollha hix disponibbli mis-sessjoni ta’ simulazzjoni rreġistrata. |
x |
x |
||||||||
81. |
Ħżin tal-eżami muri |
Irid ikun hemm opportunità ta’ wiri mill-ġdid fil-kamra tal-operatur jew fi stazzjon ta’ debriefing. Il-komunikazzjoni bir-radju għandha tkun tista’ tiġi rreġistrata. |
L-eżerċizzju għandu jerġa’ jintwera. |
x |
x |
II. STANDARDS GĦALL-PROĊEDURA AMMINISTRATTIVA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ SIMULATURI TAL-KONTROLL TA’ BASTIMENT U TA’ SIMULATURI TAR-RADAR
I. Proċedura għall-approvazzjoni tas-simulaturi użati fl-eżamijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2017/2397
1. |
L-entità li tuża s-simulaturi biex tivvaluta l-kompetenzi għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru talba għall-approvazzjoni
|
2. |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti minimi speċifikati fl-istandard għar-rekwiżiti funzjonali u tekniċi tas-simulaturi jiġu vverifikati skont il-proċedura tat-test għal kull oġġett. Għal dan l-eżerċizzju, l-awtorità għandha tuża esperti indipendenti mill-entità li twettaq il-programm ta’ taħriġ. L-esperti għandhom jiddokumentaw il-verifika tal-konformità għal kull oġġett. Jekk il-proċeduri tat-test jikkonfermaw li r-rekwiżiti huma ssodisfati, l-awtorità kompetenti għandha tapprova s-simulatur. L-approvazzjoni għandha tispeċifika għal liema valutazzjoni tal-kompetenza partikolari hu awtorizzat is-simulatur. |
II. Notifika tas-sistema tal-istandards tal-approvazzjoni u tal-kwalità
1. |
L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tas-simulaturi għandha tinnotifika l-approvazzjoni ta’ simulatur lill-Kummissjoni Ewropea u lil kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata filwaqt li tal-anqas tindika dawn li ġejjin:
|
2. |
Għall-fini ta’ sistema ta’ valutazzjoni u ta’ garanzija tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2017/2397, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu t-talbiet speċifikati fit-Taqsima I.1.(a) u d-dokumentazzjoni speċifikata fit-Taqsima I.2. |
(1) Inġenju mira jkun ikkontrollat bis-sħiħ mis-simulatur u jista’ jkollu mġiba ta’ ċaqliq ferm aktar sempliċi meta mqabbel mal-inġenju proprju.
(2) Inġenju proprju hu oġġett fis-simulatur li hu kkontrollat bis-sħiħ minn bniedem u li jipprovdi rappreżentazzjoni viżwali tax-xenarju.
ANNESS IV
STANDARDS GĦALL-ISTAT MEDIKU
IL-KRITERJI TAL-ISTAT MEDIKU GĦALL-KUNDIZZJONIJIET MEDIĊI (IDONEITÀ ĠENERALI, VISTA U SMIGĦ)
Introduzzjoni
L-eżaminatur mediku għandu jiftakar li mhuwiex possibbli li tiġi żviluppata lista komprensiva ta’ kriterji tal-idoneità li tkopri l-kundizzjonijiet possibbli kollha u l-varjazzjonijiet kollha fil-preżentazzjoni u fil-pronjożi tagħhom. Il-prinċipji li huma l-bażi tal-approċċ adottat fit-tabella spiss ikunu kapaċi jiġu estrapolati għal kundizzjonijiet mhux koperti minnha. Id-deċiżjonijiet dwar l-idoneità meta jkun hemm kundizzjoni medika jiddependu minn valutazzjoni u minn analiżi kliniċi bil-galbu, u jridu jiġu kkunsidrati l-punti li ġejjin kull meta tittieħed deċiżjoni dwar l-idoneità:
• |
L-istat mediku, li jinkludi l-idoneità fiżika u psikoloġika, tfisser li wieħed ma jbatix minn xi marda jew diżabilità li ma tippermettix lill-persuna li taħdem abbord inġenju ta’ navigazzjoni interna tagħmel xi azzjoni minn fost dawn li ġejjin:
|
• |
Il-kundizzjonijiet mediċi elenkati huma eżempji komuni ta’ dawk li jistgħu jrendu lill-membri tal-ekwipaġġ mhux idonei. Il-lista tista’ tintuża wkoll biex jiġu ddeterminati l-limitazzjonijiet xierqa fuq l-istat mediku. Il-kriterji mogħtija jistgħu jipprovdu biss gwida għat-tobba u m’għandhomx jieħdu post ġudizzju mediku tajjeb. |
• |
L-implikazzjonijiet għax-xogħol u għall-għajxien fuq l-ilmijiet interni jvarjaw ħafna, skont l-istorja naturali ta’ kull kundizzjoni u l-ambitu għat-trattament. L-għarfien dwar il-kundizzjoni u valutazzjoni tal-karatteristiċi tagħha fl-individwu li jkun qed jiġi eżaminat għandhom jintużaw biex tinħareġ deċiżjoni dwar l-istat mediku. |
• |
Meta l-istat mediku ma jkunx jista’ jintwera bis-sħiħ, jistgħu jiġu imposti miżuri ta’ mitigazzjoni u restrizzjonijiet bil-kundizzjoni ta’ sikurezza ekwivalenti tan-navigazzjoni. Ma’ dan it-test ġiet miżjuda lista ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ restrizzjonijiet. Fejn hemm bżonn, isiru referenzi għal dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet fid-deskrizzjonijiet tal-kriterji dwar l-istat mediku. |
It-tabella hi stabbilita kif ġej:
Kolonna 1: WHO International classification of diseases, l-10 reviżjoni (ICD-10). Il-kodiċijiet huma elenkati bħala għajnuna għall-analiżi u, b’mod partikolari, għall-kumpilazzjoni internazzjonali tad-data.
Kolonna 2: L-isem komuni tal-kundizzjoni jew tal-grupp ta’ kundizzjonijiet, b’dikjarazzjoni qasira fuq ir-rilevanza tagħhom għall-ħidma fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni.
Kolonna 3: Il-kriterji dwar l-istat mediku li wasslu għad-deċiżjoni: inkompatibbiltà.
Kolonna 4: Il-kriterji dwar l-istat mediku li wasslu għad-deċiżjoni: ħila li l-persuna twettaq id-dmirijiet assenjati f’kull ħin.
Hemm żewġ appendiċijiet:
Appendiċi 1 Kriterji rilevanti għall-vista kif imfissra fil-kodiċi dijanjostiku H 0059
Appendiċi 2 Kriterji rilevanti għas-smigħ kif imfissra fil-kodiċi dijanjostiku H 68-95.
ICD 10 Kodiċijiet dijanjostiċi |
Kundizzjoni Ġustifikazzjoni għall-kriterji |
Inkompatibbiltà biex il-persuna twettaq id-dmirijiet assenjati f’kull ħin
|
Ħila li l-persuna twettaq id-dmirijiet assenjati f’kull ħin |
||||||
A 00–B99 |
INFEZZJONIJIET |
||||||||
A 00 – 09 |
Infezzjoni gastrointestinali Trażmissjoni lil oħrajn, rikorrenza |
T – Jekk individwata waqt li fuq l-art (sintomi kurrenti jew riżultati tat-testijiet pendenti fuq l-istatus tal-portatur) jew l-istatus ta’ portatur ikkonfermat sakemm tintwera l-eliminazzjoni |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur |
||||||
A 15–16 |
TB Pulmonari Trażmissjoni lil oħrajn, rikorrenza |
T – Test ta’ skrinjar pożittiv jew storja klinika, sakemm tiġi investigata. Jekk il-persuna hi infettata, sakemm jistabbilizza t-trattament u jiġi kkonfermat nuqqas ta’ infettività P – Rikaduta jew ħsara residwa serja |
Tlestija b’suċċess ta’ kors tat-trattament |
||||||
A 50-64 |
Infezzjonijiet trażmissibbli sesswalment Indeboliment akut, rikorrenza |
T – Jekk individwati waqt li fuq l-art: sakemm tiġi kkonfermata d-dijanjożi, it-trattament jinbeda u jitlesta b’suċċess kors tat-trattament. P – Kumplikazzjonijiet tard mhux trattabbli li jwasslu għal insuffiċjenza |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur |
||||||
B 15 |
Epatite A Trażmissibbli b’kontaminazzjoni tal-ikel jew tal-ilma |
T – Sakemm titlaq is-suffejra jew tiġi restawrata t-tolleranza għall-eżerċizzju |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur |
||||||
B 16–19 |
Epatite B. Trażmissibbli b’kuntatt mad-demm jew ma’ fluwidi oħra tal-ġisem. Possibbiltà ta’ insuffiċjenza permanenti tal-fwied u ta’ kanċer tal-fwied |
T – Sakemm titlaq is-suffejra jew tiġi restawrata t-tolleranza għall-eżerċizzju P – Insuffiċjenza persistenti tal-fwied b’sintomi li jaffettwaw ix-xogħol sikur jew bi probabbiltà ta’ kumplikazzjonijiet |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ massimu ta’ sentejn |
||||||
|
Epatite Ċ Trażmissibbli b’kuntatt mad-demm jew ma’ fluwidi oħra tal-ġisem. Possibbiltà ta’ insuffiċjenza permanenti tal-fwied |
T – Sakemm titlaq is-suffejra jew tiġi restawrata t-tolleranza għall-eżerċizzju P – Insuffiċjenza persistenti tal-fwied b’sintomi li jaffettwaw ix-xogħol sikur jew bi probabbiltà ta’ kumplikazzjonijiet |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur |
||||||
B 20-24 |
HIV+ Trażmissibbli b’kuntatt mad-demm jew ma’ fluwidi oħra tal-ġisem. Progressjoni għal mardiet assoċjati mal-HIV jew għall-AIDS |
T – Għarfien tajjeb dwar il-kundizzjoni u konformità sħiħa mar-rakkomandazzjonijiet tat-trattament P – Mardiet mhux riversibbli assoċjati mal-HIV li jwasslu għal insuffiċjenza. Effetti kontinwi ta’ insuffiċjenza tal-mediċina |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ massimu ta’ sentejn |
||||||
A 00–B 99 mhux elenkati b’mod separat |
Infezzjoni oħra Insuffiċjenza personali, infezzjoni ta’ oħrajn |
T –Fil-każ ta’ infezzjoni serja u ta’ riskju serju ta’ trażmissjoni P – Jekk hemm probabbiltà kontinwa ta’ rikkorrenzi li joħolqu insuffiċjenzi jew infettivi ripetuti |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur |
||||||
C00–48 |
KANĊERS |
||||||||
C 00–48 |
Neoplażmi malinni – inklużi linfoma, lewkemija u kundizzjonijiet relatati Rikorrenza – kumplikazzjonijiet partikolarment akuti, eż. ħsara għall-persuna mill-emoraġġiji |
T – Sakemm jiġu investigati, ittrattati u tiġi vvalutata l-pronjożi P – Insuffiċjenza kontinwa b’sintomi li jaffettwaw ix-xogħol sikur jew bi probabbiltà għolja ta’ rikorrenza |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur Trid tiġi kkonfermata b’valutazzjoni formali minn speċjalist |
||||||
D 50–89 |
DISTURBI TAD-DEMM |
|
|
||||||
D 50 –59 |
Anemija/Emoglobin- opatiji Tolleranza mnaqqsa għall-eżerċizzju. Anomaliji episodiċi taċ-ċelloli ħomor |
T – Sakemm l-emoglobina tiġi normali jew stabbli P – Anemija rikorrenti jew kontinwi severi jew sintomi ta’ insuffiċjenza minn tkissir taċ-ċelloli ħomor li mhumiex trattabbli |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur |
||||||
D 73 |
Splenettomija (storja ta’ kirurġija) Suxxettibbiltà akbar għal ċerti infezzjonijiet |
T – Sakemm jitlesta t-trattament kliniku u tiġi restawrata t-tolleranza għall-eżerċizzju |
Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur |
||||||
D 50 -89 mhux elenkati b’mod separat |
Mardiet oħra tad-demm u organi li jifformaw id-demm Varji – rikorrenza ta’ emoraġġiji anormali u possibilment anki tolleranza anqas għall-eżerċizzju jew reżistenza baxxa għall-infezzjonijiet |
T – Waqt li l-marda tkun għadha qed tiġi investigata P – Disturbi ta’ koagulazzjoni kronika |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ |
||||||
E 00-90 |
ENDOKRINALI U METABOLIŻMU |
||||||||
E 10 |
Dijabete – bl-użu tal-insulina Insuffiċjenza akuta mill-ipogliċemija. Kumplikazzjonijiet minn telf ta’ kontroll fuq il-glukożju fid-demm. Probabbiltà akbar ta’ problemi viżwali, newroloġiċi u kardijaċi |
T – Jekk nuqqas ta’:
P – Jekk ikkontrollat b’mod inadegwat jew mhux b’mod konformi mat-trattament. Storja ta’ ipogliċemija jew telf ta’ għarfien dwar l-ipogliċemija. Kumplikazzjonijiet tad-dijabete li jwasslu għal insuffiċjenzi |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ b’limitu massimu ta’ żmien ta’ 5 snin. Jekk hemm evidenza ta’ kontroll tajjeb, konformità sħiħa mar-rakkomandazzjonijiet tat-trattament u għarfien tajjeb dwar l-ipogliċemija. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 04*** |
||||||
E 11-14 |
Dijabete – mhux ittrattat bl-insulina. Qed tintuża mediċina oħra Progressjoni għall-użu tal-insulina, probabbiltà akbar ta’ problemi viżwali, newroloġiċi u kardijaċi |
T – Jekk nuqqas ta’:
|
Meta stabbilizzat, fin-nuqqas ta’ kumplikazzjonijiet li jwasslu għal insuffiċjenza: persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ massimu ta’ 5 snin |
||||||
Dijabete – mingħajr insulina; ittrattat bid-dieta biss Progressjoni għall-użu tal-insulina, probabbiltà akbar ta’ problemi viżwali, newroloġiċi u kardijaċi |
T – Jekk nuqqas ta’:
|
Meta stabbilizzat, fin-nuqqas ta’ kumplikazzjonijiet li jwasslu għal insuffiċjenza: persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ massimu ta’ 5 snin |
|||||||
E 65-68 |
Obeżità/massa anormali tal-ġisem - għolja jew baxxa Aċċident fuq il-persuna u mobilità u tolleranza għall-eżerċizzju mnaqqsa għal dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza. Probabbiltà akbar ta’ dijabete, ta’ mard arterjali u ta’ artrite |
T – Jekk ma jistgħux jitwettqu dmirijiet kritiċi, il-kapaċità jew il-prestazzjoni tat-test tal-eżerċizzju hi batuta, l-Indiċi tal-Massa tal-Ġisem (BMI) ≥ 40 (livell 3 ta’ obeżità) P – Dmirijiet kritiċi għas-sikurezza ma jistgħux jitwettqu; kapaċità jew prestazzjoni tat-test tal-eżerċizzju hi batuta u t-titjib ma setax jinkiseb |
Ħila li jinkisbu kapaċitajiet ta’ rutina u ta’ emerġenza għal dmirijiet assenjati kritiċi għas-sikurezza. Jistgħu jkunu indikati r-restrizzjonijiet 07*** jew/u 09*** |
||||||
E 00-90 mhux elenkati b’mod separat |
Mard endokrinali u metaboliku ieħor (tirojde, mard adrenali inkluża l-marda Addison, pitwitarja, ovarji, testikoli) Probabbiltà ta’ rikorrenza jew ta’ kumplikazzjonijiet |
T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa sena wara d-dijanjożi inizjali jew rikaduta li fiha seħħ rieżami regolari P – Jekk ikun hemm insuffiċjenza kontinwa, ħtieġa ta’ aġġustament frekwenti tal-mediċina jew probabbiltà akbar ta’ kumplikazzjonijiet kbar |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ: jekk il-mediċina hi stabbli u s-sorveljanza tal-kundizzjonijiet hi infrekwenti, ebda insuffiċjenza u probabbiltà baxxa ħafna ta’ kumplikazzjonijiet |
||||||
F 00–99 |
DISTURBI MENTALI, KONJITTIVI U TAL-IMĠIBA |
||||||||
F10 |
Abbuż tal-alkoħol (dipendenza) Rikorrenza, aċċidenti, imġiba erratika/prestazzjoni tas-sikurezza |
T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa sena wara d-dijanjożi inizjali jew rikaduta li fiha seħħ rieżami regolari P – Jekk persistenti jew hemm komorbidità, probabbiltà ta’ progressjoni jew ta’ rikorrenza fuq ix-xogħol |
Għal tliet snin konsekuttivi: il-persuna titqies idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena, bir-restrizzjonijiet 04*** u 05***. Wara: il-persuna titqies idonea għal perjodu ta’ tliet snin bir-restrizzjonijiet 04*** u 05***. Wara: il-persuna titqies idonea għal perjodi konsekuttivi ta’ sentejn, tliet snin u ħames snin, mingħajr rikaduta u mingħajr komorbidità, jekk test tad-demm fi tmiem kull perjodu ma juri ebda problema |
||||||
F 11-19 |
Dipendenza fuq id-droga/abbuż persistenti tas-sustanzi, jinkludu kemm użu ta’ drogi illeċiti u dipendenza fuq mediċini bir-riċetta Rikorrenza, aċċidenti, imġiba erratika/prestazzjoni tas-sikurezza |
T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa sena wara d-dijanjożi inizjali jew rikaduta li fiha seħħ rieżami regolari P – Jekk persistenti jew hemm komorbidità, probabbiltà ta’ progressjoni jew ta’ rikorrenza fuq ix-xogħol |
Għal tliet snin konsekuttivi: il-persuna titqies idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena, bir-restrizzjonijiet 04*** u 05***. Wara: il-persuna titqies idonea għal perjodu ta’ tliet snin bir-restrizzjonijiet 04*** u 05***. Wara: il-persuna titqies idonea għal perjodi konsekuttivi ta’ sentejn, tliet snin u ħames snin, mingħajr rikaduta u mingħajr komorbidità, jekk test tad-demm fi tmiem kull perjodu ma juri ebda problema |
||||||
F 20-31 |
Psikożi (akuta) –kemm jekk organika, skizofrenika jew kategorija oħra elenkata fl-ICD. Rikorrenza Bipolari (disturbi dipressivi maniċi) li twassal għal tibdiliet fil-perċezzjoni/konjizzjoni, aċċidenti, imġiba erratika u mhux sikura |
Wara episodju wieħed b’fatturi provokanti: T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa tliet xhur wara d-dijanjożi inizjali |
Jekk il-membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta jkollu għarfien, ikun konformi mat-trattament u ma jkollu ebda effett avvers mill-mediċina: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 05***. Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjoni: sena wara l-episodju dment li l-fatturi provokanti jistgħu u dejjem se jiġu evitati Limitazzjoni taż-żmien: l-ewwel sentejn, sitt xhur. Il-ħames snin segwenti, sena |
||||||
|
Wara episodju wieħed mingħajr fatturi provokanti jew aktar minn episodju wieħed b’fatturi provokanti jew mingħajr: T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa sentejn mill-aħħar episodju. P –Aktar minn episodju wieħed jew probabbiltà kontinwa ta’ rikorrenza. Il-kriterji għall-idoneità b’restrizzjonijiet jew mingħajr mhumiex issodisfati |
Jekk ma kien hemm ebda rikaduta u ebda użu tal-mediċina għal perjodu ta’ sentejn: il-persuna titqies idonea, jekk speċjalist mediku jkun iddetermina li l-kawża tkun tista’ tiġi identifikata b’mod mingħajr ekwivoċi bħala waħda li tkun tranżjenti u li rikaduta tkun improbabbli ħafna |
|||||||
F 32-38 |
Disturbi tal-burdata/affettivi. Stat ta’ ansjetà serja, dipressjoni, jew kwalunkwe disturb mentali ieħor li aktarx li jindebolixxi l-prestazzjoni Rikorrenza, prestazzjoni mnaqqsa, speċjalment f’emerġenzi |
T – Filwaqt li akuti, taħt investigazzjoni jew jekk sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza jew effetti sekondarji tal-mediċina jkunu preżenti. P – Sintomi persistenti jew rikorrenti li jwasslu għal insuffiċjenza |
Wara rkupru sħiħ u wara kunsiderazzjoni bis-sħiħ tal-każ individwali. Valutazzjoni bħala idonea tista’ tiġi indikata skont il-karatteristiċi u l-gravità tad-disturb fl-imġiba. Limitazzjoni taż-żmien: l-ewwel sentejn, sitt xhur. Jistgħu jkunu indikati r-restrizzjonijiet 04*** u/jew 07***. Il-ħames snin segwenti, sena |
||||||
Disturbi tal-burdata/affettivi. Sintomi minuri jew reattivi tal-ansjetà/tad-dipressjoni. Rikorrenza, prestazzjoni mnaqqsa, speċjalment f’emerġenzi |
T – Sakemm il-persuna tkun ħielsa minn sintomi, u ħielsa mill-mediċina P – Sintomi persistenti jew rikorrenti li jwasslu għal insuffiċjenza |
Jekk ħielsa minn sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza jew minn effetti sekondarji mill-mediċina li jwasslu għal insuffiċjenza. Jistgħu jkunu indikati r-restrizzjonijiet 04*** u/jew 07***. |
|||||||
F 00–99 mhux elenkati b’mod separat |
Disturbi oħra eż. disturbi tal-personalità, tal-attenzjoni (ADHD), tal-iżvilupp (eż. awtiżmu) Indeboliment tal-prestazzjoni u tal-affidabbiltà, u l-impatt fuq ir-relazzjonijiet |
P – Jekk jitqiesu li għandhom konsegwenzi kritiċi għas-sikurezza |
Ebda effett avvers antiċipat waqt li fuq ix-xogħol. Inċidenti matul perjodi ta’ servizz preċedenti. Jistgħu jkunu indikati r-restrizzjonijiet 04*** u/jew 07*** |
||||||
G 00–99 |
MARD TAS-SISTEMA NERVUŻA |
||||||||
G 40-41 |
Puplesija waħda Ħsara lill-inġenju, għal oħrajn u għall-persuna stess mill-puplesiji |
Puplesija waħda T – Waqt li taħt investigazzjoni u għal sena wara l-puplesija |
Sena wara l-puplesija u fuq mediċina stabbli: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjonijiet: sena wara l-puplesija u sena wara li jintemm it-trattament |
||||||
Epilessija – ebda fattur provokanti (diversi puplesiji) Ħsara lill-inġenju, għal oħrajn u għall-persuna stess mill-puplesiji |
T – Waqt li taħt investigazzjoni u għal sentejn wara l-aħħar puplesija P – Puplesiji rikorrenti, mhux ikkontrollati bil-mediċina |
Mediċina mwaqqfa jew b’mediċina stabbli b’konformità tajba: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjonijiet meta tkun ħielsa minn puplesiji u mingħajr mediċina għal tal-anqas għaxar snin |
|||||||
Epilessija – provokata minn alkoħol, mediċina, korriment fir-ras (diversi puplesiji) Ħsara lill-inġenju, għal oħrajn u għall-persuna stess mill-puplesiji |
T – Waqt li taħt investigazzjoni u għal sentejn wara l-aħħar puplesija P – Attakki rikorrenti, mhux ikkontrollati bil-mediċina |
Mediċina mwaqqfa jew b’mediċina stabbli b’konformità tajba: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjonijiet meta tkun ħielsa minn puplesiji u mingħajr mediċina għal tal-anqas ħames snin |
|||||||
G 43 |
Emikranja (attakki spissi li jikkawżaw inkapaċità) Probabbiltà ta’ rikorrenzi li jwasslu għal diżabilità |
P – Attakki frekwenti li jwasslu għal inkapaċità |
Ebda effett avvers inkapaċitanti antiċipat waqt li fuq ix-xogħol. Ebda inċident matul perjodi ta’ servizz preċedenti |
||||||
G 47 |
Apnea tal-irqad Għeja u episodji ta’ rqad waqt ix-xogħol |
T – Sakemm jinbeda t-trattament u dan jirnexxi għal tliet xhur P – It-trattament ma jirnexxix jew ma tinżammx konformità miegħu |
Ladarba t-trattament jaħdem b’mod effettiv u pprovat għal tliet xhur. Valutazzjonijiet tal-konformità fuq sitt xhur. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 05*** |
||||||
Narkolessija Għeja u episodji ta’ rqad waqt ix-xogħol |
T – Sakemm ikkontrollata bit-trattament għal tal-anqas sentejn P – It-trattament ma jirnexxix jew ma tinżammx konformità miegħu |
Jekk speċjalist jikkonferma kontroll sħiħ tat-trattament għal tal-anqas sentejn: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** |
|||||||
G 00–99 mhux elenkati b’mod separat |
Mard organiku ieħor tas-sistema nervuża eż. sklerożi multipla, marda ta’ Parkinson. Rikorrenza/progressjoni. Limitazzjoni fuq is-saħħa muskolari, il-bilanċ, il-koordinazzjoni u l-mobilità |
T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament P – Jekk il-limitazzjonijiet jaffettwaw ix-xogħol sikur jew mhux kapaċi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kapaċità fiżika |
Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tar-rekwiżiti tal-impjieg u ta’ emerġenza, informata minn pariri speċjalisti newroloġiċi-psikjatriċi |
||||||
R 55 |
Sinkope u disturbi oħra tal-kuxjenza Rikorrenza li tikkawża korriment jew telf ta’ kontroll |
T – Sakemm investigati biex tiġi ddeterminata l-kawża u jintwera kontroll ta’ kwalunkwe kundizzjoni sottostanti. L-avveniment hu: |
|
||||||
(a) Sempliċi ħass ħażin/sinkope idjopatika
|
Valutazzjoni ta’ każ b’każ. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 04*** |
||||||||
b) Mhux sempliċi ħass ħażin/sinkope idjopatika. Disturb mhux spjegat: mhux rikorrenti u mingħajr ebda kawża kardijaka, metabolika jew newroloġika sottostanti individwata T – Erba’ ġimgħat |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 04***. |
||||||||
(c) Disturb: rikorrenti jew b’kawża kardijaka, metabolika jew newroloġika sottostanti T – B’kawża sottostanti possibbli li mhix identifikata jew trattabbli: għal sitt xhur wara l-avveniment jekk ma sseħħ ebda rikorrenza T – B’kawża sottostanti possibbli jew kawża misjuba u ttrattata għal xahar wara t-trattament li jirnexxi
(d) Disturb tal-kuxjenza b’karatteristiċi li jindikaw puplesija. Mur għal G 40-41 P – Għal dawk kollha ta’ minkejja investigazzjoni sħiħa u trattament xieraq hawn fuq, jekk jippersistu inċidenti rikorrenti |
|
||||||||
T 90 |
Kirurġija/korriment intrakranjali, inkluż trattament ta’ anomaliji vaskulari jew ta’ korriment serju tar-ras bi ħsara fil-moħħ. Ħsara lill-bastiment, għal oħrajn u għall-persuna stess mill-puplesiji. Difetti fil-funzjoni konjittiva, sensorja jew motorja. Rikorrenza jew kumplikazzjonijiet ta’ kundizzjoni sottostanti |
T – Għal sena jew aktar sakemm il-probabbiltà ta’ puplesija tkun baxxa* fuq il-bażi tal-parir ta’ speċjalist P – Insuffiċjenza kontinwa minn kundizzjoni jew korriment sottostanti jew minn puplesiji rikorrenti |
Wara tal-anqas sena, jekk il-probabbiltà ta’ puplesija hi baxxa* u ebda insuffiċjenza mill-kundizzjoni jew mill-korriment sottostanti: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjoni meta ebda insuffiċjenza mill-kundizzjoni jew mill-korriment sottostanti, u ma tkunx qed tuża mediċina antiepilettika. Probabbiltà ta’ puplesija baxxa ħafna* |
||||||
H00-99 |
MARDIET TAL-GĦAJNEJN U TAL-WIDNEJN |
||||||||
H00-59 |
Disturbi fl-għajnejn: progressivi jew rikorrenti eż. glawkoma, makulopatija, retinopatija dijabetika, retinite pigmentosa, keratokonus, diplopija, blefarospażmi, uveitie, ulċerazzjoni korneali, distakkament retinali) Inabilità futura li jiġu ssodisfati l-kriterji dwar il-vista, riskju ta’ rikorrenza |
T – Inabilità temporanja li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti dwar il-vista (ara l-Appendiċi 1) u probabbiltà baxxa ta’ deterjorament sussegwenti jew ta’ rikorrenza li twassal għal insuffiċjenza ladarba jiġu ttrattati jew irkuprati P – Inabilità li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti dwar il-vista (ara l-Appendiċi 1) jew jekk ittrattati probabbiltà akbar ta’ deterjorament sussegwenti jew ta’ rikorrenza li twassal għal insuffiċjenza |
Probabbiltà baxxa ħafna ta’ rikorrenza. Progressjoni għal livell li fih il-kriterji dwar il-viżjoni ma jkunux issodisfati matul il-perjodu taċ-ċertifikat tkun improbabbli ħafna |
||||||
H65-67 |
Otite – esterna jew medja Rikorrenza, riskju bħala sors ta’ infezzjoni f’min jimmanipula l-ikel, problemi bl-użu tal-protezzjoni tas-smigħ |
T –Jekk is-sintomi jaffettwaw ix-xogħol sikur P - Jekk ikun hemm tnixxija kronika mill-widna f’persuna li timmanipula l-ikel |
Trattament effettiv u ebda probabbiltà ta’ rikorrenza |
||||||
H68-95 |
Disturbi fil-widnejn: progressivi (eż. otosklerożi) |
T – Inabilità temporanja li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti dwar is-smigħ (ara l-Appendiċi 2) u probabbiltà baxxa ta’ deterjorament sussegwenti jew ta’ rikorrenza li twassal għal insuffiċjenza ladarba jiġu ttrattati jew irkuprati P – Inabilità li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti dwar is-smigħ (ara l-Appendiċi 2) jew jekk ittrattati probabbiltà akbar jew deterjorament sussegwenti jew ta’ rikorrenza li twassal għal insuffiċjenza |
Rata ta’ rikorrenza baxxa ħafna*. Progressjoni għal livell li fih il-kriterji dwar is-smigħ ma jkunux issodisfati matul il-perjodu taċ-ċertifikat tkun improbabbli ħafna |
||||||
H81 |
Il-marda ta’ Meniere u forom oħra ta’ vertigo kroniku jew diżabilitanti rikorrenti Inabilità ta’ żamma tal-bilanċ li tikkawża telf tal-mobilità u nawsja |
T – Matul fażi akuta P – Attakki frekwenti li jwasslu għal inkapaċità |
Probabbiltà baxxa* ta’ effetti li jwasslu għal insuffiċjenza waqt ix-xogħol |
||||||
I00-99 |
SISTEMA KARDJOVASKULARI |
||||||||
I 05-08 I 34-39 |
Marda konġenitali u tal-valvi tal-qalb (inkluża kirurġija għal dawn il-kundizzjonijiet). Murmurs tal-qalb mhux investigati fl-imgħoddi Probabbiltà ta’ progressjoni, limitazzjonijiet fl-eżerċizzju |
T – Sakemm investigata u, jekk ikun hemm bżonn, ittrattata b’suċċess P – Jekk it-tolleranza għall-eżerċizzju hi limitata jew iseħħu episodji ta’ inkapaċità jew jekk qed jintużaw antikoagulanti jew jekk hemm probabbiltà għolja permanenti ta’ avveniment li jwassal għal inkapaċitazzjoni |
Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tal-parir kardjoloġiku |
||||||
I 10-15 |
Ipertensjoni Probabbiltà akbar ta’ marda tal-qalb iskemika, ta’ ħsara fl-għajnejn u fil-kliewi u ta’ attakk ta’ puplesija. Possibbiltà ta’ episodju ipertensiv akut |
T – Normalment jekk > 160 sistolika jew > 100 dijastolika mm Hg sakemm tiġi investigata u jekk ikun hemm bżonn ittrattata b’suċċess P – Jekk persistentement > 160 sistolika jew > 100 dijastolika mm Hg bi trattament jew mingħajr |
Jekk ittrattata u ħielsa minn effetti li jwasslu għal insuffiċjenza minħabba l-kundizzjoni jew il-mediċina |
||||||
I 20-25 |
Avveniment kardijaku, jiġifieri infart mijokardjali, evidenza mill-ECG ta’ infart mijokardjali fl-imgħoddi jew imblokkar tar-ramifikazzjoni tal-faxxiklu tax-xellug rikonoxxut ġdid, anġina, arrest kardijaku, trapjant tal-bypass tal-arterja koronarja, anġoplastija koronarja Telf f’daqqa waħda tal-kapaċità, limitazzjoni tal-eżerċizzju. Problemi ta’ ġestjoni ta’ avveniment kardijaku ripetut fuq ix-xogħol |
T – Għal tliet xhur wara l-investigazzjoni inizjali u t-trattament, itwal jekk is-sintomi ma jiqfux u f’każ ta’ probabbiltà akbar ta’ rikorrenza minħabba sejbiet patoloġiċi P – Jekk il-kriterji għall-ħruġ taċ-ċertifikat ma jkunux issodisfati u tnaqqis ulterjuri tal-probabbiltà ta’ rikorrenza jkun improbabbli |
Rata ta’ rikorrenza baxxa ħafna* u konformi bis-sħiħ mar-rakkomandazzjonijiet dwar it-tnaqqis tar-riskju u ebda problema rilevanti ta’ komorbidità ċertifikat ta’ sitt xhur għall-ewwel u mbagħad ċertifikat annwali. Rata ta’ rikorrenza baxxa*: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena |
||||||
I 44-49 |
Arritmiji kardijaċi u difetti konduttivi (inklużi dawk b’pacemakers u b’defibrillaturi kardjoverter impjantati (ICD)) Probabbiltà ta’ insuffiċjenza minħabba rikorrenza, nuqqas ta’ kapaċità f’daqqa waħda, limitazzjoni tal-eżerċizzju Attività tal-pacemaker/ICD tista’ tkun affettwata minn kampijiet elettriċi qawwijin |
T – Sakemm investigati, ittrattati u tiġi kkonfermata l-adegwatezza tat-trattament P – Jekk hemm sintomi diżabilitanti preżenti jew probabbiltà eċċessiva ta’ insuffiċjenza minn rikorrenza, inkluż impjant tal-ICD |
Rata ta’ rikorrenza baxxa*: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena |
||||||
I 61-69 G 46 |
Marda ċerebrovaskulari iskemika (attakk ta’ puplesija jew attakk iskemiku tranżjenti) Probabbiltà akbar ta’ rikorrenza, telf f’daqqa waħda ta’ kapaċità, limitazzjoni tal-mobilità. Suxxettibbli li l-persuna tiżviluppa marda ċirkolatorja oħra li tikkawża telf f’daqqa ta’ kapaċità |
T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa tliet xhur wara d-dijanjożi inizjali P – Jekk sintomi residwi jinterferixxu mad-dmirijiet jew hemm probabbiltà eċċessiva sinifikanti ta’ rikorrenza |
Valutazzjoni każ b’każ tal-idoneità għat-twettiq tad-dmirijiet; hi indikata r-restrizzjoni 04***. Il-valutazzjoni għandha tinkludi l-probabbiltà ta’ avvenimenti kardijaċi futuri. Ħila li l-persuna twettaq id-dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza għal dmirijiet assenjati kritiċi għas-sikurezza Persuna titqies idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena |
||||||
I 73 |
Arterjali – klawdikazzjoni Probabbiltà ta’ marda ċirkolatorja oħra li tikkawża telf f’daqqa ta’ kapaċità. Limiti għall-kapaċità ta’ eżerċizzju |
T – Sakemm tiġi vvalutata P – Jekk il-persuna tkun inkapaċi biex twettaq id-dmirijiet |
Il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** dment li s-sintomi jkunu minuri u ma jtellfux fid-dmirijiet essenzjali jew jekk jiġu solvuti b’kirurġija jew bi trattament ieħor. Ivvaluta l-probabbiltà ta’ avvenimenti kardijaċi futuri. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena |
||||||
183 |
Vini varikużi Possibbiltà ta’ emoraġġiji jekk il-persuna tkorri, tibdiliet fil-ġilda u ulċerazzjoni |
T – Sakemm ittrattati jekk ikun hemm sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza. Wara l-kirurġija sa xahar |
Ebda sintomu jew kumplikazzjoni li jwasslu għal insuffiċjenza |
||||||
I 80.2-3 |
Trombożi fil-vini profondi/embolus pulmonari Probabbiltà ta’ rikorrenza u ta’ embolus pulmonari serju. Probabbiltà ta’ fsad minn trattament antikogulanti |
T – Sakemm investigati u ttrattati u normalment waqt li jintużaw antikoagulanti għal terminu qasir P – Kunsiderazzjoni ta’ jekk iseħħux avvenimenti rikorrenti jew hux qed jintużaw antikoagulanti permanenti |
Il-persuna tista’ titqies idonea għax-xogħol bi probabbiltà baxxa ta’ korriment ladarba tiġi stabbilizzata bl-antikoagulanti b’monitoraġġ regolari tal-livell ta’ koagulazzjoni |
||||||
I 00-99 mhux elenkati b’mod separat |
Marda oħra tal-qalb, eż. kardjomijopatija, perikardite, falliment tal-qalb Probabbiltà ta’ rikorrenza, telf f’daqqa waħda ta’ kapaċità, limitazzjoni tal-eżerċizzju |
T – Sakemm investigati, ittrattati u tiġi kkonfermata l-adegwatezza tat-trattament P – Jekk hemm sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza jew probabbiltà ta’ insuffiċjenza mir-rikorrenza |
Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispeċjalist |
||||||
J 00–99 |
SISTEMA RESPIRATORJA |
||||||||
J 02-04 J 30-39 |
Kundizzjonijiet tal-imnieħer, tal-griżmejn u tas-sinus Li jwasslu għal insuffiċjenza għall-individwu. Trażmissjoni ta’ infezzjoni fl-ikel/lil ekwipaġġ ieħor f’ċerti kundizzjonijiet |
T –Sakemm ma jifdal ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur P – Jekk iwasslu għal insuffiċjenza u rikorrenti |
Meta jitlesta t-trattament jekk ma jeżisti l-ebda fattur li jippredisponi r-rikorrenza |
||||||
J 40-44 |
Bronkite kronika u/jew enfisema Tolleranza mnaqqsa għall-eżerċizzju u sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza |
T – Jekk episodju akut P – Jekk rikorrenzi serji ripetuti jew jekk l-istandards ġenerali tal-idoneità ma jistgħux jiġu ssodisfati jew jekk qtugħ ta’ nifs li jwassal għal insuffiċjenza |
Kunsiderazzjoni tal-idoneità għal emerġenzi. Ħila li jinkisbu kapaċitajiet ta’ rutina u ta’ emerġenza għal dmirijiet assenjati kritiċi għas-sikurezza. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena |
||||||
J 45-46 |
Ażma (valutazzjoni dettaljata b’informazzjoni mill-ispeċjalist għall-persuni kollha li jidħlu ġodda) Episodji imprevedibbli ta’ qtugħ sever ta’ nifs |
T – Sakemm jiġi solvut l-episodju, tiġi investigata l-kawża (inkluża kwalunkwe rabta okkupazzjonalI) u jkun hemm reġim tat-trattament effettiv fis-seħħ F’persuna taħt l-20 sena b’ammissjoni fi sptar jew b’użu ta’ sterojdi orali fl-aħħar tliet snin P – Jekk probabbiltà prevedibbli ta’ attakk ażmatiku rapidu ta’ theddida għall-ħajja waqt li fuq ix-xogħol; jew storja ta’ ażma mhux ikkontrollata, jiġifieri storja ta’ diversi ammissjonijiet l-isptar |
Il-persuna titqies idonea għax-xogħol jekk għandha storja ta’ ażma fl-età adulta**, b’kontroll tajjeb b’inalaturi u ebda episodju li ma kien jeħtieġ ammissjoni l-isptar jew użu ta’ sterojdi orali fl-aħħar sentejn jew storja jew ażma indotta mill-eżerċizzju li teħtieġ trattament regolari |
||||||
J 93 |
Pnewmotoraċi (spontanja jew trawmatika) Indeboliment akut minn rikorrenza |
T – Normalment għal 12-il xahar wara l-episodju inizjali P – Wara episodji rikorrenti sakemm issir plewrettomija jew plewrodesi |
Normalment 12-il xahar wara episodju jew durata iqsar kif rakkomandat mill-ispeċjalist |
||||||
K 00–99 |
SISTEMA DIĠESTIVA |
||||||||
K 01-06 |
Saħħa orali Uġigħ akut minn uġigħ fis-snien. Infezzjonijiet rikorrenti fil-ħalq u fil-ħanek |
T –Sakemm ma jifdal ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur |
Jekk is-snien u l-ħanek (il-ħanek waħedhom ta’ persuni mingħajr snien u b’dentaturi li joqogħdu tajjeb f’kundizzjoni tajba) jidhru li huma tajbin. Ebda prosteżi kumplessa; jew jekk sar kontroll dentali fl-aħħar sena, b’segwitu mwettaq u ebda problema minn dak iż-żmien |
||||||
K 25-28 |
Ulċera peptika Rikorrenza b’uġigħ, emoraġġiji jew perforazzjoni |
T – Sal-fejqan jew il-kura b’kirurġija jew b’kontroll ta’ elikobatterji u b’dieta normali għal tliet xhur P – Jekk l-ulċera tippersisti minkejja kirurġija u mediċina |
Meta kkurata u b’dieta normali għal tliet xhur |
||||||
K 40-41 |
Ernji – ingwinali u femorali Probabbiltà ta’ strangulazzjoni |
T – Sakemm jiġu investigati biex tiġi kkonfermata ebda probabbiltà ta’ strangulazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, ittrattati |
Meta ttrattati b’mod sodisfaċenti jew meta l-kirurgu jirrapporta li ma hemm ebda probabbiltà ta’ strangulazzjoni |
||||||
K 42-43 |
Ernji – umbilikali, ventrali Instabbiltà fil-ħajt tal-addome ma’ tgħawwiġ u ma’ rfigħ |
Valutazzjoni każ b’każ skont is-severità tas-sintomi jew tal-insuffiċjenza. Kunsiderazzjoni tal-implikazzjonijiet ta’ sforz fiżiku regolari u qawwi tal-ġisem kollu kemm hu |
Valutazzjoni każ b’każ skont is-severità tas-sintomi jew tal-insuffiċjenza. Kunsiderazzjoni tal-implikazzjonijiet ta’ sforz fiżiku regolari u qawwi tal-ġisem kollu kemm hu |
||||||
K 44 |
Ernji – diaframmatiċi (hiatus) Rifluss tal-kontenut tal-istonku u aċidu li jikkawża ħruq ta’ stonku, eċċ. |
Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tas-severità tas-sintomi meta l-persuna timtedd u fuq il-bażi ta’ kwalunkwe disturb tal-irqad ikkawżat minnhom |
Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tas-severità tas-sintomi meta l-persuna timtedd u fuq il-bażi ta’ kwalunkwe disturb tal-irqad ikkawżat minnhom |
||||||
K 50, 51,57,58, 90 |
Enterite mhux infettiva, kolite, il-marda ta’ Crohn, divertikulite, eċċ. Insuffiċjenza u wġigħ |
T – Sakemm tiġi investigata u ttrattata P – Jekk severa jew rikorrenti |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ minn speċjalist. Probabbiltà baxxa ta’ rikorrenza |
||||||
K 60 I 84 |
Kundizzjonijiet anali: morliti (emorrojdi), fissuri, fistuli Probabbiltà ta’ episodju li jikkawża wġigħ u jillimita l-attività |
T – Jekk is-sintomi jaffettwaw ix-xogħol sikur P – Kunsiderazzjoni jekk mhux trattabbli jew rikorrenti |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ |
||||||
K 70, 72 |
Ċirrożi tal-fwied Falliment tal-fwied. Variċi esofagali li jnixxu d-demm |
T – Sakemm tiġi investigata bis-sħiħ. P – Jekk severa jew ikkumplikata minn axxiti jew minn variċi esofagali |
Każ b’każ fuq il-bażi ta’ valutazzjoni minn speċjalist. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena. |
||||||
K 80-83 |
Marda fl-apparat biljari Kolika biljari minn ġebel fil-marrara, suffejra, falliment tal-fwied |
T – Kolika biljari sakemm tiġi ttrattata b’mod definittiv P – Marda tal-fwied avvanzata, sintomi rikorrenti jew persistenti li jwasslu għal insuffiċjenza |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ minn speċjalist. Feġġa f’daqqa ta’ kolika biljari tkun improbabbli |
||||||
K 85-86 |
Pankreatite Probabbiltà ta’ rikorrenza |
T – Sakemm tiġi solvuta P – Jekk rikorrenti jew relatata mal-alkoħol, sakemm tiġi kkonfermata l-assenza |
Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispeċjalist |
||||||
Y 83 |
Stoma (ileostomija, kolostomija) Insuffiċjenza jekk jintilef il-kontroll – ħtieġa ta’ boroż eċċ. Problemi potenzjali matul emerġenza fit-tul |
T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. P – Ikkontrollata b’mod inadegwat |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ |
||||||
N 00–99 |
KUNDIZZJONIJIET ĠENITOURINARJI |
||||||||
N 00, N 17 |
Nefrite akuta Falliment tal-kliewi, ipertensjoni |
P – Sakemm tiġi solvuta |
Valutazzjoni każ b’każ jekk hemm xi effett residwu |
||||||
N 03–05, N 18-19 |
Nefrite jew nefrożi subakuta jew kronika Falliment tal-kliewi ipertensjoni |
T – Sakemm tiġi investigata |
Valutazzjoni każ b’każ minn speċjalist fuq il-bażi tal-funzjoni renali u l-probabbiltà ta’ kumplikazzjonijiet |
||||||
N 20-23 |
Ġebla fil-kliewi renali jew ureterika Uġigħ minn kolika renali |
T –Sakemm tiġi investigata biex tiġi kkonfermata ebda probabbiltà ta’ sintomi li jaffettwaw ix-xogħol sikur P – F’diversi każijiet ta’ formazzjoni rikorrenti ta’ ġebel |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ |
||||||
N 33, N40 |
Tkabbir tal-prostata/ostruzzjoni urinarja Żamma akuta tal-awrina |
T – Sakemm tiġi investigata u ttrattata P – Jekk mhux rimedjabbli |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ |
||||||
N 70-98 |
Kundizzjonijiet ġinekoloġiċi – Ħafna emoraġġiji vaġinali, uġigħ menstruwali serju, endometrijożi, prolassi tal-organi ġenitali jew Insuffiċjenza oħra minn uġigħ jew minn emoraġġiji |
T – Jekk iwasslu għal insuffiċjenza jew meħtieġa investigazzjoni biex tiġi ddeterminata l-kawża u tiġi rrimedjata |
Valutazzjoni każ b’każ ta’ jekk il-kundizzjoni aktarx li se tkun teħtieġ trattament matul il-vjaġġ jew taffettwax il-kapaċità tax-xogħol |
||||||
R 31, 80, 81, 82 |
Proteinurja. ematurja, glikosurja, jew anormalità urinarja oħra Indikatur ta’ mard tal-kliewi jew mard ieħor |
T–Jekk is-sejbiet inizjali huma klinikament sinifikanti P– Kawża sottostanti serja u mhux rimedjabbli – eż. insuffiċjenza tal-funzjoni tal-kliewi |
Probabbiltà baxxa ħafna ta’ kundizzjoni sottostanti serja |
||||||
Z 90.5 |
Tneħħija ta’ kilwa jew kilwa waħda li ma taħdimx Limiti għar-regolamentazzjoni tal-fluwidi f’kundizzjonijiet estremi jekk il-kilwa li jifdal ma tkunx taħdem bis-sħiħ |
P – Kwalunkwe tnaqqis fil-funzjoni fil-kilwa li jifdal f’membru tal-ekwipaġġ ġdid ta’ fuq il-gverta. Disfunzjoni sinifikanti fil-kilwa li jifdal ta’ membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li jservi |
Il-kilwa li jifdal trid tkun funzjonali għalkollox u ma twassalx għal marda progressiva, fuq il-bażi tal-investigazzjonijiet renali u tar-rapport tal-ispeċjalist |
||||||
O 00–99 |
TQALA |
||||||||
O 00–99 |
Tqala Kumplikazzjonijiet, limitazzjonijiet tard fil-mobilità. Potenzjal għall-ħsara u għall-wild fil-każ ta’ ħlas prematur fuq ix-xogħol |
T –Deċiżjoni biex tinżamm konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Anormalità ta’ tqala li teħtieġ livell għoli ta’ sorveljanza |
Tqala mhux kumplikata b’ebda effett li jwassal għal insuffiċjenza: Deċiżjonijiet biex tinżamm konformità mal-prattika u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali |
||||||
L00–99 |
ĠILDA |
||||||||
L 00–08 |
Infezzjonijiet tal-ġilda Rikorrenza, trażmissjoni lil oħrajn |
T – Jekk is-sintomi jaffettwaw ix-xogħol sikur P – Kunsiderazzjoni għal membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta bi problemi rikorrenti |
Fuq il-bażi tan-natura u tas-severità tal-infezzjoni |
||||||
L10–99 |
Mardiet oħra tal-ġilda, eż. ekżema, dermatite, psoriasi Rikorrenza, kultant kawża okkupazzjonali |
T – Jekk is-sintomi jaffettwaw ix-xogħol sikur |
Deċiżjoni ta’ każ b’każ, ristretta kif xieraq jekk aggravata bis-sħana, jew sustanzi fuq ix-xogħol |
||||||
M00–99 |
DISTURBI MUSKOLOSKELETALI |
||||||||
M 10–23 |
Osteoartrite, mard ieħor tal-ġogi u bdil sussegwenti tal-ġogi Uġigħ u limitazzjoni tal-mobilità li jaffettwaw it-twettiq ta’ dmirijiet normali jew ta’ emerġenza. Possibbiltà ta’ infezzjoni jew ta’ żlugar u ħajja limitata tal-ġogi mibdula |
T – Irkupru sħiħ tal-funzjoni u konferma b’valutazzjoni formali ta’ speċjalist meħtieġa qabel ir-ritorn għax-xogħol wara bdil tal-ġenb tal-koxxa jew tal-irkoppa P – Għal każijiet avvanzati u severi |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ. Ħila li jitwettqu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tad-dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza bi probabbiltà baxxa ħafna ta’ ggravar b’tali mod li d-dmirijiet ma jkunux jistgħu jitwettqu |
||||||
M 24.4 |
Instabbiltà rikorrenti tal-ġogi tal-ispalla jew tal-irkoppa Limitazzjoni f’daqqa tal-mobilità, bl-uġigħ |
T – Sa rkupru u stabbiltà suffiċjenti tal-funzjoni tal-ġogi |
Valutazzjoni każ b’każ tal-instabbiltà okkażjonali |
||||||
M 54.5 |
Uġigħ fid-dahar Uġigħ u limitazzjoni tal-mobilità li jaffettwaw it-twettiq ta’ dmirijiet normali jew ta’ emerġenza. Iggravar tal-insuffiċjenza |
T – Fi stadju akut P – Jekk rikorrenti jew iwassal għal inkapaċità |
Valutazzjoni ta’ każ b’każ |
||||||
Y 83.4 Z 97.1 |
Prosteżi tad-dirgħajn u tar-riġlejn Limitazzjoni tal-mobilità li jaffettwaw it-twettiq ta’ dmirijiet normali jew ta’ emerġenza |
P – Jekk dmirijiet essenzjali ma jistgħux jitwettqu |
Jekk dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza jistgħu jitwettqu, limitazzjonijiet speċifiċi għal attivitajiet mhux essenzjali huma permessi. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 03*** |
||||||
|
ĠENERALI |
||||||||
R 47, F 80 |
Disturbi fil-komunikazzjoni bil-kliem Limitazzjonijiet tal-ħila ta’ komunikazzjoni |
P - Inkompatibbli ma’ prestazzjoni affidabbli ta’ dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza b’mod sikur jew effettiv |
Ebda indeboliment fil-komunikazzjoni essenzjali bil-kliem |
||||||
T 78 Z 88 |
Allerġiji (għajr dermatite allerġika u ażma) Probabbiltà ta’ rikorrenza u severità li tiżdied tar-rispons. Ħila mnaqqsa li jitwettqu dmirijiet |
T –Sakemm ma jifdal ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur P – Jekk rispons li jkun ta’ theddida għall-ħajja jkun raġonevolment prevedibbli |
Meta r-rispons joħloq insuffiċjenza aktar milli jkun ta’ theddida għall-ħajja, u l-effetti jkunu jistgħu jiġu kkontrollati bis-sħiħ b’mediċina mhux sterojde awtoamministrata fit-tul jew bi stil tal-ħajja modifiki li jkunu prattikabbli fuq ix-xogħol u b’ebda effett avvers kritiku għas-sikurezza |
||||||
Z 94 |
Trapjanti – kliewi, qalb, pulmun, fwied (għal prostetiċi, jiġifieri ġogi, dirgħajn u riġlejn, lentijiet, għajnuniet għas-smigħ, valvi tal-qalb, eċċ., ara t-taqsimiet speċifiċi għall-kundizzjoni) Possibbiltà ta’ rifjut. Effetti sekondarji tal-mediċina |
T – Sakemm l-effetti tal-kirurġija u tal-mediċina kontra r-rifjut jistabbilizzaw P – Valutazzjoni każ b’każ u konferma b’valutazzjoni formali minn speċjalist |
Valutazzjoni każ b’każ skont il-pariri tal-ispeċjalist. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena |
||||||
Klassifikazzjoni skont il-kundizzjoni |
Kundizzjonijiet progressivi li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kriterji, eż. Korea ta’ Huntington (inkluża storja tal-familja), keratokonus |
T – Sakemm jiġu investigati u ttrattati jekk indikati P – Jekk progressjoni dannuża tkun probabbli |
Valutazzjoni każ b’każ, skont il-pariri tal-ispeċjalist. It-tali kundizzjonijiet huma aċċettabbli jekk progressjoni dannuża qabel il-kontroll mediku li jmiss tiġi ġġudikata improbabbli |
||||||
Klassifikazzjoni skont il-kundizzjoni |
Kundizzjonijiet mhux elenkati b’mod speċifiku |
T – Sakemm jiġu investigati u ttrattati jekk indikati P – Jekk joħolqu insuffiċjenza b’mod permanenti |
Uża analoġija mal-kundizzjonijiet relatati bħala gwida. Ikkunsidra probabbiltà eċċessa ta’ inkapaċità f’daqqa waħda, ta’ rikorrenza jew ta’ progressjoni u l-limitazzjonijiet fit-twettiq tad-dmirijiet normali u ta’ emerġenza. Jekk f’dubju, ikseb pariri jew ikkunsidra restrizzjoni u riferiment lil arbitru. |
Appendiċi 1
Kriterji rilevanti għall-vista kif imfissra fil-kodiċi dijanjostiku H 0059
Kriterji minimi dwar il-vista:
1. Akutezza fil-vista binhar:
L-akutezza taż-żewġ għajnejn flimkien jew tal-aħjar għajn b’korrezzjoni ta’ 0,8 jew akbar jew mingħajr. Vista monokulari hi aċċettata.
Vista doppja manifesta (motilità) li ma tistax tiġi kkoreġuta mhix aċċettata. F’każ ta’ vista monokulari: motilità normali tal-għajn it-tajba.
Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 01***.
2. Vista fiż-żerniq u fl-għabex:
Trid tiġi ttestjata fil-każ ta’ disturbi retinali tal-glawkoma jew f’opaċitajiet medji (eż. katarretti). Sensittività għall-kuntrast ta’ 0,032 cd/m2 fin-Nuqqas ta’ leqqa; riżultat tat-test 1:2,7 jew aħjar wara ttestjar bil-mesotest.
3. Kamp tal-viżjoni:
Il-kamp viżwali orizzontali għandu jkun minn tal-inqas 120 grad. L-estensjoni għandha tkun tal-anqas 50 grad fuq ix-xellug u l-lemin u 20 grad ’il fuq u ’l isfel. Ma għandux ikun hemm difetti f’raġġ mill-20 grad ċentrali.
Tal-anqas għajn minnhom għandha tilħaq l-istandard tal-akutezza viżwali u jkollha l-kamp viżwali mingħajr skotomata patoloġika. Ittestjar formali minn tabib tal-għajnejn hu obbligatorju jekk tinstab xi anormalità matul it-test inizjali jew fil-każ ta’ glawkoma jew ta’ distrofija retinali.
4. Sens tal-kulur għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta bi dmirijiet navigazzjonali:
Is-sens tal-kulur jitqies adegwat jekk il-kandidat jgħaddi mit-test tal-Ishihara 24 plate edition b’massimu ta’ żewġ żbalji. Jekk il-kandidat ma jgħaddix minn dan it-test, irid isir wieħed mit-testijiet alternattivi approvati msemmija. F’każ ta’ dubju, għandu jsir test b’anomaloskopju. Il-kwozjent tal-anomaloskopju għandu jkun bejn 0,7 u 1,4 u, b’hekk, jesibixxi trikomasija normali.
It-testijiet alternattivi approvati għall-Ishihara plates huma:
(a) |
Velhagen/Broschmann (riżultat b’massimu ta’ żewġ żbalji); |
(b) |
Kuchenbecker-Broschmann (massimu ta’ żewġ żbalji); |
(c) |
HRR (riżultat minimu “ħafif”); |
(d) |
TMC (riżultat minimu “tieni grad”); |
(e) |
Holmes Wright B (riżultat b’massimu ta’ 8 żbalji għaż-żgħar); |
(f) |
it-test Farnsworth Panel D 15 (riżultat minimu: qsim dijametriku massimu wieħed fil-plott tal-arranġament tal-kuluri); |
(g) |
test ta’ Valutazzjoni u ta’ Djanjożi (CAD) tal-Kuluri (riżultat b’massimu ta’ erba’ unitajiet tas-CAD). |
Id-detenturi ta’ ċertifikati ta’ kaptan maħruġa skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE (1) li l-kwozjent tal-anomaloskopju għas-sens tal-kulur tagħhom hu bejn 0,7 u 3,0 jitqiesu idonei jekk iċ-ċertifikat tagħhom ikun inħareġ qabel l-1 ta’ April 2004.
L-użu ta’ korrezzjoni ottika tal-ħġieġa filtru għas-sens tal-kulur, bħal lentijiet ta’ kuntatt u nuċċalijiet skurati, mhuwiex permess.
Appendiċi 2
Kriterji rilevanti għas-smigħ kif imfissra fil-kodiċi dijanjostiku H 68-95
Kriterji minimi dwar is-smigħ
Is-smigħ għandu jitqies adegwat jekk il-valur medju tat-telf tas-smigħ fiż-żewġ widjnejn, b’għajnuna għas-smigħ jew mingħajr, ma jaqbiżx l-40 dB fil-frekwenzi ta’ 500, 1 000, 2 000 u 3 000 Hz. Jekk il-valur ta’ 40 dB jinqabeż, is-smigħ xorta waħda għandu jitqies adegwat jekk il-kandidat jgħaddi mit-test tas-smigħ b’awdjometru li jikkonforma mal-ISO 8253-1:2010 jew ekwivalenti.
Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 02***.
Noti għat-tabella u għall-Appendiċijiet:
* Rati ta’ rikorrenza:
Meta t-termini baxxa ħafna u baxxa jintużaw għall-probabbiltà eċċessa ta’ rikorrenza. Dawk huma essenzjalment ġudizzji kliniċi iżda għal ċerti kundizzjonijiet hi disponibbli evidenza kwantitattiva dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza. Fejn dik tkun disponibbli, eż. għal avvenimenti ta’ puplesija u kardijaċi, din tista’ tindika l-ħtieġa għal investigazzjonijiet addizzjonali biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà eċċessa ta’ rikorrenza f’individwu. Il-livelli kwantitattivi ta’ rikorrenza japprossimaw għal:
baxxa ħafna: rata ta’ rikorrenza ta’ anqas minn 2 fil-mija fis-sena;
baxxa: rata ta’ rikorrenza ta’ 2–5 fil-mija fis-sena.
** Ażma fl-età adulta:
L-ażma tista’ tippersisti mit-tfulija jew tibda mal-għeluq ta’ 16-il sena. Hemm firxa wiesgħa ta’ kawżi intrinsiċi u esterni għall-iżvilupp tal-ażma fil-ħajja adulta. F’persuni reklutati tard bi storja ta’ ażma li bdiet fl-età adulta, għandu jiġi investigat ir-rwol ta’ allerġeni speċifiċi, inklużi dawk li jikkawżaw l-ażma okkupazzjonali. Indutturi anqas speċifiċi bħall-kesħa, l-eżerċizzju u infezzjoni respiratorja jridu jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn kollha jistgħu jaffettwaw l-idoneità għax-xogħol fuq l-ilmijiet interni.
Ażma intermittenti ħafifa — episodji infrekwenti ta’ tħarħir ħafif li jseħħu anqas minn darba kull ġimagħtejn, rimedjati minnufih u malajr b’inalatur beta-agonista.
Ażma ħafifa: episodji frekwenti ta’ tħarħir li jeħtieġu l-użu ta’ inalatur beta-agonista jew l-introduzzjoni ta’ inalatur tal-kortikosterojdi. It-teħid ta’ sterojdi inalati (jew agonisti tal-isterojdi/beta-agonisti b’azzjoni fit-tul) jista’ jelimina b’mod effettiv is-sintomi u l-ħtieġa ta’ użu ta’ trattament beta-agonista.
Ażma indotta mill-eżerċizzju: episodji ta’ tħarħir u ta’ nuqqas ta’ ħila ta’ teħid tan-nifs provokati minn sforz speċjalment fil-kesħa. L-episodji jistgħu jiġu ttrattati b’mod effettiv minn sterojdi meħuda inalati (jew agonist tal-isterojdi/beta-agonista b’azzjoni fit-tul) jew minn mediċina orali oħra.
Ażma moderata: episodji frekwenti ta’ tħarħir minkejja użu regolari ta’ trattament bi sterojde meħuda man-nifs (jew agonist tal-isterojdi/beta-agonista b’azzjoni fit-tul) li jeħtieġ l-użu kontinwat ta’ trattament b’inalatur beta-agonista frekwenti, jew iż-żieda ta’ mediċina oħra, rekwiżit okkażjonali għal sterojdi orali.
Ażma severa: episodji frekwenti ta’ tħarħir u ta’ nuqqas ta’ ħila ta’ teħid tan-nifs, dħul frekwenti fl-isptar, użu frekwenti ta’ trattament bi sterojdi orali.
***Miżuri ta’ mitigazzjoni u restrizzjonijiet
01 Korrezzjoni tal-vista (nuċċalijiet jew lentijiet ta’ kuntatt, jew it-tnejn) meħtieġa
02 Meħtieġa għajnuna għas-smigħ
03 Meħtieġa prostesi għad-dirgħajn jew għar-riġlejn
04 Ebda dmir solitarju fil-kamra tat-tmunier
05 Binhar biss
06 Ebda dmir navigazzjonali permess
07 Limitat għal inġenju wieħed, bl-isem ...
08 Żona limitata, jiġifieri ...
09 Kompitu limitat, jiġifieri...
Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet jistgħu jiġu kombinati. Għandhom jiġu kombinati jekk ikun hemm bżonn.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikati nazzjonali għas-sewqan ta’ vapuri għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-passaġġi ta’ ilma intern fil-Komunità (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31).